|
28.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 438/24 |
IR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/2209
tat-22 ta’ Diċembru 2020
li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/626 fir-rigward tal-entrati tar-Renju Unit u tad-Dipendenzi tal-Kuruna fil-lista tal-pajjiżi terzi jew tar-reġjuni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti annimali jew oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) 2016/429 u (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 127(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 fir-rigward tal-kundizzjonijiet tad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi jew mir-reġjuni tagħhom sabiex jiġi żgurat li jikkonformaw mar-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fir-regoli dwar is-sikurezza tal-ikel imsemmija fl-Artikolu 1(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625 jew mar-rekwiżiti rikonoxxuti għallanqas bħala ekwivalenti. Dawk il-kundizzjonijiet jinkludu l-identifikazzjoni tal-annimali u tal-oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, li jistgħu jidħlu biss fl-Unjoni minn pajjiżi terzi jew mir-reġjuni elenkati f’konformità mal-Artikolu 126(2)(a) tar-Regolament (UE) 2017/625. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/626 (3) jistabbilixxi listi ta’ pajjiżi terzi u tar-reġjuni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni mill-perspettiva tas-sikurezza tal-ikel, b’mod partikolari ta’ molluski bivalvi, ekinodermi, tunikati u gasteropodi tal-baħar ħajjin, imkessħin, iffriżati jew ipproċessati għall-konsum mill-bniedem, ta’ prodotti tas-sajd oħrajn u ta’ saqajn taż-żrinġijiet u bebbux ippreparati f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(3) |
Ir-Renju Unit ipprovda l-garanziji neċessarji meħtieġa mir-Regolament Delegat (UE) 2019/625 sabiex ir-Renju Unit u d-Dipendenzi tal-Kuruna ta’ Guernsey, Isle of Man u Jersey jiġu elenkati fl-Annessi I, II u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/626 wara t-tmiem tal-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (il-Ftehim dwar il-ħruġ), mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq, f’konformità mal-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq tal-Ftehim dwar il-ħruġ, flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll. Filwaqt li jitqiesu l-garanziji pprovduti mir-Renju Unit, dak il-pajjiż terz u d-Dipendenzi tal-Kuruna jenħtieġ li jiġu inklużi fl-Annessi I, II u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/626. |
|
(4) |
Għalhekk, l-Annessi I, II u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/626 jenħtieġ li jiġu emendati skont dan. |
|
(5) |
Peress li l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2020, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika mill-1 ta’ Jannar 2021. |
|
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I, II u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/626 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/625 tal-4 ta’ Marzu 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ rekwiżiti għad-dħul fl-Unjoni ta’ kunsinni ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 18).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/626 tal-5 ta’ Marzu 2019 li jikkonċerna listi ta’ pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom li minnhom hu awtorizzat id-dħul fl-Unjoni Ewropea ta’ ċerti annimali u oġġetti maħsuba għall-konsum mill-bniedem, u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/759 fir-rigward ta’ dawn il-listi (ĠU L 131, 17.5.2019, p. 31).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi ċerti regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li joriġina mill-annimali (ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55).
ANNESS
L-Annessi I, II u III tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/626 huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Anness I huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
|