|
18.3.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 75/64 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 246/2008
tas-17 ta' Marzu 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1043/2005 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 f’dak li jirrigwarda s-sistema ta’ rifużjonijiet għall-esportazzjoni fuq xi prodotti agrikoli esportati fil-forma ta’ prodotti li ma jaqgħux taħt l-Anness I tat-Trattat, u l-kriterji biex jiġi ffissat l-ammont ta’ dawn ir-rifużjonijiet
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3448/93 tas-6 ta’ Diċembru 1993 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar ta' prodotti agrikoli (1), u partikolarment l-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 8(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1043/2005 (2) jagħmel referenza fid-dettall għall-frekwenza ta' l-iffissar tar-rati ta' rifużjoni għall-prodotti bażiċi tar-Regolamenti msemmija fl-Artikolu 1(1) esportati fil-forma ta' prodotti mhux ta' l-Anness I. |
|
(2) |
Ir-rifużjonijiet jistgħu, skond ir-Regolamenti msemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005, jingħataw meta l-kondizzjonijiet interni u esterni tas-suq hekk jiġġustifikaw. Fejn il-qagħda tas-suq ma tiġġustifikax l-għoti ta' rifużjonijiet l-iffissar perjodiku jista' jiġi sospiż. |
|
(3) |
It-tieni sottoparagrafu ta' l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 3448/93 jagħmel referenza għall-istess proċedura għall-għoti ta' rifużjonijiet fuq il-prodotti agrikoli kkonċernati meta jiġu esportati fl-istat mhux ipproċessat. |
|
(4) |
Għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni u armonizzazzjoni huwa xieraq li jiġi adattat l-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005. |
|
(5) |
Ir-Reġolament (KE) Nru 1043/2005 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan. |
|
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għal kwistjonijiet orizzontali li jikkonċernaw il-kummerċ ta' prodotti agrikoli pproċessati mhux elenkati fl-Anness I, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 1043/2005 jinbidel b'dan li ġej:
“Artikolu 14
L-iffissar tar-rata ta' rifużjoni, kif stipulat fl-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1784/2003 u d-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu tar-Regolamenti l-oħra msemmija fl-Artikolu 1(1) ta' dan ir-Regolament, għandhom jitwettqu kull xahar għal kull 100 kg ta' prodotti bażiċi.
B'deroga mill-ewwel paragrafu:
|
(a) |
għall-prodotti bażiċi elenkati fl-Anness I ta' dan ir-Regolament, ir-rifużjoni tista' tiġi stabbilita skond skeda oħra ta' żmien iddeterminata skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 3448/93; |
|
(b) |
ir-rata tar-rifużjoni fuq il-bajd tat-tjur fil-qoxra, frisk jew ippreżervat, u bajd mhux fil-qoxra u isfar tal-bajd, adattat għall-konsum mill-bniedem, frisk, imnixxef jew ippreżervat mod ieħor, mhux miżjud biz-zokkor, għandha tkun stabbilita għall-istess perjodu bħal dik għar-rifużjonijiet fuq dawk il-prodotti esportati mhux ipproċessati.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmula, fi Brussell, 17 ta’ Marzu 2008.
Għall-Kummissjoni
Günter VERHEUGEN
Viċi President
(1) ĠU L 318, 20.12.1993, p. 18. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2580/2000 (ĠU L 298, 25.11.2000, p. 5).
(2) ĠU L 172, 5.7.2005, p. 24. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1496/2007 (ĠU L 333, 19.12.2007, p. 3).