<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑610/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0610</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:456">EU:C:2017:456</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20170614">14.6.2017</DATE> – KAWŻA C 610/15</P><P>STICHTING BREIN</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza Tal-Qorti Tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Proprjetà intellettwali u industrijali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2001/29/KE</KEYWORD><KEYWORD>Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 3(1)</KEYWORD><KEYWORD>Komunikazzjoni lill-pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett</KEYWORD><KEYWORD>Pjattaforma ta’ qsim online</KEYWORD><KEYWORD>Qsim ta’ fajls protetti, mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑610/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20151113">13 ta’ Novembru 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20151118">18 ta’ Novembru 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Stichting Brein</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ziggo BV,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">XS4ALL Internet BV,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn M. Ilešič (Relatur), President tal-Awla, A. Prechal, A. Rosas, C. Toader u E. Jarašiūnas, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Szpunar,</P><P>Reġistratur: M. Ferreira, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-<DATE ISO="20161027">27 ta’ Ottubru 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Stichting Brein, minn J. C. H. van Manen, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għal Ziggo BV, minn F. E. Vermeulen u E. A. de Groot, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għal XS4ALL Internet BV, minn C. Alberdingk Thijm u C. F. M. de Vries, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn V. Ester Casas u A. Gavela Llopis, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Segoin, bħala aġent,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn F. Di Matteo, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Portugiż, minn L. Inez Fernandes u M. Figueiredo, bħala aġenti, assistiti minn T. Rendas, konsulent legali,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn G. Brown u J. Kraehling, bħala aġenti, assistiti minn N. Saunders, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Samnadda, T. Scharf u F. Wilman, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20170208">8 ta’ Frar 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni, minn naħa, tal-Artikolu 3(1) u tal-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230), u, min-naħa l-oħra, tal-Artikolu 11 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn, minn naħa, Stichting Brein, fondazzjoni li tiddefendi l-interessi ta’ detenturi tad-drittijiet tal-awtur u, min-naħa l-oħra, Ziggo BV u XS4ALL Internet BV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>XS4ALL<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), fornituri ta’ aċċess għall-internet, dwar talbiet imressqa minn Stichting Brein sabiex dawn tal-aħħar jiġu ordnati jibblokkaw l-ismijiet ta’ dominju u l-indirizzi IP tal-pjattaforma ta’ qsim online <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>The Pirate Bay<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>pjattaforma ta’ qsim online TPB<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 9, 10, 23 u 27 tad-Direttiva 2001/29 jiddikjaraw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>(9)</NO.P><TXT>Kull armonizzazzjoni tad-drittijiet ta’ l-awtur u drittijiet relatati għandha tkun bażata fuq livell għoli ta’ protezzjoni, għar-raġuni li dawn id-drittijiet huma kruċjali għall-kreazzjoni intellettwali. Il-protezzjoni tagħhom tgħinhom jiżguraw it-tkomplija u l-iżvilupp tal-kreattivita fl-interessi ta’ l-awturi, artisti, produtturi, konsumaturi, kultura, industrija u l-pubbliku in ġenerali. Proprjetà intellettwali ġiet għalhekk rikonoxxuta bħala parti integrali ta’ proprjetà.</TXT></NP></CONSID><CONSID><NP><NO.P>(10)</NO.P><TXT>Jekk awturi jew artisti għandhom ikomplu bix-xogħol kreattiv u artistiku tagħhom, huma għandhom jirċievu kumpens xieraq għall-użu tax-xogħol tagħhom, kif għandhom jirċievu produtturi sabiex ikunu jistgħu jiffinanzjaw xogħolhom. L-investiment meħtieġ biex jipproduċu prodotti bħal fonogrammi, films u prodotti ta’ <HT TYPE="ITALIC">multimedia</HT>, u servizzi bħal servizzi <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>fuq talba<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/>, huwa konsiderevoli. Protezzjoni legali adegwata għal drittijiet ta’ proprjetà intellettwali hija meħtieġa sabiex tiggarantixxi d-disponibbiltà ta’ dan il-kumpens u tipprovdi l-opportunità għal profitti sodisfaċenti ta’ dan l-investiment.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(23)</NO.P><TXT>Din id-Direttiva għandha tarmonizza aktar id-dritt ta’ l-awtur li jikkomunika mal-pubbliku. Dan id-dritt għandu jiftiehem f’sens wiesa’ li jirregola l-komunikazzjoni kollha lill-pubbliku mhux preżenti fil-post fejn toriġina l-komunikazzjoni. Dan id-dritt għandu jirregola kull trasmissjoni jew trasmissjoni mill-ġdid bħal din ta’ xogħol lill-pubbliku b’mezzi bil-fili jew mingħajr fili, inkluż ix-xandir. Dan id-dritt m’għandu jirregola l-ebda att ieħor.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(27)</NO.P><TXT>Is-sempliċi provvista ta’ faċilitajiet fiżiċi biex tkun tista’ iseħħ jew biex iseħħ komunikazzjoni ma twassalx fiha nfisha għal komunikazzjoni fit-tifsira ta’ din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Id-dritt ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku ta’ xogħolijiet u d-dritt li jagħmlu disponibbli għall-pubbliku suġġett ieħor<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-awturi bid-dritt esklussiv li jawtorizzaw jew jipprojbixxu kull komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xogħolijiet tagħhom, bil-fili jew mezzi mingħajr fili, inklużi li jagħmlu disponibbli lill-pubbliku x-xogħolijiet tagħhom b’mod li membri tal-pubbliku jistgħu jkollhom aċċess għalihom minn post u f’ħin magħżul individwalment minnhom.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 8 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Sanzjonijiet u Rimedji<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 3 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-detenturi tad-drittijiet ikunu f’posizzjoni biex japplikaw għal restrizzjoni kontra intermedjarji li s-servizzi tagħhom jkunu użati minn terzi partijiet biex jiksru d-drittijiet ta’ l-awtur jew dritt relatat.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-premessa 23 tad-Direttiva 2004/48 taqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Mingħajr preġudizzju għal xi miżuri, proċeduri u rimedji oħra disponnibbli, il-proprjetarji tad-dritt għandhom ikollhom il-possibilità li japplikaw għall-mandat kontra xi intermedjarju li s-servizzi tiegħu qegħdin jiġu użati minn parti terza biex jiġi miksur id-dritt tal-proprjetà industrijali tad-detentur tad-drittijiet. Il-kondizzjonijiet u l-proċeduri relatati ma’ dawn il-mandati għandhom jitħallew għal-liġijiet nazzjonali ta’ l-Istati Membri. Safejn il-kontravvenzjonijiet tad-drittijiet ta’ l-awtur u d-drittijiet relatati huma konċernati, armoniżazzjoni ta’ livell komprensiv diġà jeżisti fid-Direttiva 2001/29/KE. L-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2001/29/KE m’għandux ikun affettwat b’din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2004/48, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Mandati<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>L-Istati Membri għandhom jassiguraw li, fejn d-deċiżjoni ġudizzjarja hi meħuda u sabet li hemm kontravvenzjoni tad-dritt tal-proprjetà intellettwali, l-awtoritajiet ġudizzjarji jistgħu joħorġu mandat kontra kontravventur bl-għan li tipprojbixxi il-kontinwazzjoni tal-kontravvenzjoni. Fejn hemm provvidament bil-liġi nazzjonali, nuqqas ta’ konformità mal-mandat għandu, fejn hu xierqa, ikun bla ħsara għall-pagament rikorrenti tal-penalità, bl-għan li jkun hemm konformità. L-Istati Membri għandhom jassiguraw wkoll li d-detenturi tad-dritt huma f’pożizzjoni biex japplikaw għall-mandat kontra l-intermedjarji li s-servizzi kienu użati minn parti terzi biex issir il-kontravvenzjoni tad-dritt tal-proprjetà intellettwali, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2001/29/KE.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Stichting Brein hija fondazzjoni Olandiża li tiddefendi l-interessi tad-detenturi tad-drittijiet tal-awtur.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Ziggo u XS4ALL huma fornituri ta’ aċċess għall-internet. Parti kbira mill-abbonati tagħhom jużaw il-pjattaforma ta’ qsim online TPB, li hija indiċjatur ta’ fajls BitTorrent. Il-BitTorrent huwa protokoll li permezz tiegħu l-utenti (imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>peers<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>) jistgħu jaqsmu fajls bejniethom. Il-karatteristika essenzjali tal-BitTorrent tinsab fil-fatt li l-fajls li għandhom jinqasmu huma fframmentati f’elementi żgħar, u b’hekk ma jkunx hemm għalfejn jintuża server iċċentralizzat sabiex jinħażnu l-imsemmija fajls, ħaġa li ttaffi l-piż tas-servers individwali matul il-proċess ta’ qsim. Sabiex ikunu jistgħu jaqsmu fajls bejniethom, l-utenti għandhom l-ewwel net iniżżlu softwer speċifiku, imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>BitTorrent client<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, li ma jiġix ipprovdut mill-pjattaforma ta’ qsim online TPB. Dan il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>BitTorrent client<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> huwa softwer li jippermetti li jinħolqu fajls torrent.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-utenti (imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>seeders<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>) li jixtiequ jqiegħdu fajl li jinsab fuq il-kompjuter tagħhom għad-dispożizzjoni ta’ utenti oħra (imsejħa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>leechers<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>) għandhom joħolqu fajl torrent permezz tal-BitTorrent client tagħhom. Il-fajls torrent jirreferu għal server iċċentralizzat (imsejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>tracker<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>) li jidentifika l-utenti disponibbli sabiex jaqsmu fajl torrent partikolari kif ukoll il-fajl multimedjali sottostanti. Dawn il-fajls torrent jittellgħu (upload) mis-seeders fuq pjattaforma ta’ qsim online, bħal TPB, li sussegwentement tindiċjahom, sabiex dawn ikunu jistgħu jinstabu mill-utenti tal-pjattaforma ta’ qsim online u sabiex ix-xogħlijiet li għalihom jirreferu dawn il-fajls torrent ikunu jistgħu jitniżżlu (download) fuq il-kompjuters ta’ dawn tal-aħħar f’diversi frammenti, permezz tal-BitTorrent client tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Dawn il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>magnet links<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> sikwit jintużaw minflok fajls torrent. Dawn il-links jidentifikaw il-kontenut ta’ fajl torrent u jirreferu għalih permezz ta’ impronta diġitali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-fajls torrent proposti fuq il-pjattaforma ta’ qsim online TPB jirreferu, fil-parti l-kbira tagħhom, għal xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur, mingħajr ma d-detenturi tad-drittijiet ikunu taw l-awtorizzazzjoni tagħhom lill-amministraturi u lill-utenti ta’ din il-pjattaforma sabiex iwettqu l-atti ta’ qsim inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-proċedura fil-kawża prinċipali, Stichting Brein titlob, prinċipalment, li Ziggo u XS4ALL jiġu ordnati jibblokkaw l-ismijiet ta’ dominji u l-indirizzi IP tal-pjattaforma ta’ qsim online TPB, sabiex jiġi evitat li s-servizzi ta’ dawn il-fornituri ta’ aċċess għall-internet ikunu jistgħu jintużaw sabiex jinkisru d-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati tad-detenturi tad-drittijiet li Stichting Brein tipproteġi l-interessi tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Il-qorti tal-ewwel istanza laqgħet it-talbiet ta’ Stichting Brein. Madankollu, dawn tal-aħħar ġew miċħuda fl-appell.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Hoge Raad der Nederlanden (qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) tirrileva li, f’din il-kawża, huwa stabbilit li, permezz tal-pjattaforma ta’ qsim online TPB, xogħlijiet protetti jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet. Huwa stabbilit ukoll li, permezz ta’ din il-pjattaforma, l-abbonati ta’ Ziggo u ta’ XS4ALL jirrendu xogħlijiet protetti aċċessibbli mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detenturi tad-drittijiet u b’dan il-mod jiksru d-drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati tal-imsemmija detenturi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-Hoge Raad der Nederlanden (qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) madankollu tirrileva li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ma tippermettix li tingħata risposta b’ċertezza għad-domanda jekk il-pjattaforma ta’ qsim online TPB twettaqx ukoll komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xogħlijiet fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, b’mod partikolari:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>billi toħloq u żżomm sistema li fiha l-utenti tal-internet jikkonnettjaw ma’ xulxin sabiex ikunu jistgħu jaqsmu bejniethom, fi frammenti, xogħlijiet li jinsabu fuq il-kompjuters tagħhom stess;</P></ITEM><ITEM><P>billi tamministra sit internet li minnu l-utenti jistgħu jqiegħdu online fajls torrent li jirreferu għal frammenti ta’ dawn ix-xogħlijiet, u</P></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><P>billi tindiċja l-fajls torrent online fuq dan is-sit internet u billi tikklassifikahom b’mod li l-frammenti ta’ dawn ix-xogħlijiet sottostanti jkunu jistgħu jinstabu u b’mod li l-utenti jkunu jistgħu jniżżlu dawn ix-xogħlijiet (bħala ġabra sħiħa) fuq il-kompjuters tagħhom.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Hoge Raad der Nederlanden (qorti suprema tal-Pajjiżi l-Baxxi) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>1)</NO.P><TXT>L-amministratur ta’ sit internet jagħmel komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, meta ebda xogħol protett ma jkun jinsab fuq dan is-sit, iżda jkun hemm sistema […] li permezz tagħha metadata dwar xogħlijiet protetti li tinsab fuq il-kompjuters tal-utenti tiġi indiċjata u kklassifikata għall-utenti b’tali mod li dawn tal-aħħar ikunu jistgħu b’hekk jittraċċaw, itellgħu u jniżżlu x-xogħlijiet protetti fuq l-imsemmija kompjuters?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Jekk l-ewwel domanda tingħata risposta negattiva:</TXT><P>L-Artikolu 8(3) tad-Direttiva 2001/29 u l-Artikolu 11 tad-Direttiva 2004/48 jippermettu li tingħata ordni kontra intermedjarju fis-sens tal-imsemmija dispożizzjonijiet meta dan l-intermedjarju jiffaċilita l-atti ta’ ksur imwettqa minn terzi bil-mod imsemmi fl-ewwel domanda?<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/></P></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju titlob, essenzjalment, jekk il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, għandux jiġi interpretat fis-sens li jkopri, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, it-tqegħid għad-dispożizzjoni u l-ġestjoni, fuq l-internet, ta’ pjattaforma ta’ qsim li, permezz tal-indiċjar ta’ metadata dwar xogħlijiet protetti u tal-provvista ta’ mutur ta’ riċerka, tippermetti lill-utenti ta’ din il-pjattaforma jsibu dawn ix-xogħlijiet u jaqsmuhom bejniethom fil-kuntest ta’ netwerk peer-to-peer.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 jirriżulta li l-Istati Membri huma obbligati jiżguraw li l-awturi jibbenefikaw mid-dritt esklużiv li jawtorizzaw jew li jipprojbixxu kull komunikazzjoni lill-pubbliku tax-xogħlijiet tagħhom, bil-fili jew mingħajr fili, inkluż it-tqegħid għad-dispożizzjoni lill-pubbliku tax-xogħlijiet tagħhom b’mod li membri tal-pubbliku jkunu jistgħu jkollhom aċċess għalihom minn post u f’ħin magħżul minnhom individwalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont din id-dispożizzjoni, l-awturi għalhekk għandhom dritt ta’ natura preventiva li jippermettilhom jindaħlu bejn eventwali utenti tax-xogħol tagħhom u l-komunikazzjoni lill-pubbliku li dawn l-utenti jistgħu jikkunsidraw li jwettqu, u dan sabiex jipprojbixxu li dan isir (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Brein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑527/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:300">EU:C:2017:300</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Peress li l-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 ma jispeċifikax il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, hemm lok li jiġu ddeterminati s-sens u l-portata ta’ dan il-kunċett fid-dawl tal-għanijiet li din id-direttiva tfittex li tilħaq u fid-dawl tal-kuntest li fih tidħol id-dispożizzjoni interpretata (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Brein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑527/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:300">EU:C:2017:300</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li mill-premessi 9 u 10 tad-Direttiva 2001/29 jirriżulta li din id-direttiva għandha l-għan prinċipali li tistabbilixxi livell għoli ta’ protezzjoni għall-awturi, li jippermettilhom jiksbu remunerazzjoni xierqa għall-użu tax-xogħlijiet tagħhom, b’mod partikolari fil-każ ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku. Minn dan isegwi li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/><?PAGE NO="6"?> għandu jinftiehem fis-sens wiesa’, hekk tiddikjara espliċitament il-premessa 23 ta’ din id-direttiva (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Brein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑527/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:300">EU:C:2017:300</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat ukoll, fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, li huwa jinvolvi evalwazzjoni individwalizzata (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Brein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑527/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:300">EU:C:2017:300</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29 jirriżulta li l-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku jassoċja żewġ elementi kumulattivi, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>att ta’ komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> ta’ xogħol u l-komunikazzjoni ta’ dan tal-aħħar lil <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Brein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑527/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:300">EU:C:2017:300</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Sabiex jiġi evalwat jekk utent iwettaqx att ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, jeħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni diversi kriterji addizzjonali, ta’ natura mhux awtonoma u interdipendenti, kollha f’relazzjoni ma’ xulxin. Konsegwentement, huma għandhom jiġu applikati kemm individwalment kif ukoll fl-interazzjoni tagħhom ma’ xulxin, peress li dawn jistgħu, f’sitwazzjonijiet konkreti differenti, ikunu preżenti b’intensità varjabbli ħafna (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Brein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑527/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:300">EU:C:2017:300</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fost dawn il-kriterji, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat, l-ewwel nett, ir-rwol indispensabbli li għandu l-utent u n-natura deliberata tal-intervent tiegħu. Fil-fatt, dan l-utent iwettaq att ta’ komunikazzjoni meta jintervjeni, b’għarfien sħiħ tal-konsegwenzi tal-aġir tiegħu, sabiex jagħti lill-klijenti tiegħu aċċess għal xogħol protett, u dan b’mod partikolari meta, fl-assenza ta’ dan l-intervent, dawn il-klijenti ma jkunux jistgħu, jew diffiċilment ikunu jistgħu, igawdu mix-xogħol imxandar (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Brein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑527/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:300">EU:C:2017:300</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>It-tieni nett, hija speċifikat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> jirreferi għal numru indeterminat ta’ destinatarji potenzjali u, barra minn hekk, jimplika numru ta’ persuni pjuttost kunsiderevoli (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Brein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑527/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:300">EU:C:2017:300</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja fakkret ukoll li, skont ġurisprudenza stabbilita, sabiex jiġi kklassifikat bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, xogħol protett għandu jiġi kkomunikat skont mod tekniku speċifiku, differenti minn dawk użati sa dak il-mument jew, fin-nuqqas ta’ dan, għandu jiġi kkomunikat lil <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>pubbliku ġdid<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, jiġifieri pubbliku li ma jkunx diġà ttieħed inkunsiderazzjoni mid-detenturi tad-drittijiet tal-awtur meta jkunu awtorizzaw il-komunikazzjoni inizjali tax-xogħol tagħhom lill-pubbliku (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Brein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑527/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:300">EU:C:2017:300</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat, diversi drabi, li n-natura lukrativa ta’ komunikazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, ma hijiex irrilevanti (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Brein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑527/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:300">EU:C:2017:300</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, il-punt jekk it-tqegħid għad-dispożizzjoni u l-ġestjoni ta’ pjattaforma ta’ qsim online, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jikkostitwixxux <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>att ta’ komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, għandu jiġi rrilevat li mill-premessa 23 tad-Direttiva 2001/29 jirriżulta li d-dritt tal-awtur li jikkomunika lill-pubbliku, previst fl-imsemmi Artikolu 3(1), ikopri kull trażmissjoni jew trażmissjoni mill-ġdid ta’ xogħol lill-pubbliku mhux preżenti fil-post fejn toriġina l-komunikazzjoni, bil-fili jew mingħajr fili, inkluż ix-xandir.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kif jirriżulta mill-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, sabiex ikun hemm <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>att ta’ komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, huwa suffiċjenti, b’mod partikolari, li xogħol jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ pubbliku b’mod li l-persuni li jifformaw dan il-pubbliku jkunu jistgħu jkollhom aċċess għalih, minn<?PAGE NO="7"?> post u f’ħin magħżul minnhom individwalment, mingħajr ma jkun determinanti jekk jużawx din il-possibbiltà jew le (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Brein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑527/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:300">EU:C:2017:300</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-fatt li jiġu pprovduti, fuq sit internet, links li wieħed jista’ jikklikkja fuqhom lejn xogħlijiet protetti ppubblikati mingħajr ebda restrizzjoni ta’ aċċess fuq sit ieħor joffri lill-utenti tal-ewwel sit aċċess dirett għall-imsemmija xogħlijiet (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Svensson <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑466/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:76">EU:C:2014:76</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0018">18</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; ara wkoll, f’dan is-sens, id-digriet tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141021">21 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>BestWater International</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑348/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2315">EU:C:2014:2315</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0015">15</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160908">8 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>GS Media</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑160/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:644">EU:C:2016:644</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li dan huwa wkoll il-każ tal-bejgħ ta’ mediaplayer li fuqu ġew installati minn qabel add‑ons, disponibbli fuq l-internet, li jinkludu hypertext links li jwasslu għal siti internet liberament aċċessibbli għall-pubbliku li fuqhom tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detenturi ta’ dawn id-drittijiet (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Brein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑527/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:300">EU:C:2017:300</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, minn din il-ġurisprudenza jista’ jiġi dedott li, bħala prinċipju, kull att li permezz tiegħu utent jagħti, b’għarfien sħiħ tal-fatti, aċċess lill-klijenti tiegħu għal xogħlijiet protetti jista’ jikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>att ta’ komunikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu jiġi kkonstatat, l-ewwel nett, kif irrileva, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali, fil-punt 45 tal-konklużjonijiet tiegħu, li huwa paċifiku li, permezz tal-pjattaforma ta’ qsim online TPB, xogħlijiet protetti mid-drittijiet tal-awtur jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utenti ta’ din il-pjattaforma, b’mod li dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jkollhom aċċess għalihom, minn post u f’ħin magħżul minnhom individwalment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>It-tieni nett, huwa minnu, kif tenfasizza l-qorti tar-rinviju, li x-xogħlijiet mqiegħda b’dan il-mod għad-dispożizzjoni tal-utenti tal-pjattaforma ta’ qsim online TPB tqiegħdu online fuq din il-pjattaforma mhux mill-amministraturi ta’ din tal-aħħar, iżda mill-utenti tagħha. Jibqa’ l-fatt li dawn l-amministraturi, permezz tat-tqegħid għad-dispożizzjoni u tal-ġestjoni ta’ pjattaforma ta’ qsim online, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jintervjenu b’għarfien sħiħ tal-konsegwenzi tal-aġir tagħhom, sabiex jagħtu aċċess għax-xogħlijiet protetti, billi jindiċjaw u jidentifikaw fuq l-imsemmija pjattaforma il-fajls torrent li jippermettu lill-utenti tagħha jsibu dawn ix-xogħlijiet u jaqsmuhom bejniethom fil-kuntest ta’ netwerk peer-to-peer. F’dan ir-rigward, kif indika essenzjalment l-Avukat Ġenerali fil-punt 50 tal-konklużjonijiet tiegħu, fl-assenza tat-tqegħid għad-dispożizzjoni u tal-ġestjoni mill-imsemmija amministraturi, l-utenti ma jkunux jistgħu jaqsmu l-imsemmija xogħlijiet bejniethom jew, tal-inqas, il-qsim tagħhom fuq l-internet jirriżulta li jkun iktar kumpless.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jitqies li, permezz tat-tqegħid għad-dispożizzjoni u tal-ġestjoni tal-pjattaforma ta’ qsim online TPB, l-amministraturi tagħha joffru lill-utenti tagħhom aċċess għax-xogħlijiet ikkonċernati. Għalhekk huma jistgħu jitqiesu li għandhom rwol indispensabbli fit-tqegħid għad-dispożizzjoni tax-xogħlijiet inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, l-amministraturi tal-pjattaforma ta’ qsim online TPB ma jistgħux jitqiesu li jwettqu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>sempliċi provvista<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> ta’ faċilitajiet fiżiċi sabiex tkun tista’ sseħħ jew sabiex isseħħ komunikazzjoni, fis-sens tal-premessa 27 tad-Direttiva 2001/29. Fil-fatt, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li din il-pjattaforma twettaq l-indiċjar tal-fajl torrent, b’mod li x-xogħlijiet li għalihom jirreferu dawn il-fajls torrent jistgħu jinstabu u jitniżżlu faċilment mill-utenti tal-imsemmija pjattaforma ta’ qsim. Barra minn hekk, mill-osservazzjonijiet ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-pjattaforma ta’ qsim online TPB toffri, minbarra mutur ta’ riċerka, indiċi li jikklassifika x-xogħlijiet taħt diversi kategoriji, ibbażati fuq in-natura tax-xogħlijiet, il-ġeneru jew il-popolarità tagħhom, li fihom jitqassmu<?PAGE NO="8"?> x-xogħlijiet imqiegħda għad-dispożizzjoni, u l-osservanza tat-tqegħid ta’ xogħol fil-kategorija xierqa hija vverifikata mill-amministraturi ta’ din il-pjattaforma. Barra minn hekk, l-imsemmija amministraturi jħassru l-fajls torrent obsoleti jew żbaljati u jiffiltraw ċertu kontenut b’mod attiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-provvista u l-ġestjoni ta’ pjattaforma ta’ qsim online, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandhom jitqiesu li huma att ta’ komunikazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, sabiex jaqgħu taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, jeħtieġ ukoll li x-xogħlijiet protetti jiġu effettivament ikkomunikati lil pubbliku (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Brein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑527/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:300">EU:C:2017:300</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat, minn naħa, li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> jinvolvi ċertu limitu <HT TYPE="ITALIC">de minimis</HT>, li jeskludi minn dan il-kunċett numru ta’ persuni kkonċernati żgħir wisq, jew saħansitra insinjifikanti. Min-naħa l-oħra, jeħtieġ li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-effetti kumulattivi li jirriżultaw mit-tqegħid għad-dispożizzjoni tax-xogħlijiet lil destinatarji potenzjali. Għaldaqstant, huwa rilevanti li jsir magħruf mhux biss kemm persuni għandhom aċċess għall-istess xogħol b’mod parallel, iżda wkoll kemm minnhom għandhom suċċessivament aċċess għalih (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Brein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑527/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:300">EU:C:2017:300</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li numru kbir ta’ abbonati ta’ Ziggo u ta’ XS4ALL niżżlu fajls multimedjali permezz tal-pjattaforma ta’ qsim online TPB. Mill-osservazzjonijiet ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll li din il-pjattaforma tintuża minn numru kunsiderevoli ta’ persuni, peress li l-amministraturi semmew, fuq il-pjattaforma ta’ qsim online, diversi tużżani ta’ miljuni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>peers<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>. F’dan ir-rigward, il-komunikazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali tkopri, tal-inqas, l-utenti kollha ta’ din il-pjattaforma. Dawn l-utenti jistgħu jaċċedu, f’kull mument u fl-istess ħin, għax-xogħlijiet protetti li jinqasmu permezz tal-imsemmija pjattaforma. Għaldaqstant, din il-komunikazzjoni hija intiża għal numru indeterminat ta’ destinatarji potenzjali u tinvolvi numru kbir ta’ persuni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Brein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑527/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:300">EU:C:2017:300</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, permezz ta’ komunikazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, xogħlijiet protetti ġew effettivament ikkomunikati lil <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Barra minn hekk, f’dak li jirrigwarda l-kwistjoni jekk dawn ix-xogħlijiet ġewx ikkomunikati lil pubbliku <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>ġdid<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 28 ta’ din is-sentenza, għandu jiġi rrilevat li, fis-sentenza tagħha tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Svensson <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑466/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:76">EU:C:2014:76</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u fid-digriet tagħha tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141021">21 ta’ Ottubru 2014</DATE>, <NAME.CASE>BestWater International</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑348/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2315">EU:C:2014:2315</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tali pubbliku huwa pubbliku li ma ttiħidx inkunsiderazzjoni mid-detenturi tad-drittijiet tal-awtur meta dawn tal-aħħar awtorizzaw il-komunikazzjoni inizjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-osservazzjonijiet ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta, minn naħa, li l-amministraturi tal-pjattaforma ta’ qsim online TPB ġew informati li din il-pjattaforma, li huwa jqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-utenti u li huma jiġġestixxu, tagħti aċċess għal xogħlijiet ippubblikati mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detenturi ta’ drittijiet u, min-naħa l-oħra, li l-istess amministraturi jimmanifestaw espressament, fuq il-blogs u l-forums disponibbli fuq l-imsemmija pjattaforma, l-għan tagħhom li jqiegħdu xogħlijiet protetti għad-dispożizzjoni tal-utenti, u jinkoraġġixxu lil dawn tal-aħħar iwettqu kopji ta’ dawn ix-xogħlijiet. Fi kwalunkwe każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-amministraturi tal-pjattaforma online TPB ma setgħux ma jkunux jafu li din il-pjattaforma tagħti aċċess għal xogħlijiet ippubblikati mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detenturi ta’ drittijiet, fid-dawl tal-fatt, li ġie enfasizzat espressament mill-qorti tar-rinviju, li parti kbira ħafna mill-fajls torrent li jinsabu fuq il-pjattaforma ta’ qsim online TPB jirreferu għal xogħlijiet ippubblikati mingħajr<?PAGE NO="9"?> l-awtorizzazzjoni tad-detenturi ta’ drittijiet. F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jitqies li hemm komunikazzjoni lil <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>pubbliku ġdid<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Stichting Brein</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑527/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:300">EU:C:2017:300</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ma jistax jiġi kkontestat li t-tqegħid għad-dispożizzjoni u l-ġestjoni ta’ pjattaforma ta’ qsim online, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jitwettqu bil-għan li minnhom isir qligħ, peress li, kif jirriżulta mill-osservazzjonijiet ippreżentati lill-Qorti tal-Ġustizzja, din il-pjattaforma tiġġenera dħul mir-reklamar kunsiderevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jitqies li t-tqegħid għad-dispożizzjoni u l-ġestjoni ta’ pjattaforma ta’ qsim online, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda għandha tkun li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, it-tqegħid għad-dispożizzjoni u l-ġestjoni, fuq l-internet, ta’ pjattaforma ta’ qsim li, permezz tal-indiċjar ta’ metadata dwar xogħlijiet protetti u tal-provvista ta’ mutur ta’ riċerka, tippermetti lill-utenti ta’ din il-pjattaforma jsibu dawn ix-xogħlijiet u jaqsmuhom bejniethom fil-kuntest ta’ netwerk peer-to-peer.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>komunikazzjoni lill-pubbliku<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-<DATE ISO="20010522">22 ta’ Mejju 2001</DATE>, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, it-tqegħid għad-dispożizzjoni u l-ġestjoni, fuq l-internet, ta’ pjattaforma ta’ qsim li, permezz tal-indiċjar ta’ metadata dwar xogħlijiet protetti u tal-provvista ta’ mutur ta’ riċerka, tippermetti lill-utenti ta’ din il-pjattaforma jsibu dawn ix-xogħlijiet u jaqsmuhom bejniethom fil-kuntest ta’ netwerk peer-to-peer.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>