REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1910/2006
tad-19 ta’ Diċembru 2006
li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta' sistemi tat-telekamera li joriġinaw fil-Ġappun wara reviżjoni ta' skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (“ir-Regolament bażiku”) (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mressqa mill-Kummissjoni wara li kkonsultat lill-Kumitat Konsultattiv,
Billi:
1. IL-PROĊEDURA
1.1 Il-miżuri fis-seħħ
|
(1)
|
Il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 1015/94 (2), impona dazju definittiv ta’ l-anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ sistemi tat-telekameras (“TCS”) li joriġinaw fil-Ġappun (“l-investigazzjoni oriġinali”).
|
|
(2)
|
F’Settembru 2000, il-Kunsill, permezz tar-Regolament (KE) Nru 2042/2000 (3), ikkonferma d-dazji defenittivi ta’ l-anti-dumping, imposti bir-Regolament (KE) Nru 1015/94 (kif sussegwentament emendat) skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.
|
1.2 Talba għal reviżjoni
|
(3)
|
Wara l-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ fuq importazzjonijiet ta' sistemi tat-telekameras (“TCS”) li joriġinaw mill-Ġappun (4), il-Kummissjoni rċeviet talba fit-28 ta' Ġunju 2005 sabiex tirrevedi dawn il-miżuri skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.
|
|
(4)
|
It-talba ntbagħtet minn Grass Valley Nederland BV, produttur Komunitarju li jirrappreżenta iżjed minn 60 % tal-produzzjoni totali Komunitarja ta' TCS (“l-applikant”). Grass Valley hija l-kumpanija li rriżultat mix-xiri ta' Philips Digital Video Systems minn Thomson Multimedia, il-proprjetarja ta' Thomson Broadcast Systems. It-talba għal reviżjoni ta' l-iskadenza kienet ibbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri x'aktarx tirriżulta fi tkomplija jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara lill-industrija Komunitarja.
|
|
(5)
|
Wara li ġie determinat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li hemm provi bizzejjed biex tinbeda reviżjoni ta' l-iskadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni bdiet din ir-reviżjoni fid-29 ta' Settembru 2005 (5).
|
1.3 Investigazzjoni parallela
|
(6)
|
Fit-18 ta' Mejju 2006, il-Kummissjoni bdiet proċediment ta' l-anti-dumping ġdid li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' ċerti sistemi tal-kameras li joriġinaw fil-Ġappun, u reviżjoni interim tal-miżuri ta' l-anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tas-sistemi tat-telekameras li joriġinaw fil-Ġappun (6). L-ambitu tal-proċediment anti-dumping il-ġdid jinkludi sistemi tat-telekameras koperti mill-miżuri fis-seħħ imsemmija fil-premessa 2. Jekk jiġi ddeterminat li jridu jiġu imposti miżuri fuq ċerti sistemi tat-telekameras li joriġinaw fil-Ġappun, u b'hekk ikopru s-sistemi tat-telekameras suġġetti għall-miżuri fir-Regolament preżenti, it-tkomplija ta' l-impożizzjoni tal-miżuri imposti mir-Regolament preżenti mhux se jibqgħu xierqa, u jkollhom jiġu emendati jew jitneħħew kif xieraq.
|
1.4 L-Investigazzjoni Attwali
1.4.1 Il-Proċedura
|
(7)
|
Il-Kummissjoni avżat uffiċjalment lill-produtturi esportaturi, lill-importaturi, lill-utenti kkonċernati magħrufin u lill-assoċjazzjoniiet tagħhom, lir-rappreżentanti tal-pajjiżi esportaturi u lill-produtturi Komunitarji bil-bidu tar-reviżjoni ta’ l-iskadenza. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jwasslu l-fehmiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu taż-żmien stipulat fl-avviż ta’ ftuħ.
|
|
(8)
|
Intbagħtu kwestjonarji lill-produttur Komunitarju applikant, żewġ produtturi Komunitarji oħra magħrufin, ħamsa u għoxrin utent, disa' produtturi tal-materja prima, u lill-ħames produtturi esportaturi magħrufa fil-Ġappun. Waslu tweġibiet minn produttur Komunitarju wieħed, produttur esportatur Ġappuniż wieħed u l-kumpanija relatata tiegħu fil-Komunità, erba' utenti/importaturi u fornitur wieħed tal-materja prima.
|
|
(9)
|
Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat it-tagħrif kollu li tqies neċessarju għall-investigazzjoni tagħha, u wettqet żjarat ta' verifika fl-istabbilimenti tal-kumpaniji li ġejjin:
|
|
Produttur Komunitarju:
|
—
|
Grass Valley Netherlands BV, Breda (l-Olanda)
|
|
|
|
Produtturi oħra fil-Komunità
|
—
|
Ikegami Electronics (Europe) GmbH — UK Branch, Sunbury on Thames (Ir-Renju Unit)
|
|
|
|
Produtturi fil-pajjiż esportatur:
|
—
|
Ikegami Tsushinki Co., Ltd, Tokyo
|
|
|
|
(10)
|
L-analiżi tiffoka l-iktar fuq id-definizzjoni standard (SD) għax SD TCS jikkostitwixxu l-maġġoranza vasta tal-prodotti suġġetta għall-miżuri. Huwa nnutat wkoll li HD TCS, b'rendiment u kwalità simili għal SD TCS b'relazzjoni S/N ta' 62 dB (għalhekk suġġetta għall-miżuri attwali), jista' jippreżenta relazzjoni S/N ta' inqas minn 55 dB, u għaldaqstant ma jkunx kopert mill-miżuri. Dan kien ikkonfermat ukoll mill-industrija Komunitarja. Parti interessata li ma kkooperatx fl-investigazzjoni preżenti, talbet li d-definizzjoni tal-prodott ta' din ir-reviżjoni tiġi allinjata ma' dik ta' l-investigazzjoni msemmija fil-premessa 6. Madankollu, ir-reviżjoni attwali ma tistax tibdel id-definizzjoni tal-prodott u hija limitata biex tiddetermina jekk il-miżuri fis-seħħ għandhomx jinżammu jew jitneħħew. Għalhekk dan l-argument kellu jiġi rrifjutat.
|
1.4.2 Il-perjodu ta' l-investigazzjoni
|
(11)
|
L-investigazzjoni rigward il-probabbiltà ta' tkomplija u/jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara kopra l-perjodu mill-1 ta’ Ottubru 2004 sat-30 ta’ Settembru 2005 (“il-perjodu ta’ l-investigazzjoni” jew “l-IP”). L-eżami tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ tkomplija jew rikorrenza ta’ ħsara kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2002 sa tmiem l-IP (“il-perjodu meqjus”, il-perjodu ta' l-investigazzjoni tal-ħsara jew “IIP”).
|
2. PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI
2.1 Il-Prodott ikkonċernat
|
(12)
|
Il-prodott ikkonċernat huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjonijiet oriġinali li wasslu għall-impożizzjoni tal-miżuri attwalment fis-seħħ, i.e. sistemi tat-telekameras.
|
|
(13)
|
Kif ġie stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill Nru 1015/94, TCS jistgħu jkunu magħmula minn kumbinazzjoni tal-partijiet li ġejjin, importati flimkien jew separatament:
|
(a)
|
head tal-kamera bi tliet sensuri jew aktar (dispożittivi li jakkumpanjaw il-karika ta' 12 mm jew aktar) b'aktar minn 400 000pixel kull wieħed, li jistgħu jitqabbdu ma' adapter fuq wara, u li għandha speċifikazzjonijiet b'relazzjoni tas-sinjal mal-ħoss ta' 55dB jew aktar meta jkun imqabbad b'mod normali; jew f'biċċa waħda mal-head tal-kamera u l-adapter flimkien f'kaxxa waħda, jew separati;
|
|
(b)
|
viewfinder (djagunal ta' 38 mm jew aktar);
|
|
(ċ)
|
stazzjon ta' bażi jew unità għall-kontroll tal-kamera (CCU) mqabbda mal-kamera b'kejbil;
|
|
(d)
|
pannel għall-kontroll operazzjonali (OCP) għall-kontroll tal-kameras waħda waħda (jiġifieri għall-aġġustament tal-kulur, il-ftuħ tal-lenti jew ta' l-iris);
|
|
(e)
|
pannel prinċipali għall-kontroll (MCP) jew unità ta' struttura ta' organizzazzjoni prinċipali (MSU) b'indikazzjoni tal-kamera magħżula, għall-panoramika u għall-aġġustament ta' bosta kameras 'il bogħod.
|
|
|
(14)
|
Il-prodotti koperti minn din ir-reviżjoni bħalissa huma klassifikabbli fil-kodiċi tan-NM ex 8525 30 90 , ex 8537 10 91 , ex 8537 10 99 , ex 8529 90 81 , ex 8529 90 95 , ex 8543 89 97 , ex 8528 21 14 , ex 8528 21 16 u ex 8528 21 90 .
|
|
(15)
|
Il-Prodotti mhux koperti minn dan il-proċediment huma:
|
(b)
|
reġistratur tat-tejps tal-vidjo;
|
|
(ċ)
|
heads tal-kamera b'unità għar-reġistrazzjoni fl-istess kaxxa inseparabbli;
|
|
(d)
|
sistemi tal-kameras professjonali li ma jistgħux jintużaw għal finijiet ta' xandir;
|
|
(e)
|
Sistemi tal-kameras professjonali elenkati fl-Anness
|
|
2.2 Prodott simili
|
(16)
|
Kif ġie stabbilit fl-investigazzjonijiet preċedenti msemmija fil-premessi (1) u (2), l-investigazzjoni attwali kkonfermat li l-prodott ikkonċernat iffabbrikat mill-produtturi esportaturi Ġappuniżi u mibjugħa fis-suq Ġappuniż u fil-Komunità u l-prodott iffabbrikat u mibjugħ mill-produttur Komunitarju applikant fis-suq Komunitarju jużaw l-istess tekonoloġija bażika u t-tnejn li huma jikkonformaw ma' standards industrijali applikabbli mad-dinja kollha. Dawn il-prodotti għandhom ukoll l-istess applikazzjonijiet u użu, konsegwentement għandhom karatteristiċi, fiżiċi u tekniċi simili, jistgħu jintużaw minflok xulxin u jikkompetu ma' xulxin. Għalhekk, dawn il-prodotti huma simili fis-sens ta’ l-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.
|
3. PROBABBILTÀ TA' TKOMPLIJA JEW RIKORRENZA TA' DUMPING
3.1 Rimarki preliminari
|
(17)
|
Bħal fl-investigazzjoni tar-reviżjoni preċedenti, il-livell ta' kooperazzjoni tal-produtturi esportaturi Ġappuniżi fil-proċediment preżenti kien partikolarment baxx. Produttur wieħed biss minn ħamsa kkooperaw. Mill-erba' produtturi l-oħra magħrufa mill-Kummissjoni, ħadd minnhom ma bagħat tweġiba għall-kwestjonarju għalkemm, skond il-fatti disponibbli, u b'mod partikolari d-database miżmuma mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku (“id-database ta' l-14(6)”), ta' l-inqas tlieta minnhom x'aktarx esportaw TCS lejn il-Komunità matul l-IP.
|
|
(18)
|
Produttur esportatur wieħed biss ikkoopera li, madankollu, ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità. Minħabba l-livell baxx ta' kooperazzjoni, ma seta' jinġabar l-ebda tagħrif disponibbli dwar l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat fil-Komunità matul l-IP direttament mill-produtturi esportaturi. Barra minn hekk, b'konformità mas-sejbiet preċedenti, it-tagħrif statistiku disponibbli mill-Eurostat deher li ma kienx affidabbli peress li l-kodiċi NM li l-prodott ikkonċernat huwa klassifikabbli taħtu jirreġistra wkoll importazzjonijiet ta' prodotti oħra, mingħajr ebda possibbiltà ta' distinzjoni. Għalhekk, it-tagħrif tal-Eurostat kellu jitwarrab ukoll għad-determinazzjoni ta' jekk kienx hemm importazzjonijiet ta' TCS mill-Ġappun u f'liema kwantitajiet u valuri. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi u skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni daret għall-użu tal-fatti disponibbli, i.e. it-tagħrif li jinsab fid-database ta' l-14(6) u t-talba għal bidu ta' reviżjoni. Fuq din il-bażi, il-volumi u l-valuri ta' TCS li joriġinaw fil-Ġappun impurtati fil-Komunità matul il-perjodu meqjus kienu l-aħjar stima.
|
3.2 Dumping ta’ importazzjonijiet matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.
|
(19)
|
Minħabba l-kooperazzjoni insuffiċjenti/nuqqas ta' kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi fil-Ġappun, u l-fatt li l-uniku produttur esportatur fil-Ġappun li kkoopera ma esportax lejn il-Komunità matul l-IP, il-Kummissjoni fittxet tagħrif rigward it-tkomplija ta' dumping minn sorsi oħra, u b'mod partikolari fit-tagħrif mibgħut mill-applikant u fid-database ta' l-14(6), b'konformità ma' l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
|
|
(20)
|
Id-database ta' l-14(6) turi li kien hemm importazzjonijiet sinjifikanti tal-prodott ikkonċernat matul l-IP, u b'mod partikolari ta' madwar 10 heads tat-telekameras (“TCH”), li huwa l-essenzjali u l-parti l-iżjed ta' valur ta' sistema. Ta' min ifakkar li minħabba l-ftit kooperazzjoni u l-fatt li l-uniku produttur esportatur li kkoopera ma esportax lejn il-Komunità matul l-IP, ma seta' jiġi pproċessat l-ebda kalkolu fuq il-prodott ikkonċernat.
|
|
(21)
|
Minħabba dak li ntqal hawn fuq, u skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni kellha toqgħod fuq il-fatti disponibbli, jiġifieri l-evidenza mogħtija fit-talba ta' l-applikant, li wriet li l-livell ta' dumping għal żewġ mudelli tal-prodott ikkonċernat wara l-ħlas tad-dazji huwa sinjifikanti, tant li għal mudell minnhom jaqbeż l-10 %.
|
|
(22)
|
Bħala konklużjoni, jidher mill-evidenza disponibbli li hemm probabbiltà ta' tkomplija ta' prassi ta' dumping mill-produtturi esportaturi Ġappuniżi.
|
3.3 L-iżvilupp ta' l-importazzjonijiet jekk il-miżuri jitneħħew
3.3.1 Rimarki preliminari
|
(23)
|
Produtturi dinjija ta' TCS jinsabu fil-Ġappun u fl-UE. Għalhekk, il-bejgħ madwar id-dinja maqsum bejn dawn il-produtturi. Hemm ta' l-inqas żewġ produtturi Komunitarji magħrufa, li wieħed minnhom huwa relatat ma' produtturi esportaturi Ġappuniżi, li jipproduċu għas-suq Komunitarju. Hemm ħames produtturi esportaturi Ġappuniżi, li jipproduċu u jbigħu madwar id-dinja.
|
|
(24)
|
Ta' min ifakkar li l-miżuri ilhom fis-seħħ mill-1994. Barra minn hekk, fl-1999, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li l-produtturi esportaturi kienu qegħdin jassorbu l-miżuri u għalhekk iddeċidew li jżidu d-dazji anti-dumping tagħhom għal livelli sinjifikanti ħafna għall-produtturi esportaturi kkonċernati (sa 200,3 %). Fl-aħħar nett, fl-2000, reviżjoni ta' skadenza tal-miżuri fis-seħħ urew li l-miżuri għandhom jiġu estiżi għal perjodu ieħor ta' ħames snin minħabba l-probabbiltà ta' tkomplija jew rikorrenza ta' dumping u ħsara.
|
3.3.2 Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet fil-Komunità u l-pajjiż esportatur
|
(25)
|
Minħabba l-ftit kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, l-unika sorsi disponibbli ta' tagħrif għall-prezzijiet tal-prodott ikkonċernat fil-Ġappun fejn id-data tal-bejgħ mill-uniku produttur esportatur li kkoopera (Ikegami), it-tagħrif miġbur mill-applikant u t-tagħrif fit-talba għal din l-investigazzjoni.
|
|
(26)
|
Kif issemma fil-premessa 20 hawn fuq, it-TCH hija l-parti l-iżjed li tiswa f'sistema ta' telekamera f'termini ta' valur, u għalhekk tqieset adatta għall-istima tal-valutazzjoni bejn il-prezzijiet fil-Ġappun u l-prezzijiet fil-Komunità fuq din il-bażi.
|
|
(27)
|
Bit-tagħrif fit-talba u bit-tagħrif miġbur matul iż-żjarat ta' verifika, jidher li l-prezzijiet iċċarġjati mill-produtturi Komunitarji fil-Komunità huma ogħla minn dawk li hemm fis-suq domestiku Ġappuniż.
|
|
(28)
|
Madankollu, hawn fuq intwera li minkejja dan, il-kumpaniji Ġappuniżi għandhom ix-xewqa llum diġà biex jesportaw lejn il-Komunità bi prezzijiet mingħajr id-dazji anti-dumping li huma bil-kif iżjed baxxi minn dawk li hemm fil-Komunità u fis-suq domestiku tagħhom. L-istess jista' jingħad għall-esportazzjonijiet tagħhom lejn pajjiżi terzi.
|
|
(29)
|
Fuq din il-bażi, wieħed jista' jistenna li, jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, l-importazzjonijiet x'aktarx li jidħlu fil-Komunità bi prezzijiet li jkunu oġġett ta' dumping sinjifikanti ħafna u li jkunu inqas mill-prezzijiet Komunitarji, peress li ma hemm l-ebda raġuni biex wieħed jemmen li l-produtturi Ġappuniżi jimmodifikaw l-aġir fil-prezzijiet tagħhom f'dan il-każ. Barra minn hekk, il-livell għoli tal-prezzijiet fis-suq Komunitarju jikkostitwixxi wkoll inċentiv għall-produtturi esportaturi Ġappuniżi biex idawru partijiet mill-bejgħ domestiku lejn l-UE.
|
|
(30)
|
Fl-aħħar nett, peress li l-miżuri fis-seħħ huma għoljin (minn 52,7 sa 200,3 %) il-produtturi esportaturi Ġappuniżi jkollhom marġini sinjifikanti ta' manuvrar fit-twaqqif tal-prezzijiet il-ġodda jekk il-miżuri jitħallew jiskadu u jekk jiddeċiedu li jgħollu l-prezzijiet ta' l-esportazzjoni tagħhom. Fil-każijiet kollha, kif deher qabel, kwalunkwe żieda fil-prezzijiet taħt il-miżuri eżistenti fis-seħħ ibaxxu l-prezzijiet Komunitarji.
|
3.3.3 Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni mill-Ġappun lejn pajjiżi terzi u l-prezzijiet fil-pajjiż esportatur
|
(31)
|
Minħabba l-ftit kooperazzjoni mill-produtturi esportaturi, twettqet analiżi li tirrigwarda l-prezzijiet mill-Ġappun għal pajjiżi terzi, ta' l-uniku produttur esportatur li kkoopera mqabbla mal-prezzijiet tal-prodotti mibjugħin fil-Ġappun. F'dan ir-rigward, tqieset il-maġġoranza vasta tal-bejgħ lejn pajjiżi terzi.
|
|
(32)
|
Sabiex isir tqabbil bejn prezzijiet bħal dawn, saru aġġustamenti fejn kien hemm bżonn għal livell ta' kummerċ, trasport, assikurazzjoni, u infiq ta' kreditu. L-elementi kollha tas-sistemi, u mhux il-heads tal-kameras biss, ġew inklużi fit-tqabbil, peress li kien hemm tagħrif dettaljat disponibbli.
|
|
(33)
|
It-tqabbil wera li l-kumpanija kienet qiegħda tbigħ lejn pajjiżi terzi fi prezzijiet irħas b'mod sinjifikanti minn dawk tas-suq domestiku tagħha.
|
|
(34)
|
Bit-tagħrif disponibbli, jista' jitqies li l-kumpanija tbigħ il-prodotti tagħha lill-pajjiżi terzi bi probabbiltà kbira bi prezzijiet iddampjati (madwar 20 %). Dan jikkonferma l-evidenza prima facie li hemm fit-talba li l-produtturi esportaturi jbigħu bi prezzijiet iddampjati b'mod sinjifikanti f'pajjiżi terzi oħra.
|
|
(35)
|
M'hemm l-ebda evidenza disponibbli li tindika li produtturi esportaturi Ġappuniżi oħra ma jsegwux l-istess politika fil-prezzijiet u li mhumiex ibigħu bi prezzijiet x'aktarx iddampjati f'pajjiżi terzi oħra.
|
|
(36)
|
Fuq din il-bażi, il-konklużjoni hija li l-produtturi esportaturi Ġappuniżi biegħu għall-esportazzjoni lejn pajjiżi terzi bi prezzijiet irħas b'mod sinjifikanti mill-prezzijiet fis-suq domestiku u li dawk il-prezzijiet ta' l-esportazzjoni kienu bi probabbiltà kbira f'livelli ddampjati matul l-IP, u ma hemm l-ebda evidenza li din il-prassi se tinbidel.
|
3.3.4 Ir-relazzjoni bejn il-prezzijiet ta’ l-esportazzjoni mill-Ġappun lejn pajjiżi terzi u l-livell tal-prezzijiet fil-Komunità
|
(37)
|
Skond il-fatti disponibbli, jiġifieri t-talba u t-tagħrif mogħti mill-uniku produttur esportatur li kkoopera, il-prezzijiet li l-produtturi esportaturi jbigħu l-prodott ikkonċernat bihom f'pajjiżi terzi huma ferm iktar baxxi minn dawk li hemm fil-Komunità. Id-differenza tista' tlaħħaq il-220 % skond is-suq. Għalhekk, kieku l-miżuri kellhom jitħallew jiskadu, ikun hemm inċentiv sinjifkanti għall-produtturi esportaturi Ġappuniżi biex idawru partijiet mill-esportazzjonijiet tagħhom lejn is-suq Komunitarju.
|
|
(38)
|
Huwa nnutat ukoll li l-Komunità hija l-unika pajjiż fejn il-miżuri anti-dumping huma fis-seħħ kontra l-prodott ikkonċernat. Ma hemm l-ebda evidenza li l-produtturi jadottaw politika ta' prezzijiet differenti minn dik li jsegwu għall-esportazzjonijiet lejn pajjiż terzi jekk il-miżuri jitħallew jiskadu.
|
3.3.5 Kapaċitajiet mhux użati u stokks
|
(39)
|
L-applikant sostna li, minħabba n-natura tal-prodott, il-kapaċità hija flessibbli, u li l-produtturi esportaturi Ġappuniżi jistgħu jespandu tagħhom f'perjodu taż-żmien qasir ħafna. Dan ġie kkonfermat mill-verifika fuq il-post lill-uniku produttur esportatur li kkoopera fil-Ġappun.
|
|
(40)
|
Fil-fatt, il-proċess ta' produzzjoni għandu bżonn il-ħaddiema, imma ma jingħalaqx minn magna jew proċess ta' produzzjoni partikolari. Minħabba li l-linja tal-produzzjoni hija primarjament manwali, hija biżżejjed biex iżżid l-għadd ta' xifts u l-personal impjegat biex tiżdied il-kapaċità. L-iktar magħlaq importanti għal żieda fil-kapaċità huwa fil-fatt iż-żmien li wieħed jieħu biex iħarreġ impjegati ġodda biex jimmuntaw u jiffabbrikaw it-TCS. L-uniku magħlaq mekkaniku possibbli li jeħtieġ investiment għoli biex iżid il-produzzjoni hija l-magna li tipproduċi l-blokk ottiku. Madankollu, ma nstabet l-ebda evidenza li dan, minħabba l-livelli ta' produzzjoni attwali, kien fattur li x'aktarx jillimita ż-żieda fil-kapaċità ta' produzzjoni possibbli. Barra minn hekk, peress li l-kumpanija ma kinitx qed tuża x-xifts possibbli kollha, il-konklużjoni hi li l-kapaċità ta' produzzjoni tista' tiżdied malajr u b'mod sinjifikanti. Apparti minn hekk, ma ntbagħtet l-ebda evidenza li l-ispiża relatata ma' żieda tal-kapaċità bħal din tkun għolja fir-rigward tal-valur tal-prodotti maħduma.
|
|
(41)
|
Din iż-żieda tista' tkun sinjifikanti ħafna minħabba “l-biljett tad-dħul” baxx li jrid jitħallas mill-produtturi esportaturi Ġappuniżi biex ibigħu kwantitajiet ikbar fil-Komunità (kanali ta' distribuzzjoni eżistenti u livell baxx ta' investiment biex tiżdied il-kapaċità).
|
|
(42)
|
Minħabba li ntqal hawn fuq, u minħabba l-fatt li m'hemm l-ebda evidenza li turi li din il-qagħda mhix l-istess għall-produtturi esportaturi l-oħrajn kollha, wieħed jista' jikkonkludi li hemm probabbiltà li l-kapaċità ta' produzzjoni tista' tiżdied b'mod sinjifikanti fi żmien qasir, jekk il-produtturi Ġappuniżi ikollhom għaliex jagħmlu hekk.
|
|
(43)
|
Fuq il-bażi ta' dak li ntqal hawn fuq, wieħed jista' jikkonkludi li hemm probabbiltà ta' importazzjonijiet akbar fil-KE jekk il-miżuri jitħallew jiskadu. Li ntqal hawn fuq irid jitqies fid-dawl tal-prezzijiet attraenti fil-Komunità fir-rigward ta' pajjiżi terzi kif muri hawn fuq, kanali diġà eżistenti ta' distribuzzjoni, u l-fatt li tista' ssir żieda fil-kapaċità bi spiża relattivament baxxa (taħriġ ta' ħaddiema speċjalizzati ġodda).
|
3.4 Konklużjoni
|
(44)
|
Minħabba l-ispeċifiċitajiet tas-suq deskritti hawn fuq, jiġifieri li l-prezzijiet fil-Komunità huma ogħla minn dawk f'pajjiżi terzi u fis-suq domestiku Ġappuniż, hemm inċentivi b'saħħithom biex idawru partijiet mill-bejgħ lejn is-suq Komunitarju, x'aktarx bi prezzijiet baxxi biex jerġgħu jiksbu l-ishma mitlufa mis-suq. Barra minn hekk, peress li l-kapaċità ta' produzzjoni tista' tespandi malajr, huwa probabbli ħafna li l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat tkompli bi kwantitajiet sinjifikanti. Peress li m'hemm l-ebda evidenza li l-produtturi esportaturi Ġappuniżi jibdlu l-aġir fil-prezzijiet sabiex iżidu l-prezzijiet jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, huwa probabbli ħafna wkoll li din iż-żieda fl-importazzjonijiet se ssir bi prezzijiet iddampjati.
|
|
(45)
|
Fuq il-bażi ta' li ntqal hawn fuq, il-konklużjoni hi li hemm probabbiltà ta' rikorrenza ta' dumping tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi esportaturi Ġappuniżi jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, u għalhekk li l-miżuri fis-seħħ għandhom jinżammu.
|
4. DEFINIZZJONI TA' L-INDUSTRIJA KOMUNITARJA
|
(46)
|
Fl-2001, Philips Digital Video Systems (“Philips DVS”) ġiet akkwistata minn Thomson Multimedia, proprjetarja ta' Thomson Broadcast Systems (“TBS”), produttur Komunitarju ieħor tat-TCS, u l-entità miżżewġa Philips DVS/TBS saret Philips DVS/TBS, l-applikant.
|
|
(47)
|
Produttur esportatur argumenta li minn ħames snin ilu, prattikament is-sistemi tat-tekekameras kollha mibjugħa mill-kumpanija relatata tiegħu fil-Komunità ġew iffabbrikati minn dik il-kumpanija fil-Komunità. Huwa argumenta wkoll li peress li din il-faċilità ta' manufatturazzjoni ma kinitx tforni biss lis-suq tal-KE imma lid-dinja kollha, kwalunkwe deċiżjoni rigward id-dazji eżistenti ta' l-anti-dumping x'aktarx li ma kienx jaffettwaha.
|
|
(48)
|
Peress li dan il-produttur esportatur ma forna l-ebda tagħrif ieħor, b'mod partikolari tweġiba għall-kwestjonarji maħsuba għal produtturi Komunitarji oħra, ma kienx possibbli li tiġi investigata fid-dettall in-natura preċiża ta' l-attivitajiet tiegħu, inkluż fil-Komunità.
|
|
(49)
|
Operatur ekonomiku ieħor li jipproduċi TCS fil-Komunità u li hu relatat ma' produttur esportatur Ġappuniż kkoopera f'din l-investigazzjoni u oppona l-miżuri attwali. Dan l-operatur ekonomiku argumenta li l-importazzjonijiet ta' TCS mill-Ġappun saru fuq bażi sporadika u sempliċiment biex jikkumplimentaw l-operazzjonijiet tagħhom fil-KE. Il-verifika fuq il-post żvelat li mudell partikolari wieħed biss kien immuntat f'dawk il-faċilitajiet Komunitarji b'partijiet li joriġinaw mill-Ġappun u l-Komunità għalkemm, fiż-żmien tal-verifika, ma kienet qed issir l-ebda produzzjoni ta' blokk ta' CCD (dispożittiv li jakkumpanja l-karika), l-iktar parti importanti ta' head ta' kamera. Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li m'hemmx raġunijiet oħra biex issir produzzjoni ta' mudell bħal dan fil-Komunità ħlief għall-eżistenza tal-miżuri fuq it-TCS.
|
|
(50)
|
Fi kwalunwe każ, l-investigazzjoni preżenti kkonfermat li l-applikant kien jirrappreżenta iktar minn 60 % tal-produzzjoni Komunitarja tas-sistemi tat-telekameras. Għalhekk tikkostitwixxi l-industrija Komunitarja fi ħdan it-tifsira ta' l-Artikolu 4(1) u l-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku u minn issa 'l quddiem se tissejjaħ “l-industrija Komunitarja”.
|
5. IL-QAGĦDA TAS-SUQ KOMUNITARJU
5.1 Rimarki preliminari
|
(51)
|
Għar-raġunijiet imfissra fil-premessi (18) sa 0 hawn fuq, l-analiżi fir-rigward tal-qagħda fis-suq Komunitarju kienet ibbażata fuq data miġbura dwar heads tat-telekameras (“TCH”).
|
|
(52)
|
Kif intqal hawn fuq, ma kienx possibbli li tinkiseb data minn produttur esportatur Ġappuniż wieħed li allegatament għandu faċilitajiet ta' fabbrikazzjoni fis-suq Komunitarju. Kif intqal fuq, dawk il-partijiet Ġappuniżi li effettivament esportaw il-prodott ikkonċernat lejn il-Komunità ma kkooperawx. Konsegwentement, b'mod partikolari fir-rigward tal-konsum, il-Kummissjoni użat il-fatti disponibbli, skond l-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku.
|
|
(53)
|
Minħabba l-fatt li d-data rigward il-bejgħ u l-produzzjoni kienet disponibbli minn parti interessata waħda jew tnejn biss, u minħabba s-sensittività tan-negozju ta' tagħrif bħal dan, huwa meqjus xieraq li ma jinkixfux ċifri assoluti. Għalhekk inbidlu bis-simbolu “–” u ġew provduti indiċijiet.
|
5.1.1 Il-konsum fis-suq Komunitarju
|
(54)
|
Il-konsum Komunitarju apparenti ta' TCHs kien eżaminat fuq il-bażi tal-volum tal-bejgħ fil-Komunità kif provdut mill-industrija Komunitarja, il-volum tal-bejgħ ta' Ikegami Electronics (Europe) GmbH, statistiki ta' importazzjonijiet ta' TCHs mill-Ġappun miksuba mid-database ta' l-14(6), kif ukoll tagħrif dwar il-bejgħ provdut minn utent wieħed ta' TCS. Minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni minn produttur esportatur Ġappuniż li allegatament huwa wkoll jipproduċi TCS fil-Komunità, huwa probabbli li l-konsum Komunitarju huwa xi ftit sottovalutat għalkemm ix-xejriet ġenerali u l-konklużjonijiet li ħarġu ma jkunux alterati b'mod sinjifikanti.
Tabella 1
Il-konsum Komunitarju ta' TCHs
|
|
2002
|
2003
|
2004
|
IP
|
|
Unitajiet
|
—
|
—
|
—
|
—
|
|
Indiċi
|
100
|
104
|
123
|
103
|
|
Sors: Tweġibiet ivverifkati tal-kwestjonarji u d-database ta' l-14(6).
|
|
|
(55)
|
Il-konsum Komunitarju żdied bi 3 % bejn l-2002 u l-IP. Madankollu, kien hemm żieda sinjifikanti fl-2004, meta l-importazzjonijiet laħqu l-livell ogħla tagħhom. Fl-IP, il-konsum Komunitarju naqas, b'madwar 15 %, meta mqabbel ma' l-2004.
|
5.1.2 Importazzjonijiet attwali mill-pajjiż ikkonċernat
i. Il-volum ta' importazzjoni u s-sehem mis-suq ta' l-importazzjonijiet fl-IIP
|
(56)
|
Matul il-perjodu meqjus, il-volum ta' importazzjonijiet tat-TCHs mill-Ġappun baqgħu relattivament baxxi. Madankollu, huma żdiedu bi kważi għaxar darbiet bejn l-2002 u l-2004, u laħqu madwar 30 unità. Fl-IP, l-importazzjonijiet naqsu meta mqabbla ma' l-2004 imma baqgħu ogħla b'mod sinjifikanti minn dawk ta' l-2002. F'termini ġenerali, matul il-perjodu meqjus l-importazzjonijiet żdiedu bi kważi tliet darbiet. L-industrija Komunitarja argumentat li l-volum ta' importazzjonijiet kien sottovalutat peress li, fuq il-bażi tat-tagħrif dwar is-suq li kellha, konsenji fil-KE minn produtturi Ġappuniżi kienu iktar b'mod sinjifikanti minn kemm allegatament jista' jiġi prodott fil-Komunità minn dawk il-kumpaniji. Hija argumentat ukoll li l-miżuri kienu x'aktarx qegħdin jinħarbu permezz ta' importazzjonijiet ta' parts tal-kameras. Madankollu, dan it-tagħrif ipprovdut ma kienx jaqbel mas-sejbiet ta' l-investigazzjoni jiġifieri ż-żjarat ta' verifika u t-tagħrif li wasal minn utenti indipendenti. Barra minn hekk, l-iskop tar-reviżjoni preżenti mhux li tiddetermina jekk il-miżuri fis-seħħ humiex jinħarbu, għalkemm huwa rikonoxxut il-fatt li prassi ta' evażjoni jista' jkollhom impatt fuq il-qagħda ta' l-industrija Komunitarja.
|
|
(57)
|
Is-sehem mis-suq ta' l-importazzjonijiet żdiedu b'mod kostanti sa l-2004, meta laħqu l-ogħla livell tagħhom. Minkejja tnaqqis sinjifikanti fl-IP, inqas minn nofs il-livell ta' l-2004, l-importazzjonijiet xorta żiedu s-suq tagħhom matul il-perjodu meqjus.
Tabella 2
L-importazzjonijiet ta' TCHs mill-Ġappun u s-sehem mis-suq
|
|
2002
|
2003
|
2004
|
IP
|
|
Volum l-Importazzjonijiet
|
—
|
—
|
—
|
—
|
|
Indiċi
|
100
|
167
|
1 000
|
300
|
|
Is-Sehem mis-Suq
|
—
|
—
|
—
|
—
|
|
Indiċi
|
100
|
161
|
816
|
291
|
|
Sors: Tweġibiet ivverifkati tal-kwestjonarji u d-database ta' l-14(6).
|
|
ii. L-evoluzzjoni tal-prezz u l-aġir tal-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat
|
(58)
|
Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni, ma kien disponibbli l-ebda tagħrif affidabbli fir-rigward tal-livelli tal-prezzijiet ta' l-importazzjonijiet ta' TCHs. Fil-fatt, il-produtturi esportaturi Ġappuniżi għamlu l-bejgħ tal-prodott ikkonċernat tagħhom esklussivament lil importaturi relatati fil-Komunità. Madankollu, il-livelli tal-prezzijiet disponibbli mid-database ta' l-14(6) huma prezzijiet bejn partijiet relatati u għaldaqstant ma jistgħux jitqiesu affidabbli. Dan hu partikolarment minnu meta tqis li minħabba l-miżuri fis-seħħ, il-kumpaniji jistgħu jiddeċiedu li jallokaw profitti lill-entitajiet Komunitarji.
|
|
(59)
|
Għalhekk ma seta' jkun hemm l-ebda konklużjoni fir-rigward ta' l-evoluzzjoni tal-prezz u l-aġir tal-prezz ta' l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat.
|
5.1.3 Il-qagħda ekonomika ta' l-industrija Komunitarja
|
(60)
|
Għal ġieħ iċ-ċarezza huwa nnutat li l-industrija Komunitarja forniet tagħrif fit-tweġiba tagħha tal-kwestjonarju, fir-rigward ta' TCS u mhux TCHs biss. Dan ma tqiesx problema minħabba l-fatt li kull TCS tipikament ikollu TCH. Għalhekk, sabiex jiġu eżaminati x-xejriet, u fin-nuqqas ta' tagħrif iktar dettaljat fir-rigward ta' l-attivitajiet tal-produtturi esportaturi Ġappuniżi fil-Komunità, il-qagħda ekonomika ta' l-industrija Komunitarja inħadmet fuq il-bażi ta' data dwar TCS.
|
i. Produzzjoni, kapaċità ta' produzzjoni, u użu tal-kapaċità
|
(61)
|
Il-produzzjoni totali ta' TCS mill-industrija Komunitarja żdiedet kemm kemm matul il-perjodu meqjus. Wara tnaqqis ta' 8 % fl-2003, il-produzzjoni żdiedet b'mod sinjifikanti fl-2004, i.e. b'madwar 35 %. Matul l-IP, madankollu, il-produzzjoni naqset b'madwar 16 % meta mqabbla ma' l-2004, għalkemm għal livell li xorta kienet tirrappreżenta żieda ta' 5 % meta mqabbla ma' l-2002.
Tabella 4
olum ta' produzzjoni
|
|
2002
|
2003
|
2004
|
IP
|
|
Produzzjoni
|
—
|
—
|
—
|
—
|
|
Indiċi
|
100
|
92
|
124
|
105
|
|
Sors: Tweġiba vverifikata tal-kwestjonarju.
|
|
|
(62)
|
Il-kapaċità ta' produzzjoni ta' l-industrija Komunitarja baqgħet stabbli sa l-2004. Madankollu, fl-IP seħħ tnaqqis ta' 14 % wara riorganizzazzjoni tal-kumpanija u ppermettiet lill-kumpanija taddatta l-kapaċità ta' produzzjoni tagħha għad-domanda eżistenti. Fil-fatt, kif se jiġi deskritt hawn taħt, tnaqqis bħal dan fil-kapaċità kien akkumpanjat minn rati ta' utilizzazzjoni tal-kapaċità stabbli bejn l-2004 u l-IP.
|
|
(63)
|
Bil-produzzjoni ikbar, u l-aġġustament fil-kapaċità ta' produzzjoni, il-kapaċità ta' utilizzazzjoni żdiedet matul il-perjodu meqjus. Kollox ma' kollox, ir-rata ta' utilizzazzjoni tal-kapaċità segwiet xejriet simili għal dawk ta' produzzjoni b'żidiet bejn l-2002 u l-2004, u b'waqgħa kbira fl-2003. Fl-IP, l-utilizzazzjoni tal-kapaċità baqgħet stabbli meta mqabbla ma' l-2004 imma xorta kienet xi 20 % iktar mil-livell ta' l-2002.
Tabella 5
Kapaċità ta' produzzjoni u utilizzazzjoni tal-kapaċità
|
|
2002
|
2003
|
2004
|
IP
|
|
Kapaċità ta' Produzzjoni
|
—
|
—
|
—
|
—
|
|
Indiċi
|
100
|
100
|
100
|
86
|
|
Utilizzazzjoni tal-Kapaċità
|
—
|
—
|
—
|
—
|
|
Indiċi
|
100
|
92
|
124
|
122
|
|
Sors: Tweġiba vverifikata tal-kwestjonarju.
|
|
ii. Il-ħażniet
|
(64)
|
Il-ħażniet naqsu b'mod sinjifikanti fl-2003 (–17 %) imma żdiedu s-sena ta' wara, filwaqt li baqgħu 11 % inqas mil-livelli ta' l-2002. Iż-żieda mhux normali ta' inventarji fl-IP hija spjegata mill-fatt li l-IP spiċċa qabel it-tmiem tas-sena finanzjarja meta għadd ta' ordnijiet kienu għadhom iridu jiġu kkonsenjati.
Tabella 6
Volum ta' ħażniet
|
|
2002
|
2003
|
2004
|
IP
|
|
Ħażniet
|
—
|
—
|
—
|
—
|
|
Indiċi
|
100
|
83
|
89
|
172
|
|
Sors: Tweġiba vverifikata tal-kwestjonarju.
|
|
iii. Volum tal-bejgħ, prezzijiet u sehem mis-suq
|
(65)
|
Il-bejgħ mill-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju żdied b'10 % bejn l-2002 u l-2004, mingħajr, madankollu, ma jlaħħaq ma' l-espansjoni tal-konsum Komunitarju, li żdied sostanzjalment, jiġifieri bi 23 % matul l-istess perjodu. Dan wassal għal tnaqqis ġenerali tas-sehem mis-suq ta' l-industrija Komunitarja ta' iktar minn 20 punt perċentwali matul il-perjodu meqjus, għall-benefiċċju ta' l-importazzjonijiet mill-Ġappun u operaturi oħra fil-Komunità. Matul l-IP, il-bejgħ naqas meta mqabbel mal-livelli ta' l-2004, li wassal għal tnaqqis ulterjuri fis-sehem mis-suq ta' l-industrija Komunitarja.
|
|
(66)
|
Madankollu, ta' min jinnota li ċ-ċifri u x-xejriet osservati fir-rigward tas-sehem mis-suq ta' l-industrija Komunitarja kellhom ikunu bbażati fuq il-fatti disponibbli partikolarment minħabba li l-produttur l-ieħor fil-Komunità ma bagħatx iċ-ċifri tal-produzzjoni u l-bejgħ tiegħu.
|
|
(67)
|
F'dak li għandu x'jaqsam mal-prezzijiet tal-bejgħ, matul il-perjodu meqjus dawn naqsu bi 3 %, għalkemm bejn l-2002 u l-2003 kien hemm żieda ta' 7 %. Madankollu, it-tnaqqis relattivament żgħir tal-prezzijiet matul il-perjodu meqjus jaħbi bidla fit-taħlita tal-prodott, peress li l-industrija Komunitarja introduċiet prodotti ġodda b'konfigurazzjonijiet ogħla (u iżjed għaljin).
Tabella 7
Volum tal-bejgħ, prezzijiet u sehem mis-suq
|
|
2002
|
2003
|
2004
|
IP
|
|
Il-volum tal-bejgħ (unitajiet)
|
—
|
—
|
—
|
—
|
|
Indiċi
|
100
|
103
|
110
|
79
|
|
Prezzijiet medji (EUR/unità)
|
—
|
—
|
—
|
—
|
|
Indiċi
|
100
|
107
|
98
|
97
|
|
Sehem mis-suq
|
—
|
—
|
—
|
—
|
|
Indiċi
|
100
|
99
|
89
|
76
|
|
Sors: Tweġiba vverifikata tal-kwestjonarju.
|
|
iv. Impjiegi, produttività u pagi
|
(68)
|
Matul il-perjodu meqjus, l-impjiegi naqsu (b'iktar minn 24 %) li, flimkien maż-żieda fil-produzzjoni, wasslet għal żieda sinjifikanti fil-produttività (37 %). Ta' min jinnota li t-tnaqqis fl-impjiegi kien akkumpanjat minn rikors għall-ħaddiema b'kuntratti temporanji/flessibbli, b'hekk jitnaqqsu l-ispejjeż fissi tal-kumpanija.
|
|
(69)
|
Fil-fatt matul il-perjodu meqjus l-industrija Komunitarja rnexxielha tnaqqas b'mod sinjifikanti l-ispejjeż tax-xogħol tagħha (– 14 %). Minħabba f'hekk, l-industrija Komunitarja setgħet tnaqqas il-proporzjon ta' spejjeż tax-xogħol fl-ispejjeż totali tal-produzzjoni b'bosta punti perċentwali. Dan juri tentattiv ċar mill-industrija Komunitarja biex taddatta l-istruttura tal-produzzjoni tagħha u biex tnaqqas l-ispejjeż fissi tagħha.
Tabella 8
Impjiegi, produttività u pagi
|
|
2002
|
2003
|
2004
|
IP
|
|
Impjiegi
|
—
|
—
|
—
|
—
|
|
Indiċi
|
100
|
102
|
87
|
76
|
|
Produttività (unitajiet għal kull impjegat)
|
—
|
—
|
—
|
—
|
|
Indiċi
|
100
|
90
|
142
|
137
|
|
Spejjeż tax-xogħol (000 EUR)
|
—
|
—
|
—
|
—
|
|
Indiċi
|
100
|
97
|
103
|
86
|
|
Sors: Tweġiba vverifikata tal-kwestjonarju.
|
|
v. Profitti
|
(70)
|
Ta' min jinnota li l-profittabilità ta' l-industrija Komunitarja kienet għadha negattiva matul il-perjodu ta' l-investigazzjoni ta' l-aħħar reviżjoni ta' l-iskadenza, u li wasslet għall-estensjoni tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ dak iż-żmien. Il-qagħda issa nqalbet u bejn l-2002 u l-2004 l-industrija Komunitarja ppreżentat livelli pożittivi ta' profittabilità.
|
|
(71)
|
Fil-fatt, il-profittabilità ta' l-industrija Komunitarja żdiedet sa l-2004, anke jekk profitti ogħla (iktar minn 10 %) ikunu normalment mistennija sabiex l-industrija tkun tista' tlaħħaq mar-rekwiżiti ta' l-iżviluppi teknoloġiċi. Għalhekk, anke fl-2003 u l-2004, is-snin bl-ogħla marġini ta' profitti, il-livelli ma kinux biżżejjed biex jiggarantixxu li l-industrija Komunitarja tkun tista' tkompli tinvesti volumi sostanzjali fi żviluppi ġodda, kif inhu mistenni f'dan is-settur.
|
|
(72)
|
Fl-IP il-qagħda fir-rigward tal-profittabilità ddeterjorat konsiderevolment u laħqet telf sinjifikanti. Dan jista' jiġi spjegat minn żewġ fatturi: minn naħa, it-tnaqqis sinjifikanti fil-bejgħ fil-Komunità matul l-IP ħoloq żieda fl-ispejjeż fissi medji bil-konsegwenza ta' impatt negattiv fuq il-profittabilità. Min-naħa l-oħra, l-industrija Komunitarja ma setgħetx tgħaddi żieda fl-ispejjeż ta' ċerta materja prima kif ukoll l-ispejjeż addizzjonali ta' l-R&D u l-bejgħ, li ħarġu minn netwerk usa' ta' uffiċċji tal-bejgħ, immirati lejn l-għoti ta' servizzi aħjar, lill-konsumaturi tagħha. Ta' min jinnota wkoll, kif deskritt hawn fuq fil-premessa 67, li t-tnaqqis żgħir tal-prezzijiet medji tal-bejgħ bejn l-2004 u l-IP, jaħbi bidla fit-taħlita tal-prodott, peress li l-industrija Komunitarja introduċiet prodotti ġodda b'konfigurazzjonijiet ogħla (u iżjed għaljin), iżda ma tħallietx tgħolli l-prezzijiet proporzjonalment.
Tabella 9
Profittabilità
|
|
2002
|
2003
|
2004
|
IP
|
|
Profittabilità (%)
|
—
|
—
|
—
|
—
|
|
Indiċi
|
100
|
176
|
251
|
– 321
|
|
Sors: Tweġiba vverifikata tal-kwestjonarju.
|
|
vi. Investimenti, ritorn mill-investimenti u l-abilità li ttella' kapital
|
(73)
|
L-investimenti baqgħu f'livelli għoljin għalkemm naqsu bi 13 % fl-2003. Dan ġie madankollu rkuprat is-sena ta' wara b'żieda bi kważi tliet darbiet, li ġiet minħabba r-ristrutturazzjoni u s-semplifikazzjoni tal-produzzjoni ta' l-industrija Komunitarja, kif ukoll l-investimenti kbar u kontinwi fl-R&D li huma meħtieġa f'din l-industrija.
|
|
(74)
|
Ir-ritorn mill-investimenti, espress bħala l-profitt f'perċentwali tal-valur nett deprezzat ta' l-investimenti, segwa ix-xejra fil-profittabilità deskritta hwan fuq sew.
Tabella 10
Investimenti u ritorn mill-investiment (RoI)
|
|
2002
|
2003
|
2004
|
IP
|
|
Investmenti (000 EUR)
|
—
|
—
|
—
|
—
|
|
Indiċi
|
100
|
87
|
237
|
148
|
|
RoI
|
—
|
—
|
—
|
—
|
|
Indiċi
|
100
|
143
|
182
|
– 116
|
|
Sors: Tweġiba vverifikata tal-kwestjonarju.
|
|
|
(75)
|
L-industrija Komunitarja ma nstabitx li kienet qiegħda tesperjenza xi diffikultajiet biex ittella' kapital matul il-perjodu meqjus.
|
vii. Likwidità
|
(76)
|
Il-likwidità żdiedet b'mod sinjifikanti sa l-2004 (39 %). Din ix-xejra pożittiva indikat li l-industrija kienet qed tirkupra. Ta' min jinnota li fl-2004, il-likwidità rrappreżentat biss madwar 10 % tal-bejgħ totali li sar fil-Komunità li ma jistax jitqies eċċessiv. Madankollu, matul l-IP il-likwidità kienet affettwata b'mod sinjifkanti mil-livelli negattivi ta' profittabilità.
Tabella 11
Likwidità
|
|
2002
|
2003
|
2004
|
IP
|
|
Likwidità (000 EUR)
|
—
|
—
|
—
|
—
|
|
Indiċi
|
100
|
99
|
139
|
–70
|
|
Sors: Tweġiba vverifikata tal-kwestjonarju.
|
|
viii. Tkabbir
|
(77)
|
Bejn l-2002 u l-IP, il-konsum Komunitarju żdied bi 3 %, filwaqt li l-volum tal-bejgħ ta' l-industrija Komunitarja fis-suq Komunitarju naqas b'21 %. L-industrija Komunitarja tilfet iżjed minn 20 punt perċentwali tas-sehem mis-suq, filwaqt li importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping u produtturi Komunitarji oħra żiedu tagħhom.
|
|
(78)
|
Fi snin reċenti, is-suq tat-TCS kien ikkaratterizzat minn bidla minn TCS b'definizzjoni standard għal TCS b'definizzjoni għolja. Wieħed jistenna li din ix-xejra se tintensifika fil-ġejjieni. Madankollu, peress li trażmissjoni b'definizzjoni għolja għadha mhix mifruxa, għadd sinjifikanti ta' xandara, b'mod partikolari iż-żgħar u dawk reġjonali, għadhom jixtru TCS b'definizzjoni standard, miġbuda minn prezzijiet relattivament iżjed baxxi. Fil-fatt, l-industrija Komunitarja ma kinitx kapaċi tibbenefika mit-tkabbir fis-suq, kif ġie żvelat mit-telf tagħha ta' sehem mis-suq.
|
|
(79)
|
Barra minn hekk, il-produzzjoni u l-bejgħ ta' TCS b'definizzjoni standard komplew jikkostitwixxu fattur importanti għal kwalunkwe produttur ta' TCS jekk xejn għax, minħabba n-natura intensiva ta' kapital għoli ta' din l-industrija, l-ispejjeż fissi għandhom ix-xejra li jkunu naturalment għoljin. Għalhekk, tibqa' importanti li l-industrija Komunitarja tibbenefika mill-volumi ogħla tal-bejgħ offruti mill-bejgħ ta' TCS ta' definizzjoni standard, sabiex dak l-ispejjeż fissi jinfirxu.
|
ix. Il-kobor tal-marġini ta' dumping
|
(80)
|
L-analiżi fir-rigward tal-kobor tad-dumping trid tqis il-fatt li hemm miżuri fis-seħħ sabiex jiġi eliminat id-dumping li jagħmel ħsara. Kif ġie ddeterminat hawn fuq fil-premessa 22 hawn fuq, it-tagħrif disponibbli jindika li l-produtturi esportaturi Ġappuniżi jkomplu jbigħu lill-Komunità bi prezzijiet iddampjati. Fil-fatt, il-marġini ta' dumping li nstab huwa sinjifikanti u l-impatt tiegħu fuq il-qagħda ta' l-industrija Komunitarja ma tistax tiġi injorata, b'mod partikolari meta tiġi assoċjata mal-volumi sinjifikanti li jistgħu jiżdiedu.
|
x. Irkupru mill-effetti ta’ dumping ta’ l-imgħoddi
|
(81)
|
Il-qagħda ta' l-industrija Komunitarja tjiebet sa ċertu punt matul il-perjodu meqjus, peress li l-estensjoni tal-miżuri fl-2000 permezz tar-reviżjoni ta' l-iskadenza preċedenti. Madankollu, l-indikaturi stabbiliti hawn fuq juru wkoll li l-industrija Komunitarja għadha fraġli u vulnerabbli.
|
5.1.4 L-effetti ta' fatturi oħra fuq il-qagħda ta' l-industrija Komunitarja
i. L-attivitá ta' l-esportazzjoni ta' l-industrija Komunitarja
|
(82)
|
L-investigazzjoni wriet illi l-attività ta' l-esportazzjoni ta' l-industrija Komunitarja żviluppat kif ġej:
Tabella 12
L-esportazzjoni ta' l-industrija Komunitarja
|
|
2002
|
2003
|
2004
|
IP
|
|
Volum (unità)
|
—
|
—
|
—
|
—
|
|
Indiċi
|
100
|
117
|
193
|
148
|
|
Valur (000' EUR)
|
—
|
—
|
—
|
—
|
|
Indiċi
|
100
|
126
|
146
|
93
|
|
Prezz medju (EUR/unità)
|
—
|
—
|
—
|
—
|
|
Indiċi
|
100
|
107
|
75
|
63
|
|
Sors: Tweġiba vverifikata tal-kwestjonarju.
|
|
|
(83)
|
Kwantitajiet esportati mill-industrija Komunitarja kibret b'mod sinjifkanti mill-2002 sa l-2004 iżda naqset b'iktar minn 20 % fl-IP. Madankollu, il-livell tal-bejgħ matul l-IP irrappreżenta xorta madwar 50 % iktar mil-livell tal-bejgħ fil-bidu tal-perjodu meqjus. Din ix-xejra fuq kollox pożittiva kienet konkomitanti għal tnaqqis aċċentwat fil-prezzijiet, spjegata mill-kompetizzjoni qawwija bi prezzijiet estremament baxxi iffaċċjati fis-swieq ta' pajjiżi terzi (ara l-premessa 35).
|
|
(84)
|
Fil-fatt, l-investigazzjoni wriet li l-industrija Komunitarja kienet iffaċċjata b'kompetizzjoni bi prezzijiet estremament baxxi f'pajjiżi terzi, b'mod partikolari fi swieq emerġenti bħall-Brażil u ċ-Ċina, u li sabiex tkun tista' żżomm livell sinjifikanti ta' produzzjoni u bejgħ, ġiet imġiegħla tbaxxi sostanzjalment il-prezzijiet tagħha f'pajjiżi terzi. Naturalment, dan kellu konsegwenzi negattivi fuq il-profittabilità ġenerali.
|
ii. Produtturi oħra fil-Komunità
|
(85)
|
Fattur li jista' jispjega l-fatt li l-industrija Komunitarja għadha ma rkupratx għal kollox il-qagħda ekonomika tagħha, partikolarment meta jitqies it-telf tas-sehem mis-suq u l-livell negattiv ta' profittabilità matul l-IP, huwa t-twaqqif ta' operazzjonijiet fil-Komunità minn ċerti produtturi esportaturi Ġappuniżi li allegatament huma wkoll jipproduċu TCS biex jinbigħu fis-suq Komunitarju. Fil-fatt, produtturi oħra fil-Komunità ggwadanjaw sehem sinjifikanti mis-suq matul il-perjodu kkonċernat (ara l-premessa 65 hawn fuq). Madankollu, minħabba n-nuqqas ta' kooperazzjoni minn produttur Ġappuniż li allegatament jipproduċi fil-Komunità, ma jistax jiġi eskluż li jkun xi jkun il-gwadann tas-sehem mis-suq minn dik il-kumpanija mhux se jkun ir-riżultat ta' prassi kompetittiva aħjar imma ta' trasferiment pur ta' prassi ta' dumping fil-Komunità permezz ta' l-immuntar tal-prodott fil-Komunità, b'hekk ixejnu l-effetti tal-miżuri.
|
|
(86)
|
F'dan ir-rigward ta' min jinnota li ta' l-inqas f'każ minnhom, l-investigazzjoni ma sabet l-ebda raġuni għal operazzjoni bħal din fil-Komunità ħlief għall-eżistenza tal-miżuri u l-bżonn li jiġu evitati (ara l-premessa 49).
|
5.1.5 Il-konklużjoni dwar il-qagħda ta' l-industrija Komunitarja
|
(87)
|
L-istat attwali ta' l-industrija Komunitarja għandu jitqies fid-dawl tal-fatt li l-miżuri huma fis-seħħ.
|
|
(88)
|
Il-bejgħ fis-suq Komunitarju, il-volum tal-produzzjoni u r-rata ta' l-utilizzazzjoni tal-kapaċità żdiedet b'mod sinjifikanti sa l-2004. Il-profittabilità u l-produttività tjiebu wkoll sa l-2004, filwaqt li l-ispejjez tax-xogħol tnaqqsu. Il-likwidità, ir-ritorn mill-investiment u l-ħażniet ukoll kellhom xejriet pożittivi sa l-2004.
|
|
(89)
|
Madankollu, matul il-perjodu meqjus is-sehem mis-suq ta' l-industrija Komunitarja segwa xejra negattiva, b'telf ta' iktar minn 20 punt perċentwali. Mill-2000 kien hemm żieda fl-attività ta' operaturi ekonomiċi oħra fil-Komunità li allegatament jipproduċu wkoll it-TCS. Dan, flimkien ma' importazzjonijiet mill-Ġappun bi prezzijiet iddampjati, impedixxa lill-industrija Komunitarja milli tirrifletti l-ispejjeż imġarrba mill-R&D, il-produzzjoni u l-bejgħ ta' TCS fuq il-prezzijiet tal-bejgħ tagħha, li wasslitha għal profittabilità negattiva fl-IP.
|
|
(90)
|
Ir-rendiment ta' l-esportazzjoni ta' l-industrija Komunitarja kien affettwat ukoll minn prezzijiet iddampjati f'dawk is-swieq, u ġegħluha tnaqqas b'mod sinjifikanti (b'iktar minn 30 %) il-prezzijiet medji tagħha għal pajjiż terzi bl-effetti negattivi konsegwenti fuq il-profittabilità ġenerali ta' l-industrija. Din hija indikazzjoni tajba ta' kif is-suq Komunitarju ta' TCS jista' jevolvi fin-nuqqas ta' miżuri.
|
|
(91)
|
Kollox ma' kollox, il-konklużjoni trid tkun li l-istat ta' l-industrija ġeneralment tjiebet sa l-2004 imma ċerti indikaturi (eż il-volum tal-bejgħ fil-Komunità, il-profittabilità, ir-ritorn fuq l-investiment u l-likwidità) qalbu l-iżviluppi pożittivi tagħhom fl-IP. Għalhekk il-konklużjoni tista' tkun li l-industrija Komunitarja tinsab f'qagħda aħjar meta titqabbel ma' l-investigazzjoni tar-reviżjoni preċedenti, u dehret li hija vijabbli u kompetittiva peress li baxxiet b'mod sinjifikanti l-ispejjeż fissi u tejbet il-produttività tagħha. Madankollu, xorta ma kinitx kapaċi tirkupra għal kollox u b'hekk għadha fraġli u vulnerabbli ħafna, kif jista' joħroġ mill-evoluzzjoni ta' l-IP.
|
6. IL-PROBABBILTÀ TA' RIKORRENZA TA' ĦSARA
6.1 L-impatt tal-volum ipproġettat u ta' l-effetti fuq il-prezzijiet f'każ ta' tneħħija tal-miżuri fuq l-istat ta' l-industrija Komunitarja
|
(92)
|
Ta' min ifakkar li fil-premessa 43 ġie konkluż li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx twassal għal żieda ta’ esportazzjonijiet iddampjati mill-Ġappun lejn il-Komunità.
|
|
(93)
|
Eżami ta' l-impatt probabbli ta' iżjed importazzjonijiet bi prezz baxx fuq il-qagħda ta' l-industrija Komunitarja juri li l-wasla ta' kwantitajiet sinjifikanti ta' importazzjonijiet iddampjati mill-ewwel jikkawżaw waqgħa kbira fil-prezzijiet fis-suq Komunitarju peress li l-industrija Komunitarja x'aktarx li l-ewwel tipprova żżomm sehemha mis-suq u l-livell tal-poduzzjoni tagħha, peress li jista' jiġi osservat matul il-perjodu mis-suq fir-rigward tal-bejgħ lejn pajjiżi terzi. Jekk dan iseħħ, it-telf mill-profittabilità ta' l-industrija Komunitarja jkun sinjifikanti u l-qagħda finanzjarja tagħha titmermer.
|
|
(94)
|
Ta' min ifakkar li fis-suq tat-TCS, is-sopravivenza ta' produttur tiddependi wkoll mill-kapaċità tiegħu li jżomm il-pass ta' l-iżviluppi teknoloġiċi l-ġodda u għalhekk li tinvesti b'mod xieraq fl-R&D, f'faċilitajiet ta' produzzjoni avvanzati u taħriġ ta' l-impjegati. Għalhekk, hija ta' importanza vitali li l-industrija Komunitarja tilħaq ċertu livell ta' profittabilità li trid tintlaħaq ukoll billi l-prezzijiet tal-bejgħ jinżammu f'livell li jrid jintlaħaq ukoll billi jżommu l-prezz tal-bejgħ f'livell li jippermetti li jkopri dawn l-ispejjeż. Huwa ċar li f'xenarju ta' waqgħa fil-prezzijiet ikkawżata minn importazzjonijiet li x'aktarx ikunu ddampjati mill-Ġappun, l-uniku produttur Komunitarju li fadal li mhux relatat ma' produtturi esportaturi Ġappuniżi jsofri danni materjali kkawżati mill-importazzjonijiet iddampjati u bi probabbiltà kbira, minħabba l-prezzijiet baxxi ħafna tal-produtturi esportaturi Ġappuniżi fuq il-bejgħ f'pajjiżi terzi, jispiċċa jfalli.
|
|
(95)
|
Fil-fatt, skond id-database ta' l-14(6), il-volum ta' importazzjonijiet iddampjati żdiedu b'iktar minn tliet darbiet sa l-2004 u b'iżjed minn 50 % matul il-perjodu meqjus. Kif kien enfasizzat hawn fuq, huwa probabbli li mingħajr miżuri anti-dumping fis-seħħ terġa' aktar volumi jkunu kkonsenjati lis-suq Komunitarju bi prezzijiet baxxi ħafna li jkunu b'mod sinjifikanti inqas mill-prezzijiet ta' l-industrija Komunitarja.
|
|
(96)
|
Fil-fatt, jekk il-produtturi esportaturi Ġappuniżi jipprattikaw prezzijiet ta' esportazzjoni lejn il-Komunità f'livelli simili għal dawk ipprattikati f'pajjiżi terzi, kif wieħed raġjonevolment jistenna, il-prezzijiet ta' l-industrija Komunitarja jkunu xi 30 % ogħla minn dawk tal-Ġappuniżi. Aġir bħal dan fil-prezzijiet, flimkien mal-kapaċità ta' l-esportaturi Ġappuniżi biex jikkonsenjaw kwantitajiet sinjifikanti fis-suq Komunitarju, bil-probabbiltà kollha jbaxxi l-prezzjiet fis-suq Komunitarju bl-impatt negattiv li jsegwi fir-rendiment ekonomiku ta' l-industrija Komunitarja.
|
6.2 Konklużjoni dwar il-probabbiltà ta' rikorrenza tal-ħsara
|
(97)
|
Fuq il-bażi ta' li ntqal hawn fuq, il-konklużjoni hija li t-tneħħija tal-miżuri, bil-probabbiltà kollha, tirriżulta fir-rikorrenza ta' ħsara materjali lill-industrija Komunitarja.
|
7. INTERESS IL-KOMUNITÀ
7.1 Introduzzjoni
|
(98)
|
B'konformità ma' l-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku ġie eżaminat jekk il-prolongazzjoni tal-miżuri anti-dumping eżistenti tmurx kontra l-interess tal-Komunità bħala entità sħiħa. Id-determinazzjoni ta’ interess tal-Komunità ġiet ibbażata fuq stima ta’ l-interessi varji kollha involuti, jiġifieri dawk ta’ l-industrija Komunitarja u produtturi Komunitarji oħra, l-utenti u l-fornituri tal-materja prima tal-prodott meqjus.
|
|
(99)
|
Ta' min ifakkar li, fl-investigazzjonijiet ta' qabel, l-adozzjoni ta' miżuri u l-estenjsoni sussegwenti tagħhom dejjem instabet li ma tmurx kontra l-interess tal-Komunità. Barra minn hekk, l-investigazzjoni preżenti hija t-tieni reviżjoni ta' skadenza, u għalhekk tanalizza qagħda li fiha miżuri anti-dumping ilhom fis-seħħ mill-1994.
|
|
(100)
|
Fuq din il-bażi ġie eżaminat jekk, minkejja l-konklużjoni li teżisti l-probabbiltà ta' tkomplija u/jew rikorrenza ta' dumping u rikorrenza ta' ħsara, kienx hemm raġunijiet b'saħħithom li jwasslu għall-konklużjoni li mhijiex fl-interess tal-Komunità li jinżammu l-miżuri f'dan il-każ partikolari.
|
7.2 L-Interessi ta' l-industrija Komunitarja
|
(101)
|
L-industrija Komunitarja hija l-uniku produttur ta' TCS mhux relatat ma' produtturi esportaturi Ġappuniżi. Hija wriet bi provi li hija industrija vijabbli, kapaċi taddatta għal kondizzjonijiet fis-suq li jinbidlu. Dan kien ikkonfermat mill-isforzi tagħha biex tissemplifika l-produzzjoni, tnaqqas l-ispejjeż u żżid il-produttività, kif ukoll mill-investimenti kontinwi fil-produzzjoni ta' prodotti teknoloġikament iżjed avvanzati.
|
|
(102)
|
It-titjib tal-qagħda ekonomika matul il-perjodu meqjus jindika li l-industrija Komunitarja rnexxiela tibbenefika mill-impożizzjoni kontinwa tal-miżuri u rritornat il-kompetizzjoni effettiva. Minkejja t-titjib fil-profittabilità tagħha, għadha trid tilħaq il-livell ta' profitt li wieħed jistenna f'dan it-tip ta' prodott teknoloġiku. Madankollu, kif deskritt hawn fuq, wieħed jista' jikkonkludi li, mingħajr it-tkomplija tal-miżuri anti-dumping, il-qagħda ta' l-industrija Komunitarja sejra bil-probabbiltà kollha tiddeterjora severament, b'possibbiltà distinta li tingħalaq kif deskritt fil-premessa 93. Dan jipperikola madwar 100 impjieg marbut direttament mal-prodott ikkonċernat.
|
|
(103)
|
Hekk ukoll, il-produzzjoni fil-Komunità ta' prodotti ta' teknoloġija għolja bħat-TCS, u b'mod partikolari l-iżviluppi fl-R&D marbuta ma' produzzjoni bħal din, għandhom effetti ta' riperkussjoni. Dan huwa l-każ partikolarment tal-blokk tas-CCD, peress li l-komponenti tagħha jintużaw ukoll għal applikazzjonijiet oħra bħal sistemi tas-sigurtà u applikazzjonijiet mediċi, industrijali u ta' telekomunikazzjonijiet. Barra minn hekk, l-eżistenza ta' industrija Komunitarja li tiffabbrika TCS għandha impatt fuq l-industrija televiżiva kollha, jiġifieri mill-iżvilupp u l-fabbrikazzjoni tat-tagħmir għax-xandir sal-produzzjoni ta' settijiet tat-televixin u reġistraturi, imma din tista' wkoll taffettwa l-istandards stabbiliti għas-settur televiżiv Komunitarju. Għalhekk, huwa meqjus ukoll li jekk din l-industrija ta' teknoloġija għolja tispiċċa, se jkun hemm impatt negattiv fuq l-industrija televiżiva b'mod ġenerali.
|
|
(104)
|
Minħabba li ntqal hawn fuq, il-konklużjoni kienet illi, li jinħtieġ il-prolongament tal-miżuri eżistenti sabiex jiġu skansati l-effetti negattivi ta' l-importazzjonijiet iddampjati li jistgħu jipperikolaw l-eżistenza ta' l-industrija Komunitarja u konsegwentement ta' għadd ta' impjiegi speċjalizzati.
|
7.3 L-interessi tal-produtturi Komunitarji l-oħra
|
(105)
|
Fir-rigward ta' l-interessi tal-produtturi Komunitarji l-oħra ta' TCS, ta' min jinnota li wieħed biss ikkoopera f'din l-investigazzjoni. Dan il-produttur, relatat ma' produttur esportatur Ġappuniż, oppona l-kontinwazzjoni tal-miżuri imma argumenta li l-eżistenza tal-miżuri tatu vantaġġ kompetittiv fir-rigward ta' produtturi esportaturi Ġappuniżi oħra li ma jixtieqx iċedi.
|
|
(106)
|
Fin-nuqqas ta' kooperazzjoni mill-allegat produttur Komunitarju l-ieħor, il-konklużjoni hija li l-produttur Komunitarju li kkoopera mhux se jkun affettwat ħażin mill-estensjoni tal-miżuri. Fil-fatt, kif ġara wara l-prolongament tal-miżuri fl-2000, l-investiment tiegħu fil-Komunità se jitrawwem bl-estensjoni tal-miżuri fis-seħħ.
|
7.4 L-Interessi ta' l-utenti
|
(107)
|
Il-Kummissjoni bagħtet ukoll kwestjonarji lil ħamsa u għoxrin utent ta' TCS. Erba' utenti biss ikkooperaw ma' din l-investigazzjoni. Dawn l-utenti huma kumpaniji tax-xandir liċenzjati li jxandru l-programmi tagħhom stess billi jużaw it-tagħmir tagħhom stess. Huma xtraw direttament mingħand il-produtturi tat-TCS, kemm jekk prodotti fil-Komunità kif ukoll jekk fil-pajjiż esportatur, u jirrappreżentaw il-maġġoranza ta' l-utenti tat-TCS.
|
|
(108)
|
Utent minnhom argumenta li ma kellu l-ebda pjan biex jixtri xi għadd sinjifikanti ta' TCS fil-ħames snin li ġejjin u li għalhekk ma stenna l-ebda effett fuq in-negozju tiegħu jekk il-miżuri jiġu estiżi.
|
|
(109)
|
Utent ieħor argumenta li kellu pjanijiet li jaqleb għal prodotti b'definizzjoni għolja u li jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, dan iżid l-għadd ta' fornituri fil-Komunità u jwassal għal bidla fil-prezzijiet u l-innovazzjoni tal-prodott. Huwa argumenta wkoll li bidla fis-sors tal-kamera mhix realistika minħabba li t-TCS mhumiex prodotti ġeneriċi jew komodità.
|
|
(110)
|
It-tielet utent argumenta li kien kontra t-tiġdid tal-miżuri anti-dumping minħabba li dawn iwasslu għal inqas kompetizzjoni u inqas mudelli disponibbli. Barra minn hekk, huwa argumenta li m'hemmx wisq flessibilità għall-bidla fi żmien qasir minn produttur għal ieħor.
|
|
(111)
|
Ir-raba' utent sostna li ma setax jipprevedi l-impatt jekk il-miżuri jinżammu.
|
|
(112)
|
Ta' min jinnota li ta' l-inqas żewġ produtturi Ġappuniżi issa huma stabbiliti fil-Komunità u jkomplu jikkompetu ma' l-industrija Komunitarja. Fil-fatt, ċerti utenti komplew ibigħu TCS Ġappuniżi, kemm impurtati kif ukoll prodotti fil-Komunità. Għalhekk il-konklużjoni ma tistax tkun li l-miżuri anti-dumping fis-seħħ eliminat għal kollox il-kompetizzjoni bejn il-fornituri differenti tat-TCS. Huwa minnu li l-importazzjonijiet ta' TCS mill-Ġappun naqsu mill-impożizzjoni tal-miżuri anti-dumping imma dan huwa frott l-inkapaċità tal-produtturi esportaturi Ġappuniżi biex ibigħu fil-Komunità bi prezzijiet mhux iddampjati.
|
|
(113)
|
Rigward il-possibilità għall-bdil tal-fornituri tat-TCS ta' min jinnota li l-għan tal-miżuri anti-dumping mhux li jisfurzaw bidla lejn fornitur ieħor ta' TCS imma li jistabbilixxu kundizzjonijiet indaqs permezz ta' l-eliminazzjoni tal-prassi tal-kummerċ mhux ġusti. Barra minn hekk, jekk l-industrija Komunitarja tat-TCS tispiċċa minħabba t-tneħħija tal-miżuri anti-dumping fis-seħħ, dan mingħajr ebda dubju jwassal għal tnaqqis fil-kompetizzjoni u għal dipendenza ta' l-utenti tat-TCS Komunitarji fuq it-teknoloġija Ġappuniża. Dan l-aħħar aspett huwa partikolarment importanti peress li l-produtturi tat-TCS jistgħu jkollhom rwol importanti fit-tfassil ta' l-istandards tax-xandir għall-ġejjieni. Il-Komunità kieku tkun mingħajr ebda dubju f'qagħda żvantaġġjuża jekk ma jkollhiex produttur b'saħħtu biżżejjed ta' dan il-prodott.
|
|
(114)
|
B'konformità mas-sejbiet ta' investigazzjonijiet preċedenti, instab illi t-TCS mhumiex fattur sinjifikanti fl-ispejjeż għall-utenti peress li, f'relazzjoni mal-produzzjoni tagħhom tal-programmi għax-xandir, dawn kienu jammontaw biss għal proporzjon żgħir mill-ispejjeż totali tagħhom. Fil-fatt, is-sistemi tal-kameras koperti mill-miżuri anti-dumping jirrappreżentaw parti biss mit-tagħmir ġenerali meħtieġ minn kumpanija tax-xandir. Bl-istess mod, meta tħares lejn l-ispejjeż totali ta' kumpanija tax-xandir, u mhux biss lejn it-tagħmir, l-ispiża fuq TCS suġġetta għal dazji anti-dumping tirrappreżenta proporzjon terġa' iżgħar peress li hemm spejjeż aktar importanti bħall-produzzjoni tal-programm, il-personal, overheads, eċċ. li kienu kollha 'l fuq mis-sempliċi spiża ta' TCS.
|
|
(115)
|
F'termini ġenerali, l-investigazzjoni kkonkludiet li l-effetti fuq l-utenti huma limitati meta mqabbla mad-daqs tal-fatturat globali tal-kumpaniji tax-xandir, jiġifieri x-xiri ta' TCS jirrappreżenta inqas minn 0.2 % tal-fatturat totali tal-kumpaniji tax-xandir. Barra minn hekk, dan iż-żmien it-tul tal-ħajja medja ta' TCS hija stmata li tkun ta' madwar seba' snin, li xi kultant tilħaq l-għaxar snin, li jfisser li t-TCS jibqgħu 'l bogħod milli jkunu fattur ta' spiża rikorrenti għall-utenti.
|
|
(116)
|
Għalhekk, il-konklużjoni hija li peress li l-miżuri ilhom fis-seħħ għal ċertu perjodu ta' żmien u kieku jinżammu fl-istess livell, l-estensjoni tagħhom mhix se timplika deterjorament tal-qagħda ta' l-utenti. Barra minn hekk, huma jibqgħu jkollhom aċċess għat-TCS apparti dawk prodotti mill-industrija Komunitarja. Fi kwalunkwe każ, ma kien hemm l-ebda evidenza disponibbli li kwalunkwe impatt li jista' jiġi kkawżat lill-utenti jaqbeż il-bżonn li jiġu eliminati l-effetti li jxekklu l-kummerċ ta' dumping li jagħmel il-ħsara u l-bżonn li tiġi rritornata l-kompetizzjoni effettiva.
|
|
(117)
|
Fl-aħħar nett, ta' min jinnota li l-investigazzjoni parallela deskritta fil-premessa 6 sejra, jekk il-miżuri jkunu imposti, tirrevedi de facto l-miżuri fis-seħħ u taġġorna l-livell tagħhom.
|
7.5 L-interessi ta' l-industrija fornitriċi
|
(118)
|
Mid-disa' fornituri ta' materja prima kkuntattjati, wieħed biss wieġeb il-kwestjonarju u qabel li jikkoopera f'din ir-reviżjoni. Din il-kumpanija tforni parti importanti tat-TCS li jindika li l-operati tagħha huma rappreżentattivi tal-fornituri tal-materja prima ta' dan il-prodott.
|
|
(119)
|
Il-bejgħ ta' dan il-fornitur lill-industrija Komunitarja jirrappreżenta parti sinjifikanti tal-fatturat totali tal-kumpanija għal dak il-prodott. Il-kumpanija argumentat li jekk il-miżuri jiġu estiżi, il-produzzjoni tal-materja prima tibqa' għaddejja. Mill-banda l-oħra, jekk il-miżuri jitneħħew, il-kapaċità ta' mmuntar tagħha tiġi pperikolata minħabba l-inkapaċità tagħha biex tbaxxi l-prezzijiet.
|
|
(120)
|
Għalhekk il-konklużjoni hija li l-estensjoni tal-miżuri fis-seħħ se jħallu impatt pożittiv fuq l-industrija fornitriċi ta' TCS.
|
7.6 Kompetizzjoni u effetti li jxekklu l-kummerċ
|
(121)
|
Importatur, li jipproduċi wkoll it-TCS fil-Komunità, u li huwa relatat ma' produttur esportatur Ġappuniż, argumenta li irrispettivament minn jekk il-miżuri jkomplux ma kien hemm l-ebda intenzjoni li titnaqqas il-produzzjoni fil-Komunità.
|
|
(122)
|
Għaldaqstant, il-konklużjoni hija li anke jekk il-miżuri fis-seħħ jiġġeddu, l-industrija Komunitarja tkompli tiġi kkonfrontata b'kompetizzjoni minn operaturi oħra fil-Komunità li jipproduċu u jbiegħu it-TCS. L-utenti se jkunu għalhekk jistgħu, kif setgħu s'issa, jixtru TCS ta' marka Ġappuniża.
|
|
(123)
|
Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li jekk il-miżuri jitneħħew, hemm raġunijiet li jindikaw li s-sopravivenza ta' l-indutrija Komunitarja tista' tiġi pperikolata (ara l-premessa 94 hawn fuq). Jekk dan iseħħ, il-produzzjoni ta' TCS tiġi limitata għall-produtturi Ġappuniżi (jew il-kumpaniji relatati tagħhom), bid-dipendenza konsegwenti tal-Komunità fuq għadd terġa' iżgħar ta' produtturi.
|
|
(124)
|
Għalhekk, il-konklużjoni hija li t-tkomplija tal-miżuri għandu jkollha effetti pożittivi fir-rigward taż-żamma tal-kompetizzjoni u l-eliminazzjoni ta' l-effetti li jxekklu l-kummerċ.
|
7.7. Konklużjoni fuq l-interess Komunitarju
|
(125)
|
Fuq il-bażi ta' li ntqal hawn fuq, il-konklużjoni hi illi ma hemmx raġunijiet sodi biżżejjed fuq bażi ta' interess tal-Komunità kontra ż-żamma tal-miżuri anti-dumping eżistenti.
|
8. MIŻURI ANTI-DUMPING
|
(126)
|
Il-partijiet interessati kollha kienu informati bil-fatti u konsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom hemm l-intenzjoni li jiġi rrakkomandat illi l-miżuri eżistenti jinżammu. Huma ngħataw ukoll perjodu biex iressqu rappreżentazzjonijiet wara dan it-tagħrif.
|
|
(127)
|
Minn dak li ntqal fuq jirriżulta, skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, li l-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tat-TCS, li joriġinaw mill-Ġappun għandhom jinżammu.
|
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: