Brussell, 19.1.2018

COM(2018) 38 final

RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-użu li sar mill-istituzzjonijiet fl-2016 tar-Regolamenti tal-Kunsill Nru 495/77, kif emendat l-aħħar mir-Regolament Nru 1945/2006 (dwar ix-xogħol standby), Nru 858/2004 (dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli), u Nru 300/76, kif emendat l-aħħar mir-Regolament Nru 1873/2006 (dwar is-servizz kontinwu jew bix-xift)


RAPPORT MILL-KUMMISSJONI LILL-KUNSILL U LILL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-użu li sar mill-istituzzjonijiet fl-2016 tar-Regolamenti tal-Kunsill Nru 495/77, kif emendat l-aħħar mir-Regolament Nru 1945/2006 (dwar ix-xogħol standby), Nru 858/2004 (dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli), u Nru 300/76, kif emendat l-aħħar mir-Regolament Nru 1873/2006 (dwar is-servizz kontinwu jew bix-xift)

1.Introduzzjoni

Ir-Regolamenti tal-Kunsill dwar ix-xogħol standby (Nru 495/77) u dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli (Nru 858/2004) jobbligaw lill-Kummissjoni tippreżenta, kull sena, rapport lill-Kunsill dwar l-għadd ta’ uffiċjali u aġenti oħrajn f’kull kategorija li jirċievu l-benefiċċji msemmija fir-regolamenti kkonċernati kif ukoll dwar in-nefqa totali relatata magħhom.

Dan ir-rapport huwa bbażat fuq l-aħħar ċifri annwali kompluti li kienu disponibbli fi żmien it-tħejjija tiegħu u għalhekk jirreferi għas-sena 2016. Huwa jkopri l-istituzzjonijiet kollha u jinkludi wkoll, għall-finijiet ta’ kompletezza, informazzjoni simili dwar l-użu tas-servizz kontinwu jew bix-xift (ir-Regolament tal-Kunsill Nru 300/76).

2.Benefiċċju għax-xogħol standby

Il-bażijiet legali għal dan il-benefiċċju huma l-Artikoli 55 u 56B tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill Nru 495/77 tat-8 ta’ Marzu 1977, kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill Nru 1945/2006 tal-11 ta’ Diċembru 2006.

Il-ħlas tal-benefiċċju huwa limitat għal uffiċjali u għal aġenti oħra mħallsa mill-approprjazzjonijiet għar-riċerka u impjegati:

–fi stabbiliment taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC), jew

–f’azzjonijiet indiretti, jew

imħallsa mill-approprjazzjonijiet amministrattivi u impjegati:

–fit-tmexxija jew fis-superviżjoni ta’ installazzjonijiet tekniċi,

–f’dipartiment tas-sigurtà,

–f’dipartiment tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT),

–f’dipartiment li jipprovdi sostenn għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) / Politika Ewropea ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) jew għall-arranġamenti ta’ koordinazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jew fi kriżijiet, jew

–fil-qafas ta’ arranġament maħluq biex jipprovdi l-għajnuna lill-Istati Membri 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa (“SM 24/7”) fil-kuntest tal-koordinazzjoni f’każ urġenti jew ta’ kriżi jew servizzi li fihom teżisti n-neċessità li jwettqu kompiti sabiex jiġi żgurat mekkaniżmu li jipprovdi assistenza lill-Istati Membri.

Il-benefiċċju għax-xogħol standby huwa espress permezz ta’ punti. L-għadd ta’ punti mogħtija għal kull siegħa ta’ xogħol standby effettivament maħduma huwa stabbilit kif ġej:

–xogħol standby mid-dar, f’jum tax-xogħol: 2,15 punti;

–xogħol standby fi tmiem il-ġimgħa u l-jiem ta' btala: 4,3 punti;

–xogħol standby fuq il-post tax-xogħol, f’jum tax-xogħol: 11-il punt;

–xogħol standby fuq il-post tax-xogħol, fi tmiem il-ġimgħa u l-jiem ta' btala: 22 punt.

Kull punt jiswa daqs 0,032 % tal-paga bażika ta’ uffiċjal fil-grad 1, fl-ewwel skala (jiġifieri EUR 0,9056 fl-2016).

2.1.L-għadd ta’ benefiċjarji (uffiċjali / aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali) 1 :

Istituzzjoni

AD

SC - AST

AC

Total

FG I

FG II

FG III

FG IV

Il-Kummissjoni

88,33

203,33

37,33

7

12

2

350

- li minnhom tal-JRC:

40

83

14

2

2

1

142

Il-Kunsill

13

47

2

0

0

0

62

Il-Parlament

0

0

0

0

0

0

0

Il-Qorti tal-Ġustizzja

7

11

0

0

1

0

19

Il-Qorti tal-Awdituri

0

0

10

0

0

0

10

KESE

0

0

0

0

0

0

0

KtR

0

0

0

0

0

0

0

KEPD

0

0

0

0

0

0

0

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

0

0

SEAE

7

9

0

0

0

0

16

Total

115,33

270,33

49,33

7

13

2

457

2.2.Għadd ta’ benefiċjarji għal kull tip ta’ xogħol standby:

Istituzzjoni

Xogħol mid-dar

Xogħol mid-dar u fuq il-post tax-xogħol

Fuq il-post tax-xogħol

Total

Il-Kummissjoni

330

0

20

350

- li minnhom tal-JRC:

123

0

19

142

Il-Kunsill

62

0

0

62

Il-Parlament

0

0

0

0

Il-Qorti tal-Ġustizzja

19

0

0

19

Il-Qorti tal-Awdituri

10

0

0

10

KESE

0

0

0

0

KtR

0

0

0

0

KEPD

0

0

0

0

L-Ombudsman

0

0

0

0

SEAE

16

0

0

16

Total

437

0

20

457

2.3.L-għadd ta’ benefiċjarji skont l-impjieg

Istituzzjoni

JRC

Azzjonijiet indiretti

Installazzjonijiet tekniċi

Sigurtà

ICT

PESK / PSDK

SM 24/7

Total

Il-Kummissjoni

142

0

65

40

71

0

32

350

- li minnhom tal-JRC:

142

0

0

0

0

0

0

142

Il-Kunsill

0

0

0

15

40

7

0

62

Il-Parlament

0

0

0

0

0

0

0

0

Il-Qorti tal-Ġustizzja

0

0

14

5

0

0

0

16

Il-Qorti tal-Awdituri

0

0

0

10

0

0

0

10

KESE

0

0

0

0

0

0

0

0

KtR

0

0

0

0

0

0

0

0

KEPD

0

0

0

0

0

0

0

0

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

0

0

0

SEAE

0

0

0

4

9

3

0

16

Total

142

0

79

74

120

10

32

457

3.Benefiċċju li jingħata minħabba kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli

Il-bażijiet legali għal dan il-benefiċċju huma l-Artikolu 56C tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill Nru 858/2004 tad-29 ta’ April 2004, li ħa post ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1799/72.    

Il-benefiċċju li jingħata minħabba kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli hu espress permezz ta’ punti mogħtija għal kull siegħa ta’ xogħol effettivament maħduma u jiddependi minn diversi kundizzjonijiet partikolari tax-xogħol li għandhom x’jaqsmu mal-“protezzjoni tal-individwu”, il-“post tax-xogħol” u n-“natura tax-xogħol”. L-għadd ta’ punti jvarja bejn 2 punti, pereżempju għal-livell medju ta’ ħoss li jeċċedi l-85 deċibel, u l-limitu massimu ta’ 50 punt fil-każ ta’ uffiċjal li jrid jilbes ilbies protettiv għal kontra n-nar b'apparat awtorespiratorju. Kull punt jiswa daqs 0,032 % tal-paga bażika ta’ uffiċjal fil-grad 1, fl-ewwel skala (jiġifieri EUR 0,9056 fl-2016).

3.1.L-għadd ta’ benefiċjarji (uffiċjali / aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali):

Istituzzjoni

AD

SC -AST

Aġenti Kuntrattwali

Total

FG I

FG II

FG III

FG IV

Il-Kummissjoni

37

161

29

0

0

6

233

- li minnhom tal-JRC:

37

156

19

0

0

6

218

Il-Kunsill

0

0

0

0

0

0

0

Il-Parlament

0

0

0

0

0

0

0

Il-Qorti tal-Ġustizzja

0

0

0

0

0

0

0

Il-Qorti tal-Awdituri

0

0

0

0

0

0

0

KESE

0

0

0

0

0

0

0

KtR

0

0

0

0

0

0

0

KEPD

0

0

0

0

0

0

0

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

0

0

SEAE

0

0

0

0

0

0

0

Total

37

161

29

0

0

6

233

4.Benefiċċju għas-servizz kontinwu jew bix-xift

Il-bażijiet legali għal dan il-benefiċċju huma l-Artikolu 56A tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll ir-Regolament tal-Kunsill Nru 300/76 tad-9 ta’ Frar 1976, kif emendat l-aħħar mir-Regolament tal-Kunsill Nru 1873/2006 tal-11 ta’ Diċembru 2006.

Il-ħlas tal-benefiċċju huwa limitat għal uffiċjali u għal aġenti oħra mħallsa mill-approprjazzjonijiet għar-riċerka u impjegati:

–fi stabbiliment taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC), jew

–f’azzjonijiet indiretti, jew

imħallsa mill-approprjazzjonijiet amministrattivi u impjegati:

–f’dipartiment tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT),

–f’dipartiment tas-sigurtà,

–f’servizz ta’ swiċċbord tat-telefon / ta’ informazzjoni jew f’uffiċċju ta' akkoljenza,

–f’dipartiment li jipprovdi sostenn għall-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) / Politika Ewropea ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) jew għall-arranġamenti ta’ koordinazzjoni f’sitwazzjonijiet ta’ emerġenza jew fi kriżijiet,

–servizz li jipprovdi appoġġ fil-kuntest ta’ koordinazzjoni f’każ ta’ emerġenza jew kriżi jew

–fit-tmexxija jew fis-superviżjoni tal-installazzjonijiet tekniċi.

Iċ-ċifri li ġejjin jindikaw l-għadd ta’ benefiċċji mogħtija minn kull istituzzjoni għas-sena 2016.

4.1.L-għadd ta’ benefiċjarji (uffiċjali / aġenti temporanji u aġenti kuntrattwali):

Istituzzjoni

AD

SC - AST

AC

Total

FG I

FG II

FG III

FG IV

Il-Kummissjoni

15

80

18

16

3

0

132

- li minnhom tal-JRC:

7

31

6

0

0

0

44

Il-Kunsill

0

77

1

8

0

0

86

Il-Parlament

0

47

499

15

9

0

570

Il-Qorti tal-Ġustizzja

0

0

0

0

0

0

0

Il-Qorti tal-Awdituri

0

0

14

0

0

0

14

KESE

0

0

0

0

0

0

0

KtR

0

0

0

0

0

0

0

KEPD

0

0

0

0

0

0

0

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

0

0

SEAE

0

37

0

1

0

0

38

Total

15

241

532

40

12

0

840


Hemm erba' rati differenti previsti għall-benefiċċju ta' kull xahar (ċifri abbażi tas-sena 2016):

–l-ewwel rata: servizz b’żewġ xiftijiet, minbarra fi tmiem il-ġimgħa u fil-jiem ta' btala: EUR 407,50;

–it-tieni rata: servizz b’żewġ xiftijiet, inkluż matul il-lejl, fi tmiem il-ġimgħa u fil-jiem ta' btala: EUR 615,05;

–it-tielet rata: 24 siegħa kuljum, minbarra fi tmiem il-ġimgħa u l-jiem ta' btala: EUR 672,48;

–ir-raba' rata: 24 siegħa kuljum, sebat ijiem fil-ġimgħa: EUR 916.81.

4.2.L-għadd ta’ benefiċjarji għal kull rata:

Istituzzjoni

L-ewwel rata

It-tieni rata

It-tielet rata

Ir-raba' rata

Total

EUR 407,50 

EUR 615,05

EUR 672,48 

EUR 916,81 

Il-Kummissjoni

18

16

8

90

132

- li minnhom tal-JRC:

0

16

8

20

44

Il-Kunsill

43

0

0

43

86

Il-Parlament

284

197

0

89

570

Il-Qorti tal-Ġustizzja

0

0

0

0

0

Il-Qorti tal-Awdituri

1

0

0

13

14

KESE

0

0

0

0

0

KtR

0

0

0

0

0

KEPD

0

0

0

0

0

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

SEAE

28

0

0

10

38

Total

374

213

8

245

840

4.3.L-għadd ta’ benefiċjarji skont it-tip ta’ impjieg:

Istituzzjoni

JRC

Koord.

Kriżi/
emerġenza

ICT

Sigurtà

Telef./
akkoljenza

PESK/
PSDK

Installazzjoni teknika

Azzjonijiet Ind.

Total

Il-Kummissjoni

44

16

17

54

0

0

1

0

132

- li minnhom tal-JRC.

44

0

0

0

0

0

0

0

44

Il-Kunsill

0

0

0

86

0

0

0

0

86

Il-Parlament

0

0

0

550

20

0

0

0

570

Il-Qorti tal-Ġustizzja

0

0

0

0

0

0

0

0

0

Il-Qorti tal-Awdituri

0

0

0

13

1

0

0

0

14

KESE

0

0

0

0

0

0

0

0

0

KtR

0

0

0

0

0

0

0

0

0

KEPD

0

0

0

0

0

0

0

0

0

L-Ombudsman

0

0

0

0

0

0

0

0

0

SEAE

0

0

14

14

0

10

0

0

38

Total

44

16

31

717

21

10

1

0

840

5.Is-servizzi kkonċernati u r-raġunijiet

Il-Kunsill, il-Kummissjoni, is-SEAE (dan tal-aħħar ħa parti kbira minn dak li qabel kien id-DĠ RELEX) u l-Qorti tal-Awdituri jirrikorru għall-użu tax-xogħol standby u għas-servizz kontinwu jew għax-xift u jipproċedu għall-ħlas ta' benefiċċji previsti mil-liġi.

Ninnutaw li l-Parlament Ewropew m’għandux servizz ta’ standby u jħallas biss il-benefiċċji għas-servizzi bix-xift.

Il-Kummissjoni tibqa' l-unika istituzzjoni li tħallas l-benefiċċji minħabba kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli, fil-JRC u fl-Uffiċċju għall-infrastruttura u l-loġistika fi Brussell (OIB).

5.1.Ir-raġunijiet għall-użu tax-xogħol standby

Il-Kummissjoni:    
Ċentru konġunt tar-riċerka (JRC)    
Fl-2016, il-Kummissjoni ħallset il-benefiċċji għax-xogħol standby lil 350 membru tal-persunal tagħha. Madwar 41% (142) minnhom huma impjegati f’wieħed miċ-Ċentri għar-riċerka, li jirrappreżenta tnaqqis żgħir meta mqabbel mal-2015. Dan it-tnaqqis huwa konsegwenza ta' (1) it-tneħħija tal-benefiċċju konċess lill-iskwadra "Fire & Rescue" f'Karlsruhe u (2) is-sostituzzjoni tas-servizz standby temporanju "IPR WINTER 2015/2016" b'kuntratt qafas. Ir-raġunijiet għax-xogħol standby jibqgħu - bħal fis-snin preċedenti – ġeneralment relatati mas-sigurtà u l-protezzjoni (servizz tat-tifi tan-nar, superviżjoni tar-radjazzjoni, protezzjoni mir-radjazzjoni, eċċ.). Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet fil-JRC ix-xogħol standby isir mid-dar, bl-eċċezzjoni ta’ Ispra u ta’ Karlsruhe fejn is-servizzi jistgħu jitwettqu jew minn fuq il-post tax-xogħol, jew mid-dar u kif ukoll minn fuq il-post tax-xogħol minħabba l-ispeċifiċità tal-kompiti.

Oħrajn    
Fid-Direttorati Ġenerali l-oħra tal-Kummissjoni, is-sitwazzjoni hija kważi stabbli meta mqabbla mal-2015. Is-servizzi tax-xogħol standby huma b'mod partikolari relatati mas-sigurtà, mal-installazzjonijiet tekniċi u mas-servizzi tal-informatika kif ukoll mal-għajnuna lill-Istati Membri.    

Il-Kunsill: Fl-2016, il-Kunsill ħallas il-benefiċċji għax-xogħol standby lil 62 membru tal-persunal tiegħu (żieda ta' 15-il persuna meta mqabbel mal-2015). L-oqsma kkonċernati huma s-servizzi ta’ teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), kif ukoll is-servizzi tas-sigurtà u l-appoġġ għall-PESK / PESD. Fl-2016 dan ix-xogħol ta’ standby kien jitwettaq biss mid-dar.

Il-Qorti tal-Awdituri: Fl-2016, il-Qorti tal-Awdituri ħallset benefiċċji għas-servizzi standby lil 10 membri tal-persunal tagħha.

SEAE: Fl-2016, is-SEAE ħallas benefiċċji għas-servizzi standby lil 16-il membru tal-persunal tiegħu għal 3 oqsma ta' xogħol: is-servizzi ta' sigurtà, is-sostenn għall-PESK / PSDK u kif ukoll is-servizz tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT).

Il-Qorti tal-Ġustizzja: Fl-2016, il-Qorti tal-Ġustizzja ħallset benefiċċji għas-servizzi standby lil 19-il membru tal-persunal tagħha. Dan is-servizz ġie introdott f’Novembru 2014 fid-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura biex ikopri s-superviżjoni tal-installazzjonijiet tekniċi u l-eżekuzzjoni ta’ kompiti relatati mas-sigurtà.

5.2.Ir-raġunijiet għall-użu tal-benefiċċju li jingħata minħabba kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli

Il-Kummissjoni: Il-Kummissjoni hija l-unika istituzzjoni li għamlet użu minn din il-possibbiltà fl-2016. Fl-2008, l-Uffiċċju għall-Infrastruttura u l-Loġistika fi Brussell (OIB) kien introduċa din il-possibbiltà f’wieħed mis-servizzi tiegħu (is-servizz tar-riproduzzjoni), minbarra ċ-Ċentru Komuni għar-Riċerka li kien qed jużah diġà.

Fl-2016, in-numru totali ta’ sigħat li nħadmu f’dawn il-kundizzjonijiet diffiċli tqassmu kif ġej:

Ø67 066,91 siegħa b'rabta mal-protezzjoni tal-individwu (pereżempju, l-użu ta’ ħwejjeġ speċjali u skomdi meħtieġa għall-protezzjoni ta’ dak li jkun),

Ø117 496,59 siegħa b'rabta mal-post tax-xogħol (pereżempju, il-ħsejjes ta’ livelli għolja, il-postijiet perikolużi), u

Ø13 779,53 siegħa b'rabta man-natura tax-xogħol (pereżempju, il-ġarr ta’ sustanzi korrużivi).

5.3.Raġunijiet għal servizz kontinwu jew bix-xift

Il-Kummissjoni: Fi ħdan il-Kummissjoni, (għal raġunijiet li għandhom x’jaqsmu man-natura tal-kompiti li jridu jitwettqu), il-JRC u DĠ HR (id-dipartiment għas-sigurtà u l-prevenzjoni) huma dawk li l-aktar jeħtieġu dan it-tip ta’ organizzazzjoni tax-xogħol (44 u 46 persuna rispettivament elenkati fl-2016).

Fid-DĠs l-oħrajn (baġit operattiv), fl-2016 kien hemm 42 persuna li kienu jaħdmu bix-xift, fit-tipi ta’ servizzi li ġejjin:

–Sigurtà u prevenzjoni: 8 (OIL)

–Installazzjonijiet tekniċi: 1 (OP)

–Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT): 17 (DĠ COMM)

–Assistenza lill-Istati Membri: 16 (DĠ ECHO)

Ix-xogħol bix-xift fid-DĠ COMM inħoloq fl-2015 biex jiżgura l-analiżi tal-istampa għall-President, il-Kulleġġ u s-servizz tal-Kelliem.

Is-servizz kontinwu fid-DĠ ECHO ilu operattiv mill-2013 wara l-ħolqien ta' Ċentru ta’ Monitoraġġ u ta' Informazzjoni bil-ħsieb li l-Istati Membri u l-Kummissjoni jkunu assistiti f'każ ta' diżastri.

L-erba' rati (tipi ta' benefiċċji) huma applikati mill-Kummissjoni, ir-raba' rata (servizz kontinwu) tintuża prinċipalment fis-servizzi ta' sigurtà.

Il-Kunsill: L-inawgurazzjoni tal-bini ġdid Europa ħalla impatt importanti u dirett fis-servizzi responsabbli mill-iżgurar tas-sigurtà u s-sikurezza tal-beni u tal-persuni tal-istituzzjoni.

Biex tkun tista' ssir l-inawgurazzjoni u jibda jiffunzjona l-bini l-ġdid, kien hemm bżonn li jiġi riorganizzat u jiżdied l-għadd ta' ħaddiema eżistenti tal-Uffiċċju tas-Sigurtà, li l-kompiti tiegħu jeħtieġu organizzazzjoni ta' xogħol bix-xift (klassi 1) u xogħol kontinwu (klassi 4).

Id-dipartiment tal-Prevenzjoni żied l-iskwadra li taħdem bix-xift (klassi 1) tul l-ewwel nofs tas-sena, biex, mill-1 ta’ Lulju 2016, jgħaddi għal servizz fuq bażi kontinwa. Dan kien meħtieġ minn banda, għall-inawgurazzjoni tal-bini Europa, u mill-banda l-oħra, minħabba li l-membri tal-iskwadra inkorporaw mal-kompiti abitwali tagħhom, kompiti li qabel kienu jsiru minn aġenti esterni.

Ir-riorganizzazzjoni ta' dawn is-servizzi li jinkludu uffiċjali AST u aġent kuntrattwali, wasslet għaż-żieda fl-għadd ta' benefiċċji fl-2016 (86) meta mqabbel mal-2015 (61)

Il-Parlament Ewropew: Sabiex jitħarsu u jiġu protetti l-persuni, l-infrastrutturi, l-informazzjoni u l-avvenimenti li jitwettqu matul il-btajjel, it-tmiem tal-ġimgħa u l-iljieli, u sabiex tiġi garantita l-preżenza kontinwa ta' aġenti ta' sigurtà fil-bini filwaqt li jiġi evitat l-użu ta' sahra, li jkollu bħala effett iż-żieda fil-baġit tal-Parlament Ewropew, ġie deċiż li jsir użu mill-applikazzjoni tar-Regolament 300/76 tal-Kunsill tad-9 ta' Frar 1976, emendat l-aħħar mir-Regolament 1873/2006 tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2006 u li s-sigħat ta' sahra jiġu sostitwiti b'ħinijiet speċifiċi. Għalhekk, l-aġenti ta' sigurtà u ta' prevenzjoni rreklutati għandhom jirċievu l‑benefiċċju għal servizz kontinwu jew bix-xift.

Wara ż-żieda qawwija fl-2015 (503), fl-2016 l-għadd ta' benefiċċji għal servizz kontinwu jew bix-xift fil-Parlament Ewropew żdied għal 570. Dan il-benefiċċju jintuża l-iktar fl-oqsma tas-sigurtà u ftit fis-servizzi telefoniċi / ta' akkoljenza. Iż-żieda nnutata għall-2016 kienet għal darba oħra ġejja mill-qasam tas-sigurtà.

It-tip ta’ servizz kontinwu jew bix-xift huwa sistema ta’ żewġ xiftijiet (l-ewwel rata), servizz b'żewġ xiftijiet, inkluż billejl, tmiem il-ġimgħa u l-btajjel pubbliċi (it-tieni rata), jew anke servizz ininterott ta’ 24 siegħa kuljum (ir-raba' rata)

Il-Qorti tal-Awdituri: Il-Qorti tal-Awdituri ilha għandha servizz kontinwu jew bix-xift fl-oqsma tas-sigurtà u s-servizzi telefoniċi / tal-akkoljenza mill-2011. It-tipi ta' servizz kontinwu jew bix-xift jikkonsistu jew f'sistema b'żewġ xiftijiet (l-ewwel rata) jew servizz ininterrott ta' 24 siegħa kuljum (ir-raba' rata). In-numru ta' benefiċċji mħallsin fl-2016 jammonta għal 14.

SEAE: Fl-2016, is-SEAE ħallas 38 benefiċċju użati fil-qasam tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), tas-sigurtà u tal-PESK / PSDK.



6.In-nefqa baġitarja, għal kull istituzzjoni u għal kull benefiċċju (f’EUR)

Istituzzjoni

Servizz kontinwu jew bix-xift

Xogħol standby

Kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment diffiċli

Total

Il-Kummissjoni

953 248,28

1 301 223,86

613 435,60

2 867 907,74

- li minnhom tal-JRC:

256 513,34

552 639,63

575 072,36

1 384 225,33

Il-Kunsill

500 310,65

179 622,87

0

679 933,52

Il-Parlament

3 382 177.87

0

0

3 382 177.87

Il-Qorti tal-Ġustizzja

0

14 631,00

0

14 631,00

Il-Qorti tal-Awdituri

118 897,50

13 544,95

0

132 442,45

KESE

0

0

0

0

KtR

0

0

0

0

KEPD

0

0

0

0

L-Ombudsman

0

0

0

0

SEAE

226 741,80

60 942,48

0

287 684,28

Total

5 181 376,10

1 569 965,16

613 435,60

7 364 776,86

L-ammont imħallas għat-tliet benefiċċji, mill-istituzzjonijiet Ewropej kollha f'daqqa jammonta għal EUR 7 364 776,86 għas-sena 2016 (EUR 6 394 289,11 għas-sena 2015).

(1)

Fl-OLAF, is-servizz standby huwa assigurat 24 siegħa kuljum u sebat ijiem fil-ġimgħa minn 0,33 AD / 0,33 SC-AST / 0,33 FGI (total = benefiċjarju wieħed) tat-tim ta’ permanenza għas-sigurtà.