|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3689 |
11.7.2025 |
AVVIŻ TA’ REKLUTAĠĠ PE/335/2025/S
DIRETTUR
(grupp ta’ funzjonijiet AD, grad 14)
Direttorat Ġenerali għal-Loġistika u l-Interpretazzjoni għall-Konferenzi — Direttorat għall-Interpretazzjoni
(C/2025/3689)
1. Pożizzjoni vakanti
Il-President tal-Parlament Ewropew iddeċidiet li tniedi proċedura għall-pożizzjoni ta’ direttur (AD, grad 14) fi ħdan id-Direttorat Ġenerali għal-Loġistika u l-Interpretazzjoni għall-Konferenzi, id-Direttorat għall-Interpretazzjoni, skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (1) (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”).
Din il-proċedura ta’ selezzjoni, li għandha l-iskop li tagħti lill-Awtorità tal-Ħatra għażla akbar ta’ kandidati, se tiżvolġi b’mod parallel mal-proċedura interna u dik interistituzzjonali ta’ reklutaġġ.
Ir-remunerazzjoni u l-kondizzjonijiet tal-impjieg huma previsti mir-Regolamenti tal-Persunal. Ir-reklutaġġ se jsir fil-grad AD 14 (2). Mas-salarju bażiku, li huwa soġġett għat-taxxa għall-benefiċċju tal-Unjoni u eżenti mit-taxxa nazzjonali, jistgħu jiżdiedu ċerti allowances skont il-kondizzjonijiet previsti mir-Regolamenti tal-Persunal.
Il-kandidati għandhom jieħdu nota li, b’obbligu impost mir-Regolamenti tal-Persunal, il-membri l-ġodda kollha tal-persunal jeħtiġilhom itemmu b’suċċess perjodu ta’ prova ta’ 9 xhur u li dan l-impjieg huwa soġġett għar-regoli dwar il-politika tal-mobbiltà li ġew adottati mill-Bureau tal-Parlament Ewropew fil-15 ta’ Jannar 2018.
Dan l-impjieg jirrikjedi disponibbiltà kif ukoll kuntatt frekwenti ma’ nies fil-Parlament u barra minnu, b’mod partikolari mal-Membri tal-Parlament Ewropew. Il-persuna reklutata bħala direttur se tkun mitluba twettaq missjonijiet frekwenti fil-postijiet tax-xogħol differenti tal-Parlament Ewropew.
2. Post tax-xogħol
Brussell. Dan l-impjieg jaf jiġi trasferit lejn wieħed mill-postijiet tax-xogħol l-oħra tal-Parlament Ewropew.
3. Opportunitajiet indaqs
Il-Parlament Ewropew japplika politika ta’ opportunitajiet indaqs u jagħti l-akbar attenzjoni lill-applikazzjonijiet mingħajr ebda diskriminazzjoni, kemm jekk tkun ibbażata fuq il-ġeneru, l-etniċità, il-kulur, l-oriġini etnika jew soċjali, il-karatteristiċi ġenetiċi, il-lingwa, ir-reliġjon jew it-twemmin, l-opinjonijiet politiċi jew oħrajn, l-appartenenza għal minoranza nazzjonali, il-proprjetà, it-twelid, id-diżabbiltà, l-età, l-orjentament sesswali, l-istat ċivili jew is-sitwazzjoni tal-familja.
4. Deskrizzjoni tal-funzjonijiet
Bħala uffiċjal ta’ livell għoli, il-persuna reklutata bħala direttur, fid-dawl tal-linji gwida u d-deċiżjonijiet stabbiliti mill-awtorità parlamentari u mid-direttur ġenerali, tkun inkarigata minn dawn il-kompiti (3):
|
— |
tiżgura l-funzjonament tajjeb ta’ dipartiment kbir tas-Segretarjat Ġenerali li jinkludi diversi unitajiet li jkopru l-oqsma ta’ attività tad-direttorat, f’konformità mal-politiki tal-istituzzjoni, |
|
— |
tmexxi, tistimula, timmotiva u tikkoordina timijiet ta’ aġenti; taħdem biex isir l-aħjar użu mir-riżorsi tad-direttorat filwaqt li tiżgura servizz ta’ kwalità għolja (organizzazzjoni, ġestjoni tar-riżorsi umani u baġitarji, innovazzjoni, eċċ.) fl-oqsma ta’ attività tiegħu, |
|
— |
tippjana l-attivitajiet tad-direttorat (tfassil tal-objettivi u l-istrateġiji); tieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti; tivvaluta s-servizzi pprovduti bl-iskop li tiggarantixxi l-kwalità tagħhom, |
|
— |
tagħti pariri lid-direttur ġenerali, lis-Segretarju Ġenerali u lill-Membri tal-Parlament Ewropew fl-oqsma ta’ attività tad-direttorat, |
|
— |
tikkoopera mad-direttorati differenti tas-Segretarjat Ġenerali, tirrappreżenta lill-istituzzjoni u tinnegozja kuntratti jew ftehimiet fl-oqsma ta’ attività tad-direttorat, |
|
— |
tmexxi u twassal fi tmiemhom proġetti speċifiċi li jistgħu jinvolvu responsabbiltajiet finanzjarji, |
|
— |
twettaq il-funzjoni ta’ uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega. |
5. Rekwiżiti ta’ eleġibbiltà
Din il-proċedura ta’ selezzjoni hija miftuħa għall-kandidati kollha li, sad-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet, ikunu ssodisfaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
(a) Rekwiżiti ġenerali
Skont l-Artikolu 28 tar-Regolamenti tal-Persunal, jeħtieġ b’mod partikolari li l-kandidati:
|
— |
ikunu ċittadini ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (4), |
|
— |
igawdu mid-drittijiet ċivili tagħhom, |
|
— |
ikunu ssodisfaw kull obbligu impost fuqhom mil-liġijiet dwar is-servizz militari, |
|
— |
joffru l-garanziji ta’ moralità mitluba għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet previsti. |
(b) Rekwiżiti speċifiċi
(i)
|
— |
Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta’ studji universitarji ċċertifikati b’diploma rikonoxxuta uffiċjalment f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni, meta l-perjodu normali ta’ dawn l-istudji universitarji jkun ta’ 4 snin jew aktar, jew |
|
— |
livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal ċiklu sħiħ ta’ studji universitarji ċċertifikati b’diploma rikonoxxuta uffiċjalment f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni flimkien ma’ esperjenza professjonali xierqa ta’ mill-anqas sena (5) meta l-perjodu normali ta’ dawn l-istudji universitarji jkun ta’ 3 snin jew aktar. Id-diplomi, kemm jekk maħruġa fi Stat Membru tal-Unjoni jew f’pajjiż ieħor, iridu jiġu rikonoxxuti minn korp uffiċjali ta’ Stat Membru tal-Unjoni, bħall-ministeru għall-edukazzjoni ta’ Stat Membru. Il-kandidati li jkollhom diplomi maħruġa f’pajjiż mhux tal-UE (6) jeħtiġilhom jehmżu mal-applikazzjoni tagħhom ekwivalenza tal-UE għad-diplomi tagħhom. Għal aktar informazzjoni dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki miksuba f’pajjiż mhux tal-UE fin-networks ENIC-NARIC, ara https://www.enic-naric.net/. |
(ii)
Esperjenza professjonali miksuba wara li jkunu nkisbu l-kwalifiki msemmija hawn fuq:
|
— |
12-il sena, eżerċitati mill-anqas parzjalment fl-oqsma ta’ attività tad-direttorat u li jinkludu:
|
(iii)
Il-pożizzjoni teżiġi għarfien komplut (livell minimu C1) ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (7), kif ukoll għarfien sodisfaċenti (livell minimu B2) ta’ mill-anqas lingwa waħda oħra minnhom.
Dan l-għarfien huwa definit fil-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi. Tista’ tikkonsultah fuq dan is-sit: https://europa.eu/europass/common-european-framework-reference-language-skills
Il-Kumitat Konsultattiv għall-Ħatra ta’ Uffiċjali Għolja jqis ukoll l-għarfien ta’ lingwi uffiċjali oħrajn tal-Unjoni Ewropea.
6. Testijiet
Sabiex jgħin lill-Awtorità tal-Ħatra fl-għażla tagħha, il-Kumitat Konsultattiv għall-Ħatra ta’ Uffiċjali Għolja jistabbilixxi l-lista tal-kandidati u jirrakkomanda lill-Bureau tal-Parlament Ewropew il-persuni li għandhom jiġu mistiedna għal intervista. Il-Bureau jiffinalizza l-lista ta’ dawn il-persuni, filwaqt li l-kumitat jagħmel l-intervisti u jippreżenta r-rapport finali tiegħu lill-Bureau għad-deċiżjoni. F’dan il-qafas, il-Bureau jkun jista’ jipproċedi għas-smigħ tal-kandidati.
L-intervisti jkunu bbażati fuq id-deskrizzjoni tal-funzjonijiet, kif imsemmija fil-punt 4 ta’ dan l-avviż, kif ukoll fuq il-kapaċitajiet li ġejjin:
|
— |
sens ta’ strateġija, |
|
— |
kapaċità maniġerjali, |
|
— |
kapaċità ta’ ppjanar bil-quddiem, |
|
— |
kapaċità ta’ reazzjoni għall-avvenimenti, |
|
— |
approċċ metikoluż, |
|
— |
kapaċità ta’ komunikazzjoni. |
7. Tressiq tal-applikazzjonijiet
Id-data li fiha jagħlqu l-applikazzjonijiet hija:
il-Ġimgħa, l-1 ta’ Awwissu 2025, f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.
Il-kandidati huma mitluba jibagħtu, permezz ta’ email biss, f’format pdf u b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (8), ittra ta’ motivazzjoni (Għall-attenzjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, Avviż ta’ reklutaġġ numru PE/335/2025/S) u curriculum vitae fil-format tal-Europass (9), b’indikazzjoni tar-referenza tal-avviż (PE/335/2025/S) fis-suġġett tal-messaġġ, fl-indirizz li ġej:
PERS-EPSeniorManagement@ep.europa.eu
u jitqiesu bħala prova d-data u l-ħin tat-trażmissjoni tal-email.
Il-kandidati jeħtiġilhom jiżguraw li d-dokumenti skennjati jkunu jistgħu jinqraw.
Il-kandidati li jissejħu għal intervista għandhom jieħdu nota li jeħtiġilhom jipprovdu, sad-data tal-intervista, kopji jew fotokopji tad-dokumenti li jikkonfermaw l-istudji tagħhom, kif ukoll l-esperjenza professjonali tagħhom u l-attività li jeżerċitaw fil-preżent (10) . L-ebda wieħed minn dawn id-dokumenti ma jingħata lura lill-kandidati.
Id-data ta’ natura personali li l-kandidati jibagħtu fil-qafas ta’ din il-proċedura ta’ selezzjoni se tkun ipproċessata skont ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11), speċjalment f’dak li jirrigwarda l-kunfidenzjalità u s-sigurtà ta’ tali data.
(1) Ara r-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 tal-Kunsill (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1) emendat mir-Regolament (KE, Euratom) Nru 723/2004 (ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1) u l-aktar reċentement mir-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15).
(2) Bħala uffiċjal, il-persuna reklutata tingħata grad skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 32 tar-Regolamenti tal-Persunal.
(3) Għad-dmirijiet prinċipali, ara l-Anness.
(4) L-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea huma: il-Belġju, il-Bulgarija, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja, il-Finlandja u l-Iżvezja.
(5) Din is-sena ta’ esperjenza ma titqiesx għall-evalwazzjoni tal-esperjenza professjonali li jirreferi għaliha l-punt li jmiss.
(6) Il-kwalifiki/diplomi Brittaniċi miksuba sal-31 ta’ Diċembru 2020 jiġu aċċettati mingħajr rikonoxximent ieħor. Għad-diplomi miksuba wara din id-data, huwa meħtieġ rikonoxximent NARIC. Fil-prattika, dan ifisser li d-diplomi Brittaniċi maħruġa mill-1 ta’ Jannar 2021 iridu jkunu akkumpanjati minn ekwivalenza maħruġa minn awtorità kompetenti ta’ pajjiż li jkun Stat Membru tal-UE.
(7) Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma: il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan u l-Ungeriż.
(8) Il-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea huma: il-Bulgaru, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Ingliż, l-Irlandiż, l-Ispanjol, l-Iżvediż, il-Kroat, il-Latvjan, il-Litwan, il-Malti, l-Olandiż, il-Pollakk, il-Portugiż, ir-Rumen, is-Slovakk, is-Sloven, it-Taljan u l-Ungeriż.
(9) https://europa.eu/europass/.
(10) Dan ma japplikax għall-kandidati li jkunu fis-servizz tal-Parlament Ewropew fid-data meta jagħlqu l-applikazzjonijiet. Hija r-responsabbiltà tal-kandidati li jiżguraw li s-servizzi tal-Parlament ikollhom il-fajl komplut li jikkorrispondi għall-applikazzjoni tagħhom (fil-każ li xi dokumenti rilevanti jkunu neqsin fil-portal HRM (Streamline)).
(11) Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).
ANNESS
DIRETTORAT ĠENERALI GĦAL-LOĠISTIKA U L-INTERPRETAZZJONI GĦALL-KONFERENZI
DIRETTORAT GĦALL-INTERPRETAZZJONI
Dmirijiet prinċipali
|
— |
Imexxi, jikkoordina u jistimula l-unitajiet u s-servizzi tad-direttorat, kif ukoll jiżgura l-ġestjoni tal-persunal u l-organizzazzjoni ġenerali tad-direttorat; |
|
— |
Jappoġġja lid-Direttur Ġenerali fil-ġestjoni ta’ kuljum tad-direttorat ġenerali u fl-iżvilupp tal-istrateġija aktar fit-tul; |
|
— |
Jipprovdi appoġġ lingwistiku għal-laqgħat u l-konferenzi tal-Membri u tal-persunal, filwaqt li jipprovdi servizzi ta’ interpretazzjoni ta’ kwalità għolja għall-konferenzi, f’konformità mal-Kodiċi ta’ Kondotta dwar il-Multilingwiżmu; |
|
— |
Jikkontribwixxi għall-ippjanar tas-suċċessjoni fil-qasam tal-interpretazzjoni; |
|
— |
Jikkoordina l-kollegament mad-delegazzjoni ta’ interpreti uffiċjali u d-delegazzjoni professjonali tal-interpreti awżiljarji tal-konferenzi (ACI) fil-Parlament Ewropew; |
|
— |
Jiġġestixxi proġetti fl-ambitu tal-kompetenzi tal-unitajiet tad-direttorat u jikkoordina l-unitajiet lingwistiċi; |
|
— |
Jistabbilixxi kuntatti mad-direttorati l-oħra tad-direttorat ġenerali kif ukoll ma’ servizzi oħra tal-Parlament Ewropew; |
|
— |
Jipparteċipa f’kumitati jew f’gruppi ta’ ħidma fi ħdan id-DĠ u bejn id-DĠ, f’forums interistituzzjonali, eċċ., u fihom jirrappreżenta lid-direttorat u, fejn xieraq, lid-direttorat ġenerali dwar kwistjonijiet relatati mal-unitajiet lingwistiċi; |
|
— |
Iwettaq id-dmirijiet ta’ uffiċjal awtorizzanti b’sottodelega. |
23 UNITÀ LINGWISTIKA
BG-CS-DA-DE-EL-EN-ES-ET-FI-FR-HR-HU-IT-LT-LV-MT-NL-PL-PT-RO-SK-SL-SV
|
— |
Jipprovdu l-interpretazzjoni fil-laqgħat politiċi u amministrattivi; |
|
— |
Jassistu lill-Membri fil-komunikazzjoni tagħhom fil-lingwi uffiċjali kollha; |
|
— |
Jikkontribwixxu għall-kwalità tal-interpretazzjoni billi jiżguraw li jinżamm l-għarfien tal-lingwi u li jiġu mgħallma lingwi ġodda, u jikkontribwixxu għat-tħejjija ta’ laqgħat u għat-taħriġ professjonali; |
|
— |
Jikkontribwixxu għall-ġestjoni tas-suċċessjoni fil-qasam tal-interpretazzjoni; |
|
— |
Iwettqu kompiti marbuta mat-twettiq tal-missjoni ġenerali tad-direttorat u tad-direttorat ġenerali; |
|
— |
Imexxu, jikkoordinaw u jistimulaw l-unità. |
UNITÀ TAL-MULTILINGWIŻMU U L-IPPJANAR TAS-SUĊĊESSJONI
+ SERVIZZ TAT-TAGĦLIM ELETTRONIKU
+ AKKADEMJA TA’ INTERPRETAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
|
— |
Timplimenta u tiġġestixxi l-istrateġija ta’ kooperazzjoni mal-universitajiet u l-iskejjel li jħarrġu lill-interpreti u tikkoordina l-attivitajiet tad-direttorat ġenerali f’dan il-qasam; |
|
— |
Tiġġestixxi l-programm ta’ għotjiet, memoranda ta’ qbil u żjarat tal-istudenti; |
|
— |
Tmexxi l-istrateġija għas-suċċessjoni fil-professjoni tal-interpretazzjoni skont il-ħtiġijiet speċifiċi tal-Parlament Ewropew u tikkontribwixxi għar-riflessjoni dwar forom ġodda ta’ kooperazzjoni virtwali mal-universitajiet u l-interpreti akkreditati; |
|
— |
Torganizza u tiġġestixxi l-klassijiet virtwali mal-universitajiet sħab; |
|
— |
Tiġġestixxi r-reġistrazzjoni, l-evalwazzjoni, il-ħżin u l-użu ta’ diskorsi; |
|
— |
Tmexxi, tikkoordina u tistimula l-unità. |
UNITÀ TAT-TAĦRIĠ U L-APPOĠĠ GĦALL-INTERPRETI
|
— |
Tagħmel disponibbli d-dokumentazzjoni relatata mal-laqgħat (u possibbilment tipi oħra ta’ informazzjoni) biex tgħin lill-interpreti u l-fornituri esterni tal-interpretazzjoni jipprovdu servizz ta’ kwalità; |
|
— |
Tiżgura l-organizzazzjoni ta’ taħriġ lingwistiku, u anki l-ġestjoni ta’ korsijiet esterni għall-interpreti, kif ukoll taħriġ tematiku speċifiku; |
|
— |
Timplimenta miżuri speċjali ta’ taħriġ għall-interpreti awżiljarji tal-konferenzi (ACI); |
|
— |
Tipproduċi ħarsiet ġenerali tematiċi għal-laqgħat parlamentari (“enhanced meeting digests”), inkluż il-komponent tat-terminoloġija tagħhom, biex tiżgura l-kwalità tal-interpretazzjoni pprovduta fil-proċess leġiżlattiv; |
|
— |
Timmonitorja l-iżviluppi tas-suq fil-qasam tat-teknoloġiji l-ġodda u tal-għodod ta’ appoġġ għall-interpretazzjoni u torganizza taħriġ dwar dan is-suġġett; |
|
— |
Tmexxi, tikkoordina u tistimula l-unità. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3689/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)