|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2024/2366 |
27.3.2024 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda ta’ Speċifikazzjoni tal-Prodott għal isem fis-settur tal-inbid imsemmija fl-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(C/2024/2366)
Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 98 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) fi żmien xahrejn mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni.
TALBA GĦAL EMENDA FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT
“Pico”
PDO-PT-A1445-AM01
Data tal-applikazzjoni: 19.3.2017
1. Regoli applikabbli għall-emenda
L-Artikolu 105 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 – Modifika mhux minuri
2. Deskrizzjoni u raġunijiet għall-emenda
2.1. Informazzjoni dwar l-applikant
Deskrizzjoni: Aġġornament tal-informazzjoni li tikkonċerna l-applikant.
Raġunijiet: L-informazzjoni li tikkonċerna l-applikant hija skaduta u għalhekk jeħtieġ li tiġi aġġornata. Din l-emenda hija meħtieġa biex id-Dokument Uniku u l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jiġu allinjati mar-regoli fis-seħħ, filwaqt li hija maħsuba wkoll biex ittejjeb u tiċċara l-informazzjoni pprovduta qabel.
Taqsimiet emendati fid-Dokument Uniku: “Informazzjoni oħra” – Dettalji tal-applikant.
Taqsimiet emendati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: “Informazzjoni oħra” – Dettalji tal-applikant.
2.2. Informazzjoni dwar il-partijiet ikkonċernati
Deskrizzjoni: Tneħħija tal-informazzjoni li tikkonċerna l-partijiet ikkonċernati.
Raġunijiet: Peress li t-tifsira ta’ “il-partijiet ikkonċernati” kienet interpretata b’mod żbaljat, id-dettalji tal-applikant kienu ddaħħlu f’dan il-qasam bi żball. Għalhekk, din l-informazzjoni tneħħiet. Din l-emenda hija meħtieġa biex id-Dokument Uniku u l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jiġu allinjati mar-regoli fis-seħħ, filwaqt li hija maħsuba wkoll biex ittejjeb u tiċċara l-informazzjoni pprovduta qabel.
Taqsimiet emendati fid-Dokument Uniku: “Informazzjoni oħra” – Partijiet interessati.
Taqsimiet emendati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: “Informazzjoni oħra” – Partijiet interessati.
2.3. Informazzjoni dwar il-korpi ta’ monitoraġġ
Deskrizzjoni: Aġġornament tal-informazzjoni li tikkonċerna l-korpi ta’ monitoraġġ.
Raġunijiet: L-informazzjoni li tikkonċerna l-applikant hija skaduta u għalhekk jeħtieġ li tiġi aġġornata. Din l-emenda hija meħtieġa biex id-Dokument Uniku u l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jiġu allinjati mar-regoli fis-seħħ, filwaqt li hija maħsuba wkoll biex ittejjeb u tiċċara l-informazzjoni pprovduta qabel.
Taqsimiet emendati fid-Dokument Uniku: “Informazzjoni oħra” – Dettalji dwar il-korpi ta’ monitoraġġ.
Taqsimiet emendati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: “Informazzjoni oħra” – Informazzjoni dwar il-korpi ta’ monitoraġġ.
2.4. Informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti ta’ monitoraġġ
Deskrizzjoni: Aġġornament tal-informazzjoni li tikkonċerna l-awtoritajiet kompetenti ta’ monitoraġġ.
Raġunijiet: L-informazzjoni li tikkonċerna l-applikant hija skaduta u għalhekk jeħtieġ li tiġi aġġornata. Din l-emenda hija meħtieġa biex id-Dokument Uniku u l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jiġu allinjati mar-regoli fis-seħħ, filwaqt li hija maħsuba wkoll biex ittejjeb u tiċċara l-informazzjoni pprovduta qabel.
Taqsimiet emendati fid-Dokument Uniku: “Informazzjoni oħra” – Dettalji dwar l-awtoritajiet kompetenti ta’ monitoraġġ.
Taqsimiet emendati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: “Informazzjoni oħra” – Informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti ta’ monitoraġġ.
2.5. Kategorija tal-prodott - żieda ta’ kategorija ġdida tal-prodott tad-dwieli
Deskrizzjoni: Ġiet miżjuda l-kategorija “Inbid”.
Raġunijiet: Din l-emenda sservi biex iżżid il-valur ekonomiku ta’ prodott li diġà jeżisti fir-reġjun, billi tirrikonoxxih taħt id-DOP.
Dan it-tip ta’ nbid diġà qiegħed jiġi prodott mill-produtturi skont il-prattiki tradizzjonali tar-reġjun, u huwa magħruf għall-kwalità u d-distintività tiegħu. Għalhekk, l-inklużjoni tiegħu fid-DOP “Pico” tirrikonoxxi l-importanza u l-kwalità tiegħu, u l-valur miżjud għall-produtturi tiegħu.
Taqsimiet emendati fid-Dokument Uniku: “Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli”, “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed”, “Prattiki enoloġiċi speċifiċi”, “Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet” u “Rekwiżiti oħra applikabbli”.
Taqsimiet emendati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: “Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli”, “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed”, “Prattiki enoloġiċi speċifiċi”, “Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet” u “Rekwiżiti oħra applikabbli”.
2.6. Kategorija tal-prodott - żieda ta’ kategorija ġdida tal-prodott tad-dwieli
Deskrizzjoni: Ġiet miżjuda l-kategorija “Inbid frizzanti”.
Raġunijiet: Din l-emenda sservi biex iżżid il-valur ekonomiku ta’ prodott li diġà jeżisti fir-reġjun, billi tirrikonoxxih taħt id-DOP.
Dan it-tip ta’ nbid diġà qiegħed jiġi prodott mill-produtturi skont il-prattiki tradizzjonali tar-reġjun, u huwa magħruf għall-kwalità u d-distintività tiegħu. Għalhekk, l-inklużjoni tiegħu fid-DOP “Pico” tirrikonoxxi l-importanza u l-kwalità tiegħu, u l-valur miżjud għall-produtturi tiegħu.
Taqsimiet emendati fid-Dokument Uniku: “Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli”, “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed”, “Prattiki enoloġiċi speċifiċi”, “Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet” u “Rekwiżiti oħra applikabbli”.
Taqsimiet emendati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: “Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli”, “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed”, “Prattiki enoloġiċi speċifiċi”, “Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet” u “Rekwiżiti oħra applikabbli”.
2.7. Kategorija tal-prodott - żieda ta’ kategorija ġdida tal-prodott tad-dwieli
Deskrizzjoni: Ġiet miżjuda l-kategorija “Inbid ta’ għeneb misjur izżejjed”.
Raġunijiet: Din l-emenda sservi biex iżżid il-valur ekonomiku ta’ prodott li diġà jeżisti fir-reġjun, billi tirrikonoxxih taħt id-DOP.
Dan it-tip ta’ nbid diġà qiegħed jiġi prodott mill-produtturi skont il-prattiki tradizzjonali tar-reġjun, u huwa magħruf għall-kwalità u d-distintività tiegħu. Għalhekk, l-inklużjoni tiegħu fid-DOP “Pico” tirrikonoxxi l-importanza u l-kwalità tiegħu, u l-valur miżjud għall-produtturi tiegħu.
Taqsimiet emendati fid-Dokument Uniku: “Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli”, “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed”, “Prattiki enoloġiċi speċifiċi”, “Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet” u “Rekwiżiti oħra applikabbli”.
Taqsimiet emendati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: “Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli”, “Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed”, “Prattiki enoloġiċi speċifiċi”, “Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet” u “Rekwiżiti oħra applikabbli”.
2.8. Deskrizzjoni tal-inbejjed – kategorija “Inbid likur”
Deskrizzjoni: Id-deskrizzjoni tal-inbejjed likuri ġiet imtejba u emendata.
Raġunijiet: Billi d-deskrizzjoni preċedenti tal-inbejjed instabet li hija ġenerika u vaga, għandha tiġi emendata biex jiġu stabbiliti l-karatteristiċi assoċjati mal-inbejjed bid-DOP “Pico”. Din l-emenda hija meħtieġa biex id-Dokument Uniku u l-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott jiġu allinjati mar-regoli fis-seħħ.
Taqsimiet emendati fid-Dokument Uniku: Deskrizzjoni tal-inbejjed – kategorija “Inbejjed likuri”.
Taqsimiet emendati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: Deskrizzjoni tal-inbejjed – kategorija “Inbejjed likuri”.
2.9. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid – rendimenti massimi
Deskrizzjoni: Tneħħija tal-eċċezzjoni.
Raġunijiet: Ġie stabbilit rekwiżit ċar u oġġettiv għal dan il-parametru, biex b’hekk jiġu garantiti l-uniformità u l-prevedibbiltà tal-kundizzjonijiet tal-produzzjoni.
Taqsimiet emendati fid-Dokument Uniku: “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid”.
Taqsimiet emendati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid”.
2.10. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid - prattiki enoloġiċi - il-kategoriji kollha
Deskrizzjoni: L-inklużjoni ta’ restrizzjoni fuq il-produzzjoni tal-inbid applikabbli għall-kategoriji kollha tal-prodott: 85 % tal-volum totali tal-most irid joriġina mill-varjetajiet ewlenin tal-għeneb, filwaqt li l-bqija jista’ joriġina minn varjetajiet sekondarji.
Raġunijiet: L-istabbiliment ta’ lista limitata ta’ varjetajiet ta’ dwieli li huma essenzjali biex jiggarantixxu l-awtentiċità u l-karattru distintiv tal-inbejjed bid-DOP “Pico” wassal biex jiġi ddefinit perċentwal minimu għall-volum totali tal-most li jrid joriġina minn dawk il-varjetajiet ewlenin. Madankollu, peress li l-varjetajiet sekondarji huma wkoll fost il-varjetajiet tradizzjonali kkultivati fiż-żona ġeografika, il-permess li jintużaw sa punt limitat ma jdgħajjifx il-karattru distintiv tal-inbejjed bid-DOP “Pico”.
Taqsimiet emendati fid-Dokument Uniku: “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid” – Restrizzjoni fuq il-produzzjoni tal-inbid.
Taqsimiet emendati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid” – Restrizzjoni fuq il-produzzjoni tal-inbid.
2.11. Varjetajiet ewlenin tad-dwieli – emenda/allinjament tal-lista tal-varjetajiet
Deskrizzjoni: L-allinjament tal-varjetajiet tad-dwieli mal-lista nazzjonali l-ġdida. It-tneħħija tal-varjetajiet Fernão-Pires, Generosa, Malvasia u Sercial. Varjetajiet li saru varjetajiet sekondarji: Malvasia Fina (Boal) u Galego Dourado.
Raġunijiet: Il-lista tal-varjetajiet tal-għeneb li jistgħu jintużaw għall-produzzjoni tal-inbejjed fir-reġjun Pico għandha tiġi aġġornata u allinjata mal-qafas legali l-ġdid kostitwit mil-lista nazzjonali tal-varjetajiet adattati għall-vitikultura fil-Portugall.
Ir-restrizzjoni fuq il-varjetajiet li jistgħu jintużaw oriġinat mill-istabbiliment ta’ lista limitata ta’ varjetajiet li huma essenzjali biex jiggarantixxu l-awtentiċità u l-karattru distintiv tal-inbejjed bid-DOP “Pico”. Dan il-proċess irriżulta wkoll biex varjetà waħda li qabel kienet ikkunsidrata bħala varjetà ewlenija tmexxiet għal-lista tal-varjetajiet sekondarji.
Taqsimiet emendati fid-Dokument Uniku: “Varjetajiet ewlenin tad-dwieli”.
Taqsimiet emendati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: “Varjetajiet ewlenin tad-dwieli”.
2.12. Inklużjoni ta’ varjetajiet tad-dwieli sekondarji
Deskrizzjoni: Ġew stabbiliti żewġ varjetajiet sekondarji, jiġifieri Malvasia Fina (Boal) u Galego Dourado, li tneħħew mil-lista tal-varjetajiet ewlenin.
Raġunijiet: Peress li dawn il-varjetajiet huma fost il-varjetajiet tradizzjonali kkultivati fiż-żona ġeografika, l-inklużjoni tagħhom bħala varjetajiet sekondarji ma ddgħajjifx il-karattru distintiv tal-inbejjed bid-DOP “Pico”.
Taqsimiet emendati fid-Dokument Uniku: Id-Dokument Uniku ma huwiex affettwat.
Taqsimiet emendati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: “Varjetajiet sekondarji d-dwieli”.
2.13. Rabta maż-żona ġeografika - il-kategoriji kollha
Deskrizzjoni: Id-deskrizzjoni tar-rabta maż-żona ġeografika ġiet imtejba u emendata.
Raġunijiet: Peress li d-deskrizzjoni preċedenti maż-żona ġeografika (kategorija: “Inbid”) instabet li hija ġenerika u vaga, u r-rabta għandha tiġi deskritta wkoll għall-kategoriji l-ġodda tal-prodotti (“Inbid spumanti”, “Inbid likur” u “Inbid ta’ għeneb misjur iżżejjed”), il-kontenut ta’ din it-taqsima ġie rivedut u l-kategoriji tal-prodotti kollha ġew inklużi. Għalhekk, il-kontenut sar aktar preċiż, filwaqt li jitqies il-fatt li r-rabta maż-żona ġeografika tkopri l-kategoriji kollha.
Taqsimiet emendati fid-Dokument Uniku: “Rabta maż-żona ġeografika”.
Taqsimiet emendati fl-Ispeċifikazzjoni tal-Prodott: “Rabta maż-żona ġeografika”.
DOKUMENT UNIKU
1. L-isem tal-prodott
Pico
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP – Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
|
3. |
Inbid likur |
|
4. |
Inbid frizzanti |
|
16. |
Inbid ta’ għeneb misjur iżżejjed |
4. Deskrizzjoni tal-inbid/inbejjed
1. Inbejjed
Inbejjed bojod:
L-inbejjed huma ta’ kulur isfar ċar sa qawwi, b’aroma li tgħaqqad in-noti taċ-ċitru u tal-baħar bi ħjiel ta’ frott tropikali. Fuq il-palat, huma notevolment melħin u għandhom mineralità, aċidità notevoli, huma moderatament alkoħoliċi, u jħallu togħma friska fil-ħalq.
Il-karatteristiċi analitiċi l-oħrajn huma kif stabbiliti mil-leġiżlazzjoni rilevanti.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
11 |
|
Aċidità totali minima |
46,6 milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
18 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
250 |
2. Inbejjed likuri
L-inbejjed huma ta’ kulur minn ambra sa kannella, b’laqtiet tad-deheb. B’palat qawwi u strutturat tajjeb, l-inbejjed likuri normalment ikunu xotti jew nofshom xotti — għalkemm jistgħu jkunu wkoll ħelwin medji jew ħelwin.
Il-fwieħa tagħhom tista’ tinkludi noti ta’ frott misjur u frott tas-siġar. In-noti ta’ fjuri jew noti erbali jistgħu jkunu preżenti fi nbejjed mhux maturi.
Aromi ta’ frott, b’noti ta’ frott imnixxef, għasel, karamella, ħwawar u duħħan, jiżviluppaw minħabba l-età u l-perjodu twil imqatta’ fil-bettija.
Għandhom togħma rikka, li tvarja minn xotta għal ħelwa medja, b’aċidità u salinità notevoli. Dawn huma nbejjed tal-frott (frott bl-għadma), li jista’ jkollhom ukoll noti ta’ frott imqadded, għasel, karamella u ħwawar.
Il-karatteristiċi analitiċi l-oħrajn huma kif stabbiliti mil-leġiżlazzjoni rilevanti.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
11 |
|
Aċidità totali minima |
46,6 milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
18 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
250 |
3. Inbejjed spumanti
L-inbejjed spumanti bojod huma ta’ kulur isfar ċar sa qawwi, b’aroma li tgħaqqad in-noti taċ-ċitru u tal-baħar bi ħjiel ta’ frott tropikali.
F’xi snin, dawn jistgħu jippreżentaw aromi tropikali. Fil-ħalq, għandhom moussi palpabbli u friski bi bżieżaq fini u intensi, għandhom togħma ta’ frott u minerali, b’noti marini qawwija u aċidità qawwija, u jħallu togħma friska u invigoranti.
Il-karatteristiċi analitiċi l-oħrajn huma kif stabbiliti mil-leġiżlazzjoni rilevanti.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
11,5 |
|
Aċidità totali minima |
46,6 milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
18 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
185 |
4. Inbejjed ta’ għeneb misjur iżżejjed
Inbejjed bojod:
Dawn huma nbejjed b’aromi ta’ frott, ta’ frott misjur u frott bl-għadma. F’xi snin, jippreżentaw noti ta’ żbib.
It-tqaddim jipproduċi noti ta’ żbib u ġamm, bil-ħwawar jitfaċċaw kemxejn fuq quddiem.
Fil-ħalq, huma densi, voluminużi, b’togħma ta’ frott u pikkanti, b’noti ta’ karamella, ħxejjex aromatiċi u melħ, u finitura friska.
Il-karatteristiċi analitiċi l-oħrajn huma kif stabbiliti mil-leġiżlazzjoni rilevanti.
|
Karatteristiċi analitiċi |
|
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum) |
|
|
Qawwa alkoħolika proprja minima (f’% tal-volum) |
12 |
|
Aċidità totali minima |
46,6 milliekwivalenti għal kull litru |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru) |
18 |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru) |
250 |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
a. Prattiki enoloġiċi essenzjali
1. Inbejjed, inbejjed frizzanti, inbejjed likuri u nbejjed ta’ għeneb misjur iżżejjed — ġestjoni tal-vinji u ħamrija
Metodi tal-kultivazzjoni
L-għeneb użat fil-produzzjoni tal-inbejjed DOP “Pico” jrid jiġi minn vinhas estremes (irqajja’ art tal-vinji b’mhux aktar minn 20 siġra għal kull ettaru), fejn id-dwieli jiġu mħarrġa fl-għalqa bl-użu tas-sistema f’forma ta’ sġajriet jew dik tal-kordun.
Id-dwieli maħsuba għall-produzzjoni tal-inbejjed DOP “Pico” jridu jkunu qed jikbru jew jitħawlu f’ħamriji litika mhux umika u litosoli li jinsabu fuq sottostrat ikkonsolidat ta’ bażalts jew blat simili ffurmat minn lavas reċenti. Din il-ħamrija tokkorri f’konnessjoni ma’ spunti ġeblija u ximinndaqqiet ikun fiha materjal ġebli u jkollha saff ikkonsolidat ta’ lava fil-wiċċ.
2. Inbejjed, inbejjed frizzanti, inbejjed likuri u nbejjed ta’ għeneb misjur iżżejjed — prattiki tradizzjonali
Restrizzjoni fuq il-produzzjoni tal-inbid
Il-metodi u l-prattiki enoloġiċi tradizzjonali awtorizzati legalment għandhom jiġu segwiti meta jsiru l-inbejjed bid-DOP “Pico”.
3. Inbejjed – qawwa alkoħolika naturali skont il-volum
Restrizzjoni fuq il-produzzjoni tal-inbid
Il-most użat jeħtieġ li jkollu qawwa alkoħolika minima naturali potenzjali skont il-volum ta’ 10 %.
4. Inbejjed spumanti – qawwa alkoħolika naturali skont il-volum
Restrizzjoni fuq il-produzzjoni tal-inbid
Il-most użat għall-inbejjed bażi tal-inbejjed spumanti jeħtieġ li jkollu qawwa alkoħolika minima naturali skont il-volum ta’ 9 %.
5. Inbejjed likuri – qawwa alkoħolika naturali skont il-volum
Restrizzjoni fuq il-produzzjoni tal-inbid
Il-most użat għall-inbejjed likuri jeħtieġ li jkollu qawwa alkoħolika naturali potenzjali minima skont il-volum ta’ 12 %.
6. Inbejjed ta’ għeneb misjur izżejjed– qawwa alkoħolika naturali skont il-volum
Restrizzjoni fuq il-produzzjoni tal-inbid
Il-most użat għall-inbejjed ta’ għeneb misjur izżejjed jeħtieġ li jkollu qawwa alkoħolika naturali potenzjali minima skont il-volum ta’ 15 %.
7. Inbejjed, inbejjed frizzanti, inbejjed likuri u nbejjed ta’ għeneb misjur iżżejjed — varjetajiet
Restrizzjoni fuq il-produzzjoni tal-inbid
Meta jinħadmu l-inbejjed, l-inbejjed frizzanti, l-inbejjed likuri u l-inbejjed ta’ għeneb misjur iżżejjed taħt id-DOP “Pico”, 85 % tal-volum totali tal-most irid joriġina mill-varjetajiet tal-għeneb Arinto dos Açores/Terrantez da Terceira, Verdelho u Terrantez do Pico.
Il-bqija tal-volum totali tal-most jista’ joriġina mill-varjetajiet Galego Dourado u Malvasia Fina/Boal.
8. Inbejjed likuri – perjodu ta’ tqaddim
Prattika enoloġika speċifika
L-inbejjed likuri DOP “Pico” jistgħu jiġu bbottiljati biss wara perjodu minimu ta’ invekkjament ta’ 36 xahar.
9. Inbejjed ta’ għeneb misjur iżżejjed — perjodu ta’ invekkjament
Prattika enoloġika speċifika
L-inbejjed ta’ għeneb misjur izżejjed bid-DOP “Pico” jistgħu jiġu bbottiljati biss wara perjodu minimu ta’ invekkjament ta’ 36 xahar.
b. Rendimenti massimi
Inbejjed, inbejjed frizzanti, inbejjed likuri u nbejjed ta’ għeneb misjur iżżejjed
70 ettolitru għal kull ettaru
6. Żona ġeografika demarkata
Iż-żona ġeografika tad-DOP “Pico” tinkludi:
|
a) |
żoni b’altitudni ta’ 100 m jew inqas fil-muniċipalità ta’ Madalena; |
|
b) |
żoni b’altitudni ta’ 100 m jew inqas fil-parroċċa ta’ Santa Luzia, parti mill-parroċċa ta’ Prainha u l-lokalità ta’ Baía de Canas fil-muniċipalità ta’ São Roque; |
|
c) |
żoni b’altitudni ta’ 100 m jew inqas fil-parroċċa ta’ Piedade u l-lokalitajiet ta’ Engrad u Manhenha fil-muniċipalità ta’ Lajes. |
7. Varjetà jew varjetajiet tad-dwieli li minnhom jinkiseb l-inbid / jinkisbu l-inbejjed
|
|
Arinto dos Açores — Terrantez da Terceira |
|
|
Galego Dourado |
|
|
Malvasia Fina — Boal, Bual |
|
|
Terrantez do Pico |
|
|
Verdelho |
8. Deskrizzjoni tar-rabta/rabtiet
Inbejjed, inbejjed frizzanti, inbejjed likuri u nbejjed ta’ għeneb misjur iżżejjed
Dan it-tagħrif japplika għall-inbejjed, l-inbejjed frizzanti, l-inbejjed likuri u l-inbejjed ta’ għeneb misjur iżżejjed.
Fatturi naturali
Pico, li tinsab fil-Grupp Ċentrali tal-arċipelagu tal-Azores, hija t-tieni l-akbar fost il-gżejjer Azoreani u l-aktar muntanjuża. Hija tospita l-ogħla quċċata tal-Portugall, il-Muntanja Pico, li tilħaq altitudni ta’ 2 351 metru.
Il-muntanja Pico, li hija wkoll l-ogħla punt tas-Sinsla ta’ Nofs l-Atlantiku, tikkaratterizza t-terren tal-gżira, li tikkostitwixxi ostaklu orografiku li jikkawża differenzi fix-xita bejn l-inklinazzjonijiet. Parzjalment, dan jgħin biex jispjega għaliex il-biċċa l-kbira tal-vinji huma mħawla fuq in-naħa tal-Punent tal-gżira, fejn ġeneralment tagħmel anqas xita milli fil-kosta tal-Grigal, pereżempju.
Skont is-Sistema tal-Klassifikazzjoni tal-Klima ta’ Köppen, il-klima kostali ta’ Pico hija klima moderata tat-tip Csb (it-temperatura medja fl-aktar xahar kiesaħ hija inqas minn 18 °C iżda ogħla minn -3 °C), bi xtiewi bix-xita u sjuf xotti u friski (it-temperatura medja tal-aktar xahar sħun hija inqas minn 22 °C).
Ir-riħ, li huwa kkawżat mill-kolliżjoni tal-mases tal-arja tal-Atlantiku, huwa aspett importanti tal-klima, minħabba l-umdità u s-salinità li jġib miegħu.
L-umdità relattiva hija ġeneralment aktar baxxa milli fil-gżejjer l-oħra, u tvarja minn 70 % sa 80 %. Din tibqa’ baxxa fis-sajf, inkluż billejl, peress li l-effett li jirregola s-sħana tas-saffi tal-blat tal-lava jfisser li t-temperaturi ma jvarjawx ħafna bejn il-lejl u n-nhar. Dawn huma kundizzjonijiet favorevoli għall-vitikultura.
Bħala l-iżgħar gżira fl-età tal-Azores, il-ħamrija tagħha mhijiex żviluppata sew, b’ħamrija vulkanika baxxa bi kwantità kbira ta’ materjal aħrax (ġebel). Hemm ukoll żoni magħmula minn saffi ta’ blat tal-lava magħrufa bħala lajidos, li fihom jistgħu jiġu osservati forom ikkonsolidati li jindikaw il-vulkaniċità tal-gżira (effużjoni, eruzzjonijiet tat-tip Hawajjan).
Fatturi umani
L-ewwel dwieli nġiebu f’Pico malli n-nies issettiljaw hemm fl-1460, u nfirxu malajr madwar il-gżira.
Filwaqt li użaw l-għerf u l-kreattività, l-abitanti ta’ Pico trijumfaw quddiem l-avversitajiet tan-natura, u biddlu l-ġebla mhux produttiva fis-sors ta’ għajxien tagħhom. B’mod speċifiku, huma ħawlu vinji u pproteġuhom mill-irjieħ qawwija u l-bexx tal-baħar billi bnew network enormi u strutturat ta’ ħitan, bl-enfasi jkun fuq il-currais (irqajja’ ta’ art magħluqa b’ħitan tal-ġebel tas-sejjieħ, mibnija b’żewġ skopijiet: li jitneħħa l-ġebel żejjed mill-ħamrija u biex tiġi pprovduta protezzjoni mir-riħ). Fl-2004, l-UNESCO rrikonoxxiet dan ix-xogħol arkitettoniku bħala Pajsaġġ Kulturali tal-Wirt Dinji. Illum f’dan is-sit għadhom jgħixu nies li jħarsu lura lejn il-passat tagħhom bi kburija.
Il-karatteristiċi speċifiċi tal-prodotti assoċjati maż-żona ġeografika:
Inbejjed, inbejjed frizzanti, inbejjed likuri u nbejjed ta’ għeneb misjur iżżejjed
L-inbejjed, l-inbejjed likuri, l-inbejjed frizzanti u l-inbejjed ta’ għeneb misjur iżżejjed bid-DOP Pico jqisu l-mineralità u s-salinità fost l-attributi ewlenin u distinti tagħhom. Huma nbejjed friski, moderatament alkoħoliċi bi fwieħa li tfakkar fil-frott, fl-aċidità qawwija u noti minerali.
Rabta maż-żona ġeografika:
Il-preżenza ta’ materjal aħrax fil-ħamrija fuq Pico żżid l-assorbiment u r-riflessjoni tas-sħana, li tiffavorixxi s-sajran tal-għeneb u l-espressjoni tal-komposti aromatiċi tal-varjetajiet tal-għeneb. Dan jirriżulta f’inbejjed, inbejjed frizzanti u nbejjed likuri b’aromi distintivi. F’xi żoni, fejn hemm saffi ta’ blat lava konsolidat (lajidos), l-assorbiment u r-riflessjoni tas-sħana huma saħansitra aktar intensi. Dan jippermetti l-produzzjoni ta’ għeneb bi grad għoli ta’ sajran, li jintuża biex isiru nbejjed minn għeneb misjur iżżejjed b’aromi ta’ frott, b’mod partikolari ta’ frott misjur u frott bl-għadma.
Il-ħamrija vulkanika, flimkien mal-influwenza qawwija tal-Atlantiku minħabba l-pożizzjoni tal-gżira, hija dik li tagħti lill-inbejjed, l-inbejjed frizzanti, l-inbejjed likuri u l-inbejjed ta’ għeneb misjur iżżejjed bid-DOP “Pico” il-mineralità u s-salinità karatteristiċi tagħhom.
Bit-tradizzjonijiet ippreservati għal mijiet ta’ snin, il-fattur uman huwa rifless fil-bini tal-irqajja’ art (currais), li huwa essenzjali għall-protezzjoni tad-dwieli mill-irjieħ tal-Atlantiku u għall-ħolqien tal-aħjar ambjent għat-tkabbir. Dan għandu rwol importanti fl-iżgurar tal-kundizzjonijiet it-tajba biex l-għeneb isir u jgħin biex jinkiseb bilanċ ta’ aromi fl-inbejjed, l-inbejjed frizzanti, l-inbejjed likuri u l-inbejjed minn għeneb misjur iżżejjed li jiġu prodotti.
In-numru limitat ħafna ta’ varjetajiet tad-dwieli li huma l-aktar adattati għall-kundizzjonijiet taż-żona ġeografika huwa fattur deċiżiv u distintiv għall-karatteristiċi tal-kwalità tal-inbejjed taż-żona (inbejjed, inbejjed frizzanti, inbejjed likuri u nbejjed minn-għeneb misjur iżżejjed) u huwa riflessjoni tal-għarfien espert akkumulat matul is-snin.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli
Inbid, inbid frizzanti u nbid likur bid-DOP “Pico”
|
|
Qafas legali: |
|
|
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. |
|
|
Tip ta’ rekwiżit ieħor: |
|
|
Dispożizzjonijiet addizzjonali relatati mat-tikkettar. |
|
|
Deskrizzjoni tal-kundizzjoni: |
|
|
Valutazzjoni tat-tikkettar qabel it-tqegħid fis-suq |
|
|
Isem id-ditta jrid jidher fuq it-tikketta. |
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.ivv.gov.pt/np4/8617.html
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2366/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)