li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 li jistabbilixxi regoli ta' implimentazzjoni biex inġenji tal-ajru, prodotti, partijiet u tagħmir relatat jiġu ċertifikati bħala tajbin għall-ajru u li ma jagħmlux ħsara ambjentali, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 (5) tiegħu,
Billi:
(1)
Biex jinżamm livell għoli u uniformi ta' sikurezza tal-avjazzjoni fl-Ewropa, jeħtieġ li jsir tibdil fir-rekwiżiti u l-proċeduri għaċ-ċertifikazzjoni ta' inġenji tal-ajru, prodotti, komponenti [partijiet] u tagħmir relatat u ta' organizzazzjonijiet relatati mad-disinn u l-produzzjoni tagħhom, b'mod partikolari biex tiddaħħal id-definizzjoni tal-kunċett ta' post prinċipali tan-negozju; biex jittejjeb il-kontenut taċ-Ċertifikat tar-Rilaxx Awtorizzat “Formola 1 tal-EASA” u biex jiġu riveduti d-dispożizzjonijiet dwar il-permess għat-titjir.
(2)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 (2) għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.
(3)
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma bbażati fuq l-opinjonijiet (3) maħruġa mill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (minn hawn 'il quddiem “l-Aġenzija”) skont l-Artikoli 17(2)(b) u 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.
(4)
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 65 tar-Regolament (KE) Nru 216/2008.
ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1702/2003 qed jiġi emendat kif ġej:
1.
Fl-Artikolu 1(2), il-punti li segwenti (e),(f), (g) u (h) huma miżjuda:
“(e)
‘post prinċipali tan-negozju’ tfisser l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju reġistrat tal-impriża li fiha jitwettqu l-funzjonijiet finanzjarji prinċipali u l-kontroll operattiv tal-attivitajiet imsemmija f'dan ir-Regolament.
(f)
‘oġġett’ tfisser kwalunkwe parti u tagħmir li se jintuża fuq inġenji tal-ajru ċivili.
(g)
‘ETSO’ tfisser Ordni ta' Standard Tekniku Ewropew (European Technical Standard Order). L-Ordni ta' Standard Tekniku Ewropew hija speċifikazzjoni dettaljata ta' ajrunavigabbiltà maħruġa mill-Aġenzija biex tiżgura li ż-żamma tal-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament tkun standard ta' prestazzjoni minima għal oġġetti speċifiċi.
(h)
‘EPA’ tfisser Approvazzjoni Ewropea tal-Parti (European Part Approval). L-Approvazzjoni Ewropea tal-Parti tfisser li l-oġġett ikun ġie prodott f'konformità mad-dejta tad-disinn approvata li ma tkunx tappartjeni għad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip tal-prodott relatat, ħlief għall-oġġetti tal-ETSO.”
2.
Fl-Artikolu 3, paragrafu 5, ir-referenza “21A.112” tinbidel bi “21A.112A”.
3.
Fl-Artikolu 5, jiżdied il-paragrafu 5 li ġej:
“5. B'deroga mill-paragrafu 1, l-organizzazzjonijiet ta' produzzjoni approvati skont it-Taqsima A tas-Sottopartijiet F u G tal-Anness (Parti 21) għal dan ir-Regolament jistgħu jibqgħu joħorġu Ċertifikati tar-Rilaxx Awtorizzat jew dikjarazzjonijiet ta' konformità billi jużaw il-Formola 1 tal-EASA, l-ewwel edizzjoni maħruġa, kif stabbilit fl-Appendiċi I tal-Anness (Parti 21) ta’ dan ir-Regolament, sat-28 ta' Settembru 2010”.
4.
L-Anness (Parti 21) jiġi emendat biex ikun konformi mal-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Sospensjoni u revoka tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni
21B.260
Iż-Żamma tar-rekords
SUBPARTI H — ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ U ĊERTIFIKATI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ RISTRETTI
21B.320
Investigazzjoni
21B.325
Ħruġ taċ-ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà
21B.326
Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà
21B.327
Ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà ristretti
21B.330
Sospensjoni u revoka ta’ ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà u ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà ristretti
21B.345
Iż-Żamma tar-rekords
SUBPARTI I — IĊ-ĊERTIFIKATI TAL-ISTORBJU
21B.420
Investigazzjoni
21B.425
Ħruġ ta’ ċertifikati tal-istorbju
21B.430
Sospensjoni u revoka taċ-ċertifikat tal-istorbju
21B.445
Iż-Żamma tar-rekords
SUBPARTI J — L-APPROVAZZJONI TA’ ORGANIZZAZZJONI TAD-DISINN
SUBPARTI K — KOMPONENTI U TAGĦMIR
(SUBPARTI L — MHUX APPLIKABBLI)
SUBPARTI M — TISWIJIET
(SUBPARTI N — MHUX APPLIKABBLI)
SUBPARTI O — L-AWTORIZZAZZJONIJIET TAL-ETSO (EUROPEAN TECHNICAL STANDARD ORDER)
SUBPARTI P — PERMESS GĦAT-TITJIR
SUBPART P — PERMIT TO FLY
21B.520
Investigazzjoni
21B.525
Revoka ta’ permessi għat-titjir
21B.530
Revoka ta’ permessi għat-titjir
21B.545
Żamma ta’ rekords
SUBPARTI Q — L-IDENTIFIKAZZJONI TAL-PRODOTTI, KOMPONENTI U TAGĦMIR
APPENDIĊI — FORMOLI TAL-EASA”;
(2)
it-titlu tat-Taqsima A jinbidel b’dan li ġej:
“
TAQSIMA A
REKWIŻITI TEKNIĊI”;
(3)
fil-punt 21.A.14(b), il-punt 5 jinbidel b’dan li ġej:
“(5)
skrun b’pitch fiss jew aġġustabbli.”;
(4)
fil-punt 21A.35(b), il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:
“(2)
Biex inġenji tal-ajru jiġu ċċertifikati taħt din it-Taqsima, għajr għal (i) blalen tal-arja sħuna, blalen tal-gass mhux marbutin mal-art, blalen tal-gass marbutin mal-art, gliders u gliders bil-magna, u (ii) ajruplani li għandhom Massa Massima ta’ Tlugħ (MTOM) ta’ 2 722 kg jew inqas, biex ikun stabbilit jekk hemmx garanzija biżżejjed li l-inġenji tal-ajru, il-komponenti u t-tagħmir tagħhom ikunu ta’ min jorbot fuqhom u li jkunu jaħdmu kif suppost.”;
(5)
il-punt 21A.112 jinbidel bil-paragrafu li ġej:
“21A.112AEliġibbiltà
Kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika (‘organizzazzjoni’) li tkun uriet, jew hija fil-proċess li turi, il-kapaċità tagħha taħt 21A.112B tista’ tkun eliġibbli bħala applikant għal ċertifikat tat-tip supplementari taħt il-kundizzjonijiet stabbiliti f’din is-Subparti.”;
(6)
fil-punt 21.A.124(b), il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:
“(2)
il-punti ewlenin tad-dejta meħtieġa fil-punt 21A.125A(b).”;
(7)
il-punt 21A.125 jinbidel bil-paragrafu li ġej:
“21A.125AĦruġ ta’ ittra ta’ ftehim
L-applikant għandu jkun intitolat li jkollu ittra ta’ ftehim maħruġa mill-Awtorità Kompetenti li jkun fiha l-ftehim dwar il-wiri ta’ konformità ta’ prodotti, komponenti u tagħmir individwali taħt din is-Subparti, wara:
(a)
li tkun ġiet stabbilita sistema ta’ spezzjoni tal-produzzjoni li tiżgura li kull prodott, parti jew tagħmir ikun konformi mad-dejta tad-disinn applikabbli u li dan ikun f’kundizzjoni ta’ tħaddim mingħajr periklu.
(b)
li jkun ġie provdut manwal li jkun fih:
(1)
deskrizzjoni tas-sistema ta’ spezzjoni tal-prodott meħtieġa skont il-paragrafu (a);
(2)
deskrizzjoni tal-mezzi biex tiġi stabbilita s-sistema tal-ispezzjoni tal-produzzjoni;
(3)
deskrizzjoni tat-testijiet tal-punti 21A.127 u 21A.128, u l-ismijiet tal-persuni awtorizzati għall-finijiet tal-punt 21A.130(a).
(ċ)
li jkun wera li jista’ jipprovdi l-għajnuna f’konformità mal-punti 21A.3 u 21A.129(d).”;
(8)
fil-punt 21A.125B(c), ir-referenza għal “21B.143” tinbidel bir-referenza għal “punt 21B.125”;
(9)
il-punt 21A.126 jiġi emendat kif ġej:
(i)
fil-paragrafu (a), “21A.125” jinbidel bi “21A.125A(a)”;
(ii)
fil-paragrafu (b) “21A.125(a)” jinbidel bi “21A.125A(a)”;
(10)
fil-punt 21.A.127(a), “21A.125(a)” jinbidel bi “21A.125A(a)”;
(11)
fil-punt 21.A.128, “21A.125(a)” jinbidel bi “21A.125A(a)”;
(12)
il-punt 21A.165 jiġi emendat kif ġej:
(i)
fil-paragrafu (c), il-punt 2 jinbidel b’dan li ġej:
“(2)
Jara li prodotti, komponenti jew tagħmir ieħor ikun komplut u jkun konformi mad-dejta tad-disinn approvata u li dawn ikunu f’kundizzjoni li jaħdmu mingħajr l-ebda periklu qabel il-ħruġ tal-Formola 1 tal-EASA biex tkun ċertifikata l-konformità mad-dejta tad-disinn approvata u l-kundizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu, u barra minhekk, fil-każ tal-magni, jara skont id-dejta pprovduta mid-detentur taċ-ċertifikat tat-tip tal-magna li kull magna kompluta tkun f’konformità mar-rekwiżiti ta’ emissjonijiet applikabbli kif definit f’21A.18(b), liema rekwiżiti jkunu effettivi fid-data tal-manifattura tal-magna, biex jiċċertifika l-konformità tal-emissjonijiet, jew”;
(ii)
il-paragrafu (k) jinbidel b’dan li ġej:
“(k)
Fejn ikun applikabbli, skont il-privileġġ tal-punt 21A.163(e), jistabbilixxi l-konformità mal-punt 21A.711(c) u (e) qabel joħroġ permess għat-titjir lil inġenji tal-ajru.”;
(13)
fil-punt 21A.174(b)3(ii), “21A.184(c)” jinbidel bi “21B.327(c)”;
(14)
il-punt 21A.183 jitħassar;
(15)
il-punt 21A.184 jitħassar;
(16)
il-punt 21A.205 jitħassar;
(17)
fil-punt 21A.245, il-paragrafu (a) jinbidel b’dan li ġej:
“(a)
L-istaff fid-dipartimenti tekniċi kollha jkun ta’ numru suffiċjenti u tal-esperjenza, u jkun ingħata wkoll l-awtorità xierqa biex ikun jista’ jwettaq ir-responsabilitajiet allokati lilu u li dawn, flimkien mal-akkommodazzjoni, il-faċilitajiet u t-tagħmir, ikunu adegwati biżżejjed biex l-istaff ikun jista’ jilħaq l-oġġettivi relatati mal-ajrunavigabbiltà u l-protezzjoni ambjentali tal-prodott.”;
(18)
il-punt 21A.263 jiġi emendat kif ġej:
(a)
fil-paragrafu (b), il-punt 4 jinbidel b’dan li ġej:
“(4)
awtorizzazzjoni tal-ETSO skont il-punt 21A.602B(b)(1); jew”;
(b)
il-paragrafu (c) jiġi emendat kif ġej:
(i)
il-punti 3 u 4 jinbidlu b’dan li ġej:
“(3)
joħroġ informazzjoni jew struzzjonijiet li jkun fihom din id-dikjarazzjoni li ġejja: Il-kontenut tekniku ta’ dan id-dokument huwa approvat taħt l-awtorità tad-DOA ref. EASA.21J.[XXXX].
(4)
japprova tibdil dokumentarju fil-manwal tat-titjira tal-inġenji tal-ajru u fis-supplimenti tiegħu, u joħroġ tali tibdil b’din id-dikjarazzjoni: Reviżjoni Nru [YY] tal-Manwal tat-Titjira tal-inġenji tal-Ajru (jew tas-suppliment) ref. [ZZ], approvat taħt l-awtorità tad-DOA ref. EASA.21J.[XXXX].”;
(ii)
il-punt 7 jinbidel b’dan li ġej:
“(7)
tjoħroġ permess għat-titjir skont il-punt 21A.711(b) għal inġenji tal-ajru li jkun iddisinja jew immodifika, jew li għalihom ikun approva, taħt il-punt 21A.263(c)6, il-kundizzjonijiet li taħthom jista’ jinħareġ permess għat-titjir, u meta l-istess organizzazzjoni tad-disinn tkun qed tikkontrolla, bl-Approvazzjoni ta’ Organizzizzjoni tad-Disinn tagħha, il-konfigurazzjoni tal-inġenji tal-ajru u tkun qed tivverifika l-konformità mal-kundizzjonijiet tad-disinn approvati għat-titjir.”;
(19)
fil-punt 21A.265, il-paragrafu (g) jinbidel b’dan li ġej:
“(g)
Fejn ikun applikabbli, skont il-privileġġ tal-punt 21A.263(c)7, jistabbilixxi l-konformità mal-punt 21A.711(b) u (e) qabel joħroġ permess għat-titjir lil inġenji tal-ajru.”;
(20)
fil-punt 21A.307, il-paragrafu (a) jinbidel b’dan li ġej:
“(a)
Akkumpanjat minn ċertifikat tar-rilaxx awtorizzat (Formola 1 tal-EASA) li jiċċertifika li l-oġġett ġie mmanifatturat f’konformità mad-dejta tad-disinn approvata u li huwa f’kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu; u”;
(21)
il-punt 21A.432 jinbidel b’dan li ġej:
“21A.432AEliġibbiltà
(a)
Kwalunkwe persuna naturali jew legali li tkun uriet, jew hija fil-proċess li turi, il-kapaċità tagħha skont il-punt 21A.432B għandha tkun eliġibbli bħala applikant għall-approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija maġġuri taħt il-kundizzjonijiet li hemm stabbiliti f’din is-Subparti.
(b)
Kwalunkwe persuna naturali jew legali tista’ tapplika għall-approvazzjoni ta’ disinn ta’ tiswija minuri.”;
(22)
fil-punt 21A.601, il-paragrafu (b) jitħassar;
(23)
fil-punt 21A.605(d), “21A.125(b)” jinbidel bi “21A.125A(b)”;
(24)
fil-punt 21A.606, il-paragrafu (c) jinbidel b’dan li ġej:
“(ċ)
Li jkun stqarr espressament li huwa lest jikkonforma mal-punt 21A.609.”
(25)
fil-punt 21A.609, il-paragrafu (f) jinbidel b’dan li ġej:
“(f)
Jikkonforma mal-punti 21A.3, 21A.3B u 21A.4.”;
(26)
il-punt 21A.701 jinbidel b’dan li ġej:
“21A.701Ambitu
(a)
Permessi għat-titjir għandhom jinħarġu skont din is-Subparti lil inġenji tal-ajru li ma jkunux jissodisfaw, jew li ma jkunux urew li jissodisfaw, ir-rekwiżiti applikabbli tal-ajrunavigabbiltà imma jkunu jistgħu jagħmlu titjira sikura taħt kundizzjonijiet iddefiniti u għall-iskopijiet li ġejjin:
(1)
żvilupp;
(2)
wiri ta’ konformità mar-regolamenti jew speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni;
(3)
taħriġ tal-ekwipaġġi ta’ organizzazzjonijiet tal-iddisinjar jew organizzazzjonijiet tal-produzzjoni;
(4)
ittestjar ta’ titjiriet matul il-produzzjoni ta’ inġenji tal-ajru ta’ produzzjoni ġdida;
(5)
titjir tal-inġenji tal-ajru bejn faċilitajiet tal-produzzjoni matul il-produzzjoni;
titjir tal-inġenji tal-ajru lejn post fejn tkun se ssir xi manutenzjoni jew verifika tal-ajrunavigabbiltà, jew lejn post ta’ ħażna;
(12)
titjir tal-inġenji tal-ajru b’piż ogħla mill-piż tat-tluq massimu ċċertifikat għal titjira itwal mid-distanza normali ta’ titjir fuq il-baħar, jewfuq żoni ta’ art fejn faċilitajiet adegwati ta’ nżul jew fjuwil mixtieq ma jkunux disponibbli;
(13)
ksur ta’ rekords, tlielaq tal-ajru jew xi kompetizzjoni simili;
(14)
titjir tal-inġenji tal-ajru li jkun jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli tal-ajrunavigabbiltà qabel ma tkun ġiet stabbilita l-konformità mar-rekwiżiti ambjentali;
(15)
għal attività ta’ titjir mhux kummerċjali fuq inġenji tal-ajru individwali mhux kumplessi jew tipi li għalihom ma jkunx xieraq il-ħruġ ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà jew ta’ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett.
(b)
Din is-Subparti tistabbilixxi l-proċedura għall-ħruġ ta’ permessi għat-titjir u għall-approvazzjoni ta’ kundizzjonijiet tat-titjir assoċjati, u tistabbilixxi d-drittijiet u l-obbligi tal-applikanti għal, u tad-detenturi ta’, dawk il-permessi u approvazzjonijiet ta’ kundizzjonijiet tat-titjir.”;
(27)
Il-Punt 21A.703 jinbidel b’dan li ġej:
“21A.703Eliġibbiltà
(a)
Kull persuna naturali jew legali hija eliġibbli bħala applikant għal permess għat-titjir minbarra permess għat-titjir meta jintalab għall-iskop tal-punt 21A.701(a)15 fejn l-applikant għandu jkun is-sid.
(b)
Kwalunkwe persuna naturali jew ġuridika tista’ tapplika għall-approvazzjoni tal-kundizzjonijiet tat-titjir.”;
(28)
il-punt 21.710(c) jinbidel b’dan li ġej:
“(ċ)
Qabel ma tapprova l-kundizzjonijiet tat-titjir, l-Aġenzija, l-Awtorità Kompetenti jew l-organizzazzjoni approvata għandha tkun sodisfatta li l-inġenji tal-ajru jkunu jistgħu jagħmlu titjira sigura taħt il-kundizzjonijiet u restrizzjonijiet speċifikati. L-Aġenzija jew l-Awtorità Kompetenti tista’ ġġiegħel jew teżiġi lill-applikant jagħmel kull spezzjoni jew prova meħtieġa għal dak l-iskop.”;
(29)
il-punt 21A.711 jinbidel b’dan li ġej:
“21A.711Ħruġ ta’ permess għat-titjir
(a)
Permess għat-titjir (Formola 20a tal-EASA, ara l-Appendiċi) jista’ jinħareġ mill-awtorità kompetenti taħt il-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 21B.525.
(b)
Organizzazzjoni tad-disinn approvata b’mod xieraq tista’ toħroġ permess għat-titjir (Formola 20b tal-EASA, ara l-Appendiċi) taħt il-privileġġ mogħti skont il-punt 21A.263(c)(7), meta l-kundizzjonijiet tat-titjir imsemmija fil-punt 21A.708 jkunu ġew approvati skont il-punt 21A.710.
(ċ)
Organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata b’mod xieraq tista’ toħroġ permess għat-titjir (Formola 20b tal-EASA, ara l-Appendiċi) taħt il-privileġġ mogħti skont il-punt 21A.163(e), meta l-kundizzjonijiet tat-titjir imsemmija fil-punt 21A.708 jkunu ġew approvati skont il-punt 21A.710.
(d)
Organizzazzjoni tal-ġestjoni tal-issoktar tal-ajruvagabbiltà approvata b’mod xieraq tista’ toħroġ permess għat-titjir (Formola 20b tal-EASA, ara l-Appendiċi) taħt il-privileġġ mogħti skont il-punt M.A.711 tal-Anness I (Parti M) għar-Regolament (KE) Nru 2042/2003, meta l-kundizzjonijiet tat-titjir imsemmija fil-punt 21A.708 jkunu ġew approvati skont il-punt 21A.710.
(e)
Il-permess għat-titjir għandu jispeċifika l-iskop(ijiet) u kwalunkwe kundizzjoni u restrizzjoni li tkun ġiet approvata skont il-punt 21A.710.
(f)
Għall-permessi maħruġa skont is-subparagrafu (b), (c) jew (d), għandha tingħata kopja tal-permess għat-titjir u tal-kundizzjonijiet tat-titjir assoċjati lill-awtoritajiet kompetenti mal-ewwel opprtunità iżda mhux aktar minn 3 ijiem.
(g)
Fuq evidenza li xi waħda mill-kundizzjonijiet speċifikati fil-punt 21A.723(a) ma tkunx issodisfatta għal permess għat-titjir li organizzazzjoni tkun ħarġet f’konformità mas-subparagrafu (b), (c) jew (d), dik l-organizzazzjoni għandha tirrevoka dak il-permess għat-titjir u tinforma lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien.”;
(30)
fil-punt 21A.723, il-paragrafu (a) jinbidel b’dan li ġej:
“(a)
Permess għat-titjir għandu jinħareġ għal massimu ta’ 12-il xahar u jibqa’ validu bil-kundizzjoni li:
(1)
tinżamm il-konformità mal-kundizzjonijiet u restrizzjonijiet tal-punt 21A.711(e) assoċjati mal-permess għat-titjir;
(2)
il-permess ma jiġix ċedut jew revokat;
(3)
l-inġenji tal-ajru jibqgħu fuq l-istess reġistru.”;
(31)
fil-punt 21A.801, il-paragrafu (d) jinbidel b’dan li ġej:
“(d)
Għal blalen tal-arja bl-ekwipaġġ, il-pjanċa ta’ identifikazzjoni preskritta fis-subparagrafu (b) għandha tkun marbuta sew mal-għata tagħhom u għandha titpoġġa, jekk ikun prattiku, fejn l-operatur ikun jista’ jaqraha meta l-ballun ikun minfuħ bl-arja. Barra minhekk, il-qoffa u l-qafas tiegħu, u kwalunkwe sistema ta’ tisħin għandhom ikunu mmarkati, b’mod permanenti u li jinqara, bl-isem tal-manifattur, in-numru tal-parti, jew l-ekwivalenti, u n-numru tas-serje, jew l-ekwivalenti.”;
(32)
Fil-punt 21A.804, il-paragrafu (a) jinbidel b’dan li ġej:
“(a)
Kwalunkwe parti jew tagħmir għandha tkun immarkata, b’mod permanenti u li jinqara, bi:
(1)
isem, isem tad-ditta, jew simbolu li jidentifika ’l-manifattur b’mod identifikabbli mid-dejta tad-disinn applikabbli; u
(2)
in-numru tal-parti, kif definit fid-dejta tad-disinn applikabbli; u
(3)
l-ittri tal-EPA għal komponenti jew tagħmir li jkun ġie prodott f’konformità mad-dejta tad-disinn approvata li ma tkunx tappartjeni għad-detentur taċ-ċertifikat tat-tip tal-prodott relatat, ħlief għall-oġġetti tal-ETSO.”;
(33)
jiżdied il-punt 21B.125 kif ġej:
“21B.125Sejbiet
(a)
Meta, permezz ta’ verifiki jew mezzi oġġettivi oħrajn, l-awtorità kompetenti ssib evidenza oġġettiva li tkun turi li d-detentur ta’ ittra ta’ ftehim ikun naqas milli jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A tal-Anness (Parti 21), dan it-tisjib għandu jkun klassifikat f’konformità mal-punt 21A.125B(a).
(b)
L-awtorità kompetenti għandha tieħu dawn l-azzjonijiet:
(1)
għal sejbiet tal-livell 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu azzjoni immedjatament biex jillimitaw, jissospendu jew jirrevokaw l-ittra ta’ ftehim kollha jew parti minnha, skont il-gravità tas-sejbiet, sakemm l-organizzazzjoni jirnexxilha twettaq l-azzjonijiet korrettivi.
(2)
għal sejbiet tal-livell 2, l-awtorità kompetenti għandha tippermetti perjodu li fih jistgħu jitwettqu l-azzjonijiet korrettivi, li jkun xieraq għan-natura tas-sejbiet u li ma jkunx itwal minn 3 xhur. F’ċerti ċirkustanzi, fit-tmiem ta’ dan il-perjodu u skont in-natura tas-sejbiet, l-awtorità kompetenti tista’ testendi l-perjodu ta’ 3 xhur, dejjem jekk ikun hemm pjan sodisfaċenti ta’ azzjonijiet korrettivi.
(ċ)
L-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni biex tissospendi l-ittra ta’ ftehim kollha, jew parti minnha, f’każ li ma tiġix rispettata l-iskeda mogħtija mill-awtorità kompetenti.”;
(34)
fil-punt 21.B.135(b)2, “21A.125(b)” jinbidel bi “21A.125A(b)”;
(35)
il-punt 21B.143 jitħassar;
(36)
il-punt 21B.145 jinbidel b’dan li ġej:
“21B.145Il-Limitazzjoni, is-sospensjoni u r-revoka tal-ittra ta’ ftehim
(a)
Il-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka tal-ittra ta’ ftehim għandha tasal bil-miktub għand id-detentur tal-ittra tal-ftehim. L-awtorità kompetenti għandha tagħti r-raġunijiet għal-limitazzjoni, is-sospensjoni jew ir-revoka lid-detentur tal-ittra ta’ ftehim u għandha tinformah dwar id-dritt tiegħu għall-appell.
(b)
Meta ittra ta’ ftehim tkun ġiet sospiża, din terġa’ tinħareġ biss mill-ġdid wara li l-konformità mat-Taqsima A, is-Subparti F tal-Anness (Parti 21) tkun ġiet stabbilita mill-ġdid.”;
(37)
il-punt 21B.225 jinbidel b’dan li ġej:
“21B.225Sejbiet
(a)
Meta, permezz ta’ verifiki jew mezzi oġġettivi oħrajn, l-awtorità kompetenti ssib evidenza oġġettiva li tkun turi li d-detentur ta’ approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni jkun naqas milli jikkonforma mar-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A tal-Anness (Parti 21), dan it-tisjib għandu jkun klassifikat f’konformità mal-punt 21A.158(a).
(b)
L-awtorità kompetenti għandha tieħu dawn l-azzjonijiet:
(1)
għal sejbiet tal-livell 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu azzjoni immedjatament biex jillimitaw, jissospendu jew jirrevokaw l-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni, kollha jew parti minnha, skont il-gravità tas-sejbiet, sakemm l-organizzazzjoni jirnexxilha twettaq l-azzjonijiet korrettivi.
(2)
għal sejbiet tal-livell 2, l-awtorità kompetenti għandha tippermetti perjodu li fih jistgħu jitwettqu l-azzjonijiet korrettivi, li jkun xieraq għan-natura tas-sejbiet u li ma jkunx itwal minn 3 xhur. F’ċerti ċirkustanzi, fit-tmiem ta’ dan il-perjodu u skont in-natura tas-sejbiet, l-awtorità kompetenti tista’ testendi l-perjodu ta’ 3 xhur, dejjem jekk ikun hemm pjan sodisfaċenti ta’ azzjonijiet korrettivi.
(ċ)
L-awtorità kompetenti għandha tieħu azzjoni biex tissospendi l-approvazzjoni kollha, jew parti minnha, f’każ li ma tiġix rispettata l-iskeda mogħtija mill-awtorità kompetenti.”;
(38)
fil-punt 21B.235, il-paragrafu (a) jinbidel b’dan li ġej:
“(a)
Biex tkun ġustifikata ż-żamma tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni, l-awtorità kompetenti għandha twettaq sorveljanza ssoktata:
(1)
biex tivverfika li s-sistema tal-kwalità tad-detentur tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni tkun għadha tikkonforma mat-Taqsima A, is-Subparti Ġ ta’ dan l-Anness (Parti 21)
(2)
biex tivverifika li l-organizzazzjoni tad-detentur tal-approvazzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni tkun qed topera f’konformità mal-espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni; u
(3)
tbiex tivverifika l-effettività tal-proċeduri tal-espożizzjoni tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni; u
(4)
biex tissorvelja b’kampjuni l-livelli tal-prodott, tal-parti jew tat-tagħmir.”;
(39)
il-punt 21B.325 jinbidel b’dan li ġej:
“21B.325Ħruġ taċ-ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà
(a)
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha toħroġ Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà (Formola 25 tal-EASA, ara l-Appendiċi), jew timmodifikah, mingħajr dewmien żejjed, hekk kif tkun sodisfatta li ġew milħuqa r-rekwiżiti tal-punt 21B.326 u r-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A tas-Subparti H ta’ dan l-Anness (Parti 21).
(b)
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha toħroġ Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà Ristrett (Formola 24 tal-EASA, ara l-Appendiċi), jew timmodifikah, mingħajr dewmien żejjed, hekk kif tkun sodisfatta li ġew milħuqa r-rekwiżiti tal-punt 21B.327 u r-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima A tas-Subparti H ta’ dan l-Anness (Parti 21).
(ċ)
għal inġenji tal-ajru ġodda jew użati li jkunu ġejjin minn Stat li mhux membru, minbarra ċ-ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà xieraq imsemmi fil-paragrafu (a) jew (b), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha toħroġ ċertifikat inizjali ta’ reviżjoni tal-ajrunavigabbiltà (Formola 15a tal-EASA, ara l-Appendiċi).”;
(40)
tjiżdied il-paragrafu 21B.326 li ġej:
“21B.326Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha toħroġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għal:
(a)
inġenji tal-ajru ġodda:
(1)
Meta ssir il-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa skont il-punt 21A.174(b)(2).
(2)
Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenji tal-ajru jkunu konformi mad-disinn approvat u li jkunu f’kundizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu. Dan jista’ jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.
(b)
inġenji tal-ajru użati:
(1)
meta ssir il-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa skont il-punt 21A.174(b)(3) li tkun turi li:
(i)
l-inġenji tal-ajru jkunu jikkonformaw ma’ disinn tat-tip approvat taħt ċertifkat tat-tip u taħt kwalunkwe ċertifikat tat-tip supplementari, tibdil jew tiswija approvati f’konformità mal-Anness (parti 21); u
(ii)
jkun hemm konformità mad-direttivi tal-ajrunavigabbiltà applikabbli; u
(iii)
l-inġenji tal-ajru jkunu ġew spezzjonati f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Anness (Parti M) għar-Regolament (KE) Nru 2042/2003;
(2)
meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenji tal-ajru jkunu konformi mad-disinn approvat u li jkunu f’kundizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu. Dan jista’ jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.”;
(41)
jiżdied il-paragrafu 21B.327 li ġej:
“21B.327Ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett
(a)
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni għandha toħroġ ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà ristrett għal:
(1)
inġenji tal-ajru ġodda:
(i)
meta ssir il-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa skont il-punt 21A.174(b)(2)
(ii)
Meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenji tal-ajru jkunu konformi ma’ disinn approvat mill-Aġenzija taħt ċertifikat tat-tip ristrett jew ma’ speċifikazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà speċifiċi, u li dawn ikunu f’kundizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu. Dan jista’ jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.
(2)
inġenji tal-ajru użati:
(i)
meta ssir il-preżentazzjoni tad-dokumentazzjoni meħtieġa skont il-punt 21A.174(b)(3) li tkun turi li:
(A)
l-inġenji tal-ajru jkunu konformi ma’ disinn approvat mill-Aġenzija taħt ċertifikat tat-tip ristrett jew ma’ speċifikazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà speċifiċi u taħt kwalunkwe ċertifikat tat-tip supplementari, tibdil jew tiswija approvati f’konformità mal-Anness (parti 21); u
(B)
jkun hemm konformità mad-direttivi tal-ajrunavigabbiltà applikabbli; u
(C)
l-inġenji tal-ajru jkunu ġew spezzjonati f’konformità mad-dispożizzjonijiet applikabbli tal-Anness (Parti M) għar-Regolament (KE) Nru 2042/2003;
(ii)
meta l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni tkun sodisfatta li l-inġenji tal-ajru jkunu konformi mad-disinn approvat u li dawn ikunu f’kundizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu. Dan jista’ jinkludi spezzjonijiet mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.
(b)
Għal inġenji tal-ajru li ma jistgħux jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali li hemm imsemmija fir-Regolament bażiku u li mhumiex eliġibbli għal ċertifikat tat-tip ristrett, l-Aġenzija għandha tikkonsidra kif meħtieġ id-devjazzjonijiet minn dawn ir-rekwiżiti essenzjali:
(1)
toħroġ u tivverifika l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-ajrunavigabbiltà speċifiċi biex tkun żgurata s-sigurtà adekwata fir-rigward tal-użu maħsub tagħhom, u
(2)
tispeċifika l-limitazzjonijiet tal-użu ta’ dawn l-inġenji tal-ajru.
(ċ)
Il-limitazzjonijiet għall-użu għandhom jiġu assoċjati ma’ ċertifikati tal-ajrunavigabbiltà ristretti, inklużi r-restrizzjonijiet fuq l-ispazju tal-ajru, kif meħtieġ biex jiġu kkunsidrati d-devjazzjonijiet mir-rekwiżiti essenzjali għall-ajrunavigabbiltà stabbiliti fir-Regolament bażiku.”;
(42)
il-punt 21B.525 jinbidel b’dan li ġej:
“21B.525Ħruġ ta’ permess għat-titjir
L-awtorità kompetenti għandha toħroġ permess għat-titjir (Formola 20a tal-EASA, ara l-appendiċi) mingħajr dewmien żejjed:
(1)
mal-preżentazzjoni tad-dejta skont il-punt 21A.707; u
(2)
meta l-kundizzjonijiet tat-titjir imsemmija fil-punt 21A.708 ikunu ġew approvati skont il-punt 21A.710; u
(3)
meta l-awtorità kompetenti, permezz tal-investigazzjonijiet tagħha stess, li jistgħu jinkludu spezzjonijiet, jew permezz ta’ proċeduri maqbula mal-applikant, tkun sodisfatta li qabel it-titjir l-inġenji tal-ajru jkunu jikkonformaw mad-disinn iddefinit skont il-punt 21A.708.”;
1. Pajjiż/Awtorità Kompetenti responsabbli għall-Approvazzjoni
2. ĊERTIFIKAT TAR-RILAXX AWTORIZZAT
FORMOLA 1 tal-EASA
3. Numru ta' Referenza tal-Formola
4. Isem u Indirizz tal-Organizzazzjoni:
5. Ordni ta' Xogħol/Kuntratt/Fattura
6. Oġġett
7. Deskrizzjoni
8. Nru tal-Parti
9. Kwantità
10. Numru tas-serje
11. Status/Xogħol
12. Rimarki
13a. Jiċċertifika li l-oġġetti identifikati hawn fuq ġew manifatturi f'konformità ma':
Dejta tad-disinn approvata u huma f'kundizzjoni li jaħdmu mingħajr perikolu
dejta tad-disinn mhux approvata indikata fil-kaxxa 12 12
14a.
Parti-145.A.50 Rilaxx għas-Servizz
Regolament ieħor speċifikat fil-kaxxa 12
Jiċċertifika li sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fil-kaxxa 12, ix-xogħol speċifikat fil-kaxxa 11 u deskritt fil-kaxxa 12, twettaq skont il-Parti-145 u fir-rigward ta' dak ix-xogħol l-oġġetti jitqiesu bħala lesti għar-rilaxx għas-servizz.
13b. Firma ta' Persuna Awtorizzata
13c. Numru tal-Approvazzjoni/Awtorizzazzjoni
14b. Firma ta' Persuna Awtorizzata
14c. Nru. ta' Ref. taċ-Ċertifikat/tal-Approvazzjoni
13d. Isem
13e. Data (jj/xx/ssss):
14d. Isem
14e. Data (jj/xx/ssss):
RESPONSABBILTAJIET TAL-UTENT/INSTALLATUR
Dan iċ-ċertifikat ma jawtorizzax b'mod awtomatiku l-installazzjoni tal-oġġett(i).
Meta l-utent/installatur iwettaq xogħol skont ir-regoli ta' awtorità tal-ajrunavigabbiltà li mhix l-awtorità tal-ajrunavigabbiltà speċifikata fil-kaxxa 1, ikun essenzjali li l-utent/installatur jiżgura li l-awtorità tal-ajrunavigabbiltà tiegħu taċċetta oġġetti mill-awtorità tal-ajrunavigabbiltà speċifikata fil-kaxxa 1.
Id-dikjarazzjonijiet tal-kaxxi 13a u 14a ma jikkostitwixxux ċertifikazzjoni tal-installazzjoni. Fi kwalunkwe każ, ir-rekords tal-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru għandu jkollhom ċertifikat tal-installazzjoni maħruġ mill-utent/installatur skont ir-regolamenti nazzjonali, qabel ma l-inġenji tal-ajru jkunu jistgħu jittajru.
Formola 1 tal-EASA -21Edizzjoni2
Struzzjonijiet għall-użu tal-Formola 1 tal-EASA
Dawn l-istruzzjonijiet jirrigwardaw biss l-użu tal-Formola 1 tal-EASA għal skopijiet ta' produzzjoni. Għandu jitqies l-Appendiċi II tal-Anness (Parti M) tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003 li jkopri l-użu tal-Formola 1 tal-EASA għal skopijiet ta' manutenzjoni.
1. SKOP U UŻU
1.1.
Skop ewlieni taċ-Ċertifikat hu li jiddikjara l-ajrunavigabbiltà ta' prodotti, komponenti u tagħmir tal-avjazzjoni ġodda (minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘oġġett(i)’)
1.2.
Għandha tiġi stabbilita korrelazzjoni bejn iċ-Ċertifikat u l-oġġett(i). L-entità li toħroġ iċ-Ċertifikat għandha żżomm kopja f'forma li tippermetti l-verifika tad-dejta oriġinali.
1.3.
Iċ-Ċertifikat huwa aċċettabbli għal bosta awtoritajiet tal-ajrunavigabbiltà, iżda jista' jkun dipendenti fuq ftehimiet bilaterali u/jew fuq il-politika tal-awtorità tal-ajrunavigabbiltà. Għalhekk, id-‘dejta tad-disinn approvata’ msemmija f'dan iċ-Ċertifikat tfisser li hija approvata mill-awtorità tal-ajrunavigabbiltà tal-pajjiż li jkun qed jimporta.
1.4.
Iċ-Ċertifikat mhuwiex dokument ta' kunsinna jew ta' trasport.
1.5.
L-inġenji tal-ajru ma għandhomx jiġu rilaxxati permezz taċ-Ċertifikat.
1.6.
Iċ-Ċertifikat ma jikkostitwixxix approvazzjoni għall-installazzjoni tal-oġġett fuq inġenji tal-ajru, magna jew skrun partikolari, iżda jgħin biex l-utent aħħari jkun jista' jiddeċiedi x’inhu l-istatus tal-approvazzjoni tal-ajrunavigabbiltà tiegħu.
1.7.
Mhux permess li fuq l-istess Ċertifikat ikun hemm taħlita ta' oġġetti ddikjarati bħala tajbin għall-produzzjoni u ta' oħrajn iddikjarati bħala tajbin għall-manutenzjoni.
1.8.
Mhux permess li fuq l-istess Ċertifikat ikun hemm taħlita ta' oġġetti ċċertifikati f'konformità ma' ‘dejta approvata’ u ta' oħrajn b'‘dejta mhux approvata’.
2. FORMAT ĠENERALI
2.1.
Iċ-Ċertifikat għandu jkun konformi mal-format mehmuż, inkluż in-numri tal-kaxxi u l-pożizzjoni ta' kull kaxxa. Madankollu, id-daqs ta' kull kaxxa jista' jiġi aġġustat skont il-ħtieġa tal-applikazzjoni individwali, iżda mhux tant li ċ-Ċertifikat ma jibqax jintgħaraf.
2.2.
Iċ-Ċertifikat għandu jkun f'format mimdud (‘landscape’), iżda d-daqs globali jista' jiġi mkabbar jew imċekken b'mod sinifikanti, basta ċ-Ċertifikat jibqa' jintgħaraf u leġibbli. F'każ ta' dubju, staqsi lill-awtorità kompetenti.
2.3.
Id-dikjarazzjoni ta' responsabbiltà tal-Utent/Installatur tista' titqiegħed fuq kwalunkwe naħa tal-formola.
2.4.
L-istampar għandu jkun ċar u leġibbli biex ikun jista' jinqara faċilment.
2.5.
Iċ-Ċertifikat jista' jkun jew stampat minn qabel jew magħmul permezz ta' kompjuter, iżda fi kwalunkwe każ, l-istampar tal-linji u tal-karattri għandu jkun ċar u leġibbli u konformi mal-format iddefinit.
2.6.
Iċ-Ċertifikat għandu jkun bl-Ingliż, u meta xieraq, b'lingwa oħra jew aktar.
2.7.
Id-dettalji li għandhom jitniżżlu fuq iċ-Ċertifikat jistgħu jiġu stampati permezz ta' magna/kompjuter jew miktubin bl-idejn, b'ittri majjuskoli u li jippermettu li jinqraw faċilment.
2.8.
Għal aktar ċarezza, it-taqsir ta' kliem għandu jintuża mill-anqas possibbli.
2.9.
L-entità li toħroġ iċ-Ċertifikat tista' tuża l-vojt li jifdal fuq in-naħa ta' wara taċ-Ċertifikat biex tniżżel kwalunkwe informazzjoni addizzjonali, li mandankollu ma tista tinkludi l-ebda dikjarazzjoni ta' ċertifikazzjoni. Kwalunkwe użu li jsir min-naħa ta' wara taċ-Ċertifikat għandha ssir referenza għalih fil-kaxxa xierqa fuq in-naħa ta' quddiem taċ-Ċertifikat.
3. KOPJI
3.1.
Ma hemm l-ebda limitu għan-numru ta' kopji taċ-Ċertifikat li jistgħu jintbagħtu lill-klijent jew li jistgħu jinżammu mill-entità li toħorġu.
4. ŻBALL/ŻBALJI FIĊ-ĊERTIFIKAT
4.1.
F'każ li utent aħħari jsib xi żball/żbalji fuq Ċertifikat, għandu jidentifikah/om bil-miktub lill-entità li tkun ħarġitu. Jekk tkun tista' tivverifika u tikkoreġi l-iżball/żbalji, l-entità li tkun ħarġet iċ-Ċertifikat tista' toħroġ Ċertifikat ġdid.
4.2.
Iċ-Ċertifikat il-ġdid għandu jkollu numru ta' referenza tal-formola u data ġodda u jiġi ffirmat mill-ġdid.
4.3.
It-talba għal Ċertifikat ġdid tista' tiġi aċċettata mingħajr ma terġa' ssir verifika tal-kundizzjoni tal-oġġett(i). Iċ-Ċertifikat il-ġdid mhuwiex dikjarazzjoni tal-kundizzjoni attwali tal-oġġett u fil-kaxxa 12 tiegħu għandha ssir referenza għaċ-Ċertifikat preċedenti, permezz ta' din id-dikjarazzjoni; ‘dan iċ-Ċertifikat jikkoreġi l-iżball/żbalji fil-kaxxa/kaxxi [indika l-kaxxa/kaxxi kkoreġuti] taċ-Ċertifikat [indika n-numru ta' referenza tal-formola oriġinali] tad-data [indika d-data tal-ħruġ oriġinali] u ma jkoprix il-konformità/il-kundizzjoni/ir-rilaxx tal-oġġett għas-servizz’. Iż-żewġ Ċertifikati għandhom jinżammu għal tul il-perjodu minimu li għandu jinżamm l-ewwel ċertifikat.
5. Il-MILI TAĊ-ĊERTIFIKAT MILL-ENTITÀ LI TOĦORGU
Kaxxa 1: Awtorità Kompetenti/pajjiż responsabbli għall-Approvazzjoni
Indika l-isem u l-pajjiż tal-awtorità kompetenti li dan iċ-Ċertifikat inħareġ taħt il-ġurisdizzjoni tagħha. Jekk l-Awtorità Kompetenti hija l-Aġenzija, indika ‘EASA’ biss.
Indika n-numru uniku stabbilit mis-sistema/proċedura ta' numerazzjoni tal-organizzazzjoni msemmija fil-kaxxa 4; dan in-numru jista' jinkludi karattri alfanumeriċi.
Kaxxa 4: Isem u Indirizz tal-Organizzazzjoni
Indika l-isem sħiħ u l-indirizz tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni (agħmel referenza għall-Formola 55 tal-EASA, Paġna A) li qed tirrilaxxa l-oġġett(i) kopert(i) minn dan iċ-Ċertifikat. F'din il-kaxxa jistgħu jintużaw logos, eċċ., tal-organizzazzjoni, sakemm id-daqs tagħhom joqgħod fil-kaxxa.
Kaxxa 5: Ordni ta' Xogħol/Kuntratt/Fattura
Sabiex tiffaċilita t-traċċabbiltà tal-oġġett(i) mill-klijent, indika n-numru tal-ordni ta' xogħol, in-numru tal-kuntratt, in-numru tal-fattura jew numru ta' referenza simili.
Kaxxa 6: Oġġett
Meta jkun hemm aktar minn linja waħda ta' oġġetti, indika n-numru ta' kull oġġett. Din il-kaxxa tippermetti li t-tqabbil mar-Rimarki tal-kaxxa 12 isir faċilment.
Kaxxa 7: Deskrizzjoni
Indika l-isem jew id-deskrizzjoni tal-oġġett. Għandha tingħata preferenza għat-terminu li jintuża fl-istruzzjonijiet għall-issoktar tal-ajrunavigabbiltà jew id-dejta dwar il-manutenzjoni (eż., Katalogu Illustrat tal-Komponenti, Manwal tal-Manutenzjoni tal-Inġenji tal-Ajru, Bullettin tas-Servicing, Manwal tal-Manutenzjoni tal-Komponenti).
Kaxxa 8: In-Numru tal-Parti
Indika n-numru tal-parti kif jidher fuq l-oġġett jew it-tikketta/l-imballaġġ tiegħu. Fil-każ ta' magna jew skrun, tista' tindika d-deżinjazzjoni tat-tip.
Kaxxa 9: Kwantità
Indika l-kwantità ta' oġġetti.
Kaxxa 10: In-Numru tas-Serje
F'każ li r-regolamenti jesiġu li l-oġġett għandu jiġi identifikat permezz ta' numru tas-serje, indikah hawnhekk. Jista' jiġi indikat ukoll kwalunkwe numru tas-serje ieħor li mhux meħtieġ b'regolament. Jekk fuq l-oġġett ma jkun hemm ebda numru tas-serje, indika ‘N/A’.
Kaxxa 11: Status/Xogħol
Indika ‘PROTOTIP’ jew ‘ĠDID’.
Indika ‘PROTOTIP’ għal:
(i)
Il-produzzjoni ta' oġġett ġdid f'konformità ma' dejta tad-disinn mhux approvata.
(ii)
Ċertifikazzjoni mill-ġdid maħruġa mill-organizzazzjoni indikata fil-kaxxa 4 taċ-Ċertifikat preċedenti wara li jkun sar xogħol ta' modifika jew ta' tiswija fuq l-oġġett u qabel ma jintuża (eż., wara li jiddaħħal tibdil fid-disinn, tiswija ta' difetti, spezzjoni jew test, jew tiġdid tal-ħajja utli tal-oġġett). Fil-kaxxa 12 għandhom jiġu indikati d-dettalji taċ-ċertifikat tar-rilaxx oriġinali flimkien max-xogħol ta' modifika jew ta' tiswija.
Indika ‘ĠDID’ għal:
(i)
Il-produzzjoni ta' oġġett ġdid f'konformità ma' dejta tad-disinn approvata.
(ii)
Ċertifikazzjoni mill-ġdid maħruġa mill-organizzazzjoni indikata fil-kaxxa 4 taċ-Ċertifikat preċedenti wara li jkun sar xogħol ta' modifika jew ta' tiswija fuq l-oġġett u qabel ma jintuża (eż., wara li jiddaħħal tibdil fid-disinn, tiswija ta' difetti, spezzjoni jew test, jew tiġdid tal-ħajja utli tal-oġġett). Fil-kaxxa 12 għandhom jiġu indikati d-dettalji taċ-ċertifikat tar-rilaxx oriġinali flimkien max-xogħol ta' modifika jew ta' tiswija.
(iii)
Ċertifikazzjoni mill-ġdid maħruġa mill-manifattur tal-prodott jew mill-organizzazzjoni indikata fil-kaxxa 4 taċ-Ċertifikat preċedenti ta' oġġetti minn ‘prototip’ (konformità ma' dejta mhux approvata biss) għal ‘ġdid’ (konformità ma' dejta approvata u f'kundizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu), wara l-approvazzjoni tad-dejta tad-disinn applikabbli, sakemm id-dejta tad-disinn ma tkunx inbidlet. Fil-kaxxa 12 għandha tiddaħħal din id-dikjarazzjoni:
ĊERTIFIKAZZJONI MILL-ĠDID TA' OĠĠETTI MINN ‘PROTOTIP’ GĦAL ‘ĠDID’: DAN ID-DOKUMENT JIĊĊERTIFIKA L-APPROVAZZJONI TAD-DEJTA TAD-DISINN [DAĦĦAL IN-NUMRU TC/STC, IL-LIVELL TA' REVIŻJONI], BID-DATA TA' [JEKK MEĦTIEĠA BIEX ISIR MAGĦRUF FIEX WASLET IR-REVIŻJONI, DAĦĦAL ID-DATA], LI DAN L-OĠĠETT (DAWN L-OĠĠETTI) ĠIE (ĠEW) IMMANIFATTURAT(I) GĦALIHA.
Il-kaxxa ‘dejta tad-disinn approvata u huma f'kundizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu’ għandha tiġi mmarkata fil-kaxxa 13a.
(iv)
Il-kontroll b'reqqa ta' oġġett ġdid li jkun diġà ġie rilaxxat, qabel ma jibda jintuża, skont standard jew speċifikazzjoni speċifikata mill-klijent (id-dettalji ta' dan l-istandard jew din l-ispeċifikazzjoni għandhom jitniżżlu fil-kaxxa 12 flimkien mad-dettalji taċ-ċertifikat tar-rilaxx oriġinali) jew biex tiġi stabbilita l-ajrunavigabbiltà tiegħu (fil-kaxxa 12 għandha tiddaħħal spjegazzjoni għalfejn ingħata r-rilaxx flimkien mad-dettalji taċ-ċertifikat tar-rilaxx oriġinali).
Kaxxa 12: Rimarki
Iddeskrivi, jew direttament inkella permezz ta' referenza għal dokumenti rilevanti, ix-xogħol indikat fil-Kaxxa 11 li huwa neċessarju biex l-utent jew l-installatur jiddetermina l-ajrunavigabbiltà tal-oġġett(i) fir-rigward tax-xogħol li qed jiġi ċċertifikat. Jekk ikun meħtieġ, tista' tintuża paġna oħra li ssir referenza għaliha fil-Formola 1 tal-EASA. Kull dikjarazzjoni għandha tidentifika b'mod ċar għal liema oġġett(i) tal-Kaxxa 6 tkun qed tirreferi. Jekk ma jkunx hemm dikjarazzjoni, indika ‘Xejn’
Fil-kaxxa 12 indika r-raġunijiet għar-rilaxx tad-dejta tad-disinn mhux approvata (eż., pendenti minn ċertifikat tat-tip, għall-ittestjar biss, pendenti minn dejta approvata).
Jekk l-istampar tad-dejta jsir minn forma elettronika tal-Formola 1 tal-EASA, f'din il-kaxxa għandha tiġi indikata kwalunkwe dejta li ma tistax tiddaħħal f'kaxxi oħra.
Kaxxa 13a
Immarka waħda biss minn dawn iż-żewġ kaxxi:
(1)
Immarka l-kaxxa ‘dejta tad-disinn approvata u huma f'kundizzjoni li jaħdmu mingħajr periklu’ jekk l-oġġett(i) jkun(u) ġie(ġew) manifatturat(i) bl-użu ta' dejta tad-disinn approvata u jinstab li hu(huma) f'kundizzjoni li jaħdem(jaħdmu) mingħajr periklu.
(2)
Immarka l-kaxxa ‘dejta tad-disinn mhux approvata indikata fil-kaxxa 12’ jekk l-oġġett(i) jkun(u) ġie(ġew) manifatturat(i) bl-użu ta' dejta tad-disinn mhux approvata applikabbli. Fil-kaxxa 12 indika d-dejta (eż., pendenti minn ċertifikat tat-tip, għall-ittestjar biss, pendenti minn dejta approvata).
Mhux permess li fuq l-istess Ċertifikat ikun hemm taħlita ta' oġġetti rilaxxati abbażi ta' dejta tad-disinn approvata u ta' oħrajn rilaxxati abbażi ta' dejta tad-disinn mhux approvata.
Kaxxa 13b: Firma ta' Persuna Awtorizzata
F'dan il-vojt għandha tiffirma l-persuna awtorizzata. F'din il-kaxxa jistgħu jiffirmaw biss dawk il-persuni li jkunu awtorizzati speċifikament permezz tar-regoli u l-politiki tal-awtoritajiet kompetenti. Biex il-firma tintgħaraf aħjar, jista' jitniżżel ukoll numru uniku li jidentifika lill-persuna awtorizzata.
Kaxxa 13c: Numru tal-Approvazzjoni/Awtorizzazzjoni
Indika n-numru/r-referenza tal-approvazzjoni/awtorizzazzjoni, Dan in-numru, jew referenza, jinħareġ mill-awtorità kompetenti.
Kaxxa 13d: Isem
Indika, b'mod leġibbli, l-isem tal-persuna li tiffirma fil-kaxxa 13b.
Kaxxa 13e: Data
Indika d-data li fiha tiġi ffirmata l-kaxxa 13b. Din id-data għandha jkollha format ta' jj = jum f'żewġ ċifri, xxx = l-ewwel 3 ittri tax-xahar, ssss = is-sena f'erba’ ċifri.
Kaxxi 14a-14e
Rekwiżiti Ġenerali għall-kaxxi 14a-14e:
Dawn il-kaxxi ma jintużawx għar-rilaxx tal-produzzjoni. Skura l-kaxxi jew l-ittri, jew immarkahom b'xi mod ieħor, biex jiġi evitat li jintużaw b'mod mhux intenzjonat jew mhux awtorizzat.
Responsabbiltajiet tal-Utent/Installatur
Daħħal d-dikjarazzjoni ta' hawn taħt fiċ-Ċertifikat biex tinnotifika lill-utenti aħħarin li mhumiex eżentati mir-responsabbiltajiet tagħhom fir-rigward tal-installazzjoni u l-użu ta' kwalunkwe oġġett li jkollu l-formola miegħu:
‘DAN IĊ-ĊERTIFIKAT MA JAWTORIZZAX B'MOD AWTOMATIKU T-TWETTIQ TAL-INSTALLAZZJONI.
META L-UTENT/INSTALLATUR IWETTAQ XOGĦOL SKONT IR-REGOLI TA' AWTORITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ LI MHIX L-AWTORITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ SPEĊIFIKATA FIL-KAXXA 1, IKUN ESSENZJALI LI L-UTENT/INSTALLATUR JIŻGURA LI L-AWTORITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ TIEGĦU TAĊĊETTA OĠĠETTI MILL-AWTORITÀ TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ SPEĊIFIKATA FIL-KAXXA 1. ID-DIKJARAZZJONIJIET TAL-KAXXI 13A U 14A MA JIKKOSTITWIXXUX ĊERTIFIKAZZJONI TAL-INSTALLAZZJONI. FI KWALUNKWE KAŻ, IR-REKORDS TAL-MANUTENZJONI TAL-INĠENJI TAL-AJRU GĦANDU JKOLLHOM ĊERTIFIKAT TAL-INSTALLAZZJONI MAĦRUĠ MILL-UTENT/INSTALLATUR SKONT IR-REGOLAMENTI NAZZJONALI, QABEL MA L-INĠENJI TAL-AJRU JKUNU JISTGĦU JITTAJRU.’
”;
(44)
L-Appendiċi II jinbidel b’dan li ġej:
“Appendiċi II
Ċertifikat ta' Reviżjoni tal-Ajrunavigabbiltà – Formola 15a tal-EASA
Skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, l-[AWTORITÀ KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU] b’dan tiċċertifika li l-inġenju tal-ajru li ġej:
Manifattur tal-inġenju tal-ajru: …
Isem il-manifattur: …
Reġistrazzjoni tal-inġenju tal-ajru: …
Numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru: …
fil-mument ta' reviżjoni ġie meqjus bħala tajjeb biex jintuża fl-ajru.
Data tal-ħruġ: …
Data tal-iskandenza: …
Iffirmat: …
Numru tal-awtorizzazzjoni: …
L-ewwel estensjoni: L-inġenju tal-ajru baqa' f'ambjent ikkontrollat skont il-punt M.A.901 tal-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 għas-sena li għaddiet. Fil-mument tar-reviżjoni ġie meqjus bħala tajjeb biex jintuża fl-ajru.
Data tal-ħruġ: …
Data tal-iskandenza: …
Iffirmat: …
Numru tal-awtorizzazzjoni: …
Isem il-kumpanija: …
Referenza tal-approvazzjoni: …
It-tieni estensjoni: L-inġenju tal-ajru baqa' f'ambjent ikkontrollat skont il-punt M.A.901 tal-Anness I għar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2042/2003 għas-sena li għaddiet. Fil-mument tar-reviżjoni ġie meqjus bħala tajjeb biex jintuża fl-ajru.
Data tal-ħruġ: …
Data tal-iskandenza: …
Iffirmat: …
Numru tal-awtorizzazzjoni: …
Isem il-kumpanija: …
Referenza tal-approvazzjoni: …
Formola 15a tal-EASA, Edizzjoni 3
(*) Ħassar meta l-Istat ma jkunx Stat Membru tal-UE.”
Manifattur u isem il-manifattur tal-inġenju tal-ajru
3.
Numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru
4.
Kategoriji
5.
Dan iċ-Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà qed jinħareġ skont (*2) [il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali datata 7 ta’ Diċembru 1944] u r-Regolament (KE) Nru 216/2008, Artikolu 5(4)(b) fir-rigward tal-inġenju tal-ajru msemmi hawn fuq li huwa meqjus bħala tajjeb biex jintuża fl-ajru meta jinżamm u jitħaddem skont ma hawn iddikjarat u l-limitazzjonijiet operattivi rilevanti.
Flimkien ma' dan, japplikaw ukoll dawn ir-restrizzjonijiet:
Manifattur u isem il-manifattur tal-inġenju tal-ajru
3.
Numru tas-serje tal-inġenju tal-ajru
4.
Kategoriji
5.
Dan iċ-Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà qed jinħareġ skont il-Konvenzjoni dwar l-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali datata 7 ta' Diċembru 1944 u r-Regolament (KE) Nru 216/2008, Artikolu 5(2)(c) fir-rigward tal-inġenju tal-ajru msemmi hawn fuq li huwa meqjus bħala tajjeb biex jintuża fl-ajru meta jinżamm u jitħaddem skont ma hawn iddikjarat u l-limitazzjonijiet operattivi rilevanti.
B'dan qed jiġi ċċertifikat li dan l-inġenju tal-ajru jikkonforma bis-sħiħ mad-disinn taċ-ċertifikat tat-tip u mal-elementi indikati fil-kaxxi 9, 10, 11, 12 u 13 ta' hawn fuq.
L-inġenju tal-ajru jinsab f'kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu.
L-inġenju tal-ajru ġie ttestjat waqt titjira u ta riżultati sodisfaċenti.
L-użu tad-Dikjarazzjoni tal-Konformità maħruġa mill-manifattur li jipproduċi skont il-Parti 21, Taqsima A, Subparti F huwa deskritt fil-punt 21A.130, kif huma deskritti wkoll il-mezzi korrispondenti u aċċettabbli ta' konformità.
1.2.
L-iskop tad-Dikjarazzjoni tal-Konformità tal-inġenji tal-ajru (Formola 52 tal-EASA) maħruġa skont il-Parti 21, Taqsima A, Subparti G huwa li jippermetti d-detentur ta' approvazzjoni ta' organizzazzjoni tal-produzzjoni xierqa jeżerċita l-privileġġ li jikseb ċertifikat tal-ajrunavigabbiltà għal inġenju tal-ajru individwali mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni.
2. ĠENERALI
2.1.
Id-Dikjarazzjoni tal-Konformità għandha tkun konformi mal-format mehmuż, inkluż in-numri tal-kaxxi u l-pożizzjoni ta' kull kaxxa. Madankollu, id-daqs ta' kull kaxxa jista' jiġi aġġustat skont il-ħtieġa tal-applikazzjoni individwali, iżda mhux tant li d-Dikjarazzjoni tal-Konformità ma tibqax tintgħaraf. F'każ ta' dubju, staqsi lill-awtorità kompetenti.
2.2.
Id-Dikjarazzjoni tal-Konformità tista' tkun jew stampata minn qabel jew magħmula permezz ta' kompjuter, iżda fi kwalunkwe każ, l-istampar tal-linji u tal-karattri għandu jkun ċar u leġibbli. Il-kliem tad-Dikjarazzjoni tal-Konformità stampata minn qabel jista' jsir bħal ma jidher fil-mudell mehmuż, iżda ma tista' ssir ebda dikjarazzjoni oħra ta' ċertifikazzjoni.
2.3.
Il-mili tal-formola jista' jsir jew billi jiġi stampat permezz ta' magna/kompjuter jew miktub bl-idejn, b'ittri majjuskoli u li jippermettu li jinqraw faċilment. Bħala lingwa jista' jintuża l-Ingliż, u meta jkun il-każ, tista' tintuża l-lingwa (jew aktar minn lingwa waħda) uffiċjali tal-Istat Membru li joħroġ il-formola.
2.4.
L-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata għandha żżomm kopja tad-Dikjarazzjoni u tad-dokumenti annessi kollha.
3. Il-MILI TAD-DIKJARAZZJONI TAL-KONFORMITÀ MILL-ENTITÀ LI TOĦROGHA
3.1.
Sabiex id-dokument ikun dikjarazzjoni valida, għandhom jimtlew il-Kaxxi kollha.
3.2.
Ma tista' tinħareġ ebda Dikjarazzjoni tal-Konformità lill-awtorità kompetententi tal-Istat Membru tar-reġistrazzjoni qabel ma jiġu approvati d-disinn tal-inġenju tal-ajru u l-prodotti installati fuqu.
3.3.
L-informazzjoni meħtieġa fil-Kaxex 9, 10, 11, 12, 13 u 14 tista' tiġi indikata permezz ta' referenza għal dokumenti speċifiċi oħra arkivjati min-naħa tal-organizzazzjoni tal-produzzjoni, sakemm l-awtorità kompetenti ma tiftehimx mod ieħor.
3.4.
Id-Dikjarazzjoni tal-Konformità mhix imfassla biex tinkludi dawk l-elementi ta' tagħmir li jistgħu jkunu meħtieġa jiġu installati għaż-żamma ta' konformità mar-regoli operattivi applikabbli. Madankollu, xi wħud mill-elementi individwali jistgħu jitniżżlu fil-Kaxxa 10 jew fid-disinn tat-tip approvat. Għaldaqstant, l-operaturi għandhom jiġu mfakkra li huma responsabbli li jiżguraw iż-żamma ta' konformità mar-regoli operattivi applikabbli għall-operazzjonijiet li jwettqu.
Kaxxa 1
Indika isem l-Istat tal-manifattura.
Kaxxa 2
L-awtorità kompetenti li d-Dikjarazzjoni tal-Konformità tinħareġ bl-awtorità tagħha.
Kaxxa 3
F'din il-Kaxxa, għandu jiġi stampat minn qabel numru tas-serje uniku, għal skopijiet ta' kontroll u traċċabbiltà tad-Dikjarazzjoni. Dan, għajr meta d-dokument ikun magħmul permezz ta' kompjuter u ma jkunx neċessarju li n-numru jiġi stampat minn qabel peress li l-kompjuter ikun programmat biex jipproduċi u jistampa numru uniku.
Kaxxa 4
L-isem sħiħ u l-indirizz tal-organizzazzjoni li toħroġ id-dikjarazzjoni. Din il-Kaxxa tista' tiġi stampata minn qabel. F'din il-kaxxa jistgħu jintużaw logos, eċċ., sakemm id-daqs tagħhom joqgħod fil-kaxxa.
Kaxxa 5
It-tip tal-inġenju tal-ajru kif definit fiċ-ċertifikat tat-tip u l-iskeda informattiva assoċjata.
Kaxxa 6
In-numri ta' referenza taċ-ċertifikat tat-tip u l-edizzjoni korrispondenti għall-inġenju tal-ajru suġġett taċ-ċertifikat.
Kaxxa 7
Jekk l-inġenju tal-ajru jkun reġistrat, din il-marka tkun dik tar-reġistrazzjoni. Jekk l-inġenju tal-ajru ma jkunx reġistrat, din il-marka għandha tkun dik li ġiet aċċettata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru u, jekk applikabbli, mill-awtorità kompetenti ta' pajjiż terz.
Kaxxa 8
In-numru ta' identifikazzjoni assenjat mill-manifattur għal skopijiet ta' kontroll u traċċabbiltà u għall-appoġġ tal-prodott. Xi drabi, dan in-numru jissejjaħ Numru tas-Serje tal-Manifattur jew Numru tal-Kostruttur.
Kaxxa 9
It-tip(i) tal-magna u tal-iskrun, speċifikati b'mod sħiħ, kif definit fiċ-ċertifikat tat-tip rilevanti u l-iskeda informattiva assoċjata. Għandhom jiġu indikati wkoll in-Nru. ta' identifikazzjoni tal-manifattur u l-indirizz tiegħu.
Lista tad-direttivi tal-ajrunavigabbiltà (jew ekwivalenti) kollha li huma applikabbli u dikjarazzjoni tal-konformità, flimkien ma' deskrizzjoni tal-metodu applikat biex tiġi żgurata l-konformità tal-inġenju tal-ajru individwali suġġett taċ-ċertifikat, inklużi l-prodotti u l-komponenti, apparat u tagħmir installati. Għandu jiġi indikat ukoll kwalunkwe limitu ta' żmien li fih trid tintlaħaq il-konformità.
Kaxxa 12
Devjazzjonijiet mhux intenzjonati mid-disinn tat-tip approvat, li xi drabi jissejħu konċessjonijiet, diverġenzi jew non-konformità.
Kaxxa 13
F'din il-kaxxa jistgħu jitniżżlu biss l-eżenzjonijiet, ir-rinunzji jew id-derogi li jkun intlaħaq ftehim dwarhom.
Kaxxa 14
Rimarki. Kwalunkwe dikjarazzjoni, informazzjoni, dejta partikolari jew limitazzjoni li tista' taffettwa l-ajrunavigabbiltà tal-inġenju tal-ajru. Jekk ma jkunx hemm informazzjoni jew dejta ta' dan it-tip, indika; ‘XEJN’.
Kaxxa 15
Indika jew ‘Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà’, jew ‘Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà Ristrett’, jew iċ-Ċertifikat tal-Ajrunavigabbiltà rikjest.
Kaxxa 16
F'din il-Kaxxa għandhom jiġu indikati r-rekwiżiti addizzjonali, bħal dawk innotifikati mill-pajjiż li jkun qed jimporta.
Kaxxa 17
Biex id-Dikjarazzjoni tal-Konformità tkun valida, il-Kaxxi ta' din il-formola għandhom jimtlew kollha bl-informazzjoni kollha meħtieġa. Id-detentur tal-Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Produzzjoni għandu jarkivja kopja tar-rapport tat-titjira bi prova flimkien ma' kwalunkwe difetti reġistrati u dettalji ta' tiswijiet. Ir-rapport għandu jiġi ddikjarat bħala sodisfaċenti u ffirmat mill-persunal li jiċċertifika xieraq u minn membru tal-ekwipaġġ, eż.,il-pilota tat-test jew l-inġinier tat-titjir bi prova. It-titjir bi prova mwettaq huwa dak definit fis-sistema ta' kontroll tal-kwalità, kif stabbilit bil-punt 21A.139, b'mod partikolari l-punt 21A.139(b)(1)(vi), biex jiġi żgurat li l-inġenju tal-ajru jikkonforma mad-dejta tad-disinn applikabbli u li jinsab f'kundizzjoni li jaħdem mingħajr periklu.
Id-detentur tal-Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Produzzjoni għandu jarkivja lista tal-oġġetti pprovduti (jew li jitqiegħdu disponibbli) biex tinżamm il-konformità mal-aspetti ta' din id-dikjarazzjoni relatati mat-tħaddim mingħajr periklu tal-inġenju tal-ajru.
Kaxxa 18
Id-Dikjarazzjoni tal-Konformità tista' tiġi ffirmata mill-persuna awtorizzata mid-detentur tal-approvazzjoni tal-produzzjoni skont il-punt 21A.145(d). Għall-firma, ma jistax jintuża timbru.
Kaxxa 19
L-isem tal-persuna li jiffirma ċ-ċertifikat għandu jiġi ttajpjat jew stampat b'mod leġibbli.
Kaxxa 20
Indika d-data ta' meta ġiet iffirmata d-Dikjarazzjoni tal-Konformità.
ĊERTIFIKAT TA' APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI
Referenza: [KODIĊI TAL-ISTAT MEMBRU (*)].21G.XXXX
Skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1702/2003 li attwalment jinsabu fis-seħħ, u suġġett għall-kundizzjoni speċifikata hawn taħt, [L-AWTORITÀ KOMPETENTI TAL-ISTAT MEMBRU] b'dan tiċċertifika:
[L-ISEM U L-INDIRIZZ TAL-KUMPANIJA]
bħala organizzazzjoni tal-produzzjoni f'konformità mal-Anness (Parti 21), Taqsima A, Subparti G tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003, approvata biex timmanifattura prodotti, komponenti u apparat elenkati fl-iskeda ta' approvazzjoni mehmuża u biex toħroġ ċertifikati relatati billi tuża r-referenzi msemmija hawn fuq.
KUNDIZZJONIJIET:
1. Din l-approvazzjoni hija limitata għal dak speċifikat fit-termini tal-approvazzjoni mehmużin, u
3. hija valida sakemm l-organizzazzjoni tal-produzzjoni approvata tibqa' f'konformità mal-Anness (Parti 21) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003.
4. Suġġetta għall-konformità mal-kundizzjonijiet hawn indikati, din l-approvazzjoni għandha tibqa' valida għal żmien mhux limitat sakemm l-approvazzjoni ma tkunx preċedentement ġiet ċeduta, sostitwita, sospiża jew revokata.
Dan id-dokument huwa parti mill-Approvazzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Produzzjoni Numru [KODIĊI TAL-ISTAT MEMBRU (*)].21G.XXXX maħruġa lil:
Isem il-kumpanija:
Taqsima 1. AMBITU TAX-XOGĦOL:
PRODUZZJONI TA'
PRODOTTI/KATEGORIJI
Id-dettalji u l-limitazzjonijiet jinsabu fl-Espożizzjoni tal-Produzzjoni tal-Organizzazzjoni, Taqsima xxx
Taqsima 2. LOKALITÀ:
Taqsima 3. PRIVILEĠĠI:
organizzazzjoni tal-Produzzjoni għandha d-dritt li teżerċita, fit-Termini tal-Approvazzjoni u f'konformità mal-proċeduri tal-Espożizzjoni tagħha bħala Organizzazzjoni tal-Produzzjoni, il-privileġġi esposti fil-punt 21A.163. Suġġett għal dan li ġej:
[inkludi biss il-kliem applikabbli]
Qabel l-approvazzjoni tad-disinn tal-prodott, il-Formola 1 tal-EASA tista' tinħareġ biss għal skopijiet ta' konformità.
Id-Dikjarazzjoni tal-Konformità ma tistax tinħareġ għal inġenju tal-ajru mhux approvat.
Il-manutenzjoni tista' titwettaq, f'konformità mat-Taqsima xxx tal-Espożizzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Produzzjoni, sakemm tkun meħtieġa l-konformità mar-regolamenti tal-manutenzjoni.
Il-permessi għat-titjir jistgħu jinħarġu f'konformità mat-Taqsima yyy tal-Espożizzjoni tal-Organizzazzjoni tal-Produzzjoni.
Data tal-ħruġ oriġinali:
Iffirmat:
Data ta' din ir-reviżjoni:
Nru tar-reviżjoni:
Għal [IDENTIFIKAZZJONI TAL-AWTORITÀ KOMPETENTI (*)]
Formola 55b tal-EASA, Edizzjoni 2
(*) jew EASA, meta l-awtorità kompetenti tkun l-EASA.
(**) Ħassar meta l-Istat ma jkunx Stat Membru tal-UE.”;
(49)
L-Appendiċi X jinbidel b’dan li ġej:
“Appendiċi X
Ittra ta' Ftehim – Formola 65 tal-EASA - imsemmija fis-Subparti F tal-Anness (Parti 21)
ITTRA TA' FTEHIM GĦALL-PRODUZZJONI MINGĦAJR L-APPROVAZZJONI TAL-ORGANIZZAZZJONI TAL-PRODUZZJONI
[L-ISEM TAL-APPLIKANT]
[L-ISEM TAD-DITTA (jekk differenti)]
[L-INDIRIZZ SĦIĦ TAL-APPLIKANT]
Data (Jum, Xahar, Sena) Referenza: [KODIĊI TAL-ISTAT MEMBRU (*)].21F.XXXX
Sinjuri,
Is-sistema ta' spezzjoni tal-produzzjoni tiegħek ġiet evalwata u nstab li hija konformi mat-Taqsima A, Subparti F tal-Anness (Parti 21) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003.
Għalhekk, suġġett għall-kundizzjonijiet speċifikati hawn taħt, naċċettaw li il-wiri tal-konformità tal-prodotti, komponenti u apparat imsemmija hawn taħt tista' ssir skont it-Taqsima A, Sibparti F tal-Anness (Parti 21) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003.
Nru. ta' unitajiet
P/N
S/N
INĠENJI TAL-AJRU
KOMPONENTI
Il-kundizzjonijiet li ġejjin japplikaw għal dan il-ftehim:
(1) Huwa validu sakemm [Isem il-Kumpanija] tibqa' konformi mat-Taqsima A, Subparti F tal-Anness (Parti 21) tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003.
(4) Id-Dikjarazzjoni tal-Konformità maħruġa minn [Isem il-Kumpanija] skont id-dispożizzjonijiet tal-punt 21A.130 tar-regolament imsemmi hawn fuq għandha tiġi vvalidata mill-awtorità li toħroġ din l-ittra ta' ftehim skont il-proċedura … tal-Manwal imsemmi hawn fuq.
(5) [Isem il-Kumpanija] għandha tinnotifika lill-awtorità li toħroġ din l-ittra ta' ftehim immedjatament bi kwalunkwe tibdil li jseħħ fis-sistema ta' spezzjoni tal-produzzjoni u li jista' jaffettwa l-ispezzjoni, il-konformità, jew l-ajrunavigabbiltà tal-prodotti u l-komponenti elenkati f'din l-ittra.