Official Journal L 119 , 22/04/1998 P. 0015 - 0015
Id-Direttiva Tal-Kummissjoni 98/21/KE tat-8 ta’ April 1998 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/16/KEE sabiex tiffaċilita l-moviment liberu tat-tobba u r-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi tagħhom, iċ-ċertifikati u evidenza oħra tal-kwalifiki formali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 49, l-Artikolu 57(1) u (2), l-ewwel u t-tielet sentenzi, u l-Artikolu 66 tiegħu, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 93/16/KEE tal-5 ta’ April 1993 sabiex tiffaċilita l-moviment liberu tat-tobba u r-rikonoxximent reċiproku tad-diplomi, iċ-ċertifikati u evidenza oħra tal-kwalifiki formali tagħhom [1], kif l-aħħar emendata permezz tad-Direttiva 97/50/KE [2] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u b’mod partikulari l-Artikolu 44a tiegħu, Billi l-Olanda għamlet talba rraġunata sabiex jiġi emendat it-titolu uffiċjali tal-mediċina ta’ l-okkopazzjoni għal dak l-Istat Membru fl-elenku tal-mediċina speċjalizzata partikulari għal żewġ Stati Membri jew aktar; Billi l-Belġju u l-Lussemburgu għamlu talbiet irraġunati sabiex il-mediċina ta’ l-okkupazzjoni tiġi inkluża għal dawk l-Istati Membri fl-elenku tal-mediċina speċjalizzata partikulari żewġ Stati Membri jew aktar; Billi l-Isvezja għamlet talba bir-raġunijiet sabiex il-mediċina komunitarja tiġi inkluża għal dak l-Istat Membru fl-elenku tal-mediċina speċjalizzata partikulari għal żewġ Stati Membri jew aktar; Billi l-miżuri stipulati f’din id-Direttiva huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Uffiċjali Superjuri dwar is-Saħħa Publika stabbilit mid-Deċiżjoni Nru 75/365/KEE [3], ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA: L-Artikolu 1 L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 93/16/KEE huwa b’dan emendat kif ġej: (a) Taħt "mediċina ta’ l-okkupazzjoni" , jiżdiedu dawn li ġejjin: "Il-Belġju: médicine du travail/arbeidsgeneeskunde, Il-Lussemburgu: médecine du travail" (b) Taħt "mediċina tax-xogħol", id-deskrizzjoni "arbeids-en bedrijfsgeneeskunde" li tidher faċċata ta’ "l-Olanda" tinbidel bid-deskrizzjoni "arbeid en gezondheid". (c) Taħt "Mediċina komunitarja" , jiżdied dan li ġej: "L-Isvezja: Socialmedicin". L-Artikolu 2 1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sal-31 ta’ Diċembru 1998. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bihom minnufih. Id-dispożizzjonijiet adottati b’mod konformi ma’ dan il-paragrafu għandhom ikunu akkumpanjati b’riferenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn din ir-referenza fil-waqt tal-publikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-proċedura għal din ir-referenza għandha tiġi adottata mill-Istati Membri. 2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni it-test tad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva. L-Artikolu 3 Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-publikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-Artikolu 4 Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussel, fit-8 ta’ April 1998. Għall-Kummissjoni Mario Monti Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 165, tas-7.7.1993, p. 1. [2] ĠU L 291, ta’ l-24.10.1997, p. 35. [3] ĠU L 167, tat-30.6.1975, p. 19. --------------------------------------------------