|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2608 |
23.11.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2026/2608
tad-9 ta’ Novembru 2026
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fl-Organizzazzjoni Dinjija Doganali fir-rigward ta’ Rakommandazzjoni dwar l-emenda tan-Nomenklatura mehmuża bħala Anness tal-Konvenzjoni dwar is-Sistema Armonizzata u l-approvazzjoni ta’ Noti ta’ Spjegazzjoni, ta’ Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni jew ta’ pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata u ta’ rakkomandazzjonijiet biex tiġi żgurata uniformità fl-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata skont il-Konvenzjoni dwar is-Sistema Armonizzata
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31, l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE (1), l-Unjoni approvat il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti (2), u l-Protokoll li Jemendaha (3) (il-“Konvenzjoni SA”), li stabbiliet, inter alia, il-Kumitat tas-Sistema Armonizzata (HSC). |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 7(1), il-punti (a), (b) u (c), tal-Konvenzjoni SA, il-funzjonijiet tal-HSC huma li jipproponi tali emendi għall-Konvenzjoni SA li jistgħu jitqiesu mixtieqa, filwaqt li jitqiesu, b’mod partikolari, il-ħtiġijiet tal-utenti u l-bidliet fit-teknoloġija jew fix-xejriet tal-kummerċ internazzjonali, li jipprepara Noti ta’ Spjegazzjoni, ta’ Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni jew ta’ pariri oħra bħala gwidi għall-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata u li jipprepara rakkomandazzjonijiet biex tiġi żgurata uniformità fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tas-Sistema Armonizzata. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 8(1) tal-Konvenzjoni SA, il-Kunsill tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO) għandu jeżamina proposti għall-emendi tal-Konvenzjoni SA, ippreparati mill-HSC, u jirrakkomandhom lill-Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni SA taħt il-proċedura tal-Artikolu 16 ħlief jekk xi Membru tal-Kunsill tad-WCO li jkun Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni SA jitlob li l-proposti jew xi parti minnhom jkunu riferiti lill-HSC sabiex ikunu eżaminati mill-ġdid. Il-Kunsill tad-WCO jirrakomanda emendi tan-Nomenklatura mehmuża bħala Anness tal-Konvenzjoni SA, bħala regola ġenerali, kull ħames snin. |
|
(4) |
Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan id-WCO fir-rigward ta’ Rakkomandazzjoni dwar l-emenda tan-Nomenklatura mehmuża bħala Anness tal-Konvenzjoni SA, peress li, ladarba tiġi aċċettata f’konformità mal-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni SA, tali Rakkomandazzjoni se tkun vinkolanti għall-Unjoni skont id-dritt internazzjonali u se jkollha l-kapaċità li tinfluwenza b’mod deċiżiv il-kontenut tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (4). |
|
(5) |
Skont l-Artikolu 8(3) tal-Konvenzjoni SA, in-Noti ta’ Spjegazzjoni, l-Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni, pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata u rakkomandazzjonijiet biex tiġi żgurata uniformità fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tas-Sistema Armonizzata, imħejjija matul sessjoni tal-HSC, għandhom jitqiesu bħala approvati mid-WCO jekk, fit-tmiem tat-tieni xahar wara x-xahar li fih is-sessjoni li fiha ġew adottati ngħalqet, l-ebda Parti Kontraenti tal-Konvenzjoni SA ma tkun innotifikat lis-Segretarju Ġenerali tad-WCO li daħħlet talba għal eżami mill-ġdid mill-HSC jew konsultazzjoni lill-Kunsill tad-WCO. |
|
(6) |
Skont l-Artikolu 8(4) tal-Konvenzjoni SA, meta kwistjoni tkun ġiet riferuta lill-Kunsill tad-WCO skont id-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2 ta’ dak l-Artikolu, il-Kunsill tad-WCO għandu japprova dawk in-Noti ta’ Spjegazzjoni, l-Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni, pariri jew rakkomandazzjonijiet oħra, sakemm kwalunkwe Membru tal-Kunsill tad-WCO li jkun Parti Kontraenti għall-Konvenzjoni SA ma jkunx talab li jkunu riferuti sħaħ jew parzjalment lill-HSC sabiex jiġu eżaminati mill-ġdid. |
|
(7) |
Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fid-WCO fir-rigward tal-approvazzjoni ta’ Noti ta’ Spjegazzjoni, ta’ Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni jew ta’ pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata u rakkomandazzjonijiet biex tiġi żgurata uniformità fl-interpretazzjoni tal-Konvenzjoni SA, peress li dawk id-deċiżjonijiet imħejjija mill-HSC se jkunu kapaċi jinfluwenzaw b’mod deċiżiv il-kontenut tad-dritt tal-Unjoni, jiġifieri, ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87. |
|
(8) |
Huwa fl-interess tal-Unjoni li l-pożizzjonijiet espressi mill-Unjoni fl-HSC jiġu stabbiliti skont il-prinċipji, il-kriterji u l-orjentazzjonijiet li jirregolaw il-klassifikazzjoni tariffarja tal-oġġetti. Huwa wkoll fl-interess tal-Unjoni li dawk il-pożizzjonijiet jiġu stabbiliti b’mod rapidu sabiex l-Unjoni tkun tista’ teżerċita d-drittijiet tagħha fl-HSC. |
|
(9) |
Sabiex jiġu ppreservati d-drittijiet tal-Unjoni, il-Kummissjoni jenħtieġ li tkun tista’ wkoll titlob f’isem l-Unjoni li kwistjoni tiġi riferuta lill-Kunsill tad-WCO jew lill-HSC biex tiġi eżaminata mill-ġdid skont l-Artikolu 8(2) tal-Konvenzjoni SA, sabiex jiġi evitat li tiġi adottata deċiżjoni dwar kwistjoni li dwarha l-Kunsill tad-WCO jew ma jkunx jista’ jilħaq pożizzjoni qabel l-għeluq tal-iskadenza prevista fl-Artikolu 8(3) tal-Konvenzjoni SA jew ikun laħaq pożizzjoni li tkun differenti fis-sustanza mid-deċiżjoni li ġiet adottata mill-HSC. |
|
(10) |
Fid-dawl tan-natura dejjem tevolvi u teknika ħafna tal-klassifikazzjoni tal-oġġetti skont il-Konvenzjoni SA, il-volum għoli ta’ mistoqsijiet ittrattati waqt iż-żewġ laqgħat tal-HSC li jsiru kull sena u ż-żmien qasir disponibbli biex jitqiesu d-dokumenti maħruġa mis-Segretarjat tad-WCO u mill-Partijiet Kontraenti tal-Konvenzjoni SA bi tħejjija għal-laqgħat tal-HSC u l-ħtieġa konsegwenti li l-pożizzjoni tal-Unjoni tqis l-informazzjoni ġdida ppreżentata qabel jew matul dawn il-laqgħat u li taġixxi fuqha b’mod effettiv, jenħtieġ li jiġu stabbiliti l-passi meħtieġa, f’konformità mal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali fost l-istituzzjonijiet tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 13(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), għall-ispeċifikazzjoni tal-pożizzjoni tal-Unjoni. |
|
(11) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2898 (5) stabbiliet proċedura effiċjenti u mħaffa għall-istabbiliment tal-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni dwar l-approvazzjoni tan-Noti ta’ Spjegazzjoni, tal-Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni jew ta’ pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata u ta’ rakkomandazzjonijiet biex tiġi żgurata uniformità fl-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata skont il-Konvenzjoni SA, u dwar it-tħejjija ta’ tali atti fid-WCO. Peress li dik id-Deċiżjoni se tiskadi fl-31 ta’ Diċembru 2026, jixraq li tiġi sostitwita b’Deċiżjoni ġdida sabiex tiġi żgurata l-kontinwità, tissaħħaħ iċ-ċertezza legali u tittejjeb l-effiċjenza. |
|
(12) |
Fid-dawl tad-disponibbiltà ripetutament tard tad-dokumenti ta’ ħidma qabel il-laqgħat tal-HSC, u sabiex jiġu ppreservati d-drittijiet u l-interessi tal-Unjoni fi ħdan id-WCO, jenħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel ħilitha biex titlob lis-Segretarjat tad-WCO jiżgura d-disponibbiltà tad-dokumenti ta’ ħidma f’konformità mar-regoli ta’ proċedura tal-HSC, sabiex tali dokumenti jintbagħtu mill-inqas 30 jum qabel il-ftuħ tas-sessjoni rilevanti. |
|
(13) |
Biex jiġi żgurat li l-Kunsill jkun jista’ jivvaluta u, fejn xieraq, jirrevedi l-politika f’din id-Deċiżjoni fuq bażi regolari, u fl-ispirtu tal-kooperazzjoni leali fost l-istituzzjonijiet tal-Unjoni minquxa fl-Artikolu 13(2) tat-TUE, il-validità ta’ din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tkun limitata fiż-żmien. |
|
(14) |
Sabiex tinżamm pożizzjoni tal-Unjoni dwar Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tad-WCO dwar l-emenda tan-Nomenklatura mehmuża bħala Anness tal-Konvenzjoni SA adottata skont l-Artikolu 16 tal-Konvenzjoni SA, u dwar l-approvazzjoni ta’ Noti ta’ Spjegazzjoni, ta’ Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni jew ta’ pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata u ta’ rakkomandazzjonijiet biex tiġi żgurata uniformità fl-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata skont il-Konvenzjoni SA, u dwar it-tħejjija ta’ tali atti fid-WCO wara l-iskadenza tad-Deċiżjoni (UE) 2023/2898 fil-31 ta’ Diċembru 2026, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika mill-1 ta’ Jannar 2027, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan id-WCO fir-rigward ta’ Rakkomandazzjoni dwar l-emenda tan-Nomenklatura mehmuża bħala Anness tal-Konvenzjoni dwar is-Sistema Armonizzata u l-approvazzjoni ta’ Noti ta’ Spjegazzjoni, ta’ Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni jew ta’ pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata, ta’ rakkomandazzjonijiet biex tiġi żgurata uniformità fl-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata skont il-Konvenzjoni dwar is-Sistema Armonizzata u dwar it-tħejjija ta’ tali atti fid-WCO, għandha tiġi stabbilita f’konformità mal-prinċipji, mal-kriterji u mal-orjentazzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima I tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-ispeċifikazzjoni tal-pożizzjoni li għandha tittieħed tal-Unjoni skont l-Artikolu 1 għandha titwettaq f’konformità mat-Taqsima II tal-Anness.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2027sal-31 ta’ Diċembru 2032.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
S. HARRIS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE tas-7 ta’ April 1987 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta’ Oġġetti u tal-Protokoll li Jemendaha (ĠU L 198, 20.7.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1987/369/oj).
(2) ĠU L 198, 20.7.1987, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/convention/1987/369/oj.
(3) ĠU L 198, 20.7.1987, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/prot/1987/369/oj.
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/2898 tad-19 ta’ Diċembru 2023 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fl-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO) fir-rigward tal-adozzjoni ta’ Noti ta’ Spjegazzjoni, Opinjonijiet ta’ Klassifikazzjoni jew pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata u rakkomandazzjonijiet biex tiġi żgurata uniformità fl-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata skont il-Konvenzjoni SA (OJ L, 2023/2898, 22.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2898/oj).
ANNESS
I. Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni Ewropea fl-Organizzazzjoni Dinjija Doganali fir-rigward ta' Rakkomandazzjoni dwar l-emenda tan-Nomenklatura mehmuża bħala Anness tal-Konvenzjoni dwar is-Sistema Armonizzata u l-approvazzjoni ta' Noti ta' Spjegazzjoni, ta' Opinjonijiet ta' Klassifikazzjoni jew ta' pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata u rakkomandazzjonijiet biex tiġi żgurata uniformità fl-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata skont il-Konvenzjoni dwar is-Sistema Armonizzata.
1. PRINĊIPJI
Fil-qafas tal-Organizzazzjoni Dinjija Doganali (WCO), l-Unjoni għandha:
|
(a) |
tippromwovi, tikkontribwixxi u tiffaċilita l-klassifikazzjoni doganali tal-oġġetti u l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tas-Sistema Armonizzata (SA), u t-tnaqqis tal-għadd ta' kawżi u tilwim li jikkonċernaw l-interpretazzjonijiet diverġenti tas-SA; |
|
(b) |
taħdem favur l-involviment xieraq tal-partijiet ikkonċernati fil-fażi ta' tħejjija għad-deċiżjonijiet tal-Kumitat tas-Sistema Armonizzata (HSC) u tiżgura li d-deċiżjonijiet adottati fid-WCO jkunu f'konformità mal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta' Oġġetti (Konvenzjoni SA) (1); |
|
(c) |
tiżgura li l-miżuri adottati fid-WCO jkunu konsistenti mar-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tas-SA; |
|
(d) |
tippromwovi pożizzjonijiet konsistenti mal-aħjar prattiki żviluppati mill-Unjoni fil-qasam ikkonċernat; |
|
(e) |
tippromwovi s-simplifikazzjoni u l-modernizzazzjoni tan-Nomenklatura tas-SA skont l-evoluzzjoni tal-ħtiġijiet tal-utenti u l-iżvilupp ta' teknoloġiji ġodda; |
|
(f) |
tiżgura l-koerenza mal-politiki l-oħra tagħha, inkluż l-objettiv li tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u l-impenji internazzjonali sal-punt rilevanti fid-dawl tan-natura speċifika tal-klassifikazzjoni doganali. |
2. KRITERJI
Il-pożizzjonijiet li għandhom jittieħdu f'isem l-Unjoni fid-WCO:
|
(a) |
għandhom jiġu stabbiliti f'konformità mal-kriterji ġenerali li ġejjin:
|
|
(b) |
fejn applikabbli, u ħlief għar-Rakkomandazzjoni lill-Partijiet Kontraenti dwar l-emenda tan-Nomenklatura mehmuża bħala Anness tal-Konvenzjoni dwar is-Sistema Armonizzata, għandhom jitqiesu l-kriterji speċifiċi li ġejjin:
|
3. ORJENTAZZJONIJIET
L-Unjoni għandha, fejn xieraq, tagħmel ħilitha biex tappoġġa l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet li ġejjin fid-WCO, f'konformità mal-prinċipji u l-kriterji msemmija fil-punt 1 u 2:
|
(a) |
tipproponi u tħejji Noti ta' Spjegazzjoni, Opinjonijiet ta' Klassifikazzjoni jew pariri oħra bħala gwida għall-interpretazzjoni tas-SA; |
|
(b) |
tipprepara rakkomandazzjonijiet sabiex tiġi żgurata l-uniformità fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tas-SA; |
|
(c) |
rakkomandazzjoni lill-Partijiet Kontraenti dwar l-emenda tan-Nomenklatura mehmuża bħala Anness tal-Konvenzjoni dwar is-Sistema Armonizzata, adottata mill-Kunsill skont l-Artikolu 8(1) u l-Artikolu 16 tagħha; |
II. Speċifikazzjoni tal-pożizzjoni li għandha tittieħed f'isem l-Unjoni fl-Organizzazzjoni Dinjija Doganali fir-rigward tal-adozzjoni ta' Noti ta' Spjegazzjoni, ta' Opinjonijiet ta' Klassifikazzjoni jew ta' pariri oħra dwar l-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata u ta' rakkomandazzjonijiet biex tiġi żgurata uniformità fl-interpretazzjoni tas-Sistema Armonizzata skont il-Konvenzjoni SA, u tar-Rakkomandazzjoni dwar l-emenda tan-Nomenklatura mehmuża bħala Anness tal-Konvenzjoni dwar is-Sistema Armonizzata.
Qabel kull laqgħa tal-HSC li matulha l-HSC jintalab jadotta deċiżjonijiet li għandhom effetti legali fuq l-Unjoni, għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex il-pożizzjoni li għandha tiġi espressa f'isem l-Unjoni tqis l-aktar informazzjoni teknika u informazzjoni rilevanti oħra reċenti trażmessa lill-Kummissjoni, f'konformità mal-prinċipji, il-kriterji u l-orjentazzjonijiet stabbiliti fit-taqsima I. Sabiex jiġu ppreservati d-drittijiet u l-interessi tal-Unjoni fid-WCO, il-Kummissjoni għandha tagħti attenzjoni speċjali lid-disponibbiltà tad-dokumenti ta' ħidma f'konformità mar-regoli tal-proċeduri tal-HSC.
Għal dan l-għan, u abbażi ta' dik l-informazzjoni, il-Kummissjoni għandha tittrażmetti lill-Kunsill, fi żmien suffiċjenti qabel kull laqgħa tal-HSC msemmija fil-punt 1, dokument bil-miktub li jistabbilixxi d-dettalji tal-ispeċifikazzjoni proposta tal-pożizzjoni tal-Unjoni għal diskussjoni u approvazzjoni tad-dettalji tal-pożizzjoni li għandha tiġi espressa f'isem l-Unjoni. Il-Kunsill għandu jeżamina d-dokumenti tal-Kummissjoni fl-aħjar perjodu ta' żmien possibbli.
Jekk il-Kunsill ma japprovax parti speċifika tal-proposta, il-Kummissjoni mhix ser tippreżenta pożizzjoni tal-Unjoni dwar dik il-parti fl-HSC.
F'każijiet fejn il-pożizzjoni tal-Unjoni tkun differenti fis-sustanza mid-deċiżjoni adottata mill-HSC, il-Kummissjoni għandha, fi żmien biżżejjed qabel l-iskadenza prevista fl-Artikolu 8(3) tal-Konvenzjoni SA, tibgħat lill-Kunsill għad-diskussjoni u għall-approvazzjoni dokument bil-miktub li jistabbilixxi li d-deċiżjoni jew id-deċiżjonijiet inkwistjoni jistgħu jiġu aċċettati jew li l-kwistjoni għandha tiġi riferuta lill-Kunsill tad-WCO jew lill-HSC biex tiġi eżaminata mill-ġdid skont l-Artikolu 8(2) tal-Konvenzjoni SA.
Sabiex jiġu ppreservati d-drittijiet tal-Unjoni u jiġi evitat li tiġi adottata fid-WCO deċiżjoni dwar kwistjoni li dwarha l-Kunsill ma jkunx jista' jilħaq pożizzjoni qabel l-iskadenza prevista fl-Artikolu 8(3) tal-Konvenzjoni SA, il-Kummissjoni għandha titlob f'isem l-Unjoni li l-kwistjoni tiġi riferuta lill-Kunsill tad-WCO jew lill-HSC biex tiġi eżaminata mill-ġdid skont l-Artikolu 8(2) tal-Konvenzjoni SA.
Qabel il-laqgħa tal-Kunsill tad-WCO li matulha l-Kunsill tad-WCO jintalab jadotta r-Rakkomandazzjoni dwar l-emenda tan-Nomenklatura mehmuża bħala Anness tal-Konvenzjoni dwar is-Sistema Armonizzata, il-Kummissjoni għandha tibgħat lill-Kunsill, fi żmien suffiċjenti qabel il-laqgħa tal-Kunsill tad-WCO, abbozz ta' dokument li jistabbilixxi d-dettalji tal-ispeċifikazzjoni proposta tal-pożizzjoni tal-Unjoni għad-diskussjoni u l-approvazzjoni tad-dettalji tal-pożizzjoni li għandha tiġi espressa f'isem l-Unjoni. Il-Kunsill għandu jeżamina d-dokumenti tal-Kummissjoni fl-aħjar perjodu ta' żmien possibbli.
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/369/KEE tas-7 ta' April 1987 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Sistema Armonizzata għad-Deskrizzjoni u l-Kodifika ta' Oġġetti u tal-Protokoll li Jemendaha (ĠU L 198, 20.7.1987, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1987/369/oj).
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/1987/2658/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2608/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)