Official Journal L 057 , 25/02/2004 P. 0016 - 0016
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-13 ta' Jannar 2004 dwar il-firma u l-applikazzjoni provviżorja ta' Arranġament Amministrattiv fil-forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar is-sistema transitorja ta' punti li japplikaw għall-vetturi ta' merkanzija tqila li jgħaddu mill-Awstrija (2004/182/KE) IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi il-Komunità Ewropea, u partikolarment l-Artikolu 71(1), b'konnessjoni ma' l-ewwel sentenza ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi: (1) Il-Kummissjoni innegozjat arranġament amministrattiv f'forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera li jikkonċerna is-sistema transitorja ta' punti applikabbli għall-vetturi ta' merkanzija tqila li jgħaddu mill-Awstrija. (2) L-arranġament amministrattiv għandu jiġi ffirmat suġġett għall-konklużjoni tiegħu li ser isseħħ aktar tard. (3) Għandhom isiru arranġamenti għall-aplikazzjoni provviżorja ta' l-arranġament amministrattiv mill-1 ta' Jannar 2004, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-President tal-Kunsill, f'isem il-Komunità Ewropea, huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna(i) li għandha (għandhom) id-dritt jiffirma(w) l-arranġament amministrattiv f'forma ta' Skambju ta' Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar sistema tranżitorja ta' punti applikabbli għall-vetturi ta' merkanzija tqila li jgħaddu mill-Awstrija, suġġett għall-konklużjoni tiegħu li ser isseħħ aktar tard. It-test tal-Ftehim huwa anness ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 L-arranġament amministrattiv imsemmi fl-Artikolu 1 għandu jkun applikat fuq bażi provviżorja mill-1 ta' Jannar 2004. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussel, fit-13 ta' Jannar 2004. Għall-Kunsill Il-President B. Cowen --------------------------------------------------