Official Journal L 027 , 30/01/2004 P. 0052 - 0054
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Jannar 2004 dwar miżuri ta' emerġenza rigward iċ-chilli u prodotti miċ-chilli (mgħarrfa taħt dokument nru Ċ(2004) 68) (Test b'rilevanza għall-ŻEE) (2004/92/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkonsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkonsidrat ir-Regolament (KE) Nru 179/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2002 li jippreskrivi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi ta' l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorita Ewropea ta' Sigurta ta' l-Ikel u li jippreskrivi proċeduri f'materji ta' sigurta ta' l-ikel [1], u partikolarment l-Artikoli 53 u 54 miġjuba fih, Billi: (1) Skond ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 il-Kummissjoni se tissospendi t-tqegħid fis-suq jew l-użu ta' ikel jew għalf li x'aktarx jikkostitwixxi riskju serju għas-saħħa tal-bniedem, jew tieħu kull miżura interim oħra xierqa meta dan ir-riskju ma jkunx jista' jinżamm b'mod sodisfaċenti permezz ta' miżuri meħuda mill-Istati Membri konċernati. (2) Fid-9 ta' Mejju 2003, Franza bagħtet tagħrif inizjali permezz tas-sistema mgħaġġla ta' allert għall-ikel u għalf li għandu x'jaqsam ma' l-iskoperta taż-żebgħa Sudan I fi prodotti jaħarqu taċ-chilli li joriġinaw mill-Indja. Ma hemmx xhieda li prodotti ta' oriġini Komunitarja huma konċernati b'dawn is-sejbiet. (3) Id-Deċiżjoni 2003/460/KE [2] dwar miżuri ta' emerġenza li għandhom x'jaqsmu ma' chilli jaħraq u prodotti jaħarqu taċ-chilli ġiet adottata mill-Kummissjoni fl-20 ta' Ġunju 2003. (4) Fl-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 2003/460/KE, l-Istati Membri wettqu spezzjonijiet dwar il-presenza tas-sustanza konċernata u sustanzi relatati fiċ-chilli u prodotti miċ-chilli. Kien hemm sejbiet ta' Sudan I fiċ-chilli u prodotti miċ-chilli. Sustanzi oħra bħal ma huma Sudan II, Sudan III u Scarlet Red (Sudan IV) instabu wkoll fiċ-chilli u prodotti miċ-chilli. Numru ta' prodotti taċ-chilli bħal ma huma trab tal-curry huma konċernati. Is-sejbiet kollha ġew mgħarrfa permezz tas-sistema mgħaġġla ta' allert għal ikel u għalf f'konformita ma' l-Artikolu 50 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002. (5) Sudan I, Sudan II, Sudan III u Scarlet Red (Sudan IV) ġew klassifikati bħala kategorija 3 li tikkawża l-kanċer mill-Aġenzija Internazzjonali għar-Riċerka dwan il-Kanċer (AIRK). (6) Is-sejbiet inizjalment rapportati minn Franza u konfermati minn sejbiet oħra fl-Unjoni Ewropea jippuntaw lejn tagħmid li jikkostitwixxi riskju serju tas-saħħa. (7) Meta titqies is-serjeta tat-theddida tas-saħħa u s-sejbiet posittivi, huwa meħtieġ li jinżammu u jiġu estiżi l-miżuri stabbiliti mid-Deċiżjoni 2003/460/KE. Barra minn hekk, għandu jitqies kummerċ trijangolari potenzali, speċjalment għal prodotti li għalihom ma jemmx ċertifikazzjoni uffiċjali ta' oriġini. Sabiex tiġi protetta s-saħħa pubblika, huwa xieraq li jinħtieġ li kunsinji taċ-chilli u prodotti miċ-chilli importati fil-Komunità f'liema forma tkun, maħsuba għall-konsum mill-bniedem, għandhom jiġu akkumpanjati minn rapport analitiku provvdut mill-importatur jew l-operatur tan-negozju ta' l-ikel ikkonċernatli juri li l-kunsinja ma fihiex Sudan I, Sudan II, Sudan III jew Scarlet Red (Sudan IV). Għall-istess raġuni, l-Istati Membri għandhom iwettqu kampjunar kif ġie ġie u analiżi taċ-chilli u prodotti miċ-chilli li qed jiġu importati jew diġà qegħdin fis-suq. (8) Huwa xieraq li tiġi ordnata l-qerda taċ-chilli u prodotti taċ-chilli adulteratied sabiex jiġi evitat id-dħul tagħhom fil-katina ta' l-ikel. (9) Ladarba l-miżuri provvduti f'din id-Deċiżjoni għandhom impatt fuq il-miżuri ta' kontroll ta' l-Istati Membri, ir-riżultati ta' dawn il-miżuri għandhom jiġu evalwati l-aktar tard wara 12-il xahar sabiex jiġi stmat jekk għadhomx meħtieġa għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika. (10) Dik l-evalwazzjoni għandha tqis ir-riżultati ta' l-analiżijiet kollha mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti. (11) Il-miżuri provduti f'din id-Deċiżjoni huma bi qbil mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina ta' l-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-definizzjonijiet Għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni "chilli u prodotti miċ-chilli" ifissru (a) frott tan-nisel Capsicum, imnixxef u mfarrak jew mitħun fil-kodiċi tan-NK 09042090, ikun f'liema għamla jkun, maħsub għall-konsum mill-bniedem, u (b) trab tal-curry fil-kodiċi tan-NK 091050, ikun f'liema għamla jkun, maħsub għall-konsum mill-bniedem Artikolu 2 Kondizzjonijiet għal importazzjoni taċ-chilli u prodotti miċ-chilli 1. L-Istati Membri għandhom jipprojbixxu l-importazzjoni taċ-chilli u prodotti miċ-chilli minbarra jekk rapport analitiku li jakkompanja l-kunsija juri li l-prodott ma jikkontjenix xi waħda minn dawn is-sustanzi kimiċi li ġejjin: (a) Sudan I (numru SAK 842-07-9); (b) Sudan II (numru SAK 3118-97-6); (ċ) Sudan III (numru SAK 85-86-9); (d) Scarlet Red jew Sudan III (numru SAK 85-83-6); 2. L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jispezzjonaw li kull kunsinja taċ-chilli u prodotti miċ-chilli preżentata għall-importazzjoni hija akkompanjata minn rapport analitiku kif provvdut fil-paragrafu 1. 3. Fl-assenza ta' dan ir-rapport analitiku kif provvdut fil-paragrafu 1, l-importatur stabbilit fil-Komunità għandu jittestja l-prodott sabiex juri li ma jikkontjenix sustanza kimika waħda jew aktar riferita fil-paragrafu 1. Sakemm ikun disponibbli r-rapport analitiku, il-prodott għandu jinżamm taħt sorveljanza uffiċċjali. Artikolu 3 Kampjunar u analiżi 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa, inkluż kampjunar kif ġie ġie u analiżi taċ-chilli u prodotti miċ-chilli preżentati għall-importazzjoni jew diġa fis-suq sabiex jivverifikaw l-assenza tas-sustanzi kimiċi riferiti fl-Artikolu 2(1). L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kumissjoni permezz tas-sistema mgħaġġla ta' allert għall-ikel u għalf tal-kunsinji kollha li jinstabu li jikkontjenu dawk is-sustanzi. L-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni fuq bażi ta' kull kwart tas-sena dwar il-kunsinji li nstabu li ma jikkontjenux dawk is-sustanzi. Dawn ir-rapporti għandhom jiġu sottomessi qabel l-aħħar tax-xahar ta' wara kull kwart tas-sena. 2. Kull kunsinja suġġetta għal kampjunar analiżi uffiċċjali u tista' tinżamm qabel ma tiġi rilaxxata fis-suq għal perjodu massimu ta' 15-il ġurnata tax-xogħol. Artikolu 4 Firda/qasma ta' kunsinja Jekk kunsinja tinfired/tinqasam, kopja ċertifikata tar-rapport analitiku provvdut fl-Artikolu 2(1) għandha takkompanja kull parti tal-kunsinja mifruda/maqsuma. Artikolu 5 Kunsinji adulterated Iċ-chilli u prodotti miċ-chilli li jinstabu li jikkontjenu sustanza kimika waħda jew aktar riferiti fl-Artikolu 2(10 għandhom jinqerdu. Artikolu 6 Irkupru ta' spejjeż L-ispejjeż kollha minn analiżi, ħażna jew qerda skond l-Artikolu 2(1) jew (3) u l-Artikolu 5 għandhom jitħallsu mill-importaturi jew operaturi fin-negozju ta' l-ikel konċernati. Artikolu 7 Reviżjoni tal-miżuri Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta sal-31 ta' Jannar l-aktar tard. Artikolu 8 Ir-Revoka Id-Deċiżjoni 2003/460/KEE hija mħassra. Artikolu 9 Lil min indirizzat/a Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fil-21 ta' Jannar 2004. Għall-Kummissjoni David Byrne Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 31, ta' l-1.2.2002, p. 1. Regolament kif emendat mir-Regolament (KE Nru 1642/2003 (ĠU L 245, tad-29.9.2003, p. 4). [2] ĠU L 154, tal-21.6.2003, p. 114. --------------------------------------------------