31994D0515



Official Journal L 207 , 10/08/1994 P. 0030 - 0032
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 60 P. 0142
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 60 P. 0142


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tas-27 ta' Lulju 1994

li temenda d-Deċiżjoni 86/130/KEE li tistabbilixxi l-metodi ta'l-monitoraġġ tal-imġieba jew il-metodi għall-istudju tal-valur ġenetiku ta'l-qobla għal annimali għat-tnissil ta' razza pura tal-ispeċi tal-bovini

(94/515/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita Ewrope,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 77/504/KEE tal-25 ta' Lulju 1977 dwar l-annimali għat-tnissil tar-razza pura tal-ispeċi tal-bovini [1], kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 91/174/KEE [2], u b'mod partikulari l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi l-metodi tal-monitoraġġ tal-imġieba u l-metodi għall-istudju tal-valur ġenetiku tal-qobla għall-annimali għat-tnissil ta' razza pura ta' l-ispeċi tal-bovini stabbiliti bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 86/130/KEE [3] għandhom ikunu aġġustati skond l-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi;

Billi l-istudju b'analiżi statistika tal-imġieba u l-valur ġenetiku tal-qobla għandu jkun imwettaq minn korpi approvati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri;

Billi l-miżuri li hemm provvediment dwarhom f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żooteknika,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

L-Artikolu 1

L-Anness mad-Deċiżjoni 86/130/KEE huwa b;hekk mibdul bl-Anness ma' din.

L-Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fis-27 ta' Lulju 1994.

Għall-Kummissjoni

René Steichen

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 206, tat-12.8.1977, p. 8.

[2] ĠU L 85, tal-5.4.1991, p. 37.

[3] ĠU L 101, tas-17.4.1986, p. 37.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

I. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom japprovaw il-korpi responsabbli biex jistabbilixxu r-regoli għall-irrekordjar tal-imġieba u għall-istudju tal-valur ġenetiku u għal pubblikazzjoni tar-riżultati ta' l-evalwazzjoni ta' l-annimali għat-tnissil ta' razza pura ta' l-ispeċi tal-bovini. L-ismijiet tal-korpi approvati għandhom ikunu nnotifikati lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħrajn.

Partikolarment, dawn il-korpi għandhom jagħtu rendikont tal-metodi tar-rekordjar, tal-mudell ta' deskrizzjoni tal-imġieba, tal-metodu statistiku ta' l-analiżi u tal-parametri ġenetiċi użati għal kull karatteristika evalutata.

II. Irrekordjar ta'l-imġieba

Id-dettalji kollha għandhom ikunu rrekordjati taħt ir-responsabbiltà tal-korp approvat.

1. Karatteristiċi tal-produzzjoni taċ-ċanga

(a) Ittestjar tal-imġieba individwali u/jew tal-ġenerazzjoni fi stazzjoni

(i) Il-metodu tal-ittestjar u n-numru ta' annimali ttestjati għandhom ikunu indikati.

(ii) Dawn lii ġejjin għandhom ikunu indikati fil-protokoll tat-test:

- il-kondizzjonijiet għal aċċettazzjoni fl-istazzjoni,

- jekk applikabbli, l-imġiba fir-razzatt ta' l-annimali għat-test qabel ma jidħlu fl-istazzjon,

- l-identità tad-detentur ta' l-annimali għall-ittestjar dwar l-imġieba individwali,

- l-eta massima għal annimali għall-ittestjar li jidħlu fl-istazzjon u l-medda ta' l-etajiet ta' annimali kontemporanji li hemm fl-istazzjon,

- it-tul ta' l-adattazzjoni u l-perjodi tat-test fl-istazzjoni,

- it-tip ta' dieta u s-sistema ta' l-għalf.

(iii) Karatteristiċi rrekordjati: il-karatteristiċi minmi li għandhom ikunu rrekordjati jinkludu żjieda fil-piż ħaj u żvilupp muskolari (konformazzjoni taċ-ċanga) u, jekk disponibbli, l-karatteristiċi l-oħrajn bħal ma huma bidla fl-għalf u l-karatteristika tal-karkassa.

Unitajiet speċjalizzati jistgħu joperaw bħala stazzjonijiet taħt ir-responsabbiltà ta' korp approvat.

(b) Ittestjar fil-qasam (fir-razzett)

Il-metodu tat-test u l-metodu biex ikunu vvalidati r-riżultati tat-test għandhom jingħataw mill-korp approvat. Il-karatteristiċi minimi li għandhom ikunu rrekordjati jinkludu l-piż ħaj u l-età u, jekk disponibbli, il-karatteristiċi l-oħrajn bħal konformazzjoni taċ-ċanga.

(ċ) L-ittestjar permezz ta' stħarriġ tad-dettalji fl-irziezet u fejn isir il-bejgħ u l-qatla

Jekk disponibbli u xieraq il-piżijiet tal-ħaj u tal-maqtul, prezzijet tal-bejgħ, grad tal-karkassa skond l-iskema tal-klassifikazzjoni tal-Komunità, il-kwalità ta' laħam u l-karatteristiċi l-oħrajn taċ-ċanga għandhom ikunu rrekordjati.

2. Rekord tal-ħalib

L-irrekordjar tad-dettalji tal-produzzjoni tal-ħalib għandu jkun konformi ma' prinċipji mifthiema bejn il-korpi kompetenti internazzjonali (eż. Kumitat Internazzjonali għall-Irrekordjar ta' l-Annimali (ICAR/KIIA).

3. Reproduzzjoni (karatteristiċi sekondarji)

Meta l-fertilità, d-dispożizzjoni lejn l-għoġġiela u l-għomor ikunu evalwati, dawn għandhom ikunu kkalkolati fuq il-bażi tad-dettalji dwar il-fertilizzazzjoni (e.g. rata ta' nuqqas ta' treġġiegħ' l ura), l-ammont ta' għoġġiela u dwar l-età funzjonali (e.g. l-istamina, l-età tal-qatla biex tiċkien il-merħla, tul ta' ħajja produttiva), rispettivament.

4. Estimi Morfoloġiċi (tip)

Meta estimi Morfoloġiċi jkunu mwettqa, din għandha titwettaq billi tintuża s-sistema approvata tal-irrekordjar.

III. Evalwazzjoni ġenetika

1. Prinċipji

L-evalwazzjoni ġenetika ta' l-annimali għat-tnissil għandha tkun imwettqa taħt ir-responsabbiltà ta' korp approvat u għandha tinkludi l-karatteristiċi tal-imġieba li ġejjin skond l-għanijiet ta' l-għażla:

- il-karatteristiċi tal-produzzjoni tal-ħalib għall-annimali ta' razez tal-ħalib,

- il-karatteristiċi tal-produzzjoni taċ-ċanga għall-annimali ta' razez taċ-ċanga,

- il-karatteristiċi tal-produzzjoni tal-ħalib u taċ-ċanga għal razez b'għanijiet doppji.

Aktar minn hekk, huwa rrakkomandat li l-evalwazzjoni ġenetika għandha wkoll tinkludi l-karatteristiċi tal-imġieba riproduttiva u tal-morfoloġija għal razez li dwarhom l-irrekordjar ta' dawn il-karatteristiċi jkun ipprattikat.

Il-valur tat-tnissil ta' annimal huwa kkalkulat fuq il-bażi tar-riżultati tal-imġieba ta' l-individwu u/jew ta' dawk b'relazzjoni miegħu.

Il-metodi statistċi applikati fl-evalwazzjoni ġenetika għandhom ikunu konformi mal-prinċipji mifthiema mill-korpi kompetenti internazzjonali (e.g. I CAR) u għandhom jiggarantixxu evalwazzjoni ġenetika imparzjali mill-influwenzi tal-fatturi prinċipali ambjentali u tad-dettalji tal-istruttura.

Il-kredibilità ta' l-evalwazzjoni ġenetika għandha titqies bħala l-ko-effiċjent tad-determinazzjoni skond prinċipji maqbula minn korpi kompetenti internazzjonali (e.g. I CAR). Meta jkunu ppubblikati r-riżultati ta' l-evalwazzjoni, il-kredibilità kif ukoll id-dettalji ta' l-evalwazzjoni għandhom jingħataw.

Pekuljaritajiet ġenetiċi u difetti ġenetiċi kif definiti mill-korpi uffiċjalment maħtura għad-determinazzjoni ta' dawn il-karatteristiċi, bi ftehim ma'l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonijiet ta' min irabbi, li huma rikonoxxuti b'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 84/247/KEE tas-27 ta' April 1984 li tistabbilixxi l-kriterji għar-rikonoxximent ta' l-organizzazzjonijiet jew l-assoċjazzjonjijiet ta' min irabbi li jżommu jew li jistabbilixxu l-kotba-tal-merħliet għall-annimali ta' razza pura tal-ispeċi ta'l-bovini għat-tnissil [1], għandhom ikunu ppubblikati.

2. Evalwazzjoni ġenetika ta' barrin għall-inseminazzjoni artifiċjali

Il-barrin għandhom ikunu suġġetti għall-evalwazzjoni ġenetika dwar il-karatteristiċi obligatorji u l-valuri tat-tnissil dwarhom, għandhom ikunu ppubblikati. Valuri oħrajn tat-tnissil disponibbli għandhom ukoll ikunu ppubblikati.

Dawn id-dispożizzjonijiet ma japplikawx għal razez mhedda minn estinzjoni.

(a) L-evalwazzjoni ġenetika ta' barrin għall-inseminazzjoni artifiċjali għall-karatteristiċi tal-produzzjoni tal-ħalib

Fl-evalwazzjoni ġenetika tal-karatteristiċi tal-ħalib, il-produzzjoni tal-ħalib u l-kontenut (perċentwal tal-grass tal-butir u proteina) kif ukoll dettalji oħrajn disponibbli u relevanti għall-attitudini ġenetika għall-karatteristiċi tal-ħalib għandhom ikunu inklużi.

Il-kredibilià minima ta' l-evalwazzjoni ġenetika ta' barrin AI ta' razez tal-ħalib għandha tkun għall-inqas 0,5 għall-karatteristiċi prinċipali tal-produzzjoni skond il-prinċipji ta' I CAR fil waqt li titqies l-informazzjoni kollha mir-relattivi tagħhom.

(b) L-evalwazzjoni ġenetika tal-barrin għall-inseminazzjoni artifiċjali għall-karatteristiċi tal-produzzjoni taċ-ċanga

L-evalwazzjoni ġenetika ta' dawn il-barrin għandha tkun imwettqa fuq il-bażi ta' wieħed mill-metodi tal-ittestjar dwar l-imġieba li ġejjin:

(i) l-ittestjar tal-imġieba individwali fl-istazzjon;

(ii) test tal-ġenerazzjoni u/jew tal-qraba fl-istazzjoni jew fl-unitajiet speċjalizzati;

(iii) test tal-ġenerazzjoni u/jew tal-qraba fir-razzett; b'tali mod li l-ulied ikunu mqassma fost il-merħliet irrekordjati biex jippermettu li jsir paragun validu tal-barrin;

(iv) test tal-ġenerazzjoni u/jew tal-qraba permezz ta' ġbir ta' dettalji fir-razzett, waqt il-bejgħ bl-irkant jew fil-biċċeriji b'tali mod li paragun validu tal-barrin jkun jista' jsir.

Jekk il-piż tal-karkassa u, meta xieraq, il-karatteristiċi tal-kwalità tal-laħam, l-imġieba u d-dispożizzjoni lejn l-għoġġiela jkunu rrekordjati, dawn il-karatteristiċi, kif ukoll kull karatteristika oħra relevanti għandhom ikunu inklużi fl-evalwazzjoni ġenetika tal-barri.

[1] ĠU L 125, tat-12.5.1984, p. 58.

--------------------------------------------------