KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI
RANTOS
ippreżentati fil‑15 ta’ Diċembru 2022 ( 1 )
Kawża C‑545/21
ANAS SpA
vs
Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti
(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio, l-Italja))
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Fondi strutturali – Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) – Regolament (KE) Nru 1083/2006 – Punt 7 tal-Artikolu 2 – Kunċett ta’ ‘irregolarità’ – Allegat aġir ta’ natura li jiffavorixxi operatur ekonomiku matul proċedura għall-għoti ta’ kuntratt – Artikolu 98(1) u (2) – Korrezzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri – Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet – Direttiva 2004/18/KE – Punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) – Kawżi ta’ esklużjoni fakultattivi – Nuqqas serju fil-qasam professjonali”
Introduzzjoni
|
1. |
Din it-talba għal deċiżjoni preliminari tressqet mit-Tribunale amministrativo per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio, l-Italja) fil-kuntest ta’ kawża bejn il-kumpannija Azienda Nazionale Autonoma Strade SpA (iktar ’il quddiem “ANAS”) u l-Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti (il-Ministeru għall-Infrastruttura u għat-Trasport, l-Italja) dwar deċiżjoni ta’ dan tal-aħħar li jiġu rkuprati somom imħallsa lil ANAS fil-kuntest ta’ proġett intiż għat-twettiq ta’ xogħlijiet ikkofinanzjati mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), minħabba irregolaritajiet fl-għoti ta’ kuntratt pubbliku. |
|
2. |
Essenzjalment, id-domandi preliminari mqajma mill-qorti tar-rinviju jirrigwardaw, qabelxejn, l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “irregolarità”, fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 ( 2 ), fir-rigward ta’ atti jew ta’ tentattivi ta’ korruzzjoni dwar kummissjoni tas-sejħa għal offerti fil-kuntest tat-twettiq ta’ xogħlijiet iffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni, sussegwentement, it-traspożizzjoni fid-dritt Taljan tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18/KE ( 3 ), dwar il-kawżi ta’ esklużjoni ta’ offerent mill-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt u, fl-aħħar, il-kriterji ta’ kalkolu tal-ammont tal-korrezzjoni finanzjarja applikabbli fil-każ ta’ irregolarità. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
Ir-Regolament Nru 1083/2006
|
3. |
L-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1083/2006, intitolat “Suġġett”, jistabbilixxi: “Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli ġenerali li jirregolaw il-[FEŻR], il-Fond Soċjali Ewropew (FES) (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-‘Fondi Strutturali’) u l-Fond ta’ Koeżjoni, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet speċifiċi stabbiliti fir-Regolamenti (KE) [Nru 1080/2006 ( 4 ), (KE) Nru 1081/2006 ( 5 ) u [KE] Nru 1084/2006 ( 6 ). Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-objettivi li għalihom għandhom jikkontribwixxu l-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni (minn hawn ’il quddiem imsejħa l-‘Fondi’), il-kriterji sabiex l-Istati Membri u r-reġjuni jkunu eliġibbli taħt dawk il-Fondi, ir-riżorsi finanzjarji disponibbli u l-kriterji għall-allokazzjoni tagħhom. Dan ir-Regolament jiddefinixxi l-kuntest għall-politika ta’ koeżjoni, inkluż il-metodu għat-twaqqif tal-linji gwida strateġiċi Komunitarji dwar il-koeżjoni, il-qafas ta’ referenza strateġika nazzjonali u l-proċess għall-eżami fil-livell Komunitarju. Għal din il-fini, ir-Regolament jistabbilixxi l-prinċipji u r-regoli dwar is-sħubija, il-programmazzjoni, il-valutazzjoni, l-amministrazzjoni, inklużi [inkluża] l-amministrazzjoni finanzjarja, il-monitoraġġ u l-kontroll abbażi tar-responsabbiltajiet kondiviżi bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni.” |
|
4. |
Skont il-punt 7 tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament: “Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, it-termini li ġejjin għandhom ikollhom it-tifsiriet mogħtija lilhom hawnhekk: […]
|
|
5. |
Skont l-Artikolu 9(5) tal-imsemmi regolament: “L-operazzjonijiet finanzjati mill-Fondi għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u ta’ atti adottati taħtu.” |
|
6. |
L-Artikolu 70(1)(b) tal-istess regolament jistabbilixxi: “L-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-ġestjoni u l-kontroll tal-programmi operattivi b’mod partikolari permezz tal-miżuri li ġejjin: […]
|
|
7. |
L-Artikolu 98 tar-Regolament Nru 1083/2006 jipprovdi: “1. L-Istati Membri għandhom l-ewwel jerfgħu r-responsabbiltà sabiex jinvestigaw irregolaritajiet, waqt li jaġixxu fuq il-provi ta’ kull bidla maġġuri li tolqot in-natura ta’ jew il-kondizzjonijiet għall-implementazzjoni jew il-kontroll ta’ operazzjonijiet jew programmi operattivi u jagħmlu l-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa. 2. L-Istat Membru għandu jagħmel il-korrezzjonijiet finanzjarji meħtieġa rigward l-irregolaritajiet individwali jew sistemiċi li jiġu individwati fl-operazzjonijiet jew fil-programmi operattivi. Il-korrezzjonijiet li jsiru minn Stat Membru għandhom jikkonsistu f’kanċellament tal-kontribuzzjoni pubblika kollha jew parti minnha mill-programm operattiv. L-Istat Membru għandu jieħu kont tan-natura u l-gravità ta’ l-irregolaritajiet u t-telf finanzjarju għall-Fond. […]” |
Id-Direttiva 2004/18
|
8. |
Skont il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18: “Kull operatur ekonomiku jista’ jkun eskluż minn parteċipazzjoni f’kuntratt fejn dak l-operatur eknomiku: […]
|
Id-dritt Taljan
|
9. |
L-Artikolu 38(1)(c) u (f) tad-decreto legislativo n. 163 – Codice dei contratti pubblici relativi a lavori, servizi e forniture in attuazione delle direttive 2004/17/CE e 2004/18/CE (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 163 – il-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi għal Xogħlijiet, għal Servizzi u għal Provvisti, li Jittrasponi d-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE), tat‑12 ta’ April 2006 ( 7 ), jistabbilixxi: “1. Hija eskluża mill-parteċipazzjoni fil-proċeduri għall-għoti ta’ konċessjonijiet u ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi, ma tistax tingħata kuntratti ta’ subappalt u ma tistax tikkonkludi kuntratti relatati, kull persuna: […]
[…]
|
Il-kawża prinċipali, id-domandi preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja
|
10. |
Fil-kuntest tal-programm operattiv nazzjonali “Networks u Mobbiltà” għas-snin 2007‑2013, approvat mill-Kummissjoni Ewropea, ANAS ingħatat finanzjament għat-twettiq ta’ proġett ta’ xogħlijiet ta’ modernizzazzjoni ta’ triq. |
|
11. |
Matul is-sena 2012, wara proċedura ristretta ta’ sejħa għal offerti bbażata fuq il-kriterju tal-offerta li hija l-iktar vantaġġuża ekonomikament, ANAS, bħala awtorità kontraenti, tat kuntratt pubbliku għat-twettiq ta’ dawn ix-xogħlijiet lil grupp temporanju ta’ impriżi kompost minn Aleandri SpA u minn CCC Società Cooperativa, xogħol li fil-frattemp tlesta. |
|
12. |
Minħabba investigazzjoni kriminali għal korruzzjoni mibdija fil-konfront, rispettivament, ta’ tliet uffiċjali ta’ ANAS, fosthom żewġ membri tal-kummissjoni tas-sejħa għal offerti, ta’ Aleandri u tar-rappreżentant legali tagħha ( 8 ), matul is-sena 2020, il-Ministeru għall-Infrastruttura u għat-Trasport ordna l-irkupru tas-somom diġà mħallsa lil ANAS bħala l-finanzjament għall-imsemmi proġett u ddikjara li l-bilanċ li kien għadu ma tħallasx ma kienx dovut, minħabba li l-għoti tal-kuntratt inkwistjoni kien ivvizzjat b’“irregolarità” ta’ natura frawdolenti, fis-sens tal-Artikolu 2(7) tar-Regolament Nru 1083/2006, kif ukoll tal-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 ( 9 ). |
|
13. |
Permezz tar-rikors tagħha quddiem il-qorti tar-rinviju, ANAS titlob l-annullament ta’ din id-deċiżjoni, billi ssostni li ma kienet is-suġġett ta’ ebda kundanna ( 10 ), li ma teżisti ebda prova li Aleandri kisbet il-kuntratt pubbliku inkwistjoni illegalment u li ebda aġir tal-membri tal-kummissjoni tas-sejħa għal offerti li jikkostitwixxi nuqqas ma huwa imputabbli lilha. Barra minn hekk, peress li x-xogħlijiet inkwistjoni twettqu, ma teżisti ebda rabta bejn l-irregolarità jew il-frodi allegata u l-infiq iffinanzjat mill-baġit ġenerali tal-Unjoni. |
|
14. |
Il-qorti tar-rinviju tikkonstata li x-xogħol inkwistjoni tqies li kien eliġibbli għall-finanzjament mill-baġit ġenerali tal-Unjoni u tlesta b’mod regolari, u li ma huwiex magħruf jekk il-proċedura ta’ sejħa għal offerti ġietx imfixkla minħabba l-aġir li huwa s-suġġett tal-investigazzjoni kriminali msemmija iktar ’il fuq. Għaldaqstant, hija tistaqsi, essenzjalment, dwar il-kunċett ta’ “irregolarità”, fis-sens tar-Regolament Nru 1083/2006, u dwar il-modalitajiet ta’ kalkolu tal-korrezzjoni finanzjarja li għandha tiġi adottata wara tali irregolarità, kif ukoll dwar il-kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18, li jirrigwarda l-esklużjoni fakultattiva mill-parteċipazzjoni f’kuntratt pubbliku ta’ offerent li jkun wettaq nuqqas serju fil-qasam professjonali. |
|
15. |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunale amministrativo per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel id-domandi preliminari li ġejjin lill-Qorti tal-Ġustizzja:
|
|
16. |
Ġew ippreżentati osservazzjonijiet bil-miktub minn ANAS, mill-Gvern Taljan u mill-Kummissjoni. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li tagħti deċiżjoni mingħajr seduta għas-sottomissjonijiet orali, skont l-Artikolu 76(2) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha. |
Analiżi
Fuq l-ewwel domanda preliminari
|
17. |
Permezz tal-ewwel domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 70(1)(b) tar-Regolament Nru 1083/2006, l-Artikolu 27(c) tar-Regolament Nru 1828/2006, l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni PIF, l-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2988/95 u l-Artikolu 3(2)(b) tad-Direttiva 2017/1371 għandhomx jiġu interpretati fis-sens li aġir li jista’ jiffavorixxi lil operatur ekonomiku matul proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “irregolarità” jew ta’ “frodi” u għalhekk jikkostitwixxi bażi legali għar-revoka tal-kontribuzzjoni, anki meta dan l-aġir jew l-effett tiegħu fuq il-proċedura ta’ selezzjoni ma jkunx ġie pprovat b’mod sħiħ. |
|
18. |
Preliminarjament, għalkemm il-qorti tar-rinviju ssemmi l-kunċetti ta’ “irregolarità” u ta’ “frodi”, jidhirli li, kif issostni l-Kummissjoni, l-analiżi għandha tikkonċentra fuq il-kwistjoni ta’ jekk l-aġir inkwistjoni jaqax taħt il-kunċett ta’ “irregolarità”, li jinkludi l-kunċett, iktar ristrett, ta’ “frodi” ( 16 ). Barra minn hekk, l-ewwel domanda preliminari għandha tiġi eżaminata mhux biss fid-dawl tal-Artikolu 70(1)(b) tar-Regolament Nru 1083/2006 u tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2988/95, imsemmija mill-qorti tar-rinviju, iżda wkoll, u prinċipalment, fid-dawl tal-punt 7 tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament, li jirrigwarda l-kunċett ta’ “irregolarità” ( 17 ). |
|
19. |
Dan premess, infakkar li, skont l-Artikolu 1 tiegħu, ir-Regolament Nru 1083/2006 jistabbilixxi, b’mod partikolari, ir-regoli ta’ ġestjoni, ta’ monitoraġġ u ta’ kontroll tal-operazzjonijiet sostnuti finanzjarjament mill-Fondi, abbażi ta’ responsabbiltajiet kondiviżi bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni ( 18 ). Barra minn hekk, skont, b’mod partikolari, l-Artikolu 70(1)(b) ta’ dan ir-regolament, l-Istati Membri għandhom ikunu responsabbli għall-ġestjoni u għall-kontroll tal-programmi operattivi u, b’mod partikolari, għandhom jipprevjenu, jindividwaw u jikkorreġu l-i“rregolaritajiet” u jirkupraw is-somom imħallsa indebitament. |
|
20. |
Għal dan il-għan, skont il-punt 7 tal-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament, il-kunċett ta’ “irregolarità” fil-kuntest, b’mod partikolari, tal-FEŻR ikopri kull ksur ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jirriżulta minn att jew minn ommissjoni ta’ operatur ekonomiku li għandhom jew li kien ikollhom l-effett li jippreġudikaw il-baġit ġenerali tal-Unjoni permezz tal-imputazzjoni ta’ nefqa indebita lil dan tal-aħħar ( 19 ). B’mod iktar partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li l-eżistenza ta’ tali irregolarità tippreżupponi l-koeżistenza ta’ tliet elementi, jiġifieri, fl-ewwel lok, l-eżistenza ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni, fit-tieni lok, il-fatt li dan il-ksur joriġina minn att jew ommissjoni ta’ operatur ekonomiku, u, fit-tielet lok, l-eżistenza ta’ preġudizzju, attwali jew potenzjali, ikkawżat lill-baġit tal-Unjoni ( 20 ). |
|
21. |
F’dan ir-rigward, f’dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, l-eżistenza ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni, mill-Artikolu 9(5) tar-Regolament Nru 1083/2006 jirriżulta li l-Unjoni għandha l-kompitu li tiffinanzja permezz tal-Fondi tagħha biss azzjonijiet imwettqa b’konformità sħiħa mad-dritt tal-Unjoni, inklużi r-regoli applikabbli fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi ( 21 ). Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-punt 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1083/2006 jkopri mhux biss il-ksur ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni bħala tali, iżda wkoll il-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li huma applikabbli għall-operazzjonijiet sostnuti mill-Fondi Strutturali u jikkontribwixxu, b’dan il-mod, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni dwar il-ġestjoni tal-proġetti ffinanzjati minn dawn il-fondi ( 22 ). |
|
22. |
F’dan ir-rigward, f’dak li jirrigwarda, l-ewwel, l-identifikazzjoni tad-dispożizzjonijiet miksura, infakkar li, skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18 u r-regoli nazzjonali korrispondenti, l-awtoritajiet kontraenti għandhom jittrattaw lill-operaturi ekonomiku bl-istess mod u jaġixxu b’mod trasparenti. Barra minn hekk, minn ġurisprudenza stabbilita sewwa tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta wkoll, f’dak li jirrigwarda l-kuntratti pubbliċi, li l-awtorità kontraenti hija obbligata tosserva l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti ( 23 ). |
|
23. |
Kif tirrileva l-Kummissjoni, jidhirli li aġir, bħal dak li ċerti uffiċjali ta’ ANAS huma akkużati li wettqu, li jikkonsisti fl-aċċettazzjoni ta’ pagamenti min-naħa tal-impriża li ngħatat il-kuntratt sabiex jiġi ffavorit l-għoti tal-kuntratt lil din tal-aħħar jikkostitwixxi, tal-inqas, ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament fil-proċedura ta’ għoti tal-kuntratt ( 24 ), indipendentement mill-fatt li effettivament fixkel il-proċedura ta’ sejħa għal offerti inkwistjoni ( 25 ). |
|
24. |
Barra minn hekk, il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18 jippermetti lill-amministrazzjoni kontraenti teskludi mill-parteċipazzjoni fil-kuntratt lil kull operatur ekonomiku li jkun wettaq nuqqas serju fil-qasam professjonali. Jidhirli li l-eżistenza ta’ tali kawża ta’ esklużjoni, li hija fakultattiva iżda ġiet prevista fid-dritt Taljan fl-Artikolu 38(1)(f) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006, tikkostitwixxi wkoll, jekk tiġi kkonfermata mill-qorti tar-rinviju ( 26 ), ksur fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 21 ta’ dawn il-konklużjonijiet. |
|
25. |
It-tieni, il-qorti tar-rinviju tesprimi dubji dwar il-livell ta’ prova meħtieġ sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ ksur, u għalhekk ta’ irregolarità, billi tenfasizza li, f’dan il-każ, il-prova tal-aġir ikkontestat u tal-impatt tiegħu fuq l-għoti tal-kuntratt ma hijiex stabbilita b’mod sħiħ. |
|
26. |
F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam, huwa l-ordinament ġuridiku intern ta’ kull Stat Membru li għandu jirregola l-modalitajiet proċedurali tar-rimedji ġudizzjarji intiżi sabiex jiġu protetti d-drittijiet li l-individwi jisiltu mid-dritt tal-Unjoni, inkluż il-livell ta’ prova meħtieġ sabiex tiġi stabbilita irregolarità, sa fejn dawn il-modalitajiet josservaw il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività ( 27 ). |
|
27. |
Għalkemm dan huwa l-każ f’dak li jirrigwarda l-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ trasparenza msemmija fil-punt 22 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18, jekk jitqies li huwa rilevanti f’dan il-każ ( 28 ), jirrikonoxxi dan il-prinċipju espliċitament meta jippermetti lill-amministrazzjoni kontraenti teskludi mill-parteċipazzjoni fil-kuntratt lil kull operatur ekonomiku li jkun wettaq nuqqas serju fil-qasam professjonali kkonstatat “bi kull mezz” li jista’ jiġi pprovat mill-awtoritajiet kontraenti ( 29 ). |
|
28. |
F’dan il-każ, nillimita ruħi li nirrimarka li, kif tirrileva ġustament il-Kummissjoni, l-esklużjoni minħabba nuqqas serju fil-qasam professjonali għandha tkun ibbażata fuq konstatazzjoni awtonoma mill-awtorità kontraenti tal-eżistenza ta’ tali aġir mhux professjonali, billi din tibbaża ruħha fuq kwalunkwe mezz ta’ prova u, jekk ikun il-każ, fuq il-provi li jirriżultaw minn proċedura kriminali, iżda mingħajr awtomatiċità. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja, anki jekk għadha mhux definittiva, tista’, skont is-suġġett ta’ dik id-deċiżjoni, tipprovdi lill-awtorità kontraenti mezz xieraq sabiex tiġġustifika l-eżistenza ta’ nuqqas serju professjonali, sa fejn id-deċiżjoni tagħha tista’, f’kull każ, tkun is-suġġett ta’ stħarriġ ġudizzjarju ( 30 ). Fil-fehma tiegħi, l-istess kunsiderazzjonijiet japplikaw f’dak li jirrigwarda l-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ trasparenza msemmija fil-punt 22 ta’ dawn il-konklużjonijiet. |
|
29. |
Fit-tieni lok, il-fatt li tali ksur tad-dritt tal-Unjoni jew tad-dritt nazzjonali applikabbli għandu joriġina minn att jew ommissjoni ta’ operatur ekonomiku ma huwiex ikkontestat f’dan il-każ. |
|
30. |
Fi kwalunkwe każ, nirrileva li ANAS hija tabilħaqq “operatur ekonomiku” ( 31 ) u li l-kunċett ta’ “att jew ommissjoni” fis-sens ta’ din tal-aħħar ma jeħtieġx element suġġettiv. Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li, għalkemm id-definizzjoni ta’ “irregolarità” li tinsab fil-punt 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1083/2006 ma tinkludi ebda speċifikazzjoni dwar in-natura intenzjonali jew negliġenti tal-aġir tal-benefiċjarju kkonċernat, tali natura ma tistax titqies li hija element indispensabbli sabiex irregolarità, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, tkun tista’ tiġi kkonstatata ( 32 ). |
|
31. |
Fit-tielet lok, f’dak li jirrigwarda l-eżistenza ta’ preġudizzju kkawżat lill-baġit tal-Unjoni minħabba tali ommissjoni, mill-punt 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1083/2006 jirriżulta li ksur tad-dritt tal-Unjoni jew tad-dritt nazzjonali applikabbli għall-operazzjonijiet sostnuti mill-Fondi jikkostitwixxi “irregolarità”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jekk dan għandu jew kien ikollu l-effett li jippreġudika l-baġit ġenerali tal-Unjoni permezz tal-imputazzjoni ta’ nefqa indebita lil dan il-baġit. |
|
32. |
Il-qorti tar-rinviju tenfasizza li, f’dan il-każ, ma huwiex stabbilit li l-baġit tal-Unjoni ġarrab preġudizzju. |
|
33. |
Il-Qorti tal-Ġustizzja madankollu interpretat din id-dispożizzjoni fis-sens li ksur tar-regoli tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi jikkostitwixxi irregolarità fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni sa fejn il-possibbiltà li dan il-ksur kellu effett fuq il-baġit tal-Fond ikkonċernat ma tistax tiġi eskluża, mingħajr ma hija meħtieġa l-prova tal-eżistenza ta’ effett finanzjarju speċifiku ( 33 ). |
|
34. |
F’dan il-każ, jidhirli li aġir, bħal dak imsemmi mill-qorti tar-rinviju, li jwassal, tal-inqas, għal ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza, jista’ jfixkel illegalment il-proċedura ta’ sejħa għal offerti inkwistjoni billi jiffavorixxi lill-impriża li kienet l-offerent rebbieħ. Issa, mingħajr ma huwa neċessarju li tiġi pprovata l-eżistenza ta’ telf finanzjarju reali, ma jistax jiġi eskluż li, fl-assenza ta’ dan l-aġir, is-sejħa għal offerti kienet tingħata lil offerent rebbieħ ieħor jew taħt kundizzjonijiet iktar favorevoli għall-baġit tal-Unjoni, ħaġa li, skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt preċedenti, taqa’ taħt it-tielet kundizzjoni msemmija mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 20 ta’ dawn il-konklużjonijiet. |
|
35. |
Bħala konklużjoni, nipproponi li r-risposta għall-ewwel domanda preliminari għandha tkun li l-punt 7 tal-Artikolu 2 u l-Artikolu 70(1)(b) tar-Regolament Nru 1083/2006 għandhom jiġu interpretati fis-sens li aġir li, skont l-evalwazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti, jirriżulta li jista’ jiffavorixxi lil operatur ekonomiku matul proċedura ta’ għoti jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “irregolarità” u jwassal, bħala regola ġenerali, għar-revoka tal-vantaġġ miksub indebitament, sa fejn il-possibbiltà li dan l-aġir kellu effett fuq il-baġit tal-Fond ikkonċernat ma tistax tiġi eskluża. |
Fuq it-tieni domanda preliminari
|
36. |
Permezz tat-tieni domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18 jipprekludix dispożizzjoni, bħall-Artikolu 38(1)(f) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006, li ma jippermettix li jiġi eskluż mill-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt l-operatur ekonomiku li pprova jinfluwenza l-proċess deċiżjonali tal-awtorità kontraenti, b’mod partikolari meta dan it-tentattiv kien jikkonsisti fil-korruzzjoni tal-membri tal-kummissjoni tas-sejħa għal offerti. |
|
37. |
Il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18 jirrigwarda l-kawżi ta’ esklużjoni ta’ offerent mill-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt u jistabbilixxi li jista’ jiġi eskluż mill-parteċipazzjoni fil-kuntratt kull operatur ekonomiku li jkun wettaq nuqqas serju fil-qasam professjonali kkonstatat b’kull mezz li jista’ jiġi pprovat mill-awtoritajiet kontraenti. |
|
38. |
Bit-traspożizzjoni ta’ tali dispożizzjoni fid-dritt Taljan, l-Artikolu 38(1)(f) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006 jeskludi, b’mod partikolari, mill-parteċipazzjoni fil-proċeduri għall-għoti ta’ konċessjonijiet u ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi lil kull persuna li tkun wettqet żball serju fit-twettiq tal-attività professjonali tagħha, ikkonstatat bi kwalunkwe mezz ta’ prova mill-awtorità kontraenti. |
|
39. |
Għalkemm il-qorti tar-rinviju tinterpreta din id-dispożizzjoni fis-sens li ma tippermettix li jiġi eskluż mill-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt l-operatur ekonomiku li pprova jinfluwenza l-proċess deċiżjonali tal-awtorità kontraenti, b’mod partikolari permezz ta’ tentattivi ta’ korruzzjoni, jidher li l-Gvern Taljan u l-Kummissjoni huma tal-fehma li, għall-kuntrarju, skont il-ġurisprudenza u l-prassi amministrattiva Taljani, l-imsemmija dispożizzjoni tippermetti li t-tentattivi intiżi li jiġi influwenzat il-proċess deċiżjonali tal-awtorità kontraenti jkunu inklużi fil-kunċett ta’ “żball serju” ( 34 ). |
|
40. |
F’dan ir-rigward, minn naħa, infakkar li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tħalli marġni ta’ manuvra lil-leġiżlatur nazzjonali f’dak li jirrigwarda l-modalitajiet ta’ traspożizzjoni tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva ( 35 ). |
|
41. |
Min-naħa l-oħra, jidhirli li l-formulazzjoni tal-Artikolu 38(1)(f) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006, bħall-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18, hija magħmula b’mod wiesa’ ħafna u tirrifletti, essenzjalment, il-kunċett ta’ “nuqqas serju fil-qasam professjonali kkonstatat bi kwalunkwe mezz” permezz tal-kunċett analogu ta’ “żball serju fit-twettiq tal-attività professjonali kkonstatat bi kwalunkwe mezz ta’ prova” ( 36 ); ma’ dan jiżdied ukoll il-fatt, kif ġie rrilevat mill-Kummissjoni, li d-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni, minħabba l-formulazzjoni wiesgħa tagħha, tista’ faċilment tiġi interpretata b’mod konformi mad-dispożizzjoni trasposta minnha ( 37 ). |
|
42. |
Għaldaqstant, mingħajr ma nixtieq nimpinġi fuq il-ġurisdizzjoni tal-qorti tar-rinviju f’dak li jirrigwarda l-interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali, jidhirli li t-test tad-dispożizzjoni ta’ traspożizzjoni huwa konformi mad-dispożizzjoni trasposta ( 38 ). |
|
43. |
Barra minn hekk, ir-rilevanza tad-domanda magħmula mill-qorti tar-rinviju ma hijiex evidenti, għaliex mill-proċess tal-kawża ppreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax b’mod ċar li l-“irregolarità” individwata f’dan il-każ mill-awtoritajiet kompetenti hija marbuta ma’ ksur tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18, kif traspost fl-Artikolu 38(1)(f) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006, li messu wassal lill-amministrazzjoni kontraenti sabiex teskludi mill-proċedura ta’ kuntratt lill-offerent li, sussegwentement, sar l-offerent rebbieħ ta’ dan il-kuntratt ( 39 ). Fil-fatt, kif tenfasizza l-Kummissjoni, huwa diffiċli li tiġi kkonċepita, f’dan il-każ, l-eżistenza ta’ “irregolarità” min-naħa ta’ ANAS talli ma eskludietx lill-offerent inkwistjoni mill-proċedura ta’ kuntratt, minħabba nuqqas serju fil-qasam professjonali li ġie individwat ferm wara l-għoti tal-kuntratt. |
|
44. |
Madankollu, infakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest leġiżlattiv u fattwali ddefinit minnha u taħt ir-responsabbiltà tagħha, kuntest li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tevalwa l-eżattezza tiegħu, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza ( 40 ) u li, f’dan il-każ, ma jidhirx b’mod manifest li l-interpretazzjoni mitluba tad-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni inkwistjoni ma għandha ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali. |
|
45. |
Bħala konklużjoni, nipproponi li r-risposta għat-tieni domanda preliminari għandha tkun li l-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, bħala prinċipju u fid-dawl tal-obbligu li d-dritt nazzjonali jiġi interpretat konformement mal-għanijiet ta’ din id-dispożizzjoni, leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi mill-parteċipazzjoni fil-proċeduri għall-għoti ta’ konċessjonijiet u ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi lil kull persuna li tkun wettqet żball serju fit-twettiq tal-attività professjonali tagħha, ikkonstatat bi kwalunkwe mezz ta’ prova mill-awtorità kontraenti. |
Fuq it-tielet u r-raba’ domanda preliminari
|
46. |
Permezz tat-tielet u tar-raba domanda preliminari, li għandhom jiġu ttrattati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk, fil-każ ta’ “irregolarità”, id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-ewwel u t-tieni domanda għandhomx jiġu interpretati fis-sens li dejjem jimponu fuq l-Istat Membru li japplika rata ta’ korrezzjoni finanzjarja ta’ 100 % u, fil-każ ta’ risposta negattiva, liema huma l-kriterji sabiex tiġi ddeterminata din ir-rata ta’ korrezzjoni, fid-dawl ta’ dawn ir-regoli u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
|
47. |
B’mod iktar partikolari, dik il-qorti tiddubita mill-kompatibbiltà tal-applikazzjoni ta’ rata ta’ korrezzjoni finanzjarja ta’ 100 % mar-regoli u mal-prinċipju ċċitati, peress li l-kontribuzzjonijiet inkwistjoni ntużaw għal xogħlijiet eliġibbli għall-finanzjament Ewropew u mwettqa. Hija tistaqsi jekk huwiex il-każ li din il-korrezzjoni finanzjarja ma għandhiex pjuttost tiġi ddeterminata billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-preġudizzju ekonomiku kkawżat lill-baġit ġenerali tal-Unjoni u jekk l-implikazzjonijiet finanzjarji tal-insuffiċjenzi kkonstatati ( 41 ) jistgħux jiġu stabbiliti skont rata fissa, b’applikazzjoni tal-kriterji msemmija fit-tabella li tinsab taħt it-Titolu 2 tal-Linji gwida tal‑2013 ( 42 ). |
|
48. |
Skont l-Artikolu 98(1) u (2) tar-Regolament Nru 1083/2006, meta tiġi kkonstatata irregolarità, l-Istati Membri għandhom iwettqu l-korrezzjonijiet finanzjarji neċessarji, li jikkonsistu fil-kanċellament sħiħ jew parzjali tal-parteċipazzjoni pubblika għall-programm operattiv, u għandhom jiddeterminaw l-ammont tal-korrezzjoni li għandha tiġi applikata billi jieħdu inkunsiderazzjoni tliet kriterji, jiġifieri n-natura tal-irregolarità kkonstatata, il-gravità tagħha u t-telf finanzjarju li jirriżulta minnha għall-Fond ikkonċernat. Barra minn hekk, meta tkun kwistjoni ta’ irregolarità okkażjonali, u mhux sistemika, dan ir-rekwiżit tal-aħħar jimplika neċessarjament eżami każ b’każ, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha ta’ kull każ rilevanti fid-dawl ta’ kull wieħed minn dawn it-tliet kriterji ( 43 ). |
|
49. |
F’dak li jirrigwarda, fl-ewwel lok, il-kwistjoni jekk kwalunkwe irregolarità tiskattax l-obbligu li tiġi applikata rata ta’ korrezzjoni finanzjarja ta’ 100 %, jidhirli li tali interpretazzjoni tmur kjarament kontra l-prinċipji u l-ġurisprudenza ċċitata fil-punt preċedenti, li jeżiġu li l-Istati Membri, meta jimponu korrezzjoni finanzjarja konsegwentement għal irregolarità, jieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, inklużi l-konsegwenzi tal-irregolarità fuq l-użu tal-kontribuzzjonijiet u t-twettiq tax-xogħlijiet eliġibbli għall-finanzjament ( 44 ). |
|
50. |
Madankollu, fil-fehma tiegħi, din il-konklużjoni ma tinvolvix l-obbligu li l-korrezzjoni finanzjarja tkun ristretta f’kull ċirkustanza għat-telf finanzjarju mġarrab mill-Fond inkwistjoni. Fil-fatt, jeżistu sitwazzjonijiet li fihom ir-riskju li, fil-każ li jiġu kkonstatati irregolaritajiet, jiġġarrab telf limitat għas-sehem li għalih tirreferi l-irregolarità ma jipproduċix effett dissważiv. F’sitwazzjonijiet bħal dawn, ir-revoka totali tal-finanzjament tista’ tkun ta’ natura proporzjonata, indipendentement minn kwalunkwe prova tal-eżistenza ta’ telf korrispondenti min-naħa tal-Fond ikkonċernat ( 45 ) u mingħajr ma l-fatt li l-proġett issussidjat fl-aħħar mill-aħħar twettaq ikun deċiżiv f’dan ir-rigward ( 46 ). |
|
51. |
F’dan il-każ, jidhirli li atti jew tentattivi ta’ korruzzjoni li jinvolvu membri tal-kummissjoni tas-sejħa għal offerti jistgħu jikkostitwixxu ksur partikolarment serju u li għandu jiġi kkundannat ( 47 ), indipendentement mill-istabbiliment tal-prova tar-riperkussjonijiet ekonomiċi tagħhom fuq il-baġit tal-Unjoni, b’mod li tali aġir jista’, bħala prinċipju, jiskatta korrezzjoni ta’ 100 % tal-kontribuzzjoni, ħaġa li hija l-amministrazzjoni nazzjonali kompetenti, suġġett għall-istħarrig mill-qorti tar-rinviju, li għandha tevalwa u timmotiva, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ u b’osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
|
52. |
F’dak li jirrigwarda, fit-tieni lok, il-kalkolu tal-ammont tal-korrezzjoni finanzjarja, infakkar li l-Linji gwida tal‑2013, imsemmija mill-qorti tar-rinviju, sa fejn jirrigwardaw id-determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji li tapplika l-Kummissjoni għall-infiq iffinanzjat mill-Unjoni fil-kuntest tal-ġestjoni kondiviża fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tar-regoli fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, jistgħu wkoll jagħtu indikazzjonijiet meta l-Istati Membri stess jikkorreġu irregolaritajiet, minkejja li ma humiex vinkolanti għal dawn tal-aħħar ( 48 ). B’mod partikolari, il-punt 1.3 ta’ dawn il-linji gwida, li jirrigwarda l-kriterji dwar ir-rati ta’ korrezzjoni li għandhom jiġu applikati, isemmi, fl-ewwel subparagrafu, serje ta’ korrezzjonijiet (ta’ 5 %, 10 %, 25 % u 100 %) applikati għall-infiq marbut ma’ kuntratt skont il-gravità tal-irregolarità u l-prinċipju ta’ proporzjonalità, meta ma jkunx possibbli li jiġu kkwantifikati preċiżament l-effetti finanzjarji għall-kuntratt ikkonċernat. Fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-punt huwa ppreċiżat li l-gravità ta’ irregolarità u l-effett finanzjarju għall-baġit tal-Unjoni huma evalwati billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-livell tal-kompetizzjoni, it-trasparenza u l-ugwaljanza fit-trattament, filwaqt li l-irregolarità titqies li hija serja meta n-nuqqas ta’ osservanza inkwistjoni jkollu effett dissważiv fuq l-offerenti potenzjali jew iwassal għall-għoti ta’ kuntratt lil offerent differenti minn dak li messu kiseb il-kuntratt. Dejjem fl-istess punt, huwa previst iktar ’il quddiem, b’mod partikolari, li ebda korrezzjoni ma sejra tiġi imposta meta l-irregolarità tkun biss ta’ natura formali, mingħajr ebda effett finanzjarju reali jew potenzjali (it-tielet subparagrafu), filwaqt li korrezzjoni finanzjarja ta’ 100 % tista’ tiġi applikata fl-iktar każijiet serji, meta l-irregolarità tiffavorixxi offerent jew kandidat wieħed jew iktar jew meta l-irregolarità tkun relatata ma’ frodi, kif stabbilit minn awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva kompetenti (is-sitt subparagrafu). |
|
53. |
Dawn il-linji gwida għalhekk jipprovdu lill-qorti tar-rinviju kriterji rilevanti, fil-kalkolu tal-ammont tal-korrezzjoni finanzjarja, sabiex din tiġi ddeterminata billi jittieħed inkunsiderazzjoni t-telf finanzjarju kkawżat lill-baġit ġenerali tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 98(2) tar-Regolament Nru 1083/2006 ( 49 ). |
|
54. |
Bħala konklużjoni, nipproponi li r-risposta għat-tielet u raba’ domanda preliminari għandha tkun li l-Artikolu 98 tar-Regolament Nru 1083/2006 għandu jiġi interpretat fis-sens li għalkemm l-eżistenza ta’ irregolarità, fis-sens tal-punt 7 tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament Nru 1083/2006, timponi sistematikament fuq l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li jwettqu korrezzjoni finanzjarja, l-ammont tal-korrezzjoni applikabbli għandu jiġi ddeterminat, b’osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi konkreti kollha li jkunu rilevanti, jiġifieri n-natura u l-gravità tal-irregolarità kkonstatata, kif ukoll it-telf finanzjarju li jirriżulta minnha għall-Fond ikkonċernat, mingħajr madankollu ma dawn l-awtoritajiet ikunu obbligati jillimitaw il-korrezzjoni finanzjarja f’kull ċirkustanza għat-telf finanzjarju mġarrab minn dan il-Fond, b’mod li ksur partikolarment serju u li għandu jiġi kkundannat jista’, bħala prinċipju, jiskatta korrezzjoni ta’ 100 % tal-kontribuzzjoni, indipendentement mill-istabbiliment tal-prova ta’ kwalunkwe riperkussjoni ekonomika fuq il-baġit tal-Unjoni. |
Konklużjoni
|
55. |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mit-Tribunale amministrativo per il Lazio (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali ta’ Lazio, l-Italja) kif ġej:
|
( 1 ) Lingwa oriġinali: il-Franċiż.
( 2 ) Regolament tal-Kunsill tal‑11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU 2006, L 210, p. 25, rettifiki fil-ĠU 2006, L 239, p. 248, fil-ĠU 2007, L 145, p. 38, fil-ĠU 2007, L 164, p. 36 u fil-ĠU 2008, L 301, p. 40).
( 3 ) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).
( 4 ) Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑5 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1783/1999 (ĠU 2006 L 210, p. 1).
( 5 ) Regolament (KE) Nru 1081/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑5 ta’ Lulju 2006 dwar il-Fond Soċjali Ewropew u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1784/1999 (ĠU 2006, L 210, p. 12).
( 6 ) Regolament (KE) Nru 1084/2006 tal-Kunsill tal‑11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1164/94 (ĠU 2006, L 210, p. 79).
( 7 ) Suppliment ordinarju għall-GURI Nru 100, tat‑2 ta’ Mejju 2006, p. 1, iktar ’il quddiem id-“Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006”. Dan id-digriet, li huwa applikabbli fil-kawża prinċipali, tħassar bid-decreto legislativo n. 50 – Codice dei contratti pubblici (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 50, il-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi), tat‑18 ta’ April 2016 (Suppliment ordinarju għall-GURI Nru 91 tad‑19 ta’ April 2016).
( 8 ) Fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, uffiċjal ta’ ANAS ġie kkundannat għal korruzzjoni b’applikazzjoni ta’ proċedura nnegozjata, filwaqt li l-proċeduri kriminali kienu pendenti fil-mument tar-rinviju fir-rigward tal-persuni l-oħra involuti. B’mod iktar partikolari, ċerti uffiċjali ta’ ANAS ġew akkużati li aċċettaw pagamenti min-naħa tal-impriża li ngħatat il-kuntratt sabiex jiffavorixxu l-għoti tal-kuntratt.
( 9 ) Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 2988/95 tat‑18 Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).
( 10 ) Barra minn hekk, ANAS issostni li s-sentenza li permezz tagħha wieħed mill-uffiċjali tagħha ġie kkundannat għal korruzzjoni ma għandhiex effett ta’ natura mhux kriminali, peress li ġiet adottata b’applikazzjoni ta’ proċedura nnegozjata.
( 11 ) Regolament tal-Kummissjoni tat‑8 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (ĠU 2006, L 371, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 45, p. 3).
( 12 ) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 8, p. 57 (iktar ’il quddiem il-“Konvenzjoni PIF”).
( 13 ) Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑5 ta’ Lulju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU 2017 L 198, p. 29).
( 14 ) Bi żball il-qorti tar-rinviju tiċċita l-Artikolu 98(3) ta’ dan ir-regolament. Ara wkoll in-nota ta’ qiegħ il-paġna 41 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 15 ) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad‑19 ta’ Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment u l-approvazzjoni tal-linji gwida għad-determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom jitwettqu mill-Kummissjoni rigward in-nefqa ffinanzjata mill-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża, għal nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku.
( 16 ) Fil-fatt, jidhirli li l-kunċett ta’ “irregolarità” jinkludi kull xorta ta’ ksur tar-regoli tal-Unjoni u nazzjonali (ara l-punt 21 ta’ dawn il-konklużjonijiet), inklużi dawk li jirregolaw il-kunċett ta’ “frodi”. Barra minn hekk, dan il-kunċett tal-aħħar jeżiġi n-natura intenzjonali tal-att jew tal-ommissjoni u jirrikjedi konstatazzjoni ġudizzjarja ta’ natura kriminali, elementi li ma jirriżultawx mill-fatti ta’ dan il-każ, kif ippreżentati mill-qorti tar-rinviju.
( 17 ) Għall-kuntrarju, id-dispożizzjonijiet l-oħra msemmija mill-qorti tar-rinviju, jiġifieri l-Artikolu 27(c) tar-Regolament Nru 1828/2006, l-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni PIF u l-Artikolu 3(2)(b) tad-Direttiva 2017/1371, ma humiex rilevanti f’dan ir-rigward għaliex jirrigwardaw biss il-kunċett ta’ “frodi”.
( 18 ) Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza tal‑1 ta’ Ottubru 2020, Elme Messer Metalurgs (C‑743/18, EU:C:2020:767, punt 46 u l-ġurisprudenza ċċitata). Il-premessa 65 tar-Regolament Nru 1083/2006 tispeċifika li l-Istati Membri għandu jkollhom ir-responsabbiltà ewlenija għall-implimentazzjoni u għall-kontroll tal-interventi, skont il-prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità.
( 19 ) B’mod simili, l-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2988/95 jistabbilixxi, essenzjalment, li irregolarità tikkonsisti fi kwalunkwe ksur ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jirriżulta minn att jew minn ommissjoni ta’ operatur ekonomiku li għandhom jew li kien ikollhom l-effett li jippreġudikaw il-baġit ġenerali tal-Unjoni jew baġits iġġestiti minn din tal-aħħar, jew permezz tat-tnaqqis jew tat-tħassir ta’ dħul li joriġina mir-riżorsi proprji miġbura direttament f’isem l-Unjoni, jew permezz ta’ nefqa indebita. Għandu jiġi speċifikat li, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, kulma jagħmel ir-Regolament Nru 2988/95 huwa li jistabbilixxi regoli ġenerali ta’ verifika u ta’ sanzjonijiet bil-għan ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u li rkupru ta’ fondi li ntużaw ħażin għandu jsir fuq il-bażi ta’ dispożizzjonijiet settorjali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑26 ta’ Mejju 2016, Județul Neamț u Județul Bacău, C‑260/14 u C‑261/14, EU:C:2016:360, punt 32 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata). Għaldaqstant, minkejja li l-kunċett ta’ “irregolarità”, fis-sens tal-punt 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1083/2006 u tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 2988/95, jitlob interpretazzjoni uniformi, peress li ż-żewġ regolamenti inkwistjoni jagħmlu parti mill-istess dispożittiv li jiggarantixxi l-ġestjoni tajba tal-fondi tal-Unjoni u l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji ta’ din tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑26 ta’ Mejju 2016, Județul Neamț u Județul Bacău, C‑260/14 u C‑261/14, EU:C:2016:360, punt 34), f’dan il-każ dan il-kunċett għandu jiġi interpretat prinċipalment fid-dawl tar-Regolament Nru 1083/2006.
( 20 ) Ara s-sentenza tal‑1 ta’ Ottubru 2020, Elme Messer Metalurgs (C‑743/18, EU:C:2020:767, punt 51).
( 21 ) Ara s-sentenza tas‑6 ta’ Diċembru 2017, Compania Naţională de Administrare a Infrastructurii Rutiere (C‑408/16, EU:C:2017:940, punt 57 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 22 ) Ara s-sentenza tal‑1 ta’ Ottubru 2020, Elme Messer Metalurgs (C‑743/18, EU:C:2020:767, punt 52 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 23 ) Ara s-sentenza tad‑29 ta’ April 2004, Il‑Kummissjoni vs CAS Succhi di Frutta (C‑496/99 P, EU:C:2004:236, punt 108 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 24 ) Ara l-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18, intitolat “Prinċipji ta’ assenjar ta’ kuntratti”, li skontu l-awtoritajiet kontraenti għandhom jittrattaw lill-operaturi ekonomiċi bl-istess mod, b’mod nondiskriminatorju u jaġixxu b’mod trasparenti, kif ukoll il-ġurisprudenza li skontha l-awtorità kontraenti hija obbligata tosserva l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad‑29 ta’ April 2004, Il‑Kummissjoni vs CAS Succhi di Frutta, C‑496/99 P, EU:C:2004:236, punt 108 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 25 ) Barra minn hekk, nirrileva, b’mod antiċipat, li l-prova ta’ kwalunkwe intenzjoni jew negliġenza min-naħa tal-benefiċjarju ma hijiex neċessarja għall-finijiet tal-eżistenza ta’ “irregolarità”, fis-sens tal-punt 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1083/2006, peress li huwa possibbli li tiġi attribwita lil ANAS responsabbiltà “oġġettiva”, ibbażata fuq ir-responsabbiltajiet tal-uffiċjali tagħha, kif ser nispjega fil-punt 30 u fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32 ta’ dawn il-konklużjonijiet.
( 26 ) Sa fejn l-Artikolu 38(1)(f) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006 huwa applikabbli f’dan il-każ, ħaġa li ma jidhirlix li hija evidenti (f’dan ir-rigward, ara l-analiżi tat-tieni domanda preliminari).
( 27 ) Ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑22 ta’ Novembru 2012, Cuadrench Moré (C‑139/11, EU:C:2012:741, punt 25 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 28 ) Fil-fatt, kif diġà indikajt fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 26 ta’ dawn il-konklużjonijiet, niddubita kemm din id-dispożizzjoni (jew iktar speċifikament id-dispożizzjoni nazzjonali ta’ traspożizzjoni, jiġifieri l-Artikolu 38(1)(f) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006) tapplika f’dan il-każ.
( 29 ) F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li l-konstatazzjoni ta’ nuqqas professjonali fis-sens tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18 ma teħtieġx sentenza li għandha awtorità ta’ res judicata (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑13 ta’ Diċembru 2012, Forposta u ABC Direct Contact (C‑465/11, EU:C:2012:801, punt 28), u tal‑20 ta’ Diċembru 2017, Impresa di Costruzioni Ing. E. Mantovani u Guerrato (C‑178/16, EU:C:2017:1000, punt 44)).
( 30 ) Ara s-sentenza tal‑20 ta’ Diċembru 2017, Impresa di Costruzioni Ing. E. Mantovani u Guerrato (C‑178/16, EU:C:2017:1000, punt 47).
( 31 ) Fil-fatt, l-Artikolu 27(a) tar-Regolament Nru 1828/2006 jiddefinixxi bħala “operatur ekonomiku” kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew entità oħra li tieħu sehem fl-implimentazzjoni ta’ għajnuna mill-Fondi, ħlief għal Stat Membru fl-eżerċizzju tal-prerogattivi tiegħu bħala awtorità pubblika.
( 32 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑1 ta’ Ottubru 2020, Elme Messer Metalurgs (C‑743/18, EU:C:2020:767), li fiha, wara, minn naħa, interpretazzjoni kuntestwali tal-punt 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1083/2006 (punti 59 sa 62) u, min-naħa l-oħra, interpretazzjoni teleoloġika ta’ dan ir-regolament (punt 63), u filwaqt li speċifikat li l-obbligu tal-ħlas lura ta’ vantaġġ irċevut indebitament permezz ta’ irregolarità ma jikkostitwixxix sanzjoni, iżda huwa sempliċement konsegwenza tal-konstatazzjoni li l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-ksib tal-vantaġġ li jirriżulta mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma ġewx osservati, fatt li jirrendi indebitu l-vantaġġ irċevut (punt 64, kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata), il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet, essenzjalment, li l-prova ta’ kwalunkwe intenzjoni jew negliġenza min-naħa tal-benefiċjarju ma hijiex neċessarja għall-finijiet ta’ “irregolarità” fis-sens tal-punt 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1083/2006 (punt 65). Barra minn hekk, f’dak li jirrigwarda l-eventwali attribuzzjoni lil ANAS ta’ responsabbiltà “oġġettiva”, ibbażata fuq ir-responsabbiltajiet tal-uffiċjali tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat ukoll li d-dritt tal-Unjoni jitlaq mill-premessa li l-persuni ġuridiċi jaġixxu permezz tar-rappreżentanti tagħhom u li, fost oħrajn, aġir li jmur kontra l-etika professjonali ta’ dawn tal-aħħar jista’ jikkostitwixxi fattur rilevanti għall-evalwazzjoni tal-kondotta professjonali ta’ impriża (ara s-sentenza tal‑20 ta’ Diċembru 2017, Impresa di Costruzioni Ing. E. Mantovani u Guerrato, C‑178/16, EU:C:2017:1000, punt 34).
( 33 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal‑14 ta’ Lulju 2016, Wrocław - Miasto na prawach powiatu (C‑406/14, EU:C:2016:562, punti 44 u 45 kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata); tas‑6 ta’ Diċembru 2017, Compania Naţională de Administrare a Infrastructurii Rutiere (C‑408/16, EU:C:2017:940, punti 60 u 61); u tal‑1 ta’ Ottubru 2020, Elme Messer Metalurgs (C‑743/18, EU:C:2020:767, punt 67).
( 34 ) Il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-ġurisprudenza tal-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja) iċċitata mill-qorti tar-rinviju (sentenza Nru 5704 tal‑4 ta’ Diċembru 2017) ma twassalx għall-konklużjoni pprospettata minn din tal-aħħar. Insostenn tal-interpretazzjoni tiegħu, il-Gvern Taljan jiċċita ġurisprudenza oħra tal-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat) (sentenza Nru 5299 tal‑20 ta’ Novembru 2015), kif ukoll deċiżjoni u linji gwida tal-awtorità nazzjonali kontra l-korruzzjoni li jipprekludu l-interpretazzjoni proposta mill-qorti tar-rinviju.
( 35 ) Fil-fatt, skont din il-ġurisprudenza, il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18 ma jipprevedix uniformità fl-applikazzjoni tal-kawżi ta’ esklużjoni indikati fih fuq livell tal-Unjoni, sa fejn l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li ma japplikawx dawn il-kawżi ta’ esklużjoni, jew inkella li jintegrawhom fil-leġiżlazzjoni nazzjonali b’livell ta’ rigorożità li jista’ jvarja każ b’każ, skont kunsiderazzjonijiet ta’ natura legali, ekonomika jew soċjali li jipprevalu fuq livell nazzjonali (ara s-sentenza tal‑14 ta’ Diċembru 2016, Connexxion Taxi Services, C‑171/15, EU:C:2016:948, punt 29 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 36 ) Nirrimarka li l-Artikolu 38(1)(f) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006 jirriproduċi l-istess terminu (“żball serju”) użat fil-verżjoni Taljana tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18, filwaqt li din l-istess dispożizzjoni, f’verżjonijiet lingwistiċi oħra, tuża terminu differenti, li jirreferi għall-kunċett ta’ “nuqqas” (pereżempju, “faute grave” fil-verżjoni Franċiża jew “grave professional misconduct” fil-verżjoni Ingliża).
( 37 ) Fil-fatt, ir-rekwiżit ta’ interpretazzjoni konformi tad-dritt nazzjonali, li japplika fil-limiti ta’ interpretazzjoni contra legem tad-dritt nazzjonali (ara, b’mod partikolari, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑28 ta’ April 2022, Phoenix Contact, C‑44/21, EU:C:2022:309, punt 50 u l-ġurisprudenza ċċitata), jinkludi wkoll l-obbligu, għall-qrati nazzjonali, li jemendaw, jekk ikun il-każ, ġurisprudenza stabbilita jekk din tkun ibbażata fuq interpretazzjoni tad-dritt nazzjonali inkompatibbli mal-għanijiet ta’ direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑28 ta’ April 2022, Phoenix Contact, C‑44/21, EU:C:2022:309, punt 52 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 38 ) Din il-kunsiderazzjoni hija bla ħsara għall-prinċipju li l-portata ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali għandha tiġi ddeterminata fid-dawl tal-interpretazzjoni mogħtija lilha mill-qrati nazzjonali (ara, b’mod partikolari, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑12 ta’ Novembru 2009, Il‑Kummissjoni vs Spanja, C‑154/08, mhux ippubblikata, EU:C:2009:695, punt 125), ħaġa li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, fid-dawl tal-ġurisprudenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna preċedenti. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja madankollu speċifikat, essenzjalment, li ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni deċiżjonijiet ġudizzjarji iżolati jew sinjifikattivament minoritarji f’kuntest ġurisprudenzjali kkaratterizzat minn orjentazzjoni oħra, jew interpretazzjoni kontradetta mill-qorti suprema nazzjonali, filwaqt li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni interpretazzjoni ġurisprudenzjali sinjifikattiva mhux kontradetta mill-imsemmija qorti suprema, jew saħansitra kkonfermata minnha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad‑9 ta’ Diċembru 2003, Il‑Kummissjoni vs L-Italja, C‑129/00, EU:C:2003:656, punti 31 u 32).
( 39 ) Jidher, għall-kuntrarju, li tali irregolarità pjuttost tirrigwarda l-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza (ara l-punti 21 sa 24 ta’ dawn il-konklużjonijiet).
( 40 ) Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tal‑1 ta’ Awwissu 2022, Vyriausioji tarnybinės etikos komisija (C‑184/20, EU:C:2022:601, punt 48 u l-ġurisprudenza ċċitata).
( 41 ) Fl-interess tal-preċiżjoni, nirrimarka li l-imsemmija qorti, filwaqt li tiċċita l-Artikolu 98 tar-Regolament Nru 1083/2006, li jirrigwarda l-korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-Istati Membri, tirreferi għall-“implikazzjonijiet finanzjarji tan-nuqqasijiet li jkunu nstabu fil-programm operattiv konċernat” imsemmija fil-paragrafu 3 tal-Artikolu 99 ta’ dan ir-regolament, li jirrigwarda l-korrezzjonijiet finanzjarji applikati mill-Kummissjoni, filwaqt li l-Artikolu 98 iċċitat iktar ’il fuq isemmi fil-paragrafu 2 tiegħu, it-“telf finanzjarju għall-Fond”.
( 42 ) Kif jispeċifika l-Artikolu 1 tagħha, id-Deċiżjoni C(2013) 9527 tistabbilixxi fl-Anness tagħha l-linji gwida għad-determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom jiġu applikati, fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tar-regoli fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi, għall-infiq iffinanzjat mill-Unjoni fil-kuntest tal-ġestjoni kondiviża għall-perijodi ta’ programmazzjoni 2007‑2013 u 2014‑2020. L-Artikolu 2 tagħha jżid li l-Kummissjoni għandha tapplika dawn il-linji gwida, li jissostitwixxu l-linji gwida preċedenti li jirrigwardaw il-perijodi ta’ programmazzjoni 2000‑2006 u 2007‑2013, meta din twettaq korrezzjonijiet finanzjarji marbuta mal-irregolaritajiet individwati wara d-data ta’ adozzjoni tal-imsemmija deċiżjoni.
( 43 ) Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑14 ta’ Lulju 2016, Wrocław - Miasto na prawach powiatu (C‑406/14, EU:C:2016:562, punt 48).
( 44 ) Barra minn hekk, tali obbligu li titwettaq ir-revoka “awtomatika” tal-kontribuzzjoni sħiħa jopera, de facto, bħala sanzjoni, ħaġa li tmur kontra l-ġurisprudenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 32 ta’ dawn il-konklużjonijiet, li skontha l-obbligu tal-ħlas lura ta’ vantaġġ irċevut indebitament permezz ta’ irregolarità ma huwiex sanzjoni.
( 45 ) Bħala eżempju, f’kawża dwar finanzjament relatat ma’ investiment fil-kuntest tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), li fiha parti biss (jiġifieri 28 %) mill-investiment kienet ivvizzjata b’irregolarità marbuta ma’ informazzjoni falza, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li kienet biss il-possibbiltà li irregolarità tiġi ssanzjonata mhux bit-tnaqqis tal-għajnuna b’ammont li jikkorrispondi għal din l-irregolarità iżda bit-tneħħija sħiħa tal-għajnuna li setgħet tipproduċi l-effett dissważiv neċessarju għall-ġestjoni tajba tar-riżorsi tal-FAEGG (ara s-sentenza tal‑24 ta’ Jannar 2002, Conserve Italia vs Il‑Kummissjoni, C‑500/99 P, EU:C:2002:45, punt 101). Fl-istess kawża, l-Avukat Ġenerali speċifika li, kieku l-benefiċjarju li jaġixxi b’mod illegali kellu jinkorri biss ir-riskju li jitlef l-għajnuna sa fejn din tkun ibbażata fuq l-aġir illegali tiegħu, dan ikun jirrappreżenta stedina għall-frodi (konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Alber fil-kawża Conserve Italia vs Il‑Kummissjoni (C‑500/99 P, EU:C:2001:415, punti 94 u 97).
( 46 ) Fil-fatt, kif jirriżulta mill-ġurisprudenza tal-Qorti Ġenerali, il-fatt li l-benefiċjarju ta’ finanzjament ma josservax l-obbligi kollha tiegħu jiġġustifika, b’mod ġenerali, ir-reviżjoni tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, mingħajr ma s-sempliċi fatt li l-proġett twettaq ikun suffiċjenti sabiex jiġġustifika l-ħlas ta’ din il-kontribuzzjoni (f’dan ir-rigward, ara s-sentenza tat‑13 ta’ Lulju 2011, Il-Greċja vs Il‑Kummissjoni, T‑81/09, mhux ippubblikata, EU:T:2011:366, punt 68 u l-ġurisprudenza ċċitata, ikkonfermata permezz ta’ digriet tal‑10 ta’ Ottubru 2012, Il-Greċja vs Il‑Kummissjoni, C‑497/11 P, mhux ippubblikat, EU:C:2012:625).
( 47 ) Fil-fatt, il-fatt li fondi Ewropej ikunu ġew irċevuti u jkunu ntużaw minn operatur ekonomiku li jkun ġie indebitament iffavorit iwassal għal preġudizzju serju għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni, sa fejn jikkomprometti l-prinċipji ta’ kompetizzjoni libera u ta’ ugwaljanza fit-trattament fl-għoti ta’ kuntratt.
( 48 ) L-aħħar subparagrafu tal-punt 1.1 tal-Linji gwida tal‑2013 jirrakkomanda lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li josservaw l-istess kriterji u rati meta jikkorreġu irregolaritajiet individwati mid-dipartimenti tagħhom stess, sakemm ma japplikawx standards iktar stretti.
( 49 ) Il-qorti tar-rinviju bi żball tiċċita l-Artikolu 98(3) ta’ dan ir-regolament.