European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/3488

1.7.2026

 (*1)

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Kawża M. 12488 — ASTERION / MACQUARIE / SOUTHERN WATER)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2026/3488)

1.   

Fit-22 ta’ Ġunju 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Asterion Industrial Partners, SGEIC, S.A. (“Asterion”, Spanja) (**),

—

MSCIF Sandstone Ventures S.à r.l (“MSCIF”, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn Macquarie Group Limited, (“MGL”, l-Awstralja),

—

Southern Water Services Limited (“Southern Water”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn MGL.

Asterion u MGL se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Southern Water.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

Asterion hija ditta indipendenti Spanjola ta’ ġestjoni tal-investiment iffukata fuq l-infrastruttura fis-suq medju Ewropew,

—

Macquarie Group Limited huwa grupp ta’ servizzi finanzjarji diversifikati li jipprovdi lill-klijenti b’ġestjoni tal-assi, servizzi bankarji għall-konsumatur u għan-negozju, kif ukoll konsulenza u soluzzjonijiet ta’ riskju u kapital fost id-dejn, l-ekwità, u s-swieq finanzjarji u l-komoditajiet.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali ta’ Southern Water jikkonsistu fil-provvista ta’ servizzi tal-ilma u tal-ilma mormi lil-Lvant u l-Punent ta’ Sussex, Kent, Hampshire u l-Isle of Wight fir-Renju Unit.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha il-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12488 — ASTERION / MACQUARIE / SOUTHERN WATER

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet/Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

IL-BELĠJU/BELGIË


(*1)  Għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità, xi informazzjoni li tinsab f’din il-ħarġa ma tistax tibqa’ tiġi żvelata, u għalhekk ġiet ippubblikata verżjoni awtentika ġdida.

(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(**)  Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3488/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)