|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/4488 |
11.7.2024 |
Aġġornament tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)
(C/2024/4488)
Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ permessi ta’ residenza msemmija fl-Artikolu 2(16) tar-Regolament (UE) Nru 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.
Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, aġġornament ta’ kull xahar huwa disponibbli fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni.
LISTA TA’ PERMESSI TA’ RESIDENZA MAĦRUĠA MILL-ISTATI MEMBRI
L-AWSTRIJA
Sostituzzjoni tal-lista ppubblikata fil ĠU C, C/2023/1609, 22.12.2023 .
Permessi ta’ residenza skont l-Artikolu 2(16)(a) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen:
I. Permessi ta’ residenza maħruġa f’konformità mal-format uniformi stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002
|
— |
Permess ta’ residenza bi “prova ta’ stabbiliment” fil-forma ta’ karta ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz (maħruġ fl-Awstrija bejn l-1 ta’ Jannar 2003 u l-31 ta’ Diċembru 2005). |
|
— |
Permess ta’ residenza fil-forma ta’ stiker skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz (maħruġ fl-Awstrija bejn l-1 ta’ Jannar 2005 u l-31 ta’ Diċembru 2005). |
|
— |
Permessi ta’ residenza li jaqgħu taħt “l-awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung), “membru tal-familja” (Familienangehörige), “residenza permanenti – UE” (Daueraufenthalt-EG), “residenza permanenti – membru tal-familja” (Daueraufenthalt-Familienangehöriger) u “awtorizzazzjoni ta’ residenza” (Aufenthaltsbewilligung) fil-forma ta’ karta ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta’ Jannar 2006). Il-permess ta’ “awtorizzazzjoni ta’ residenza” (Aufenthaltsbewilligung) jindika l-iskop speċifiku li għalih ikun inħareġ. Permess ta’ “awtorizzazzjoni ta’ residenza” (Aufenthaltsbewilligung) jista’ jinħareġ għall-iskopijiet li ġejjin: trasferiment intraazjendali (ICT), ħaddiem stazzjonat, persuna li taħdem għal rasha, każijiet speċjali ta’ impjieg, student tal-iskola, fornitur tas-servizzi soċjali, riunifikazzjoni tal-familja. Il-permessi ta’ “awtorizzazzjoni ta’ residenza” (Aufenthaltsbewilligung) għall-iskop ta’ trasferimenti intra-azjendali (“ICT” u “ICT mobbli”) ilhom jinħarġu mill-1 ta’ Ottubru 2017. Il-permessi ta’ “awtorizzazzjoni ta’ residenza” () ta’ “student” (“ StudentAufenthaltsbewilligung ”), “voluntier” u għall-“mobbiltà ta’ riċerkatur” ilhom jinħarġu mill-1 ta’ Settembru 2018. Il-permessi ta’ “awtorizzazzjoni ta’ residenza” (Aufenthaltsbewilligung) ta’ “Student” (“ Student ”), inħarġu sal-31 ta’ Awwissu 2018. Il-permess ta’ residenza “awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) jista’ jinħareġ mingħajr iktar dettalji jew għall-iskopijiet li ġejjin: l-ebda attività bi qligħ u dipendenti. Mill-1 ta’ Ottubru 2017, il-permessi ta’ “awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) jistgħu jinħarġu wkoll għall-kategoriji “riċerkaturi”, “artisti”, jew “każijiet speċjali ta’ impjieg”. Il-permessi ta’ residenza ta' “awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) kienu jinħarġu fl-Awstrija sat-30 ta’ Ġunju 2011 għall-kategoriji ta’ “ħaddiem ewlieni”, “illimitat” u “limitat”. Il-permessi ta’ “residenza permanenti - UE” (Daueraufenthalt-EG) u “residenza permanenti - membru ta’ familja” (Daueraufenthalt-Familienangehöriger) inħarġu fl-Awstrija sal-31 ta’ Diċembru 2013. Il-permessi ta’ “awtorizzazzjoni ta’ residenza” (Aufenthaltsbewilligung) għall-iskopijiet tat-Taqsima 69a tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) kienu jinħarġu fl-Awstrija sal-31 ta’ Diċembru 2013. Il-permessi ta’ “awtorizzazzjoni ta’ residenza” (Aufenthaltsbewilligung) kienu jinħarġu wkoll għall-ħaddiema b’impjieg b’rotazzjoni, artisti u riċerkaturi sat-30 ta’ Settembru 2017. |
|
— |
Il-karta “ħamra-bajda-ħamra” (Rot-Weiß-Rot-Karte), il-karta “ħamra-bajda-ħamra” plus (Rot-Weiß-Rot-Karte plus) u l-“karta blu tal-UE” (Blaue Karte EU) fil-forma ta’ karta ID1 skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz (maħruġa fl-Awstrija mill-1 ta’ Lulju 2011). |
|
— |
Il-permessi ta’ “residenza permanenti - UE” (Daueraufenthalt-EU) skont l-azzjonijiet konġunti bbażati fuq ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz (maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta’ Jannar 2014). |
|
— |
“l-Artikolu 50 TUE” (“Artikel 50 EUV”) jippermetti liċ-ċittadini Brittaniċi u lill-membri tal-familja tagħhom li jaqgħu taħt il-Ftehim dwar il-Ħruġ (bidu tal-ħruġ mill-1 ta’ Jannar 2021). Il-permessi jistgħu jindikaw status ta’ resident għal żmien twil (Dauerauftaltsrecht) u/jew li nħareġ lil membru tal-familja (Familienangehöriger) |
|
— |
Permessi ta’ “dritt ta’ residenza plus” (“ Aufenthaltsberechtigung plus ”) maħruġa f'konformità mat-Taqsima 55(1) jew it-Taqsima 56(1) tal-Att dwar l-Ażil stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 100/2005 huma skont id-dispożizzjonijiet preċedenti tat-Taqsimiet 41(a)(9) u 43(3) tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 38/2011. Maħruġa fl-Awstrija mill-1 ta’ Jannar 2014. |
|
— |
Il-permess ta’ “dritt ta’ residenza” (Aufenthaltsberechtigung) maħruġ f'konformità mat-Taqsima 55(2) jew it-Taqsima 56(2) tal-Att dwar l-Ażil stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 100/2005 jikkorrispondi għall-permess preċedenti “awtorizzazzjoni ta’ stabbiliment” (Niederlassungsbewilligung) maħruġ f'konformità mat-Taqsima 43(3) u (4) tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 38/2011. Maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta’ Jannar 2014. |
|
— |
Il-permess ta’ “dritt ta’ residenza għal raġunijiet ta’ protezzjoni speċjali” ( “Aufenthaltsberechtigung aus besonderem Schutz” ) maħruġ skont it-Taqsima 57 tal-Att dwar l-Ażil kif stabbilit fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 100/2005 jittrasponi ulterjorment id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/81/KE tad-29 ta’ April 2004 dwar il-permess ta’ residenza maħruġ lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu vittmi tat-traffikar tal-bnedmin jew li kienu s-suġġett ta’ azzjoni għall-faċilitazzjoni ta’ immigrazzjoni illegali, li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti. Id-dispożizzjoni preċedenti kienet it-Taqsima 69(a)(1) tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) kif stipulata fil-Gazzetta tal-Liġi Federali I Nru 38/2011. Maħruġ fl-Awstrija mill-1 ta’ Jannar 2014. |
|
— |
“ Aufenthaltskarte ”: il-karta ta’ residenza tagħti lill-membri tal-familja taċ-ċittadini taż-ŻEE dritt ta’ residenza fl-Unjoni għal aktar minn tliet xhur skont id-Direttiva 2004/38/KE (maħruġa f’din il-forma mill-1 ta’ Lulju 2020). |
|
— |
“Daueraufenthaltskarte ” il-karta ta’ residenza permanenti tinħareġ lill-membri tal-familja taċ-ċittadini taż-ŻEE f’konformità mad-Direttiva 2004/38/KE wara ħames snin ta’ residenza legali kontinwa fl-Awstrija (maħruġa f’din il-forma mill-1 ta’ Lulju 2020 ’il quddiem). |
II. Permessi ta’ residenza li, skont id-Direttiva 2004/38, mhux bilfors iridu jinħarġu fil-format uniformi (inħarġu f’dan il-format sat-30 ta’ Ġunju 2020)
|
— |
Il-permess ta’ residenza skont id-dritt ta’ residenza fl-Unjoni ta’ iktar minn tliet xhur għal membri ta’ familja ta’ ċittadini taż-ŻEE skont id-Direttiva 2004/38/KE ma jikkorrispondix għall-format standard fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz |
|
— |
Il-karta tal-permess tar-residenza permanenti biex jiġi ddokumentat dritt ta’ residenza permanenti fil-Komunità ta’ aktar minn tliet xhur għal membru tal-familja ta’ ċittadini taż-ŻEE skont id-Direttiva 2004/38/KE ma tikkorrispondix għall-format standard fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 tat-13 ta’ Ġunju 2002 li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz. |
Dokumenti oħra li jagħtu d-dritt ta’ soġġorn jew inkella d-dritt ta’ dħul mill-ġdid fl-Awstrija (skont l-Artikolu 2(16)(b) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen:
|
— |
Dokument ta’ identità b’ritratt f’format ta’ karta għal persuni intitolati għal privileġġi u immunitajiet bl-aħmar, isfar, blu, aħdar, kannella, griż u oranġjo maħruġ mill-Ministeru Federali għall-Ewropa, l-Integrazzjoni u l-Affarijiet Barranin. |
|
— |
Dokument tal-identità b’ritratt f’format ta’ karta għal persuni intitolati għal privileġġi u immunitajiet, ta’ lewn griż ċar b’referenza għall-kategoriji aħmar, oranġjo, isfar, aħdar, blu, vjola, kannella u griż maħruġ mill-Ministeru Federali għall-Affarijiet Ewropej, tal-Integrazzjoni u Barranin. |
|
— |
“Persuna intitolata għal status ta’ ażil” skont it-Taqsima 3 tal-Att dwar l-Ażil tal-2005 jew tad-dispożizzjonijiet preċedenti - normalment dokumentat b’dokument tal-ivvjaġġar tal-Konvenzjoni (maħruġ fl-Awstrija sa mit-28 ta’ Awwissu 2006) jew b’karta għal persuni intitolati għall-ażil skont it-Taqsima 51(a) tal-Att dwar l-Ażil tal-2005 (maħruġ għal ċittadini barranin li applikaw għal protezzjoni internazzjonali mill-15 ta’ Novembru 2015 u li jkunu ngħataw dan l-istatus mill-1 ta’ Ġunju 2016). |
|
— |
“Persuna li għandha status ta’ protezzjoni sussidjarja” skont it-Taqsima 8 tal-Att dwar l-Ażil tal-2005 jew id-dispożizzjonijiet preċedenti - ġeneralment dokumentat permezz ta’ karta għal persuni li jkollhom status ta’ protezzjoni sussidjarja skont it-Taqsima 52 tal-Att dwar l-Asil tal-2005. |
|
— |
Lista ta’ persuni li jipparteċipaw f’ġita skolastika fl-Unjoni Ewropea fis-sens tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 1994 dwar azzjoni konġunta dwar faċilitajiet tal-ivvjaġġar għal studenti tal-iskola minn pajjiżi terzi residenti fi Stat Membru. |
|
— |
“Konferma ta’ residenza legali skont it-Taqsima 31(1)(5) tal-Att tal-Pulizija għall-Barranin (FPG)”/ “Applikazzjoni għal estensjoni skont it-Taqsima 2(4)(17a) tal-Att tal-Pulizija għall-Barranin (FPG) flimkien ma’ dokument validu tal-ivvjaġġar. |
|
— |
Permess għall-impjieg maħruġ skont it-Taqsima 32c tal-Att dwar l-Impjieg tal-Barranin (Ausländerbeschäftigungsgesetz) flimkien ma’ viża “D” valida jew skaduta għal ħaddiema staġjonali jew skont it-Taqsima 22a tal-Att tal-Pulizija dwar l-Immigrazzjoni (Fremdenpolizeigesetz - FPG) maħruġ mill-Awstrija. |
|
— |
Permess ta’ residenza indefinit - maħruġ fil-forma ta’ viża ordinarja skont it-Taqsima 6(1)(1) tal-Att tal-1992 dwar il-Barranin (FRG) (maħruġ sal-31 ta’ Diċembru 1995 mill-awtoritajiet domestiċi Awstrijaċi u mill-uffiċċji rappreżentattivi barranin fil-forma ta’ timbru). |
|
— |
Permess ta’ residenza fil-forma ta’ stiker ħadra san-Nru 790.000. |
|
— |
Permess ta’ residenza fil-forma ta’ stiker ħadra u bajda min-Nru 790.001 ’il fuq. |
|
— |
Permess ta’ residenza fil-forma ta’ stiker f'konformità mal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 97/11/ĠAI tas-16 ta’ Diċembru 1996, iIl-Ġurnal Uffiċjal L 7 tal-10 ta’ Jannar 1997, li jippreskrivi format uniformi għall-permessi ta’ residenza (maħruġ fl-Awstrija bejn l-1 ta’ Jannar 1998 u l-31 ta’ Diċembru 2005). |
|
— |
“Konferma tad-dritt għad-dħul fl-Awstrija, skont it-Taqsima 24 tal-Att dwar l-Istabbiliment u r-Residenza (NAG) jew it-Taqsima 59 tal-Att dwar l-Ażil” fil-forma ta’ stiker ħadra u blu. |
|
— |
“Konferma ta’ applikazzjoni f'konformità mal-Artikolu 18(1)(b) tal-Ftehim dwar il-Ħruġ” (“Bestätigung über die Antragstellung gemäß Art. 18 Abs. 1 des Abkommens über den Austritt des Vereinigten Königreichs Großbritannien und Nordirland aus der Europäischen Union und der Europäischen Atomgemeinschaft (Austrittsabkommen) maħruġa fuq karta tas-sigurtà f’format A4 mill-4 ta’ Jannar 2021 |
|
— |
Permess ta” impjieg (Beschäftigungsbewilligung) skont it-Taqsima 4c (1) tal-Att dwar l-Impjiegi tal-Barranin (Ausländerbeschäftigungsgesetz) |
|
— |
Ċertifikat ta’ eżenzjoni (Befreiungsschein) skont it-Taqsima 4c (2) tal-Att dwar l-Impjiegi tal-Barranin (Ausländerbeschäftigungsgesetz) |
IL-LIECHTENSTEIN
Sostituzzjoni tal-lista ppubblikata fil ĠU C 126, 12.4.2021, p. 1 .
Permessi ta’ residenza tal-Liechtenstein għaċ-ċittadini tal-UE/taż-ŻEE u tal-Iżvizzera
|
— |
Bewilligung in Briefform (BiB) (Permess permezz ta’ ittra) (permess għal impjieg fuq bażi ta’ kuljum jew ta’ kull ġimgħa, validità: massimu ta’ 180 jum fi żmien 12-il xahar) |
|
— |
Aufenthaltstitel L (Kurzaufenthaltsbewilligung) (Permess għal żmien qasir, validità: massimu ta’ 12-il xahar) |
|
— |
Aufenthaltstitel B (Aufenthaltsbewilligung) (Permess ta’ residenza, validità: massimu ta’ 5 snin) |
|
— |
Aufenthaltstitel C (Niederlassungsbewilligung) (Permess ta’ saldu, validità tal-iskadenza tar-rieżami: massimu ta’ 5 snin) |
|
— |
Aufenthaltstitel D (Daueraufenthaltsbewilligung) (Permess ta’ residenza permanenti, validità tal-iskadenza tar-rieżami: massimu ta’ 10 snin) |
Permessi ta’ residenza tal-Liechtenstein għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi
1. Permessi ta’ residenza b’format uniformi skont ir-Regolament (KE) 1030/2002:
|
— |
Aufenthaltstitel L für Drittstaatsangehörige (Permess għal soġġorn qasir, validità: min. 3-il xahar, massimu ta’ 12-il xahar) |
|
— |
Aufenthaltstitel B für Drittstaatsangehörige (Permess għal soġġorn fit-tul, validità: massimu ta’ 12-il xahar) |
|
— |
Aufenthaltstitel C für Drittstaatsangehörige (Permess għal residenza permanenti, validità tal-iskadenza tar-reviżjoni: massimu ta’ 3 snin) |
2. Permessi ta’ residenza maħruġa liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE/taż-ŻEE – jew Żvizzeri (dritt għall-moviment liberu):
|
— |
Aufenthaltstitel L für Drittstaatsangehörige (Permess għal soġġorn qasir għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE/ŻEE jew Żvizzeri (dritt ta’ moviment liberu), validità: massimu ta’ 12-il xahar) |
|
— |
Aufenthaltstitel B für Drittstaatsangehörige (Permess għal soġġorn fit-tul għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE/ŻEE jew tal-Iżvizzera (dritt ta’ moviment liberu), validità: massimu ta’ 5 snin) |
|
— |
Aufenthaltstitel C für Drittstaatsangehörige (Permess għal residenza permanenti għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadini Żvizzeri (dritt ta’ moviment liberu), validità tal-iskadenza tar-rieżami: massimu ta’ 5 snin) |
|
— |
Aufenthaltstitel D für Drittstaatsangehörige (Permess għal residenza permanenti għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma membri tal-familja ta’ ċittadini tal-UE/ŻEE (dritt ta’ moviment liberu), validità tal-iskadenza tar-rieżami: massimu ta’ 10 snin) |
3. Permessi ta’ residenza tal-Liechtenstein għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi
|
— |
Ausländerausweis S/Livret pour étrangers S/Libretto per stranieri S [Karta ta’ Protezzjoni Temporanja S] f’format ta’ ktejjeb li jiddikjara “Ausländerausweis/Livret pour étrangers/Libretto per stranieri S [Karta ta’ Protezzjoni Temporanja], maħruġa lil persuni mill-Ukrajna li jeħtieġu protezzjoni mis-16 ta’ Marzu 2022 (ktejjeb antik) |
|
— |
Ausweis für schutzbedürftige S/Karta ta’ Protezzjoni Temporanja S f’format ta’ ktejjeb (Karta ta’ Protezzjoni Temporanja S), maħruġa lil persuni mill-Ukrajna li jeħtieġu protezzjoni mis-16 ta’ Marzu 2022 (ktejjeb ġdid) |
4. Lista ta’ persuni li jipparteċipaw f’ġita skolastika fl-Unjoni Ewropea.
Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti
|
ĠU C, C/2023/260, 19.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/260/oj. ĠU C, C/2023/1408, 5.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1408/oj. ĠU C, C/2023/1609, 22.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1609/oj. ĠU C, C/2024/1212, 31.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1212/oj. ĠU C, C/2024/1950, 6.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1950/oj. |
(1) Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4488/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)