6.10.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

281


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 488/2005

tal-21 ta' Marzu 2005

dwar l-onorarji u l-ħlasijiet lill-Agenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Lulju 2002 dwar regoli komuni fil-kamp ta' l-avjazzjoni civili u li jistabblixxi Agenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 53, paragrafu 1 tiegħu,

Wara li kkonsultat lill-bord tat-tmexxija ta' l- Agenzija tas-Sigurtà ta' l-Avjazzjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id-dħul ta' l-Agenzija tas-Sigurtà ta’ l-Avjazzjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-Aġenzija) jiġi minn kontribuzzjoni mogħtija mill-Komunità u minn kull pajjiż terz Ewropew li jipparteċipa fl-atti ta' ftehim imsemmija fl-Artikolu 55 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002, mill-ħlasijiet magħmula mill-applikanti għaċ-ċertifikati u l-permessi mogħtija, miżmuma fis-seħħ jew immodifikati mill-Aġenzija, u mill-onorarji għall-pubblikazzjonijiet, it-trattament ta' appelli, it-taħriġ u kull servizz ieħor mogħti mill-Aġenzija.

(2)

Id-dħul u l-infiq ta' l-Aġenzija jridu jkunu bbilanċjati.

(3)

L-onorarji u l-ħlasijiet li dwarhom jittratta dan ir-Regolament huma esklussivament mitluba u rikjesti mill-Aġenzija, fil-munita Euro. Iridu jkunu stabbiliti b'mod trasparenti, ekwu u uniformi.

(4)

Il-ħlasijiet rikjesti mill-Aġenzija ma għandhomx jikkompromettu l-kompetittività ta' l-industriji Ewropej ikkonċernati. Barra minn hekk, iridu jkunu msejsa fuq qies xieraq ta' kemm jifilħu jħallsu l-intrapriżi ż-żgħar. Ukoll, il-lok ġeografiku ta' l-intrapriżi fit-territorji ta' l-Istati Membri ma għandux ikun fattur ta' diskriminazzjoni.

(5)

L-applikant irid jiġi mgħarraf, kemm jista' jkun, bl-ammont li jkun previst li jrid iħallas għas-servizz li se jingħatalu u bil-modalitajiet tal-ħlas minn qabel ma jibda t-twettiq ta' dan is-servizz. Il-kriterji li fuqhom jiġi stabbilit dan l-ammont iridu jkunu ċari, uniformi u pubbliċi. Fil-każ li ma jkunx possibbli li dan l-ammont jiġi stabbilit minn qabel, l-applikant irid jiġi mgħarraf b'dan qabel il-bidu tat-twettiq tas-servizz. F'dan il-każ, metodi ċari għall-kalkolu ta' l-ammont li jrid jitħallas pass pass mat-twettiq tas-servizz iridu jkunu miftiehma qabel ma jibda dan it-twettiq.

(6)

L-ammont tal-ħlas li jrid isir mill-applikant jirrifletti l-kumplessità tal-ħidma mogħtija mill-Aġenzija u l-entità tax-xogħol li tkun tinvolvi.

(7)

L-industrija għandha tgawdi minn viżibilità finanzjarja tajba u għandha tkun tista' taħseb bil-quddiem għall-ħlasijiet li tkun trid tagħmel. Fl-istess waqt, jeħtieġ li jinżamm l-ekwilibriju bejn in-nefqa globali ta' l-Aġenzija fl-operat tagħha ta' ċertifikazzjoni u l-ammont totali tal-ħlasijiet li huma dovuti lilha. Fuq il-bażi tar-riżultati finanzjarji u tal-previżjonijiet ta' l-Aġenzija, għandu għalhekk ikun possibbli li ssir reviżjoni kull sena tar-rati ta' ħlasijiet.

(8)

Il-miżuri li dwarhom jiddisponi dan ir-Regolament huma konformi mal-fehma tal-kumitat stabbilit mill-Artikolu 54(1) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 1

Dan ir-Regolament japplika għall-onorarji u l-ħlasijiet dovuti lill- Agenzija tas-Sigurtà ta’ l-Avjazzjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem imsejħa l-Aġenzija) bi tpattija għas-servizzi li tagħti, fosthom il-provvista ta' oġġetti.

Jiddetermina b'mod partikolari l-każijiet li fihom jiġu dovuti l-onorarji u l-ħlasijiet imsemmija fl-Artikolu 48, paragrafu 1, tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002, l-ammonti ta' dawn l-onorarji u ħlasijiet u l-modalitajiet ta' kif isir il-ħlas.

Artikolu 2

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, dawn li ġejjin ifissru:

a)

“onorarji”: ammonti ta' flus rikjesti mill-Aġenzija u dovuti mill-applikanti li jgawdu mis-servizzi, minbarra l-operazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni, mogħtija mill-Aġenzija;

b)

“ħlasijiet”: ammonti ta' flus rikjesti mill-Aġenzija u dovuti mill-applikanti għall-għoti, iż-żamma fis-seħħ jew il-modifika taċ-ċertifikati u l-permessi msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 li jinħarġu, jinżammu fis-seħħ jew jiġu mmodfikati mill-Aġenzija;

c)

“operazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni”, l-azzjonijiet kollha meħuda mill-Aġenzija direttament jew indirettament, bil-ħsieb ta’ l-għoti, iż-żamma fis-seħħ u l-modifika taċ-ċertifikati u l-permessi msemmija fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002;

d)

“applikant”, kull persuna fiżika jew ġuridika li titlob li tibbenefika minn servizz mogħti mill-Aġenzija, fosthom iż-żamma fis-seħħ jew il-modifika ta' ċertifikat jew ta' permess;

e)

“spejjeż diretti”, l-infiq fuq il-pagi tal-membri ta' l-istaff direttament involuti fl-operazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni kif ukoll l-ispejjeż tat-trasport ta' dawn il-membri ta' l-istaff fil-kuntest ta' l-operazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni;

f)

“spejjeż speċifiċi”, il-konċessjonijiet imħallsa lill-membri ta' l-istaff għall-alloġġ, l-ikel, l-ispejjeż inċidentali u t-trasport fil-kuntest ta' l-operazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni;

g)

“spejjeż indiretti”, is-sehem ta' l-infiq ġenerali ta' l-Aġenzija li jkun relatat mat-twettiq ta' l-operazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni, fosthom dawk ikkawżati mill-iżvilupp ta' parti mill-materjal regolatorju;

h)

“spiża reali”, l-infiq attwalment magħmul mill-Aġenzija;

i)

“materjal regolatorju”, id-dokumentazzjoni kollha stabbilita mill-Aġenzija fl-applikazzjoni ta' l-Artikolu 14 paragrafu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002.

KAPITOLU II

ONORARJI

Artikolu 3

L-Aġenzija tirċievi onorarji għas-servizzi kollha tagħha, fosthom il-proviżjon ta' oġġetti, mogħtija lill-applikanti, minbarra:

a)

l-operazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni;

b)

it-trasmissjoni tad-dokumenti u t-tagħrif, fi kwalunkwe forma, fl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2);

c)

id-dokumenti li huma disponibbli bla ħlas mis-sit ta' l-Internet ta' l-Aġenzija.

L-Aġenzija teżiġi wkoll onorarji jekk isir appell kontra xi waħda mid-deċiżjonijiet tagħha skond l-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002.

Artikolu 4

1.   L-ammont ta' l-onorarji li jitħallsu lill-Aġenzija jkun daqs l-ispiża reali tas-servizz li jkun ingħata, inkluża dik involuta fit-tqegħid tas-servizz għad-dispożizzjoni ta' l-applikant.

2.   L-onorarji li jkunu dovuti fl-introduzzjoni ta' appell skond l-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 jieħdu l-forma ta' somma fissa li l-ammont tagħha huwa ppreċiżat fl-Anness. Jekk il-proċedura ta' l-appell tinqata' favur l-applikant, din is-somma fissa tiġi awtomatikament rifuża mill-Aġenzija lill-persuna kkonċernata.

3.   Is-somma ta' l-onorarji tiġi espressa fil-munita Euro. L-applikant jiġi mgħarraf biha qabel ma jibda jingħata s-servizz, kif ukoll bil-modalitajiet tal-ħlas ta' l-onorarji.

Artikolu 5

L-onorarji huma dovuti mingħand l-applikant, jew skond il-każ, mingħand l-appellant.

Huma dovuti fil-munita Euro.

Ħlief fil-każ ta' stipulazzjoni kuntrattwali mod ieħor, l-onorarji jridu jitħallsu qabel ma jingħata s-servizz, jew, skond il-każ, qabel ma tinbeda l-proċedura ta' l-appell.

KAPITOLU III

IL-ĦLASIJIET

Artikolu 6

1.   Il-hlasijiet jassiguraw dħul globali li jkun biżżejjed sabiex ikopri it-totalità ta' l-ispejjeż, diretti, indiretti u speċifiċi, ikkawżati minn operazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni, fosthom l-ispejjeż ikkawżati mill-monitoraġġ kontinwu li jkun marbut magħhom.

2.   Fid-dħul u l-infiq tagħha, l-Aġenzija trid tiddistingwi dawk li jkunu marbuta ma' l-operazzjonijiet tagħha ta' ċertifikazzjoni.

Għal dan il-għan:

a)

il-ħlasijiet rikjesti mill-Agenzija bi tpattija għall-operazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni jsiru f'kont distint u jkunu suġġetti għal kontabilità distinta;

b)

l-Aġenzija tistabbilixxi kontabilità analitika, tad-dħul u ta' l-infiq tagħha. Għal kull nefqa minn fost dawk li huma elenkati fin-nomenklatura tal-baġit, tintuża skala ta' tqassim sabiex jiġi ddeterminat is-sehem minn dik in-nefqa li jrid jiġi allokat lill-operazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni.

3.   Il-ħlasijiet ikunu l-oġġett ta' stima globali proviżorja fil-bidu ta' kull sena finanzjarja. Din l-istima tinħadem fuq il-bażi tar-riżultati finanzjarji preċedenti ta' l-Aġenzija, l-estimi ta' l-infiq u d-dħul tagħha u tal-pjan proviżorju ta' ħidma tagħha

4.   Sabiex tiġi evitata kull diskriminazzjoni bejn l-intrapriżi fit-territorji ta' l-Istati Membri, l-ispejjeż tat-trasport marbuta ma' l-operazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni li jsiru għal dawn l-intrapriżi jintgħaddu flimkien u jinqasmu ndaqs bejn l-applikanti.

5.   L-Anness jerġa' jiġi kkunsidrat, u rivedut fejn ikun meħtieġ, fi żmien 14-il xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Wara dan il-perjodu, jista' jiġi rivedut kull sena.

L-ammonti u l-koeffiċjenti li jidhru fl-Anness jiġu ppubblikati wkoll fil-pubblikazzjoni uffiċjali ta' l-Aġenzija.

Artikolu 7

Il-ħlasijiet jikkonsistu f'wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin:

a)

Parti fissa, li l-ammont tagħha jvarja skond il-kumplessità tal-ħidma li tkun twettqet mill-Aġenzija; il-valuri differenti tal-partijiet fissi u tal-koeffiċjenti li jaffettwawhom jidhru fl-Anness.

b)

Parti varjabbli li tkun proporzjonali għall-entità tax-xogħol rilevanti, espressa bħala għadd ta' sigħat ta' xogħol immultiplikati b'rata ta' kull siegħa kkalkulati skond l-Artikolu 9 (2); l-ammont ta’ rata ta' kull siegħa huwa ppreċiżat fl-Anness.

c)

L-ammont ekwivalenti għall-ispejjeż speċifiċi ta' operazzjoni ta' ċertifikazzjoni, li jridu jintraddu għal kollox skond in-nefqa reali li tkun saret.

Artikolu 8

1.   Il-ħlasijiet huma stabbiliti b'tali mod li:

Σ R = x D

Jew:

Σ R

=

is-somma annwali tal-ħlasijiet dovuti lill-Aġenzija

D

=

l-infiq annwali li jidher fil-baġit ta' l-Aġenzija

x

=

il-perċentwal ta' l-infiq annwali li huwa direttament jew indirettament ikkawżat mill-operazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni.

2.   Matul il-perjodu tranżitorju msemmi fl-Artikolu 53, paragrafu 4, paragrafu 2, tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002, parti mill-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 48(1)(a) ta' l-imsemmi Regolament tista' tintuża, f'każ ta' bżonn, sabiex tkopri l-infiq magħmul mill-Aġenzija għal operazzjonjiet ta' ċertifikazzjoni. F'dan il-każ, waqt dan il-perjodu, il-ħlasijiet huma stabbiliti b'tali mod li:

Σ R = x D - Cp

Jew:

Cp

=

parti mill-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 48 (1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002 li tkun utilizzata sabiex tiffinanzja operazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni mwettqa mill-Aġenzija.

Mhux aktar tard mill-1 ta' Jannar 2008 'il quddiem, Cp = 0.

Artikolu 9

1.   L-ammont tal-ħlasijiet jiddependi mill-kumplessità ta' l-operazzjoni ta' ċertifikazzjoni u l-entità tax-xogħol rilevanti. Huwa ddeterminat skond il-formola li ġejja:

R = F + (nh * t) + S

Jew:

R

=

il-ħlas dovut

F

=

il-parti fissa, skond in-natura ta' l-operazzjoni mwettqa (ara l-Anness)

nh

=

l-għadd fatturat ta' sigħat (jekk applikabbli, ara l-Anness)

t

=

ir-rata ta' kull siegħa (jekk applikabbli, ara l-Anness)

S

=

spejjeż speċifiċi.

2.   Ir-rata ta' kull siegħa (t) tiġi ddeterminata skond l-infiq annwali globali fuq il-pagi tal-membri ta' l-istaff ta' l-Aġenzija li huma direttament involuti fl-operazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni. Hija kkalkulata skond il-formola li ġejja:

t = Cs/N

Jew:

Cs

=

l-ispiża globali annwali fuq il-pagi (pagi, kontribuzzjonijiet għall-pensjoni u kontribuzzjonijiet soċjali) tal-membri ta' l-istaff ta' l-Aġenzija direttament involuti f'operazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni

N

=

l-għadd annwali totali tas-sigħat ta' xogol tal-membri ta' l-istaff ta' l-Aġenzija li huma direttament involuti fl-operazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni.

Artikolu 10

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9, meta operazzjoni ta' ċertifikazzjoni titwettaq għal kollox jew parzjalment barra mit-territorji ta' l-Istati Membri, l-ispejjeż tat-trasport lil hinn minn dawn it-territorji jiddaħħal fil-fatturat tal-ħlas dovut mill-applikant. Għal din l-operazzjoni, jew parti minn operazzjoni, l-ammont tal-ħlas dovut jiġi ddtereminat permezz tal-formola:

R = F + (nh * t) + S + V

Jew:

R

=

il-ħlas dovut

F

=

il-parti fissa, skond in-natura ta' l-operazzjoni mwettqa (ara l-Anness)

nh

=

l-għadd fatturat ta' sigħat (jekk applikabbli, ara l-Anness)

t

=

ir-rata ta' kull siegħa (jekk applikabbli, ara l-Anness)

S

=

spejjeż speċifiċi

V

=

spejjeż addizzjonali tat-transport

L-ispejjeż addizzjonali tat-trasport fatturati lill-applikant huma komposti mill-ispejjeż reali tat-trasport lil hinn mit-territorji ta' l-Istati Membri u l-ħin li l-esperti jkunu għaddew matulu, li huwa fatturat bir-rata ta' kull siegħa.

Artikolu 11

Fuq it-talba ta' l-applikant, operazzjoni ta' ċertifikazzjoni tista' titwettaq b'manjiera partikolari jekk id-direttur eżekuttiv jaqbel li dan isir.

F'dan il-każ, l-operazzjoni ta' ċertifikazzjoni titwettaq kif ġej:

a)

billi jiġu assenjati għall-operazzjoni membri ta' l-istaff ta' l-Aġenzija li normalment ma kinux jiġu assenjati għal dan li kieku l-Aġenzija kienet segwiet il-proċeduri tas-soltu tagħha, u/jew

b)

billi jiġu assenjati riżorsi umani b'tali mod li l-operazzjoni titwettaq fi żmien iqsar milli jittieħed normalment skond il-proċeduri tas-soltu ta' l-Aġenzija.

F'dan il-każ, il-ħlas rikjest mill-Aġenzija jiżdied b'somma eċċezzjonali sabiex jitkoprew għal kollox l-ispejjeż li tkun għamlet l-Aġenzija sabiex tilqa' dik it-talba partikolari.

Artikolu 12

1.   Il-ħlas huwa dovut mill-applikant. Jiġi rikjest fil-munita Euro.

2.   L-għoti, iż-żamma fis-seħħ jew il-modifika ta' ċertifikat jew ta' permess isiru bil-kundizzjoni li l-ħlas dovut jitħallas kollu kemm hu. Fil-każ li l-ħlas ma jsirx, l-Aġenzija tista' tirrevoka ċ-ċertifikat jew il-permess ikkonċernat wara li formalment tkun wissiet lill-applikant.

3.   L-iskala ta' ħlasijiet li tapplika l-Aġenzija, flimkien mal-modalitajiet tal-ħlas, jiġu mgħarrfa lill-applikanti hekk kif jagħmlu t-talba tagħhom.

4.   Għall-operazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni li jagħtu lok għall-ħlas ta' parti varjabbli, l-Aġenzija tagħti lill-applikant kwotazzjoni li l-applikant irid jaqbel magħha qabel ma jibda t-twettiq ta' l-operazzjoni rilevanti. L-Aġenzija tirrevedi din il-kwotazzjoni kemm-il darba jiġri li l-operazzjoni fil-fatt tkun aktar sempliċi u mgħaġġla fit-twettiq milli kien previst fil-bidu, jew, bil-maqlub, tkun aktar kumplessa u tieħu aktar fit-tul milli l-Aġenzija setgħet raġonevolment tipprevedi.

5.   Għal operazzjonijiet li ma jagħtux lok għajr għall-ħlas ta' parti fissa, nofs din il-parti trid titħallas qabel il-bidu tat-twettiq ta' l-operazzjoni rilevanti, filwaqt li l-bqija titħallas meta jingħata ċ-ċertifikat jew il-permess.

6.   Għall-operazzjonijiet li jagħtu lok għall-ħlas ta' parti varjabbli, 30 % ta' l-ammont totali tal-ħlas dovut (inkluż parti fissa li jista' jkun li trid titħallas) irid jitħallas qabel ma tibda l-operazzjoni rilevanti, u 40 % ta' dan l-ammont irid jitħallas pass pass mal-proċess tat-twettiq ta' l-operazzjoni, f'taqsimiet ta' kull tliet xhur. Il-bqija ta' 30 % jrid jitħallas meta jingħata ċ-ċertifikat jew il-permess.

7.   Il-ħlasijiet marbutin maż-żamma fis-seħħ ta' ċertifikati jew permessi eżistenti jridu jitħallsu skond skeda ta' żmien stabbilita mill-Aġenzija u mgħarrfa lil dawk li jkunu ngħataw dawn iċ-ċertifikati jew permessi. Din l-iskeda ta' żmien tissejjes fuq l-ispezzjonijiet imwettqa mill-Aġenzija sabiex tivverifika t-tkomplija tal-validità ta' dawn iċ-ċertifikati u permessi.

8.   Jekk, wara l-ewwel eżami, l-Aġenzija tiddeċedi li ma tilqax it-talba, kull ħlas li diġà jkun sar jintradd lura lill-applikant, minbarra somma li tkopri l-ispejjeż amminsitrattivi ta' l-ipproċesar ta' l-applikazzjoni. Dan l-ammont huwa ekwivalenti għall-ħlas fiss D li jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

9.   Jekk operazzjoni ta' ċertifikazzjoni trid tiġi interrotta mill-Aġenzija minħabba n-nuqqas ta' mezzi ta' l-applikant, jew minħabba li dan ta' l-aħħar ma jaqdix l-obbligi li jkun daħal għalihom, il-bqija tal-ħlasijiet dovuti trid titħallas kollha kemm hi fil-mument li l-Aġenzija tieqaf mill-ħidma tagħha.

KAPITOLU IV

DISPOŻIZZJONIJIET TRANŽITORJI U FINALI

Artikolu 13

Mill-1 ta’ Ġunju 2005, il-ħlasijiet jintalbu u huma dovuti esklussivament lill-Aġenzija.

L-Istati Membri ma jirċievu l-ebda ħlas għal operazzjonijiet ta’ ċertifikazzjoni, lanqas meta huma jwettquhom f'isem l-Aġenzija.

L-Aġenzija tagħti rifużjoni lill-Istati Membri għall-operazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni li dawn ta' l-aħħar iwettqu f'isimha.

Għal dawk l-operazzjonijiet ta' ċertifikazzjoni mwettqa mill-Istati Membri f'isem l-Aġenzija li jkunu għadhom għaddejjin fl-1 ta’ Ġunju 2005, il-ħlasijiet jintalbu mill-Aġenzija b'tali mod li l-applikant fl-ebda każ ma jintalab li jħallas darbtejn għall-istess servizz.

Artikolu 14

Għall-fini ta' l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, u mhux aktar tard minn 30 jum qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ l-Artikoli 1 sa 13, l-Aġenzija tikkonferma bil-miktub lill-Kummissjoni li hija fil-qagħda li tieħu fuqha nnifisha l-obbligi f’dan ir-Regolament, u b'mod partikolari li tista' tikkalkola u toħroġ fatturati għas-somom dovuti lilha mill-applikanti u li tagħti r-rifużjonijiet lill-Istati Membri.

Artikolu 15

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara d-data tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

L-Artikoli 1 sa 13 jibdew japplikaw mill-1 ta’ Ġunju 2005.

Dan ir-Regolament huwa obbligatorju fl-intier tiegħu u japplika direttament f'kull Stat Membru.

Maghmula fi Brussel, nhar il-21 ta' Marzu 2005.

Ghall-Kummissjoni

Jacques BARROT

Membru tal-Kummissjon


(1)   ĠU L 240, 7.9.2002, p. 1. Regolament emendat l-aħħar mir-Regolament (KE) Nru 1701/2003 tal-Kummissjoni (ĠU L 243, 27.9.2003, p. 5).

(2)   ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.


ANNESS

WERREJ

i.

Ċertifikati tat-Tip u Ċertifikati tat-Tip Ristretti jew l-ekwivalenti tagħhom 13

ii.

Ċertifikati Supplementari tat-Tip 14

iii.

Bidliet u Tiswijiet kbar 15

iv.

Bidliet u Tiswijiet żgħar 17

v.

Miżata annwali għal min għandu Ċertifikat tat-Tip IASA u tat-Tip 18

vi.

Approvazzjoni ta' l-Organizzazzjoni tad-Diżinn 19

vii.

Wirja ta' kapaċità għad-diżinjar permezz ta' proċeduri alternattivi 21

viii.

Approvazzjoni ta' l-Organizzazzjoni tal-Produzzjoni 21

ix.

Produzzjoni mingħajr approvazzjoni 22

x.

Approvazzjoni ta' l-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni 22

xi.

Approvazzjoni ta' l-Organizzazzjoni għall-Ġestjoni tat-Tkomplija tan-Navigabilità ta' l-Ajru 23

xii.

Miżati għall-aċċettazzjoni ta' approvazzjonijiet ekwivalenti għal approvazzjonijiet tal-Parti 145 skond l-atti ta' ftehim bilaterali 23

xiii.

Approvazzjoni ta' l-Organizzazzjoni għat-Taħriġ fil-Manutenzjoni 24

xiv.

Appelli 25

Nota ta' spjegazzjoni

—

Speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni (CS) imsemmija f'dan l-Anness huma dawk adottati skond l-Artikolu 14.2 tar-Regolament (EK) Nru 1592/2002 u ppubblikati fil-pubblikazzjoni uffiċjali ta' l-Agenzija skond id-Deċiżjoni ta' l-EASA 2003/8 tat-30 ta' Ottubru 2003 (www.easa.eu.int).

—

Għall-iskopijiet ta' dan l-Anness:

—

Il-“Valur tat-tagħmir”, imsemmi fit-tabelli i, iii, iv u v jirreferi għall-prezz elenkat tal-manifattur rilevanti.

—

Il-“Valur ta' l-attivitajiet” imsemmi fit-tabelli vi, viii, x u xiii, ifisser: {numru ta' impjegati tekniċi attivi fl-organizzazzjoni strettament rilevanti għall-attività soġġetta għall-approvazzjoni} * {100*1 400 siegħa = € 140 000/impjegat attiv} sakemm l-applikant ma jipprovdix evidenza li għandha tkun applikata rata għal kull siegħa, differenti.

—

In-numru ta' impjegati attivi huwa irrilevanti għan-numru ta' siti individwali li huma koperti mill-approvazzjoni, jinkludi s-sottokuntratturi, u għandu jkun ipprovdut mill-Applikant.

—

Staff amministrattiv fl-organizzazzjoni li titfa' l-applikazzjoni mhux ser jitqies fil-kalkolu tal-valur ta' l-attivitajiet.

—

Staff amministrattiv u tekniku (skond l-attività) tas-sottokuntratturi mhux ser jitqies fil-kalkolu tal-valur ta' l-attivitajiet ta' l-applikant, jekk is-sottokuntrattur diġà jkun ingħata l-approvazzjoni diretta tiegħu.

—

Applikanti u detenturi ta' approvazzjonijiet ta' l-Aġenzija huma meħtieġa jressqu ċertifikat iffirmat minn uffiċjal awtorizzat ta' l-organizzazzjoni kkonċernata sabiex l-Aġenzija tiddetermina l-kategorija ta' miżati korrispondenti.

i.   Ċertifikati tat-Tip u Ċertifikati tat-Tip Ristretti jew l-ekwivalenti tagħhom (imsemmija fis-subpartijiet B u O ta' l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 tal-Kummissjoni (1))

—

L-applikazzjonijiet kollha jikkorrispondu mal-miżata fissa A li tidher fit-tabella, immoltiplikata bil-koeffiċjent indikat għall-prodott in kwistjoni.

—

Prodotti elenkati fil-kaxxi l-griżi jikkorrispondu wkoll ma' miżata għal kull siegħa ta' xogħol ta' l-aġenti ta' l-EASA, bir-rata indikata fit-tabella.

—

Bidliet derivattivi u sinjifikanti kif deskritti f'Parti 21 Subparti D ta' l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 (b'mod partikolari l-paragrafu 21A.101) li jinvolvu bidliet lill-ġeometrija ta' l-ajruplan u/jew lis-sors ta' l-enerġija huma koperti minn din it-tabella.

miżata fissa A

€ 21 000

 

rata ta' kull siegħa

€ 99

 


Tip tal-prodott

Kummenti

Koeffiċjent tal-miżata fissa

CS-25

ajruplani kbar

8

— CS-25(D)

— derivattivi u bidliet sinjifikanti tagħhom

4

CS-23.A

ajruplani ddefiniti f'CS-23 l-artikolu 1.a.2 (ajruplani għall-passiġġieri)

6

— CS-23.A(D)

— derivattivi u bidliet sinjifikanti tagħhom

3

CS-23.B

ajruplani ddefiniti f' CS-23 l-artikolu 1.a.1 ta' MTOW ta' bejn 2 000  kg u 5 670  kg

0,5

— CS-23.B(D)

— derivattivi u bidliet sinjifikanti tagħhom

0,25

CS-29

ajruplani kbar bl-iskrejjen

5

— CS-29(D)

— derivattivi u bidliet sinjifikanti tagħhom

2,5

CS-27

ajruplani żgħar bl-iskrejjen

0,8

— CS-27(D)

— derivattivi u bidliet sinjifikanti tagħhom

0,4

CS-E.T.A

magni b'turbina bi mbuttatura tat-tluq mill-art ta' 25 000  N jew aktar jew ta' saħħa (power output) ta' 2 000  kW jew aktar

5,25

— CS-E.T.A(D)

— derivattivi u bidliet sinjifikanti tagħhom

1,55

CS-E.T.B

magni b'turbina bi mbuttatura tat-tluq mill-art ta' 25 000  N jew anqas jew ta' saħħa (power output) ta' 2 000  kW jew anqas

2

— CS-E.T.B(D)

— derivattivi u bidliet sinjifikanti tagħhom

0,55

CS-E.NT

magni mingħajr turbina

0,1

— CS-E.NT(D)

— derivattivi u bidliet sinjifikanti tagħhom

0,03

CS-23.C

ajruplani ddefiniti f' CS-23 l-artikolu 1.a.1 ta' MTOW ta' anqas minn 2 000  kg

0,2

— CS-23.C(D)

— derivattivi u bidliet sinjifikanti tagħhom

0,1

CS-22

ajruplani bil-qlugħ bi jew mingħajr magni

0,2

CS-VLA

ajruplani żgħar ħafna

0,2

CS-VLR

ajruplani żgħar ħafna bl-iskrejjen

0,25

CS-APU

ġeneratur indipendenti tal-kurrent

0,15

CS-P.A

għall-użu fuq ajruplani ċċertifikati għal CS-25 (jew ekwivalenti)

0,2

— CS-P.A(D)

— derivattivi u bidliet sinjifikanti tagħhom

0,1

CS-P.B

għall-użu fuq ajruplani ċċertifikati għal CS-23, CS-VLA jew CS-22 (jew ekwivalenti)

0,05

— CS-P.B(D)

— derivattivi u bidliet sinjifikanti tagħhom

0,025

CS-22.J

Għall-użu fuq ajruplani ċċertifikati għal CS-22

0,04

— CS-22.J(D)

— derivattivi u bidliet sinjifikanti tagħhom

0,02

CS-22.H

magni mingħajr turbina

0,07

CS-22.H(D)

— derivattivi u bidliet sinjifikanti tagħhom

0,05

CS-balloons

mhux disponibbli għal issa

0,1

CS-airships

mhux disponibbli għal issa

0,5

CS-34

l-ebda tariffa fissa meta inkluża b'TC inizjali — siegħat żejda biss kif meħtieġ

 

CS-36

l-ebda tariffa fissa meta inkluża b'TC inizjali — siegħat żejda biss kif meħtieġ

 

CS-AWO

Attività ta' wara TC, ċertifikazzjoni għal AWO trattata bħala bidla għat-TC

 

CS-ETSO.A

Valur ta' tagħmir 'il fuq minn € 20 000

0,045

CS-ETSO.B

Valur ta' tagħmir bejn € 2 000 u € 20 000

0,025

CS-ETSO.C

Valur ta' tagħmir inqas minn € 2 000

0,01

ii.   Ċertifikati Supplementari tat-Tip (imsemmija fis-subparti E ta' l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1702/2003)

—

L-applikazzjonijiet kollha jikkorrispondu mal-miżata fissa B li tidher fit-tabella, immoltiplikata bil-koeffiċjent indikat għall-prodott in kwistjoni.

—

Prodotti elenkati fil-kaxxi l-griżi jikkorrispondu wkoll ma' miżata għal kull siegħa ta' xogħol ta' l-aġenti ta' l-EASA, bir-rata indikata fit-tabella.

—

Għal Ċertifikati Supplementari tat-Tip li jinvolvu bidliet lill-ġeometrija u/jew lill-ġeneratur tal-kurrent ta' ajruplan, il-miżata taċ-Ċertifikat tat-Tip u ċ-Ċertifikat tat-Tip Ristrett rispettivament kif iddefinita f'(i) hawn fuq ser tapplika.

miżata fissa B

€ 680

 

rata ta' kull siegħa

€ 99

 


Tip tal-prodott

Kummenti

Koeffiċjent tal-miżata fissa A

CS-25

ajruplani kbar

—

sinjifikanti (livell 1)

5

Livell 2

4

CS-23.A

Ajruplani ddefiniti f'CS-23 l-artikolu 1.a.2 (ajruplani għall-passiġġieri)

—

sinjifikanti (livell 1)

5

livell 2

4

CS-23.B

Ajruplani ddefiniti f' CS-23 l-artikolu 1.a.1 ta' MTOW ta' bejn 2 000  kg u 5 670  kg

—

sinjifikanti (livell 1)

3

livell 2

2

CS-29

ajruplani kbar bl-iskrejjen

—

sinjifikanti (livell 1)

4

livell 2

4

CS-27

ajruplani żgħar bl-iskrejjen

0,5

CS-E.T.A

magni b'turbina bi mbuttatura tat-tluq mill-art ta' 25 000  N jew aktar jew ta' saħħa (power output) ta' 2 000  kW jew aktar

—

sinjifikanti (livell 1)

1

livell 2

1

CS-E.T.B

magni b'turbina bi mbuttatura tat-tluq mill-art ta' anqas minn 25 000  N jew ta' saħħa (power output) ta' anqas minn 2 000  kW

0,5

CS-E.NT

Magni mingħajr turbina

0,2

CS-23.C

Ajruplani ddefiniti f' CS-23 l-artikolu 1.a.1 ta' MTOW ta' anqas minn 2 000  kg

1

CS-22

ajruplani bil-qlugħ bi jew mingħajr magni

0,2

CS-VLA

ajruplani żgħar ħafna

0,2

CS-VLR

ajruplani żgħar ħafna bl-iskrejjen

0,2

CS-APU

ġeneratur indipendenti tal-kurrent

0,25

CS-P.A

Għall-użu fuq ajruplani ċċertifikati għal CS-25 (jew ekwivalenti)

0,25

CS-P.B

Għall-użu fuq ajruplani ċċertifikati għal CS-23, CS-VLA jew CS-22 (jew ekwivalenti)

0,15

CS-22.J

Għall-użu fuq ajruplani ċċertifikati għal CS-22

0,15

CS-22.H

magni mingħajr turbina

0,15

CS-balloons

mhux disponibbli għal issa

0,2

CS-airships

mhux disponibbli għal issa

0,5

iii.   Bidliet u Tiswijiet kbar (imsemmija fis-subpartijiet D u M ta' l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1702/2003)

—

L-applikazzjonijiet kollha jikkorrispondu mal-miżata fissa C li tidher fit-tabella, immoltiplikata bil-koeffiċjent indikat għall-prodott in kwistjoni.

—

Prodotti elenkati fil-kaxxi l-griżi jikkorrispondu wkoll ma' miżata għal kull siegħa ta' xogħol ta' l-aġenti ta' l-EASA, bir-rata indikata fit-tabella.

—

Bidliet sinjifikanti kif deskritti f'Parti 21 Subparti D ta' l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1702/2003 (b'mod partikolari l-paragrafu 21A.101) li jinvolvu bidliet lill-ġeometrija ta' l-ajruplan u/jew lis-sors ta' l-enerġija jikkorrispondu għal miżata għaċ-Ċertifikat tat-Tip jew tat-Tip Ristrett rispettivament, kif iddefinit fit-tabelli (i) hawn fuq.

—

Il-miżati elenkati f'din it-tabella ma japplikawx għal dawk il-bidliet kbar li jsiru minn organizzazzjonijiet ta' diżinn skond il-paragrafu 21A.263 (c) (5) ta' Parti 21(D) ta' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003.

miżata fissa C

€ 385

 

rata ta' kull siegħa

€ 99

 


Tip tal-prodott

Kummenti

Koeffiċjent tal-miżata fissa A

CS-25

ajruplani kbar — “b'investigazzjoni teknika estensiva”

5

ajruplani kbar — “b'investigazzjoni teknika limitata”

4

CS-23.A

Ajruplani ddefiniti f'CS-23 l-artikolu 1.a.2 (ajruplani għall-passiġġieri)

5

CS-23.B

Ajruplani ddefiniti f' CS-23 l-artikolu 1.a.1 ta' MTOW ta' bejn 2 000  kg u 5 670  kg

3

CS-29

ajruplani kbar bl-iskrejjen

4

CS-27

ajruplani żgħar bl-iskrejjen

0,5

CS-E.T.A

magni b'turbina bi mbuttatura tat-tluq mill-art ta' 25 000  N jew aktar jew ta' saħħa (power output) ta' 2 000  kW jew aktar

1

CS-E.T.B

magni b'turbina bi mbuttatura tat-tluq mill-art ta' anqas minn 25 000  N jew ta' saħħa (power output) ta' anqas minn 2 000  kW

0,5

CS-E.NT

magni mingħajr turbina

0,2

CS-23.C

Ajruplani ddefiniti f' CS-23 l-artikolu 1.a.1 ta' MTOW ta' anqas minn 2 000  kg

1

CS-22

ajruplani bil-qlugħ bi jew mingħajr magni

0,3

CS-VLA

ajruplani żgħar ħafna

0,3

CS-VLR

ajruplani żgħar ħafna bl-iskrejjen

0,3

CS-APU

ġeneratur indipendenti tal-kurrent

0,4

CS-P.A

Għall-użu fuq ajruplani ċċertifikati għal CS-25 (jew ekwivalenti)

0,4

CS-P.B

Għall-użu fuq ajruplani ċċertifikati għal CS-23, CS-VLA jew CS-22 (jew ekwivalenti)

0,3

CS-22.J

Għall-użu fuq ajruplani ċċertifikati għal CS-22

0,3

CS-22.H

magni mingħajr turbina

0,3

CS-balloons

mhux disponibbli għal issa

0,3

CS-airships

mhux disponibbli għal issa

0,5

CS-ETSO.A

Valur ta' tagħmir 'il fuq minn € 20 000

0,4

CS-ETSO.B

Valur ta' tagħmir bejn € 2 000 u € 20 000

0,3

CS-ETSO.C

Valur ta' tagħmir inqas minn € 2 000

0,25

iv.   Bidliet u Tiswijiet żgħar (imsemmija fis-subpartijiet D u M ta' l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1702/2003)

—

L-applikazzjonijiet jikkorrispondu mal-miżata fissa D li tidher fit-tabella, immoltiplikata bil-koeffiċjent indikat għall-prodott in kwistjoni.

—

Il-miżati elenkati f'din it-tabella ma japplikawx għal dawk il-bidliet żgħar li jsiru minn organizzazzjonijiet ta' diżinn skond il-paragrafu 21A.263 (c) (2) ta' Parti 21(D) ta' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003.

miżata fissa D

€ 375

 


Tip tal-prodott

Kummenti

Koeffiċjent tal-miżata fissa A

CS-25

ajruplani kbar

2

CS-23.A

Ajruplani ddefiniti f'CS-23 l-artikolu 1.a.2 (ajruplani għall-passiġġieri)

2

CS-23.B

Ajruplani ddefiniti f' CS-23 l-artikolu 1.a.1 ta' MTOW ta' bejn 2 000  kg u 5 670  kg

1

CS-23.C

Ajruplani ddefiniti f' CS-23 l-artikolu 1.a.1 ta' MTOW ta' anqas minn 2 000  kg

0

CS-22

ajruplani bil-qlugħ bi jew mingħajr magni

0

CS-VLA

ajruplani żgħar ħafna

0

CS-29

ajruplani kbar bl-iskrejjen

2

CS-27

ajruplani żgħar bl-iskrejjen

1,5

CS-VLR

ajruplani żgħar ħafna bl-iskrejjen

0

CS-APU

ġeneratur indipendenti tal-kurrent

1

CS-P.A

Għall-użu fuq ajruplani ċċertifikati għal CS-25 (jew ekwivalenti)

0

CS-P.B

Għall-użu fuq ajruplani ċċertifikati għal CS-23, CS-VLA jew CS-22 (jew ekwivalenti)

0

CS-22.J

Għall-użu fuq ajruplani ċċertifikati għal CS-22

0

CS-E.T.A

magni b'turbina bi mbuttatura tat-tluq mill-art ta' 25 000  N jew aktar jew ta' saħħa (power output) ta' 2 000  kW jew aktar

1

CS-E.T.B

magni b'turbina bi mbuttatura tat-tluq mill-art ta' anqas minn 25 000  N jew ta' saħħa (power output) ta' anqas minn 2 000  kW

1

CS-E.NT/CS-22H

il-magni kollha mingħajr turbina

0

CS-balloons

mhux disponibbli għal issa

0

CS-airships

mhux disponibbli għal issa

0

CS-ETSO.A

Valur ta' tagħmir 'il fuq minn € 20 000

0

CS-ETSO.B

Valur ta' tagħmir bejn € 2 000 u € 20 000

0

CS-ETSO.C

Valur ta' tagħmir inqas minn € 2 000

0

v.   Miżata annwali għal min għandu Ċertifikat tat-Tip IASA u tat-Tip Ristretti Ċertifikati oħra tat-TIP li huma meqjusa bħala aċċettabbli taħt ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002

—

Il-miżata annwali tiġi imposta fuq kull min għandu Ċertifikati tat-Tip ta' l-Aġenzija u Ċertifikati tat-Tip Ristretti.

—

Din il-miżata hija maħsuba biex tkopri n-nefqa ta' l-Aġenzija sabiex tiżgura li ċ-ċertifikati tat-tip tagħha jibqgħu jiswew, inklużi aspetti ta' tkomplija tan-navigabilità bl-ajru mhux marbuta ma' bidliet u tiswijiet iċċertifikati post-type.

—

Din il-miżata ser tiġi imposta kull sena. Ser tiġi imposta l-ewwel darba fil-bidu tas-sena kalendarja wara l-ewwel ċertifikazzjoni għal dawk il-prodotti ċċertifikati wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament. Għal ċertifikati oħra l-miżata ser tiġi applikata l-ewwel darba meta jidħol fis-seħħ dan ir-Regolament u darba kull sena wara dan.

—

Il-livell tal-miżata li għandha titħallas jidher fit-tabella hawn taħt flimkien mal-kategorija tal-prodott korrispondenti:

Tip tal-prodott (2)

Ċertifikat tat-Tip Prodotti ta' l-Istat tad-Diżinn ta' l-UE (€)

Ċertifikat tat-Tip Prodotti ta' l-Istat tad-Diżinn ta' pajjiżi terzi (€)

Ċertifikat tat-Tip Ristrett Prodotti ta' l-Istat tad-Diżinn ta' l-UE (€)

Ċertifikat tat-Tip Ristrett Prodotti ta' l-Istat tad-Diżinn ta' pajjiżi terzi (€)

CS-25 (ajruplani kbar b'MTOW ta' aktar minn 50 tunnellata)

120 000

40 000

30 000

10 000

CS-25 (ajruplani kbar b'MTOW ta' bejn 22 u 50 tunnellata)

50 000

16 667

12 500

4 167

CS-25 (ajruplani kbar b'MTOW ta' anqas minn 22 tunnellata)

25 000

8 333

6 250

2 083

CS-23.A

12 000

4 000

3 000

1 000

CS-23.B

2 000

667

500

167

CS-23.C

1 000

333

250

100

CS-22

450

150

112,50

100

CS-VLA

450

150

112,50

100

CS-29

25 000

8 333

6 250

2 083

CS-27

20 000

6 667

5 000

1 667

CS-VLR

1 000

333

250

100

CS-APU

800

267

200

100

CS-P.A

1 500

500

375

125

CS-P.B

400

133

100

100

CS-22.J

150

100

100

100

CS-E.T.A

30 000

10 000

7 500

2 500

CS-E.T.B

15 000

5 000

3 750

1 250

CS-E.NT

1 000

333

250

100

CS-22.H

200

100

100

100

CS-balloons

300

100

100

100

CS-airships

500

167

125

100

CS-34

0

0

0

0

CS-36

0

0

0

0

CS-AWO

0

0

0

0

CS-ETSO.A (Valur ta' tagħmir 'il fuq minn € 20 000 )

1 000

333

250

100

CS-ETSO.B (Valur ta' tagħmir bejn € 2 000 u € 20 000 )

500

167

125

100

CS-ETSO.C (Valur ta' tagħmir anqas minn € 2 000 )

250

100

100

100

—

Għal detenturi ta' Ċertifikati tat-Tip multipli u/jew Ċertifikati tat-Tip Ristretti multipli, tnaqqis tal-miżata annwali hija applikata għat-tieni Ċertifikat tat-Tip u dawk sussegwenti fl-istess kategorija ta' prodott kif jidher fit-tabella hawn taħt:

Prodott fil-kategorija identika

Tnaqqis applikat ghall-miżata TC

L-ewwel

0  %

It-tieni

10  %

It-tielet

20  %

Ir-raba'

30  %

Il-ħames

40  %

Is-sitt

50  %

Is-seba'

60  %

It-tmien

70  %

Id-disa'

80  %

L-għaxar

90  %

Il-ħdax-il wiehed u prodotti sussegwenti

100  %

—

Għal ajruplani li minnhom hemm inqas minn 50 eżemplar irreġistrat mad-dinja kollha, tkomplija tan-navigabilità bl-ajru ser tkun applikata fuq rata ta' kull siegħa, sal-livell tal-miżata għall-kategorija rilevanti tal-prodott ta' l-ajruplani kif indikat fit-tabella hawn taħt. Għal prodotti, parts u tagħmir li m'humiex ajruplani, il-limitazzjoni tirrigwarda n-numru ta' ajruplani li fuqhom il-prodott, part jew tagħmir in kwistjoni huwa installat.

Rata ta' kull siegħa

€ 99

vi.   Approvazzjoni ta' l-Organizzazzjoni tad-Diżinn (imsemmija fis-subparti J ta' l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1702/2003)

1.   Ġenerali

a)

Miżati huma imposti għall-ħruġ ta' Approvazzjoni ta' l-Organizzazzjoni tad-Diżinn u għas-sorveljanza tagħha.

b)

L-Aġenzija timponi miżati addizzjonali għal kull siegħa (bir-rata indikata fit-tabella) sabiex tkopri l-ispejjeż addizzjonali ta' l-approvazzjoni u s-sorveljanza ta' organizzazzjonijiet b'faċilitajiet ta' diżinn f'aktar minn post wieħed.

2.   Miżata ta' l-applikazzjoni

a)

L-applikazzjonijiet ġodda kollha għall-Approvazzjoni ta' l-Organizzazzjoni tad-Diżinn jikkorrispondu mal-miżata fissa E li tidher fit-tabella, immoltiplikata bil-koeffiċjent indikat għall-kategorija ta' miżati korrispondenti għall-organizzazzjoni in kwistjoni.

b)

Għal approvazzjonijiet ġodda u għas-sorveljanza, miżati ta' kull siegħa (bir-rata indikata fit-tabella) japplikaw ukoll għal dawk l-applikazzjonijiet li l-investigazzjoni tagħhom twassal għal sejbiet ta' livell 1 u/jew aktar minn tliet sejbiet ta' livell 2 fis-sena kif deskritt f' Parti 21.A.258 ta' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003. Ir-rata ta' kull siegħa ser tkun imposta sabiex tkopri n-nefqa ta' l-azzjoni ta' segwitu ta' dawn is-sejbiet mill-Aġenzija.

3.   Miżata ta' sorveljanza

a)

Ser tkun imposta miżata għas-sorveljanza fuq Organizzazzjonijiet ta' l-Approvazzjoni tad-Diżinn, ekwivalenti għall-miżata fissa E li tidher fit-tabella, immoltiplikata bil-koeffiċjent indikat għall-kategorija ta' miżati korrispondenti għall-organizzazzjoni in kwistjoni.

b)

Il-miżata ta' sorveljanza titħallas kull tliet snin, fil-forma ta' tliet ħlasijiet indaqs kull sena. Għal approvazzjonijiet eżistenti, l-ewwel ħlas għandu jsir wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament preżenti. Għal approvazzjonijiet sussegwenti, l-ewwel ħlas ser ikun applikabbli mill-ewwel wara l-għotja ta' l-approvazzjoni

c)

Il-miżata tas-sorveljanza tkopri bidliet għal approvazzjonijiet eżistenti, mingħajr preġudizzju għal 2b) hawn fuq.

miżata fissa E

€ 12 000

rata ta' kull siegħa

€ 99

kategorija tal-miżata skond il-valur ta' l-attivitajiet soġġetti għall-approvazzjoni (€)

koeffiċjent tal-miżata fissa

inqas minn 500 001

0,1

bejn 500 001 u 700 000

0,2

bejn 700 001 u 1 200 000

0,5

bejn 1 200 001 u 2 800 000

1

bejn 2 800 001 u 4 200 000

1,5

bejn 4 200 001 u 5 000 000

2,5

bejn 5 000 001 u 7 000 000

3

bejn 7 000 001 u 9 800 000

3,5

bejn 9 800 001 u 14 000 000

4

bejn 14 000 001 u 50 000 000

5

bejn 50 000 001 u 140 000 000

8

bejn 140 000 001 u 250 000 000

10

bejn 250 000 001 u 500 000 000

25

bejn 500 000 001 u 750 000 000

50

'il-fuq minn 750 000 000

75

vii.   Wirja ta' kapaċità għad-diżinjar permezz ta' proċeduri alternattivi msemmija fis-subparti B paragrafu 21.A.14 (b) ta' l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1702/2003)

—

Ċertifikazzjoni ta' kapaċità tad-diżinjar permezz ta' proċeduri alternattivi ser jikkorrispondu ma' miżati fuq bażi ta' kull siegħa bir-rata indikata.

rata ta' kull siegħa

€ 99

viii.   Approvazzjoni ta' l-Organizzazzjoni tal-Produzzjoni (imsemmija fis-subparti G ta' l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1702/2003)

1.   Ġenerali

a)

Miżati huma imposti għall-ħruġ ta' Approvazzjoni ta' l-Organizzazzjoni tal-Produzzjoni u għas-sorveljanza tagħha.

b)

L-Aġenzija tapplika miżati addizzjonali għal kull siegħa (bir-rata indikata fit-tabella) sabiex tkopri l-ispejjeż addizzjonali ta' l-approvazzjoni u s-sorveljanza ta' organizzazzjonijiet b'faċilitajiet ta' produzzjoni f'aktar minn post wieħed. Għal organizzazzjonijiet kumplessi b'aktar minn sit ta' produzzjoni wieħed f'aktar minn żewġ Stati Membri, il-koeffiċjenti rilevanti ser ikun immoltiplikat bi tnejn sabiex ikopri l-ispejjeż addizzjonali ta' attivitajiet multinazzjonali ta' sorveljanza.

2.   Miżata ta' l-applikazzjoni

a)

L-applikazzjonijiet ġodda kollha għall-Approvazzjoni ta' l-Organizzazzjoni tal-produzzjoni jikkorrispondu mal-miżata fissa F li tidher fit-tabella, immoltiplikata bil-koeffiċjent indikat għall-kategorija ta' miżati korrispondenti għall-organizzazzjoni in kwistjoni.

b)

Għal approvazzjonijiet ġodda u għas-sorveljanza, miżati ta' kull siegħa (bir-rata indikata fit-tabella) japplikaw ukoll għal dawk l-applikazzjonijiet li l-investigazzjoni tagħhom twassal għal sejbiet ta' livell 1 u/jew aktar minn tliet sejbiet ta' livell 2 fis-sena kif deskritt f' Parti 21.A.158 ta' l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1702/2003. Ir-rata ta' kull siegħa ser tkun applikata sabiex tkopri n-nefqa ta' l-azzjoni ta' segwitu ta' dawn is-sejbiet mill-Aġenzija.

3.   Miżata ta' sorveljanza

a)

Ser tkun imposta miżata ta’ sorveljanza fuq Organizzazzjonijiet ta' l-Approvazzjoni tal-Produzzjoni, ekwivalenti għall-miżata fissa F li tidher fit-tabella, immoltiplikata bil-koeffiċjent indikat għall-kategorija ta' miżati korrispondenti għall-organizzazzjoni in kwistjoni.

b)

Il-miżata ta' sorveljanza titħallas kull sentejn, fil-forma ta' żewġ ħlasijiet indaqs kull sena. Għal approvazzjonijiet eżistenti, l-ewwel ħlas għandu jsir wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament preżenti. Għal approvazzjonijiet sussegwenti, l-ewwel ħlas ser ikun applikabbli mill-ewwel wara l-għotja ta' l-approvazzjoni

c)

Il-miżata tas-sorveljanza tkopri bidliet għal approvazzjonijiet eżistenti, mingħajr preġudizzju għal 2b) hawn fuq.

Miżata fissa F

€ 12 000

rata ta' kull siegħa

€ 99

Kategorija tal-miżata skond il-valur ta' l-attivitajiet suġġetti għall-approvazzjoni (€)

koeffiċjent tal-miżata fissa

inqas minn 500 001

0,1

bejn 500 001 u 700 000

0,25

bejn 700 001 u 1 400 000

0,5

bejn 1 400 001 u 2 800 000

1,25

bejn 2 800 001 u 5 000 000

2

bejn 5 000 001 u 7 000 000

4

bejn 7 000 001 u 14 000 000

6

bejn 14 000 001 u 21 000 000

8

bejn 21 000 001 u 42 000 000

12

bejn 42 000 001 u 70 000 000

16

bejn 70 000 001 u 84 000 000

20

bejn 84 000 001 u 105 000 000

25

bejn 105 000 001 u 140 000 000

30

bejn 140 000 001 u 420 000 000

40

bejn 420 000 001 u 700 000 000

55

bejn 700 000 001 u 1 400 000 000

65

bejn 1 400 000 001 u 2 100 000 000

75

'il-fuq minn 2 100 000 000

120

ix.   Produzzjoni mingħajr approvazzjoni (imsemmija fis-subparti F ta' l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 1702/2003)

—

Ċertifikazzjoni ta' prodott mingħajr approvazzjoni ser tikkorrispondi ma' miżati fuq bażi ta' kull siegħa bir-rata indikata.

rata ta' kull siegħa

€ 99

x.   Approvazzjoni ta' l-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni (imsemmija fis-subparti F ta' l-Anness I u l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2042/2003 tal-Kummissjoni (3))

1.   Ġenerali

a)

Miżati huma imposti għall-ħruġ ta' Approvazzjoni ta' l-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni u għas-sorveljanza tagħha.

b)

L-Aġenzija tapplika miżati addizzjonali għal kull siegħa (bir-rata indikata fit-tabella) sabiex tkopri l-ispejjeż addizzjonali ta' l-approvazzjoni u s-sorveljanza ta' organizzazzjonijiet b'faċilitajiet ta' manutenzjoni f'aktar minn post wieħed.

2.   Miżata ta' l-applikazzjoni

a)

L-applikazzjonijiet ġodda kollha għall-Approvazzjoni ta' l-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni jikkorrispondu mal-miżata fissa G li tidher fit-tabella, immoltiplikata bil-koeffiċjent indikat għall-kategorija ta' miżati korrispondenti għall-organizzazzjoni in kwistjoni.

b)

Għal approvazzjonijiet ġodda u għas-sorveljanza, miżati ta' kull siegħa (bir-rata indikata fit-tabella) japplikaw ukoll għal dawk l-applikazzjonijiet li l-investigazzjoni tagħhom twassal għal sejbiet ta' livell 1 u/jew aktar minn tliet sejbiet ta' livell 2 fis-sena kif deskritt f' Parti M.A.619 ta' l-Anness I jew Parti 145.B.50 ta' l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 2042/2003 Ir-rata ta' kull siegħa ser tkun applikata sabiex tkopri n-nefqa ta' l-azzjoni ta' segwitu ta' dawn is-sejbiet mill-Aġenzija.

3.   Miżata ta' sorveljanza

a)

Ser tkun imposta miżata ta’ sorveljanza fuq Organizzazzjonijiet ta' l-Approvazzjoni tal-Manutenzjoni, ekwivalenti għall-miżata fissa G li tidher fit-tabella, immoltiplikata bil-koeffiċjent indikat għall-kategorija ta' miżati korrispondenti għall-organizzazzjoni in kwistjoni.

b)

Il-miżata ta' sorveljanza titħallas kull sentejn, fil-forma ta' żewġ ħlasijiet indaqs kull sena. Għal approvazzjonijiet eżistenti, l-ewwel ħlas għandu jsir wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament preżenti. Għal approvazzjonijiet sussegwenti, l-ewwel ħlas ser ikun applikabbli mill-ewwel wara l-għotja ta' l-approvazzjoni

c)

Il-miżata tas-sorveljanza tkopri bidliet għal approvazzjonijiet eżistenti, mingħajr preġudizzju għal 2b) hawn fuq.

Miżata fissa G

€ 12 000

rata ta' kull siegħa

€ 99

Kategorija tal-miżata skond il-valur ta' l-attivitajiet suġġetti għall-approvazzjoni (€)

koeffiċjent tal-miżata fissa

inqas minn 500 001

0,1

bejn 500 001 u 700 000

0,25

bejn 700 001 u 1 400 000

0,5

bejn 1 400 001 u 2 800 000

1,25

bejn 2 800 001 u 5 000 000

2

bejn 5 000 001 u 7 000 000

4

bejn 7 000 001 u 14 000 000

6

bejn 14 000 001 u 21 000 000

8

bejn 21 000 001 u 42 000 000

12

bejn 42 000 001 u 70 000 000

16

bejn 70 000 001 u 84 000 000

20

bejn 84 000 001 u 105 000 000

25

'il-fuq minn 105 000 000

30

xi.   Approvazzjoni ta' l-Organizzazzjoni għall-Ġestjoni tat-Tkomplija tan-Navigabilità ta' l-Ajru (imsemmija f'Parti M, is-subparti G ta' l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2042/2003)

—

Miżati huma imposti għall-ħruġ ta' Approvazzjoni ta' l-Organizzazzjoni għall-Ġestjoni tat-Tkomplija tan-Navigabilità ta' l-Ajru u għas-sorveljanza tagħha. Il-miżati fissi imposti huma l-istess bħal dawk għal Approvazzjoni ta' l-Organizzazzjoni tal-Manutenzjoni elenkati fit-tabella x, soġġetti għall-imposta ta' koeffiċjent addizzjonali ta' 1,5.

—

Referenzi għal sejbiet li jinsabu fit-tabella x sejrin, b'analoġija jittieħdu li jfissru dawk deskritti f'Parti M.A. 716 ta' l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2042/2003.

xii.   Miżati għall-aċċettazzjoni ta' approvazzjonijiet ekwivalenti għal approvazzjonijiet tal-Parti 145 skond l-atti ta' ftehim bilaterali

—

Approvazzjonijiet ġodda jikkorrispondu għall-miżata fissa H li tidher fit-tabella

—

Il-miżata għat-tiġdid, ekwivalenti għall-miżata fissa I li tidher fit-tabella titħallas kull sentejn.

Approvazzjonijiet ġodda

Miżata fissa H

1 500  €


Tiġdid ta' approvazzjonijiet eżistenti

Miżata fissa I

1 200  €

xiii.   Approvazzjoni ta' l-Organizzazzjoni għat-Taħriġ fil-Manutenzjoni (imsemmija fl-Anness IV għar-Regolament (KE) Nru 2042/2003)

1.   Ġenerali

a)

Miżati huma imposti għall-ħruġ ta' Approvazzjoni ta' l-Organizzazzjoni għat-Taħriġ fil-Manutenzjoni u għas-sorveljanza tagħha.

b)

L-Aġenzija tapplika miżati addizzjonali għal kull siegħa (bir-rata indikata fit-tabella) sabiex tkopri l-ispejjeż addizzjonali ta' l-approvazzjoni u s-sorveljanza ta' organizzazzjonijiet b'faċilitajiet ta' taħriġ fil-manutenzjoni f'aktar minn post wieħed.

2.   Miżata ta' l-applikazzjoni

a)

L-applikazzjonijiet ġodda kollha għall-Approvazzjoni ta' l-Organizzazzjoni tat-taħriġ fil-Manutenzjoni jikkorrispondu mal-miżata fissa J li tidher fit-tabella, immoltiplikata bil-koeffiċjent indikat għall-kategorija ta' miżati korrispondenti għall-organizzazzjoni in kwistjoni.

b)

Għal approvazzjonijiet ġodda u għas-sorveljanza, miżati ta' kull siegħa (bir-rata indikata fit-tabella) japplikaw ukoll għal dawk l-applikazzjonijiet li l-investigazzjoni tagħhom twassal għal sejbiet ta' livell 1 u/jew aktar minn tliet sejbiet ta' livell 2 fis-sena kif deskritt f' Parti 147.b.130 ta' l-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 2042/2003. Ir-rata ta' kull siegħa ser tkun applikata sabiex tkopri n-nefqa ta' l-azzjoni ta' segwitu ta' dawn is-sejbiet mill-Aġenzija.

3.   Miżata ta' sorveljanza

a)

Ser tkun applikata l-miżata ta’ sorveljanza fuq Organizzazzjonijiet Approvati tat-Taħriġ fil-Manutenzjoni, ekwivalenti għalll-miżata fissa J, immoltiplikata bil-koeffiċjent indikat għall-kategorija ta' miżati korrispondenti għall-organizzazzjoni in kwistjoni.

b)

Il-miżata ta' sorveljanza titħallas kull sentejn, fil-forma ta' żewġ ħlasijiet indaqs kull sena. Għal approvazzjonijiet eżistenti, l-ewwel ħlas għandu jsir wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament preżenti. Għal approvazzjonijiet sussegwenti, l-ewwel ħlas ser ikun applikabbli mill-ewwel wara l-għotja ta' l-approvazzjoni

c)

Il-miżata tas-sorveljanza tkopri bidliet għal approvazzjonijiet eżistenti, mingħajr preġudizzju għal 2b) hawn fuq.

Miżata fissa J

€ 12 000

rata ta' kull siegħa

€ 99

Kategorija tal-miżata — valur ta' l-attivitajiet suġġetti għall-approvazzjoni (€)

koeffiċjent tal-miżata fissa

inqas minn 500 001

0,1

bejn 500 001 u 700 000

0,25

bejn 700 001 u 1 400 000

0,75

bejn 1 400 001 u 2 800 000

1

bejn 2 800 001 u 5 000 000

1,5

bejn 5 000 001 u 7 000 000

3

bejn 7 000 001 u 14 000 000

6

bejn 14 000 001 u 21 000 000

8

bejn 21 000 001 u 42 000 000

10

Bejn 42 000 001 u 84 000 000

15

'Il-fuq minn 84 000 000

20

xiv.   Appelli

—

Miżati huma imposti għall-amministrazzjoni ta' appelli kif deskritt fl-Artikolu 35 tar-Regolament (KE) Nru 1592/2002

—

L-applikazzjonijiet kollha għall-appell jikkorrispondu mal-miżata fissa K li tidher fit-tabella, immoltiplikata bil-koeffiċjent indikat għall-kategorija ta' miżati korrispondenti għall-persuna jew organizzazzjoni in kwistjoni.

—

Il-miżata se tkun tkun mogħtija lura f'dawk il-każijiet fejn appell jirriżulta f'revoka tad-Deċiżjoni ta' l-Aġenzija.

—

Organizzazzjonijiet huma meħtieġa jressqu ċertifikat iffirmat minn uffiċjal awtorizzat ta' l-organizzazzjoni kkonċernata sabiex l-Aġenzija tiddetermina l-kategorija ta' tariffi korrispondenti.

miżata fissa K

€ 10 000


kategorija tal-miżata għal persuni naturali

koeffiċjent tal-miżata fissa

 

0,1


kategorija tal-miżata għal organizzazzjonijiet skond id-dħul finanzjarju ta' l-appellant (€)

koeffiċjent tal-miżata fissa

inqas minn 100 001

0,25

bejn 100 001 u 1 200 000

0,5

bejn 1 200 001 u 2 500 000

0,75

bejn 2 500 001 u 5 000 000

1

bejn 5 000 001 u 50 000 000

2,5

bejn 50 000 001 u 500 000 000

5

bejn 500 000 001 u 1 000 000 000

7,5

'il-fuq minn 1 000 000 000

10


(1)  Ir-regolament (KE) Nru 1702/2003 ta' l-24 ta' Settembru 2003 li jistipula regoli ta' implimentazzjoni għan-navigabilità ta' l-ajru u ċ-ċertifikazzjoni ambjentali ta' ajruplani u prodotti, parts u tagħmir relatat, kif ukoll għaċ-ċertifikazzjoni ta' organizzazzjonijiet ta' diżinn u ta' produzzjoni (ĠU L 243, 27.9.2003, p. 6).

(2)  Għal verżjonijiet tal-ġarr tal-merkanzija ta' l-ajruplan, koeffiċjent ta' 0,85 għandu jkun applikat għall-miżata għall-verżjoni ekwivalenti tal-passiġġieri.

(3)  Regolament (KE) Nru 2042/2003 ta' l-20 ta' Novembru 2003 dwar it-tkomplija tan-navigabilità ta' l-ajru ta’ ajruplani u prodotti, parts u tagħmir aeronawtiċi, u dwar l-approvazzjoni ta' organizzazzjonijiet u impjegati involuti f'dawn il-responsabbiltajiet; (ĠU L 315, 28.11.2003, p. 1).