|
19.7.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 187/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1283
tat-30 ta' Awwissu 2016
dwar Għajnuna mill-Istat SA.38373 (2014/C) (ex 2014/NN) (ex 2014/CP) implimentata mill-Irlanda lil Apple
(notifikata bid-dokument C(2016) 5605)
(It-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw il-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjonijiet ikkwotati hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
B'ittra tat-12 ta' Ġunju 2013, il-Kummissjoni talbet lill-Irlanda sabiex tipprovdi informazzjoni dwar il-prattika ta' kif tieħu deċiżjonijiet tat-taxxa (2). B'mod partikolari, il-Kummissjoni talbet informazzjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-Irlanda favur il-kumpaniji tal-Grupp Apple li jisimhom Apple Operations International (minn hawn 'il quddiem: “AOI”), Apple Sales International (minn hawn 'il quddiem “ASI”) u Apple Operations Europe (minn hawn 'il quddiem: “AOE”). Il-Kummissjoni talbet ukoll lista illustrattiva (tal-anqas ħames eżempji) ta' kumpaniji residenti fl-Irlanda jew ta' stabbilimenti permanenti ta' kumpaniji barranin li bbenefikaw minn deċiżjonijiet tat-taxxa għal attivitajiet simili fl-Irlanda. |
|
(2) |
B'ittra tad-9 ta' Lulju 2013, l-Irlanda ppreżentat l-informazzjoni mitluba lill-Kummissjoni. Fl-ittra tagħha l-Irlanda indikat li l-amministrazzjoni tat-taxxa Irlandiża (minn hawn 'il quddiem: “Irish Revenue”) kienet ħarġet deċiżjonijiet għal kumpaniji mhux residenti b'rabta mal-allokazzjoni tal-profitti lill-fergħa Irlandiża tagħhom f'disa' każijiet. Dawn il-każijiet kienu jinkludu d-disa' kumpaniji li ġejjin: Il-Kumpanija [A] (*1), il-Kumpanija [B], il-Kumpanija [C1], il-Kumpanija [D], il-Kumpanija [E], il-Kumpanija [F], il-Kumpanija [G1], il-Kumpanija [G2] u l-Kumpanija [G3]. |
|
(3) |
B'ittra tas-26 ta' Awwissu 2013, il-Kummissjoni talbet id-deċiżjonijiet maħruġin mill-Irish Revenue lil dawn id-disa' kumpaniji. Talbet ukoll id-deċiżjonijiet kollha maħruġin fis-snin 2010, 2011 u 2012 mill-Irish Revenue. Fil-25 ta' Settembru 2013, l-Irlanda pprovdiet id-deċiżjonijiet maħruġin lid-disa' kumpaniji, kif ukoll id-deċiżjonijiet maħruġin fis-snin 2010, 2011 u 2012, b'dawn tal-aħħar li kien fihom numru żgħir ta' arranġamenti preliminari ta' prezzijiet ta' trasferiment (minn hawn 'il quddiem: “APAs”), inklużi APAs bilaterali. |
|
(4) |
B'ittra tal-21 ta' Ottubru 2013, il-Kummissjoni talbet lill-Irlanda tipprovdi d-deċiżjonijiet maħruġin mill-Irish Revenue fl-1991 u fl-2007 favur ASI u AOE u l-elementi essenzjali kollha li jappoġġaw it-talbiet lill-Irish Revenue sabiex tikseb dawk id-deċiżjonijiet, b'mod partikolari r-rapporti sottostanti tal-konsulent tat-taxxa tal-kumpaniji. Il-Kummissjoni talbet ukoll informazzjoni dwar il-kumpaniji kollha tal-Grupp Apple b'residenza tat-taxxa fl-Irlanda, inklużi d-deċiżjonijiet kollha fis-seħħ u d-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ta' dawk il-kumpaniji tal-Grupp Apple fl-Irlanda għas-snin 2010, 2011 u 2012. Fil-21 ta' Novembru 2013, l-awtoritajiet Irlandiżi ppreżentaw l-informazzjoni mitluba inklużi d-deċiżjonijiet tal-1991 u tal-2007 maħruġin favur ASI u AOE u d-dikjarazzjonijiet tat-taxxa tad-disa' kumpaniji elenkati fil-premessa (2). |
|
(5) |
B'ittra tal-24 ta' Jannar 2014, il-Kummissjoni talbet spjegazzjoni tad-deċiżjonijiet ipprovduti mill-Irlanda fil-25 ta' Settembru 2013. Il-Kummissjoni talbet lill-Irlanda sabiex tipprovdi wkoll id-deċiżjonijiet kollha dwar l-allokazzjoni tal-profitt maħruġa mill-2004 'l hawn u d-deċiżjonijiet kollha maħruġin qabel dik id-data u li għadhom fis-seħħ, kif ukoll l-elementi essenzjali kollha li jappoġġaw dawn id-deċiżjonijiet. |
|
(6) |
Fis-6 ta' Marzu 2014, l-Irlanda pprovdiet id-deċiżjonijiet addizzjonali dwar l-allokazzjoni tal-profitt relatati mal-kumpaniji li t-talbiet tagħhom ġew indirizzati mil-“Large Cases Division” (Id-diviżjoni li tieħu ħsieb każijiet kbar) tal-Irish Revenue. L-Irlanda pprovdiet id-deċiżjonijiet, kopja tal-korrispondenza riċevuta mill-Irlanda mingħand il-kumpanija jew il-konsulent tat-taxxa tagħha li tistabbilixxi l-bażi għat-talba għad-deċiżjoni, u kopja tat-tweġiba mill-Irish Revenue. Din l-informazzjoni ġiet ipprovduta lil għaxar kumpaniji: Il-Kumpanija [H], il-Kumpanija [I], il-Kumpanija [C2], il-Kumpanija [J], il-Kumpanija [K], il-Kumpanija [D], il-Kumpanija [L], il-Kumpanija [M], il-Kumpanija [N] u l-Kumpanija [O] (3). L-Irlanda indikat ukoll li l-informazzjoni relatata mal-Kumpanija [K] kienet inkluża fi tweġiba preċedenti. |
|
(7) |
B'ittra tas-7 ta' Marzu 2014, il-Kummissjoni informat lill-Irlanda li kienet qed tinvestiga jekk id-deċiżjonijiet tat-taxxa maħruġin mill-Irish Revenue fl-1991 u fl-2007 favur ASI u AOE jikkostitwixxux għajnuna ġdida u stiednet lill-awtoritajiet Irlandiżi sabiex jikkummentaw dwar il-kompatibbiltà tat-tali għajnuna. Filwaqt li semmiet li l-Kummissjoni diġà kienet talbet l-elementi essenzjali kollha li jappoġġaw dawk id-deċiżjonijiet b'ittra tal-21 ta' Ottubru 2013, il-Kummissjoni stiednet lill-Irlanda sabiex tipprovdi kwalunkwe informazzjoni addizzjonali relatata mal-arranġamenti fiskali approvati minn dawk id-deċiżjonijiet, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa tal-kumpaniji tal-Grupp Apple fl-Irlanda. Fil-25 ta' Marzu 2014, l-Irlanda ppreżentatt id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ta' ASI u ta' AOE għas-snin 2004 sal-2010. |
|
(8) |
B'ittri tal-1 u tat-28 ta' Mejju 2014, l-awtoritajiet tal-Irlanda ddikjaraw li kienu mħassbin li d-diskussjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (minn hawn 'il quddiem: l-“OECD”) setgħu wasslu għad-divulgazzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali dwar il-kontribwenti. B'ittra tas-6 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni wieġbet għal dak it-tħassib billi spjegat li d-diskussjonijiet bejn il-Kummissjoni u l-OECD kienu ta' xorta ġenerali u li ma ġiet iddivulgata ebda informazzjoni kunfidenzjali dwar il-kontribwenti lill-OECD. |
|
(9) |
Fil-11 ta' Ġunju 2014, f'konformità mal-Artikolu 108(2) tat-Trattat, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni tagħha li tiftaħ il-proċedura ta' investigazzjoni formali fid-deċiżjonijiet tat-taxxa tal-1991 u tal-2007 mill-Irish Revenue favur ASI u AOE fuq il-bażi li dawk id-deċiżjonijiet jistgħu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat (minn hawn 'il quddiem: id-“Deċiżjoni ta' Ftuħ”). |
|
(10) |
B'ittra tal-5 ta' Settembru 2014, l-Irlanda ppreżentat il-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ. |
|
(11) |
Fis-17 ta' Ottubru 2014, id-Deċiżjoni ta' Ftuħ ġiet ippubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali (4), u fiha l-partijiet interessati ġew mistiedna jippreżentaw il-kummenti tagħhom fuq l-investigazzjoni tal-Kummissjoni. B'ittra tas-17 ta' Novembru 2014, il-Kummissjoni rċiviet kummenti mingħand Apple. Mehmuż ma' dawk il-kummenti kien hemm rapport ad hoc dwar l-allokazzjoni tal-profitt imħejji mill-konsulent tat-taxxa tagħha [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] (minn hawn 'il quddiem: “ir-rapport ad hoc ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple]”). Ibec (5) u Oxfam ippreżentaw kummenti wkoll u diversi organizzazzjonijiet kummerċjali ppreżentaw ittra konġunta (6). |
|
(12) |
Fid-9 ta' Jannar 2015, saret laqgħa bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u rappreżentanti ta' Apple, li matulha Apple spjegat l-istruttura korporattiva l-ġdida tagħha fl-Irlanda lill-Kummissjoni. B'email tad-19 ta' Jannar 2015, Apple ppreżentat sommarju tal-elementi ewlenin tar-ristrutturar ta' […] ta' Apple fl-Irlanda lill-Kummissjoni bħala segwitu għal-laqgħa tad-9 ta' Jannar 2015. |
|
(13) |
Fit-30 ta' Jannar 2015 u fil-11 ta' Marzu 2015, l-Irlanda ppreżentat il-kummenti tagħha dwar il-kummenti tat-terzi persuni riċevuti mill-Kummissjoni bħala tweġiba għad-Deċiżjoni ta' Ftuħ. |
|
(14) |
B'ittra tal-4 ta' Frar 2015, il-Kummissjoni talbet il-fehmiet tal-Irlanda dwar l-istruttura korporattiva l-ġdida ta' Apple fl-Irlanda, kif ukoll l-iskambji kollha bil-miktub bejn l-Irish Revenue u Apple rigward dik l-istruttura korporattiva l-ġdida. L-Irlanda wieġbet għal dik it-talba b'ittra tal-25 ta' Frar 2015 u pprovdiet l-iskambji bil-miktub mitlubin u n-noti ta' telefonata konferenzjali tal-11 ta' Diċembru 2014 bejn l-Irish Revenue u Apple. Barra minn hekk, l-Irlanda talbet lill-Kummissjoni sabiex tiċċara aktar ċerti aspetti tal-investigazzjoni tagħha fid-deċiżjonijiet tat-taxxa tal-1991 u tal-2007 li, skont l-Irlanda, dehret li kienet ibbażata fuq interpretazzjoni żbaljata mill-Kummissjoni tal-liġi nazzjonali applikabbli. |
|
(15) |
B'ittra tal-5 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni bagħtet talba għal informazzjoni lill-Irlanda li kienet relatata mal-informazzjoni dwar id-dħul mill-imgħax irrapportat fil-kontijiet finanzjarji ta' ASI u ta' AOE u l-allokazzjoni ta' dak l-introjtu f'ASI u AOE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet informazzjoni dwar il-ġestjoni tal-liċenzji tal-proprjetà intellettwali miżmuma minn ASI u minn AOE għall-akkwist, għall-manifattura, għall-bejgħ u għad-distribuzzjoni tal-prodotti ta' Apple barra mill-Ameriki (minn hawn 'il quddiem: il-“liċenzji tal-IP ta' Apple”) u jekk l-impjegati tal-grupp Apple kinux involuti fit-tali ġestjoni. L-Irlanda wieġbet b'ittra tal-15 ta' April 2015, billi pprovdiet l-informazzjoni kollha mitluba, inkluż anness ippreżentat minn Apple. Fit-tieni ittra mibgħuta dakinhar stess, l-Irlanda qablet għal laqgħa mal-Kummissjoni. |
|
(16) |
Fis-17 ta' April 2015, il-Kummissjoni bagħtet ittra lill-Irlanda li wieġbet għat-talba ta' din tal-aħħar tal-25 ta' Frar 2015 sabiex tiċċara ċerti aspetti tal-investigazzjoni tagħha fid-deċiżjonijiet tal-1991 u tal-2007 (minn hawn 'il quddiem: l-“ittra tas-17 ta' April 2015”). Il-Kummissjoni talbet lill-Irlanda tgħaddi kopja ta' dik l-ittra lil Apple. |
|
(17) |
Fit-22 ta' April 2015, saret laqgħa bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u Apple. L-Irlanda kienet preżenti għal dik il-laqgħa, li ffokat fuq l-allokazzjoni tal-profitt f'ASI u AOE. |
|
(18) |
B'ittra elettronika tat-23 ta' April 2015, il-Kummissjoni stiednet lil Apple sabiex tikkumenta dwar l-ittra tas-17 ta' April 2015. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lil Apple tipprovdi l-minuti tal-laqgħat tal-bord tad-diretturi ta' ASI għall-istess perjodu li għalih kienu ġew ipprovduti qabel il-minuti tal-laqgħa tal-bord tad-diretturi tal-AOE. |
|
(19) |
B'ittri tal-4 ta' Mejju 2015, l-Irlanda u Apple wieġbu għall-ittra tas-17 ta' April 2015. Fis-7 ta' Mejju 2015, l-ittra ta' Apple tgħaddiet lill-Irlanda għall-kummenti. |
|
(20) |
Fis-7 ta' Mejju 2015, saret laqgħa bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-Irlanda. |
|
(21) |
Fl-20 ta' Mejju 2015, l-Irlanda kkummentat fuq il-kummenti ta' Apple dwar l-ittra tas-17 ta' April tal-2015. |
|
(22) |
Fis-27 ta' Mejju 2015, Apple ppreżentat il-minuti u r-riżoluzzjonijiet kollha tal-bordijiet tad-diretturi ta' ASI kif ukoll ta' AOE għall-perjodu mitlub bħala tweġiba għall-ittra elettronika tal-Kummissjoni tat-23 ta' April 2015. |
|
(23) |
B'ittra elettronika tad-9 ta' Lulju 2015, il-Kummissjoni bagħtet l-abbozz tal-minuti tal-laqgħa tas-7 ta' Mejju 2015 lill-Irlanda u stiednet lill-Irlanda taqbel ma' dawn il-minuti jew tipproponi tibdiliet fihom. |
|
(24) |
Fis-17 ta' Lulju 2015, l-Irlanda wieġbet għall-ittra elettronika tal-Kummissjoni tad-9 ta' Lulju 2015 billi ddikjarat, b'mod partikolari, li ma kinitx tqis li l-abbozz tal-minuti kien jippreżenta rekord preċiż u komprensiv tal-laqgħa tas-7 ta' Mejju 2015. L-Irlanda ppreżrntat il-kummenti tagħha dwar il-laqgħa u tenniet l-argumenti li kienet esprimiet fl-ittra tagħha tal-4 ta' Mejju 2015. Barra minn hekk, l-Irlanda hemżet opinjoni mħejjija mill-Onor. John D. Cooke (minn hawn 'il quddiem: l-“opinjoni ta' Cooke”). B'ittra tat-28 ta' Lulju 2015, il-Kummissjoni wieġbet għall-ittra tal-Irlanda tas-17 ta' Lulju 2015. |
|
(25) |
B'ittra tal-14 ta' Awwissu 2015, l-Irlanda pprovdiet il-kummenti tagħha dwar il-minuti tal-laqgħa fis-7 ta' Mejju 2015. |
|
(26) |
B'ittra tas-7 ta' Settembru 2015, Apple pprovdiet il-kummenti tagħha dwar il-minuti tal-laqgħa fis-7 ta' Mejju 2015. Apple ppreżentat ukoll opinjoni mħejjija mill-Professur [il-konsulent ta' Apple] (minn hawn 'il quddiem: l-“opinjoni ta' [il-konsulent ta' Apple]”). |
|
(27) |
B'ittra tal-11 ta' Novembru 2015, il-Kummissjoni talbet lill-Irlanda tipprovdi aktar kjarezza fuq l-attivitajiet ta' ASI, ta' AOE u ta' Apple Distribution International (minn hawn 'il quddiem: “ADI”) sabiex tifhem aħjar il-funzjonijiet imwettqin u r-riskji mġarrba mill-uffiċċji prinċipali ta' ASI u ta' AOE u mill-fergħat Irlandiżi rispettivi tagħhom. |
|
(28) |
Wara diversi skambji ta' ittri bejn l-Irlanda u l-Kummissjoni fil-25 ta' Novembru 2015, fis-27 ta' Novembru 2015 u fit-2 ta' Diċembru 2015 rigward il-kamp ta' applikazzjoni tat-talba għal informazzjoni u l-iskadenza għat-tweġiba, l-Irlanda pprovdiet parti mill-informazzjoni mitluba b'ittra datata t-8 ta' Diċembru 2015. F'dik l-ittra, l-Irlanda indikat ukoll li l-informazzjoni nieqsa kienet se tiġi ppreżentata aktar tard u li Apple qed taħdem sabiex tiġbor l-informazzjoni mitluba. F'dik l-ittra esprimiet ukoll it-tħassib tagħha dwar il-mod kif kienet ipproċediet l-investigazzjoni. |
|
(29) |
Fil-21 ta' Jannar 2016, saret laqgħa bejn l-Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta' Apple Inc. (minn hawn 'il quddiem: is-“CEO ta' Apple”), is-Sur Cook, u l-Kummissarju għall-Kompetizzjoni, is-Sa. Vestager, li għaliha kienet preżenti l-Irlanda wkoll. B'ittra datata l-25 ta' Jannar 2016, is-CEO ta' Apple pprovda aktar kjarifiki dwar il-punti mqajma minn Apple matul il-laqgħa fil-21 ta' Jannar 2016. Il-Kummissarju għall-Kompetizzjoni wieġbet għal dik l-ittra b'ittra tad-29 ta' Frar 2016. |
|
(30) |
B'ittra tad-29 ta' Jannar 2016, l-Irlanda pprovdiet aktar informazzjoni bħala tweġiba għat-talba tal-Kummissjoni tal-11 ta' Novembru 2015. |
|
(31) |
B'ittra tas-17 ta' Frar 2016, l-Irlanda reġgħet esprimiet it-tħassib tagħha dwar il-mod li bih kienet ipproċediet l-investigazzjoni, billi indikat li tqis li l-Kummissjoni kisret ir-regoli tal-ġustizzja proċedurali u d-drittijiet tad-difiża. |
|
(32) |
B'ittra tat-18 ta' Frar 2016, Apple ppreżentat aktar kjarifiki dwar il-punti mqajmin matul il-laqgħa tal-21 ta' Jannar 2016. Apple ppreżentat ukoll aġġornament għar-rapport ad hoc ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] ppreżentat fis-17 ta' Novembru 2014 bħala parti mill-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ (minn hawn 'il quddiem: “it-tieni rapport ad hoc ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple]”). F'din l-ittra Apple indikat li hija kellha x'tifhem li d-Deċiżjoni ta' Ftuħ kienet tikkontesta l-allokazzjoni tal-profitt lill-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE. |
|
(33) |
B'ittra tat-18 ta' Frar 2016, l-Irlanda ppreżentat rapport ad hoc mhux solleċitat dwar l-allokazzjoni tal-profitt imħejji minn Pricewaterhouse Cooper (minn hawn 'il quddiem: ir-“rapport ad hoc ta' PwC”) li, skont l-Irlanda, kien isostni l-fehma tagħha li l-attribuzzjoni tal-profitt lill-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE approvata mill-Irish Revenue fid-deċiżjonijiet tat-taxxa tal-1991 u tal-2007 saret f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. |
|
(34) |
B'ittra tat-8 ta' Marzu 2016, il-Kummissjoni […] talbet xi informazzjoni […] addizzjonali […]. Il-Kummissjoni indirizzat ukoll it-tħassib li esprimiet l-Irlanda fis-17 ta' Frar 2016 dwar il-kamp ta' applikazzjoni tal-investigazzjoni, billi spjegat li s-suġġett tal-investigazzjoni kien jikkonsisti fl-eżami ta' jekk l-allokazzjoni tal-profitt lill-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE approvata mid-deċiżjonijiet tat-taxxa tal-1991 u tal-2007 kinitx tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. |
|
(35) |
Fl-14 ta' Marzu 2016, Apple […] bagħtet ittra oħra li fiha esprimiet […] tħassib dwar il-ġustizzja tal-proċedimenti. Il-Kummissjoni wieġbet għal din l-ittra fl-20 ta' April 2016 u bagħtet kopja tal-ittra tagħha lill-Irlanda. Bħala tweġiba għall-ittra tal-Kummissjoni tal-20 ta' April 2016, Apple bagħtet ittra lill-Kummissjoni fis-6 ta' Mejju 2016. Il-Kummissjoni wieġbet għall-ittra tas-6 ta' Mejju 2016 fit-22 ta' Lulju 2016 u bagħtet kopja tal-ittra tagħha lill-Irlanda. Bħala tweġiba għall-ittra tal-Kummissjoni tat-22 ta' Lulju 2016, Apple bagħtet ittra lill-Kummissjoni fl-24 ta' Awwissu 2016 li fiha esprimiet it-tħassib ta' Apple dwar il-ġustizzja tal-proċedimenti. |
|
(36) |
Fit-23 ta' Marzu 2016, l-Irlanda bagħtet żewġ ittri lill-Kummissjoni. Bl-ewwel ittra tagħha, l-Irlanda pprovdiet parti mill-informazzjoni li talbet il-Kummissjoni fl-ittra tagħha tat-8 ta' Marzu 2016 u ddikjarat li kienet se tipprovdi l-informazzjoni li jifdal fit-22 ta' April 2016. Bit-tieni ittra tagħha, l-Irlanda reġgħet esprimiet it-tħassib tagħha dwar kemm kienet ġusta l-proċedura. |
|
(37) |
B'ittra tat-22 ta' April 2016, l-Irlanda ppreżentat ittra mingħand Apple datata t-22 ta' April 2016 li biha l-Irlanda pprovdiet lill-Kummissjoni l-informazzjoni bħala tweġiba għat-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta' Novembru 2015 u […] tat-8 ta' Marzu 2016. |
|
(38) |
Fl-24 ta' Mejju 2016, l-Irlanda pprovdiet informazzjoni addizzjonali sabiex tissupplimenta s-sottomissjoni tagħha tat-22 ta' April 2016. Din l-informazzjoni kienet tikkonsisti fil-minuti tal-laqgħat tal-bordijiet tad-diretturi ta' ASI u ta' AOE li qabel ma kinux ġew ipprovduti. |
2. SFOND FATTWALI U LEGALI
|
(39) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna żewġ deċiżjonijiet tat-taxxa maħruġin mill-Irish Revenue fid-29 ta' Jannar 1991 u fit-23 ta' Mejju 2007 favur ASI u AOE (minn hawn 'il quddiem “id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati”). Id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati japprovaw metodi sabiex ASI u AOE jallokaw il-profitt lill-fergħat Irlandiżi rispettivi tagħhom. Id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jippermettu lil ASI u lil AOE jiddeterminaw l-obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva annwali tagħhom billi japplikaw il-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati mill-Irish Revenue f'dawk id-deċiżjoniżjonijiet. Id-deċiżjoni tal-1991 baqgħet fis-seħħ sal-2007, meta ħaditilha postha d-deċiżjoni tal-2007. Id-deċiżjoni tal-2007 baqgħet fis-seħħ sakemm ġiet implimentata l-istruttura korporattiva l-ġdida ta' Apple fl-Irlanda. Skont l-informazzjoni li pprovdiet Apple, l-aħħar sena finanzjarja li għaliha tapplika d-deċiżjoni tal-2007 hija l-2014, li tintemm fis-27 ta' Settembru 2014. |
2.1. IL-BENEFIĊJARJI TAD-DEĊIŻJONIJIET TAT-TAXXA KKONTESTATI
2.1.1. IL-GRUPP APPLE
|
(40) |
Il-Grupp Apple huwa msawwar minn Apple Inc. u mill-kumpaniji kollha kkontrollati minn Apple Inc. (minn hawn 'il quddiem imsejħin b'mod kollettiv: “Apple”). Apple għandha l-kwartieri ġenerali fl-Istati Uniti tal-Amerka (minn hawn 'il quddiem: l-“Istati Uniti”). |
|
(41) |
Apple tiddisinja, timmanifattura u tqiegħed fis-suq apparati tal-komunikazzjoni mobbli u tal-midja, kompjuters personali u apparati portabbli tal-mużika diġitali. Tbigħ firxa ta' software, ta' servizzi, ta' apparati periferali, ta' soluzzjonijiet ta' netwerking u ta' kontenut u ta' applikazzjonijiet diġitali ta' partijiet terzi li huma relatati. Apple tbigħ il-prodotti tagħha madwar id-dinja permezz tal-ħwienet tal-bejgħ bl-imnut, tal-ħwienet online u tal-forza tal-bejgħ dirett tagħha, kif ukoll permezz ta' operaturi terzi ta' netwerks ċellulari, permezz ta' bejjiegħa bl-ingrossa, permezz ta' bejjiegħa bl-imnut u permezz ta' rivendituri tal-valur miżjud. Barra minn hekk, Apple tbigħ firxa ta' prodotti ta' partijiet terzi li huma kompatibbli mal-prodotti ta' Apple, inklużi softwer ta' applikazzjonijiet u diversi aċċessorji u apparati periferali, permezz tal-ħwienet online u tal-bejgħ bl-imnut tagħha. |
|
(42) |
Apple tbigħ lil konsumaturi, lil negozji u lil gvernijiet madwar id-dinja. Apple tikkontrolla n-negozju tagħha primarjament fuq bażi ġeografika. Is-segmenti tar-rapportar ġeografiku huma l-Amerki, l-Ewropa (7), il-Ġappun, iċ-Ċina l-Kbira, u l-bqija tal-Asja tal-Paċifiku. |
|
(43) |
Fl-2015, Apple kellha bejgħ nett dinji ta' USD 233,7 biljun u introjtu nett ta' USD 53,4 biljun (8). Mis-26 ta' Settembru 2015, Apple kellha USD 186,9 biljun fi flus, f'ekwivalenti ta' flus u f'titoli kummerċjabbli permezz ta' sussidjarji barranin (9). Dan l-ammont jikkorrispondi b'mod sostanzjali għal profitti barranin li ma kinux soġġetti għat-taxxa (10). |
|
(44) |
In-negozju globali ta' Apple huwa strutturar fuq oqsma funzjonali ewlenin ġestiti b'mod ċentrali u dirett mill-Istati Uniti minn eżekuttivi bbażati Cupertino, fl-Istati Uniti. L-oqsma funzjonali ewlenin fil-grupp Apple huma: Ir-Riċerka u l-Iżvilupp (minn hawn 'il quddiem imsejħa “RuŻ”), il-Kummerċjalizzazzjoni, l-Operazzjonijiet, il-Bejgħ, u Ġenerali u Amministrazzjoni. |
2.1.2. L-ISTRUTTURA TA' APPLE FL-IRLANDA
|
(45) |
Il-Grupp Apple jinkludi kumpaniji inkorporati fl-Irlanda. Fost il-kumpaniji tal-Grupp Apple inkorporati fl-Irlanda, tista' ssir distinzjoni bejn kumpaniji inkorporati fl-Irlanda li huma wkoll residenti tat-taxxa fl-Irlanda, bħal ADI, Apple Operations u Apple Sales Ireland, u kumpaniji li huma inkorporati fl-Irlanda iżda li mhumiex residenti tat-taxxa fl-Irlanda, bħal AOI, ASI u AOE. |
|
(46) |
Mill-kumpaniji tal-Grupp Apple inkorporati u residenti tat-taxxa fl-Irlanda b'impjegati fl-Irlanda, ADI ġiet ikkuntrattata minn ASI sabiex twettaq id-distribuzzjoni tal-prodotti ta' Apple barra mill-Amerka, Apple Operations takkwista tagħmir għall-għodod li jintuża mill-manifatturi u tixtri partijiet komponenti mingħand fornituri sabiex tbigħhom lill-manifatturi u Apple Sales Ireland issostni l-programmi ta' Bejgħ ta' Apple lokalment fl-Irlanda. |
|
(47) |
Mill-kumpaniji tal-Grupp Apple inkorporati fl-Irlanda, iżda mhux residenti tat-taxxa fl-Irlanda, ASI hija sussidjarja bi sjieda totali ta' AOE, li min-naħa tagħha hija sussidjarja bi sjieda totali ta' AOI, li min-naħa tagħha hija sussidjarja bi sjieda totali ta' Apple Inc., li hija inkorporata fl-Istati Uniti (11). AOE u ASI joperaw fl-Irlanda permezz ta' fergħat. Il-Figura 1 turi din l-istruttura korporattiva: Figura 1 L-istruttura korporattiva ta' Apple fl-Irlanda (*) Kumpanija residenti tat-taxxa Irlandiża Inkorporata fl-Istati Uniti Inkorporata fl-Irlanda Kumpaniji Irlandiżi Oħrajn Apple Operations (*), Apple Sales Irlanda (*) Apple Distribution International (*) Apple Sales International Apple Operations Europe Apple Operations International Apple Inc. |
2.1.3. IN-NUQQAS TA' RESIDENZA TAT-TAXXA TA' ASI U TA' AOE
|
(48) |
Kumpanija li hija inkorporata skont il-liġi tal-Irlanda jew li hija ġestita u kkontrollata ċentralment fl-Irlanda, jew it-tnejn, normalment titqies li hija residenti tat-taxxa fl-Irlanda u, għalhekk, hija obbligata tħallas it-taxxa korporattiva fuq il-profitti dinjija tagħha. Dan ifisser li, fil-prinċipju, kumpaniji inkorporati fl-Irlanda huma obbligati jħallsu t-taxxa fl-Irlanda, anki jekk ikunu ġestiti u kkontrollati minn barra l-Irlanda. |
|
(49) |
Madankollu, qabel ma ġiet immodifikata mill-Att Finanzjarju tal-2013 u mill-Att Finanzjarju tal-2014, it-Taqsima 23 A tal-Att tal-1997 dwar il-Konsolidazzjoni tat-Taxxi (minn hawn 'il quddiem: it-“TCA 97”) kienet ipprovdi għal żewġ eċċezzjonijiet għal dik ir-regola, li kienet tippermetti sabiex kumpaniji inkorporati fl-Irlanda jitqiesu kumpaniji mhux residenti. Skont it-Taqsima 23 A tat-TCA97, kumpanija ma kinitx titqies residenti tat-taxxa jekk (i) kienet meqjusa li hija residenti tat-taxxa f'pajjiż ieħor bl-applikazzjoni ta' trattat kontra t-taxxa doppja (l-hekk imsejħa eċċezzjoni tat-trattat) jew (ii) il-kumpanija kienet elenkata f'borża rikonoxxuta jew kienet finalment ikkontrollata minn persuna li kienet residenti fi Stat Membru jew f'pajjiż tat-trattat tat-taxxa (l-hekk imsejħa eċċezzjoni tal-kumpaniji residenti), u dawk il-kumpaniji rilevanti jew is-sussidjarji tagħhom kellhom attività ta' negozjar fl-Irlanda (l-hekk imsejħa eċċezzjoni tan-negozjar) (12). It-tieni waħda minn dawk l-eċċezzjonijiet kienet tfisser li l-kumpaniji rilevanti inkorporati fl-Irlanda b'attività kummerċjali fl-Irlanda li kienu ġestiti u kkontrollati ċentralment minn barra l-Irlanda ma kinux jitqiesu bħala residenti tat-taxxa fl-Irlanda. Madankollu, ma kien hemm ebda rekwiżit li l-kumpaniji jkollhom residenza tat-taxxa f'ġurisdizzjoni oħra tat-taxxa. |
|
(50) |
Kemm ASI kif ukoll AOE huma inkorporati fl-Irlanda. Fiż-żmien li matulu kienu fis-seħħ id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, ASI u AOE kienu jitqiesu bħala “kumpaniji rilevanti” għall-finijiet tat-Taqsima 23 A tat-TCA 97, billi t-tnejn li huma finalment kienu kkontrollati minn kumpanija li hija resident f'pajjiż ta' trattat dwar it-taxxa, jiġifieri Apple Inc., li hija resident tat-taxxa fl-Istati Uniti (13), u, billi ASI u AOE kellhom attività kummerċjali fl-Irlanda permezz tal-fergħat rispettivi tagħhom u kienu ġestiti u kkontrollati barra mill-Irlanda, il-kumpaniji tqiesu li kienu kumpaniji mhux residenti fl-Irlanda skont l-eċċezzjoni tan-negozjar tat-Taqsima 23 A tat-TCA 97. |
|
(51) |
ASI u AOE ma kellhom ebda preżenza taxxabbli f'xi ġurisdizzjoni tat-taxxa oħra apparti l-Irlanda matul il-perjodu li fih kienu fis-seħħ id-deċiżjonijiet ikkontestati (14). Tabilħaqq, kull kumpanija kienet topera permezz ta' fergħa waħda fl-Irlanda u, aktar importanti minn hekk, il-kumpaniji ma kellhom ebda preżenza taxxabbli fl-Istati Uniti (15), il-pajjiż li fih, l-Irish Revenue, b'applikazzjoni tat-Taqsima 23 A tat-TCA 97, qisithom li kienu ġestiti u kkontrollati (16). Fir-rigward tal-uffiċċji prinċipali ta' ASI u ta' AOE, dawk l-uffiċċji prinċipali għandhom nuqqas ta' preżenza fiżika jew ta' impjegati u ma jinsabu f'ebda ġurisdizzjoni. |
|
(52) |
Fil-qosor, ASI u AOE huma inkorporati fl-Irlanda, iżda ma kinux residenti tat-taxxa fl-Irlanda matul il-perjodu li fih kienu fis-seħħ id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati. Dawk il-kumpaniji lanqas ma kienu residenti tat-taxxa f'xi ġurisdizzjoni tat-taxxa oħra matul dak il-perjodu, billi l-attivitajiet tagħhom f'ġurisdizzjoniet oħrajn u b'mod partikolari l-attivitajiet tal-uffiċċji prinċipali tagħhom, li kellhom nuqqas ta' preżenza fiżika u ta' impjegati, ma wasslux għal preżenza taxxabbli fl-Istati Uniti jew f'xi ġurisdizzjoni oħra skont ir-regoli applikabbli dwar it-tassazzjoni. Għalhekk, matul il-perjodu li fih kienu fis-seħħ id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, ASI u AOE setgħu jkunu deskritti l-aħjar bħala “apolidi” għall-finijiet ta' residenza tat-taxxa. |
2.1.4. IL-FUNZJONIJIET TAL-FERGĦAT IRLANDIŻI TA' ASI U TA' AOE KIF IPPREŻENTATI MILL-IRLANDA U MINN APPLE
|
(53) |
L-Irlanda u Apple pprovdew deskrizzjonijiet tal-funzjonijiet imwettqin mill-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE (17), li kienu jintużaw bħala bażi sabiex jippreżentaw u jappoġġaw l-istimi ta' Apple tal-profitt taxxabbli ta' dawk il-kumpaniji għal skopijiet tat-taxxa korporattiva Irlandiża. Dawk id-deskrizzjonijiet huma ppreżentati fil-premessi minn (54) sa (57). |
|
(54) |
Fir-rigward ta' ASI, il-fergħa Irlandiża tagħha hija primarjament responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-attivitajiet ta' akkwist, ta' bejgħ u ta' distribuzzjoni assoċjati mal-bejgħ ta' prodotti ta' Apple lil partijiet relatati (18) u lil klijenti terzi madwar ir-reġjuni tal-EMEIA u tal-APAC (19). Il-funzjonijiet ewlenin fil-fergħa Irlandiża ta' ASI jinkludu: l-akkwist ta' oġġetti lesti ta' Apple mingħand manifatturi terzi u manifatturi relatati (20); attivitajiet ta' distribuzzjoni assoċjati mal-bejgħ ta' prodotti lil partijiet relatati fir-reġjuni tal-EMEIA u tal-APAC (21); attivitajiet ta' appoġġ tal-bejgħ u ta' distribuzzjoni assoċjati mal-bejgħ ta' prodotti lil konsumaturi terzi madwar l-EMEIA (22); attivitajiet tat-timijiet ta' bejgħ u ta' distribuzzjoni (23), bejgħ online (24); operazzjonijiet loġistiċi (25); u l-operar ta' AppleCare, in-negozju ta' Apple li jassisti lill-klijenti wara l-bejgħ, li jinkludi r-responsabbiltà għall-garanzija, għall-ġestjoni tal-programmi ta' tiswija u tan-netwerk ta' tiswija inkluża l-assistenza telefonika. |
|
(55) |
Il-fergħa Irlandiża ta' ASI taqdi wkoll l-ordnijiet ta' xiri mqegħdin mill-entitajiet ta' distribuzzjoni lokali tal-pajjiżi tal-APAC. Ħafna attivitajiet assoċjati mad-distribuzzjoni f'dan ir-reġjun isiru minn partijiet relatati (pereżempju, appoġġ loġistiku) skont il-kuntratti ta' servizzi mal-fergħa Irlandiża ta' ASI. Barra minn hekk, il-fergħa Irlandiża ta' ASI hija responsabbli għall-monitoraġġ tal-ġestjoni ta' kuljum tar-riskji ta' distribuzzjoni, b'mod partikolari r-riskji tal-inventarju, tal-garanzija u tal-limitu ta' kreditu. Mill-1 ta' Jannar 2012, il-fergħa Irlandiża ta' ASI kienet responsabbli wkoll għall-funzjonijiet ta' lokalizzazzjoni tal-prodotti, li qabel kienu jsiru mill-fergħa Irlandiża ta' AOE. |
|
(56) |
Fir-rigward ta' AOE, il-fergħa Irlandiża tagħha hija responsabbli għall-manifattura u għall-assemblaġġ ta' medda speċjalizzata ta' prodotti tal-kompjuter fil-faċilitajiet tagħha fl-Irlanda, inklużi desktops iMac, laptops MacBook u aċċessorji oħrajn tal-kompjuter, li lkoll huma mmanifatturati għar-reġjun EMEIA (26). Il-fergħa Irlandiża tal-AOE tforni l-prodotti finali kollha tagħha lill-partijiet relatati. L-attivitajiet ewlenin tal-fergħa Irlandiża ta' AOE jinvolvu l-eżekuzzjoni kontinwa tal-proċessi meħtieġa għall-manifattura tal-prodotti, għad-disinn tal-proċessi u għat-tiswir ta' prodotti ġodda. Il-funzjonijiet ewlenin fil-fergħa Irlandiża ta' AOE jinkludu: l-ippjanar u l-iskedar tal-produzzjoni (27); l-inġinerija tal-proċessi (28); il-produzzjoni u l-operazzjonijiet (29); l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-kontroll tal-kwalità (30); u l-operazzjonijiet ta' restawr (31). |
|
(57) |
Minbara l-attivitajiet tal-manifattura ċentrali tagħha, il-fergħa Irlandiża ta' AOE tipprovdi wkoll servizzi kondiviżi lil kumpaniji oħrajn fil-grupp Apple fir-reġjun EMEIA, fir-rigward tal-finanzi (servizzi kontabilistiċi, tal-pagi u tal-kontijiet pagabbli), tas-sistemi u tat-teknoloġija tal-informatika u tar-riżorsi umani. Il-fergħa Irlandiża ta' AOE tiżviluppa kompetenzi fil-proċess u fil-manifattura speċifiċi għal Apple (32) u tuża dawk il-kompetenzi sabiex kultant tappoġġa lill-manifatturi terzi u liċ-ċentri ta' distribuzzjoni ta' Apple. Il-fergħa Irlandiża ta' AOE hija responsabbli wkoll mill-monitoraġġ tal-ġestjoni ta' kuljum tar-riskji tal-manifattura u tal-inventarju. Sal-1 ta' Jannar 2012, it-tim tal-inġinerija fil-fergħa Irlandiża ta' AOE kien responsabbli wkoll għal-lokalizzazzjoni tal-prodotti ta' Apple għas-swieq lokali u għall-eżekuzzjoni ta' programmi ta' ttestjar tal-inġinerija relatati mal-prodotti u mas-softwer ta' Apple (pereżempju, ħarġiet ġodda ta' softwer) (33). Minn Jannar 2012 'l hawn, din il-funzjoni twettqet mill-fergħa Irlandiża ta' ASI. |
2.1.5. L-OPERAZZJONIJIET TA' ASI FIR-REĠJUN EMEIA
|
(58) |
ASI tbigħ oġġetti fir-reġjun EMEIA. ASI ma ddikjaratx stabbiliment permanenti (34) fil-ġurisdizzjonijiet tat-taxxa tal-EMEIA fejn jinbiegħu dawk l-oġġetti. Il-bejgħ jiġi konkluż bejn il-klijenti f'ġurisdizzjonijiet tat-taxxa ta' Stati Membri differenti u ASI (u ADI) permezz ta' rivendituri terzi u permezz ta' ħwienet tal-bejgħ bl-imnut u online ta' Apple. ASI tikkonkludi kuntratti tal-bejgħ billi tikseb firem awtorizzati, u l-impjegati tal-fergħa Irlandiża ta' ASI jeżegwixxu l-bejgħ u jirranġaw għall-provvista u affarijiet oħrajn mal-klijenti (35). Il-bejgħ ta' ASI jiġi konkluż mal-firma ta' rappreżentant awtorizzat (36). Għal skopijiet ta' illustrazzjoni, [80-85] % tad-dħul totali mill-bejgħ ta' ASI u ta' ADI lil partijiet terzi fl-2014, kif stabbilit għar-rapportar intern ta' Apple (37), kien idderivat mill-bejgħ fl-Unjoni, filwaqt li l-bejgħ fir-reġjun sħiħ tal-Ewropa kien jirrappreżenta [90-95] % mid-dħul totali mill-bejgħ lil terzi persuni u l-bejgħ fil-Lvant Nofsani kien jammonta għal [5-10] % mid-dħul totali mill-bejgħ lil terzi persuni. |
2.2. ID-DEĊIŻJONIJIET TAT-TAXXA KKONTESTATI
2.2.1. ID-DEĊIŻJONIJIET TAT-TAXXA KKONTESTATI RELATATI MA' ASI
|
(59) |
Fl-1991, Apple ipproponiet metodu għad-determinazzjoni tal-profitt nett tal-fergħa Irlandiża ta' Apple Kompjuter Accessories Ltd (li aktar tard saret ASI) li ġie approvat mill-Irish Revenue f'deċiżjoni tat-taxxa. Skont din id-deċiżjoni, il-profitt nett li kellu jiġi allokat lill-fergħa Irlandiża ta' ASI jiġi kkalkolat bħala 12,5 % mill-kostijiet operatorji kollha tal-fergħa (38), ħlief il-materjal li jerġa' jinbiegħ. |
|
(60) |
Fl-2007, metodu mmodifikat għad-determinazzjoni tal-profitt nett tal-fergħa Irlandiża ta' ASI ġie approvat mill-Irish Revenue f'deċiżjoni ġdida. Skont din id-deċiżjoni, il-profitt nett li kellu jiġi allokat għall-fergħa Irlandiża ta' ASI jkun ikkalkolat bħala ekwivalenti għal [10-15] % fuq il-kostijiet operatorji tal-fergħa, ħlief kostijiet bħal imposti minn affiljati ta' Apple u minn kostijiet tal-materjal. |
2.2.2. ID-DEĊIŻJONIJIET TAT-TAXXA KKONTESTATI RELATATI MA' AOE
|
(61) |
Fl-1991, Apple ipproponiet metodu għad-determinazzjoni tal-profitt nett tal-fergħa Irlandiża ta' Apple Kompjuter Ltd (li aktar tard saret AOE) li l-Irish Revenue qablet fuqu f'deċiżjoni tat-taxxa. Skont din id-deċiżjoni, il-profitt nett attribwibbli lill-fergħa Irlandiża ta' AOE jkun ikkalkolat bħala 65 % tal-ispejjeż operatorji ta' dik il-fergħa sa ammont annwali ta' USD [60-70] miljun u 20 % mill-ispejjeż operatorji tagħha li jaqbżu s-USD [60-70] miljun. L-applikazzjoni ta' dak il-metodu kienet soġġetta għall-kondizzjoni li jekk il-profitt kumplessiv tal-fergħa Irlandiża ta' AOE jkun anqas miċ-ċifra li tirriżulta mill-formula, dik iċ-ċifra inferjuri tintuża għad-determinazzjoni tal-profitti netti tal-fergħa. L-ispejjeż operatorji użati fil-metodu lkoll kienu spejjeż operatorji mġarrbin mill-fergħa Irlandiża ta' AOE, inkluż id-deprezzament, iżda esklużi l-materjali li jerġgħu jinbiegħu u s-sehem tal-kostijiet għal intanġibbli mitlub minn kumpaniji affiljati ma' Apple. Jista' jintalab provvediment ta' kapital, li ma għandux jaqbeż b'aktar minn USD [1-10] miljun id-deprezzament addebitat fil-kontijiet (39). |
|
(62) |
Fl-2007, metodu rivedut għad-determinazzjoni tal-profitt nett tal-fergħa Irlandiża ta' AOE ġie approvat mill-Irish Revenue f'deċiżjoni ġdida. Skont il-metodu approvat b'din id-deċiżjoni, il-bażi għat-taxxa tal-fergħa Irlandiża kienet ekwivalenti għal (i) [10-15] % tal-kostijiet operatorji tal-fergħa, ħlief kostijiet bħal imposti minn affiljati ta' Apple u minn kostijiet ta' materjali, (ii) redditu tal-IP ta' [1-5] % tal-fatturat tal-fergħa fir-rigward tat-teknoloġija akkumulata tal-proċess tal-manifattura tal-fergħa Irlandiża u (iii) tnaqqisa għall-provvedimenti ta' kapital għall-impjant u għall-bini “kkalkolata u awtorizzata bil-metodu normali”. |
2.2.3. DOKUMENTI LI KIENU DISPONIBBLI GĦALL-IRISH REVENUE META ĦARĠET ID-DEĊIŻJONIJIET TAT-TAXXA KKONTESTATI
|
(63) |
Id-dokumenti pprovduti mill-Irlanda bħala dawk li jikkostitwixxu l-elementi essenzjali kollha li jappoġġaw id-deċiżjoni tal-1991 jinkludu tliet ittri (bid-dati tat-12 ta' Ottubru 1990, il-5 ta' Diċembru 1990 u s-16 ta' Jannar 1991) u żewġ faxes (bid-dati tat-2 ta' Jannar 1991 u l-24 ta' Jannar 1991) mingħand [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple], bħala konsulent tat-taxxa ta' Apple (minn hawn 'il quddiem: “il-konsulent tat-taxxa ta' Apple”); nota ta' intervista datata t-30 ta' Novembru 1990 u nota ta' laqgħa datata t-3 ta' Jannar 1991 imħejjija mill-Irish Revenue; u ittra mill-Irish Revenue datata d-29 ta' Jannar 1991 li tikkonferma li l-ittri mill-konsulent tat-taxxa ta' Apple jirriflettu kif suppost il-metodu għad-determinazzjoni tal-profitti li għandom jiġu allokati għall-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE kif miftiehem matul il-laqgħa tat-3 ta' Jannar 1991. Dan il-metodu huwa deskritt fil-premessi (59) u (61). |
|
(64) |
Is-silta li ġejja hija meħuda min-nota tal-intervista tat-30 ta' Novembru 1990: “[Il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] semma permezz ta' informazzjoni ta' sfond li Apple issa saret l-akbar impjegatur fiż-żona Cork b'1 000 impjegat dirett u 500 persuna mħaddmin fuq bażi subkuntrattwali. Ġie ddikjarat li l-kumpanija bħalissa qed tirrevedi l-operazzjonijiet dinjin tagħha u tixtieq tistabbilixxi marġni ta' profitt fuq l-operazzjonijiet Irlandiżi tagħha. [Il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] pproduċa l-kontijiet imħejjin għall-fergħa Irlandiża għall-perjodu kontabilistiku li ntemm fid-29 ta' Settembru 1989, li wrew profitt nett ta' USD 270 m fuq fatturat ta' USD 751 m. Ġie ppreżentat li ebda kumpanija Irlandiża elenkata ma pproduċiet proporzjon ta' profitt nett simili. Fil-fehma ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple], il-profitt huwa derivat minn tliet sorsi — it-teknoloġija, il-kummerċjalizzazzjoni u l-manifattura. L-element tal-manifattura biss huwa relatat mal-fergħa Irlandiża. [L-Irish Revenue] indikat li fl-iskema proposta, il-livell ta' tariffa mitluba jkun kritiku. [Il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] ddikjara li l-kumpanija tkun lesta li taċċetta profitt ta' USD 30-40 m diment li Apple Kompjuter Ltd tagħmel tali profitt. (L-industrija tal-kompjuter hija soġġetta għal varjazzjonijiet ċikliċi). Jekk jiġi supponut li Apple tagħmel profitt ta' GBP 100 m, se jkun aċċettat li USD 30-40 m (jew tkun xi tkun iċ-ċifra nnegozjata) ser ikunu attribwibbli għall-attività tal-manifattura. Madankollu, jekk il-kumpanija batiet minn tnaqqis fir-ritmu ekonomiku u kellha profitti ta' anqas minn USD 30-40 m, il-profitti kollha jkunu attribwibbli għall-attività tal-manifattura. Essenzjalment il-proposta hija li l-profitti kollha soġġetti għal limitu massimu ta' USD 30-40 m ser ikunu attribwibbli għall-attività tal-manifattura. [L-Irish Revenue] talbet lil [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] sabiex jiddikjara jekk kienx hemm xi bażi għaċ-ċifra ta' USD 30-40 m u dan stqarr li ma kien hemm ebda bażi xjentifika għaċ-ċifra. Madankollu, iċ-ċifra kienet ta' kobor tali li kien qed jittama li kienet titqies bħala proposta bona fide. Billi ma kienx possibbli li ċ-ċifra titkejjel għaliha, [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] ħa impenn li jislet id-dettalji tal-kostijiet propji attribwibbli għall-fergħa Irlandiża.” |
|
(65) |
Is-silta li ġejja hija meħuda min-nota tal-laqgħa bid-data tat-3 ta' Jannar 1991: “fil-fehma ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple], kien ċar li l-kumpanija kienet involuta fi prezzar ta' trasferiment. Il-kontijiet tal-fergħa għall-perjodu kontabilistiku li ntemm fit-30 ta' Settembru 1989 urew profitt nett ta' USD 269 000 000 fuq fatturat ta' USD 751 000 000. Ebda kumpanija fil-borża Irlandiża ma resqet viċin li tilħaq riżultat simili. Irish Revenue ma kinitx lesta li tikkonkludi dwar jekk il-kumpanija kinitx involuta fi prezzar ta' trasferiment iżda kienet lesta li tiddiskuti ċifra tal-profitt għall-fergħa Irlandiża fuq il-bażi ta' perċentwal tal-kostijiet attwali attribwibbli għall-fergħa Irlandiża. Il-proposta qabel il-laqgħa kienet li l-profitt attribwibbli għall-fergħa Irlandiża kien ikun il-kost b'addenda ta' USD [30-40]m u li l-provvedimenti ta' kapital ma kinux se jaqbżu l-USD [10-20]m u b'hekk jifdal USD [20-30]m taxxabbli l-Irlanda. Fuq il-bażi tal-kontijiet għall-perjodu kontabilistiku li ntemm fit-30 ta' Settembru 1990, profitt ta' USD [30-40]m kien jirrappreżenta 46 % tal-kostijiet attribwibbli għall-fergħa Irlandiża. Kien indikat li din iċ-ċifra kienet taqbeż sew ċifra ta' [10-15] % li normalment tkun attribwibbli għal ċentru tal-ispejjeż għad li diġà kien ġie ammess li ċifra ta' [10-15] % kienet insinifikanti b'rabta mal-industrija tal-kompjuters. Ġie indikat li valwazzjoni pożittiva ta' 100 % tista' tinkiseb f'xi industrija u, b'mod partikolari, fl-industrija tal-farmaċewtika. Madankollu, ġie ammess li l-industriji tal-farmaċewtika u tal-kompjuters mhumiex direttament komparabbli. Wara diskussjonijiet ulterjuri, ġie maqbul li, soġġetta għar-riċevuta ta' eżitu sodisfaċenti għall-kwistjoni tal-provvediment ta' kapital, tiġi aċċettata valwazzjoni pożittiva ta' 65 % tal-kostijiet attribwibbli għall-fergħa Irlandiża. Barra minn hekk, ġie maqbul li tiġi aċċettata valwazzjoni pożittiva ta' 20 % fuq kostijiet li jaqbżu s-USD [60-70]m sabiex ma tkunx ipprojbita l-espansjoni tal-operazzjonijiet Irlandiżi. (…) Wara diskussjonijiet ulterjuri, ġie maqbul li l-kalkoli tal-provvedimenti ta' kapital jerġgħu jsiru f'punts (40) Irlandiżi u li kienet se tinkiteb ir-rata normali ta' tkagħbir bl-użu (41) għas-snin kollha. Barra minn hekk, ġie maqbul li l-pretensjoni tal-kumpanija tkun ristretta għal somma ta' USD [1-10]m oltre s-somma mitluba għad-deprezzament fil-kontijiet. Fuq il-bażi tal-iskeda tal-kostijiet sottomessa għall-perjodu li ntemm fit-30 ta' Settembru 1990, dan jiżgura li l-profitti taxxabbli l-Irlanda jkunu jammontaw għal USD [30-40]m. (…) Imbagħad ġie diskuss il-format tal-kontijiet li jridu jiġu ppreżentati. Proposta għas-sottomissjoni ta' skeda tal-kostijiet ma ntlaqgħetx. Ġie maqbul li jitħejja rapport tal-introjtu sħiħ u li tittieħed royalty/miżata tal-uffiċċju prinċipali għas-servizzi tat-teknoloġija u tal-kummerċjalizzazzjoni pprovduti mill-grupp. Barra minn hekk, se jiġu ppreżentati l-kontijiet awditjati sħaħ tal-kumpanija. (…) Fi kwistjoni separata, [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] xtaq jaqbel fuq valwazzjoni pożittiva għal kumpanija ġdida li l-attivitajiet tagħha jkunu ristretti għall-kisba tal-materja prima fl-Istat. Ġiet proposta u aċċettata valwazzjoni pożittiva ta' 10 % wara diskussjonijiet sabiex tiġi aċċettata valwazzjoni pożittiva ta' 12,5 %.” |
|
(66) |
L-ittra mill-konsulent tat-taxxa ta' Apple datata s-16 ta' Jannar 1991 fiha format illustrattiv ta' mili tal-kontijiet għall-fergħa Irlandiża ta' Apple Kompjuter Ltd u skeda tal-provvedimenti ta' kapital għal Apple Kompjuter Ltd għas-snin 1985 sa 1990. Il-fax bid-data tal-24 ta' Jannar 1991 mill-konsulent tat-taxxa ta' Apple tikkonferma l-ftehim minn Apple għat-test li ġej dwar il-provvediment ta' kapital li jieħu post it-test dwar il-provvediment ta' kapital imħejji preċedentement mill-konsulent tat-taxxa ta' Apple fl-ittra bid-data tas-16 ta' Jannar 1991: “Il-provvediment ta' kapital mitlub mhuwiex se jaqbeż b'USD [1-10]m id-deprezzament iddebitat fil-kontijiet.” |
|
(67) |
Id-dokumenti pprovduti mill-Irlanda bħala dawk li jikkostitwixxu l-elementi essenzjali li jsostnu d-deċiżjoni tal-2007 jikkonsistu ittra datata s-16 ta' Mejju 2007 mill-konsulent tat-taxxa ta' Apple u ittra datata t-23 ta' Mejju 2007 mill-Irish Revenue li tikkonferma l-approvazzjoni min-naħa ta' din tal-metodu għad-determinazzjoni tal-profitti li għandhom jiġu allokati għall-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE kif spjegat fl-ittra mill-konsulent tat-taxxa ta' Apple. Dak il-metodu huwa deskritt fil-premessi (60) u (62). L-ebda wieħed miż-żewġ dokumenti pprovduti ma joffri xi spjegazzoni għaċ-ċifri “[10-15] % [tal-kostijiet operatorji fl-Irlanda]/[1-5] % [tal-fatturat annwali ta' AOE li huwa derivat mill-prodotti manifatturati l-Irlanda]/[10-15] % [tal-kostijiet operatorji ta' ASI]”, approvati minn dik id-deċiżjoni, u lanqas ma hemm xi indikazzjoni ta' kif inkisbu dawk iċ-ċifri. L-ittra tal-konsulent tat-taxxa ta' Apple fiha numru ta' speċifikazzjonijiet dwar kif se jiġi applikat il-metodu maqbul. B'mod partikolari, tispeċifika, sabiex tevita dubji, li l-kostijiet operatorji ta' ASI u l-“kostijiet operatorji fl-Irlanda” ta' AOE jeskludu l-imposti kollha mill-affiljati ta' Apple madwar id-dinja, kostijiet “above the line” bħal kostijiet ta' materjal, id-dwana, kostijiet tal-merkanzija, eċċ., kostijiet ta' ristrutturar ta' darba, u kostijiet kapitali. |
|
(68) |
L-ebda wieħed mid-dokumenti pprovduti b'appoġġ tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati ma fih studju kontemporanju dwar l-allokazzjoni tal-profitt jew rapport dwar il-prezzar ta' trasferiment. |
2.3. DESKRIZZJONI TAL-QAFAS LEGALI NAZZJONALI RILEVANTI
|
(69) |
Skont it-Taqsima 21(1) tat-TCA 97, it-taxxa korporattiva fl-Irlanda hija mitluba fuq il-profitt tal-kumpanija. Skont it-Taqsima 76(3) tat-TCA 97, għall-finijiet tat-taxxa korporattiva, l-introjtu huwa kkalkolat u l-valutazzjoni ssir bl-istess Skedi u Każijiet li japplikaw għall-finijiet tat-taxxa fuq l-introjtu, u skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għal dawk l-Iskedi u l-Każijiet. Fl-Irlanda, it-taxxa fuq l-introjtu skont il-kodiċijiet dwar it-tassazzjoni diretta tintalab b'referenza għal sensiela ta' Skedi C, D, E u F, u fl-Iskeda D skont sensiela tal-Każijiet minn I sa V. It-Taqsima 12 tat-TCA 97 tipprovdi li “t-taxxa fuq l-introjtu għandha, soġġetta għall-Atti dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu, tintalab fir-rigward ta' kull proprjetà, profitt jew qligħ deskritti rispettivament fl-Iskedi [C-F] […] u skont id-dispożizzjonijiet tal-Atti dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu applikabbli għal dawk l-Iskedi” (42). It-Taqsima 18 tat-TCA 97 tistabbilixxi l-kamp ta' applikazzjoni tal-imposta skont l-Iskeda D u s-subtaqsima 2(2) tagħha tenumera l-Każijiet u l-kamp ta' applikazzjoni tagħhom. Minn dawk id-dispożizzjonijiet jirriżulta li t-taxxa korporattiva fl-Irlanda tintalab fuq il-profitti (l-introjtu u l-qligħ taxxabbli) ta' kumpanija jiġu kif jiġu, soġġetti għal eċċezzjonijiet speċifiċi (43). |
|
(70) |
Id-determinazzjoni tal-bażi taxxabbli għall-fini ta' kalkolu tat-taxxa korporattiva dovuta tieħu l-profitt kontabilistiku korporattiv tal-kontribwent bħala l-punt tat-tluq (44). Imbagħad il-profitt kontabilistiku korporattiv jiġi aġġustat għall-finijiet tat-taxxa permezz ta' żidiet u ta' tnaqqisiet tal-applikazzjoni ġenerali pprovduti mil-liġi (45), pereżempju, minn tnaqqis fil-provvedimenti ta' kapital (46). Normalment, perjodu kontabilistiku jkun il-perjodu ta' 12-il xahar li għalih il-kumpanija tagħmel il-kontijiet tagħha (47). |
|
(71) |
L-Irlanda tapplika rata tat-taxxa differenti mill-introjtu operatorju, mill-introjtu mhux operatorju u mill-qligħ kapitali. It-Taqsima 21 tat-TCA 1997 tistabbilixxi r-rata ġenerali tat-taxxa korporattiva għal 12,5 % (48). Dik ir-rata tapplika għall-introjtu operatorju (49) tal-kumpaniji ntaxxat skont il-Każ I tal-Iskeda D. L-introjtu mhux operatorju jiġi ntaxxat b'25 % (50). L-Irish Revenue pprovdiet gwida dwar il-klassifikazzjoni tal-attivitajiet bħala operatorji fil-“Guidance on revenue opinions on classification of activities as trading” tagħha (51). Skont dak id-dokument ta' gwida, id-determinazzjoni ta' attivitajiet operatorji tippresupponi li l-kumpanija kkonċernata twettaq attivitajiet kummerċjali li minnhom ġej l-introjtu tagħha. L-attivitajiet ser ivarjaw skont in-natura tan-negozju u se jeħtieġu nies bil-ħila u bl-awtorità neċessarji sabiex iwettquhom (52). Il-qligħ kapitali huwa ntaxxat bi 33 %, b'eżenzjoni mill-parteċipazzjoni għall-qligħ mid-disponiment ta' ċerti parteċipazzjonijiet azzjonarji ta' 5 % jew aktar fil-kumpaniji residenti fl-Unjoni jew pajjiżi tat-trattament tat-taxxa. |
|
(72) |
Skont it-Taqsima 26 tat-TCA 97, il-kumpaniji residenti l-Irlanda huma soġġetti għat-taxxa korporattiva fuq il-profitt u l-qligħ kapitali tagħhom madwar id-dinja, esklużi ħafna mid-distribuzzjonijiet riċevuti minn kumpaniji oħrajn residenti l-Irlanda (53). |
|
(73) |
It-Taqsima 25 tat-TCA 97 tistabbilixxi l-kamp ta' applikazzjoni tal-imposta għat-taxxa korporattiva fil-każ ta' kumpaniji mhux residenti. It-Taqsima 25 tat-TCA 97 tipprovdi, safejn rilevanti, dan li ġej:
|
|
(74) |
Minn dik id-dispożizzjoni jsegwi li kumpanija mhux residenti mhijiex dovuta tħallas it-taxxa korporattiva, sakemm ma twettaqx negozju fl-Irlanda permezz ta' fergħa jew ta' aġenzija. Meta kumpanija mhux residenti twettaq negozju bħak dan, dik il-kumpanija tkun dovuta tħallas it-taxxa korporattiva fuq (54):
|
|
(75) |
It-Taqsima 25 tat-TCA 97 kienet ippreċeduta mit-Taqsimiet 8(1) u 8(2) tal-Att dwar it-Taxxa Korporattiva 1967, li jgħidu:
|
|
(76) |
Kumpaniji li mhumiex residenti fl-Irlanda u li ma jinnegozjawx permezz ta' fergħa jew ta' aġenzija fl-Irlanda huma dovuti jħallsu biss taxxa fuq l-introjtu fuq kwalunkwe introjtu b'sors Irlandin u taxxa fuq il-qligħ kapitali li jirriżulta mid-disponiment ta' ċerti assi Irlandiżi (primarjament art Irlandiża) (55), soġġetti għal kwalunkwe ħelsien skont trattat li jista' jkun disponibbli. |
|
(77) |
Sabiex jiġi evitat milli kumpanija tiġi ntaxxata darbtejn fuq l-istess introjtu (darba bit-taxxa fuq l-introjtu, darba bit-taxxa korporattiva), it-Taqsima 21(2) tat-TCA 97 tipprovdi li t-taxxa fuq l-introjtu ma tkunx dovuta fuq l-introjtu ta' kumpanija jekk il-kumpanija tkun residenti fl-Irlanda, jew, fil-każ ta' kumpanija li mhijiex residenti fl-Irlanda, jekk l-introjtu jkun taxxabbli bit-taxxa korporattiva. |
|
(78) |
Bit-Taqsima 42 tal-Att Finanzjarju 2010, iddaħħlet il-Parti 35 A fit-TCA 97. Skont l-Irlanda, dak it-tidħil kien l-ewwel darba li l-liġi Irlandiża dwar it-taxxa formalment irrikonoxxiet l-applikazzjoni tal-“prinċipju ta' distakkament” kif stipulat fl-Artikolu 9 tal-Mudell ta' Konvenzjoni dwar it-Taxxa fuq id-Dħul u fuq il-Kapital (minn hawn 'il quddiem: il-“Mudell ta' Konvenzjoni Fiskali tal-OECD”) u elaborat fil-Linji Gwida tal-OECD dwar l-Ipprezzar tat-Trasferimenti għall-Intrapriżi Multinazzjonali u l-Amministrazzjonijiet tat-Taxxa (minn hawn 'il quddiem: il-“Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP”). Il-Parti 35 A tapplika għal arranġamenti li jsiru bejn persuni (kumpaniji) assoċjati. Madankollu, fuq il-bażi tad-definizzjoni ta' “persuna” fil-leġiżlazzjoni domestika tal-Irlanda dwar it-taxxa, kwalunkwe arranġament li jsir bejn uffiċċju prinċipali u l-fergħa tiegħu ma jaqax taħt il-kamp ta' applikazzjoni tal-Parti 35 A. |
2.4. GWIDA DWAR IL-PREZZAR TA' TRASFERIMENT U L-ALLOKAZZJONI TAL-PROFITT GĦAL STABBILIMENTI PERMANENTI
2.4.1. IL-QAFAS TAL-OECD U L-PRINĊIPJU TA' DISTAKKAMENT TAL-OECD
|
(79) |
L-OECD pproduċiet diversi dokumenti gwida mhux vinkolanti dwar it-tassazzjoni internazzjonali. Minħabba n-natura mhux vinkolanti tagħhom, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa tal-pajjiżi membri tal-OECD, li l-Irlanda hija wieħed minnhom (56), huma sempliċiment imħeġġa jsegwu l-qafas tal-OECD. Minkejja dan, il-qafas tal-OECD iservi bħala punt fokali u jeżerċita influwenza ċara fuq il-prattiki tat-taxxa tal-pajjiżi membri (anki mhux membri) tal-OECD. Barra minn hekk, f'diversi pajjiżi membri tal-OECD, id-dokumenti ta' gwida li jifformaw parti minn dak il-qafas ingħataw il-forza legali jew iservu bħala referenza għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-liġi tat-taxxa domestika. Għaldaqstant, meta l-Kummissjoni tirreferi għall-qafas tal-OECD f'din id-Deċiżjoni, hija tagħmel dan għaliex dak il-qafas huwa r-riżultat ta' diskussjonijiet bejn esperti fil-kuntest tal-OECD u jelabora fuq it-tekniki mmirati sabiex jindirizzaw sfidi komuni fit-tassazzjoni internazzjonali. |
|
(80) |
Kif spjegat fil-premessa (15) tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ, kumpaniji multinazzjonali jistgħu jallokaw profitti fi grupp korporattiv billi jużaw prezzar ta' trasferiment bejn kumpaniji separati tal-istess grupp korporattiv. Il-prezzar ta' trasferiment jirreferi għall-prezzijiet mitluba għat-tranżazzjonijiet kummerċjali bejn diversi kumpaniji tal-istess grupp korporattiv. Madankollu, il-prezzar ta' trasferiment jista' jseħħ ukoll f'kumpanija waħda, jekk il-kumpanija topera stabbiliment permanenti f'ġurisdizzjoni separata. Dan jeħtieġ allokazzjoni tal-profitt ta' dik il-kumpanija bejn l-istabbiliment permanenti tagħha u l-partijiet l-oħrajn tal-kumpanija. |
|
(81) |
Il-Mudell ta' Konvenzjoni Fiskali tal-OECD, li jifforma -bażi ta' ħafna trattati tat-taxxa bilaterali li jinvolvu pajjiżi membri tal-OECD u numru dejjem akbar ta' pajjiżi mhux membri, fiha dispożizzjonijiet kemm dwar il-prezzar ta' trasferiment bejn il-kumpaniji tal-grupp assoċjati u l-allokazzjoni tal-profitt f'kumpanija. |
|
(82) |
L-Artikolu 9(1) tal-Mudell ta' Konvenzjoni Fiskali tal-OECD dwar “intrapriżi assoċjati” jistipula: “[Fejn] isiru jew jiġu imposti kondizzjonijiet bejn żewġ intrapriżi [assoċjati] fir-relazzjonijiet kummerċjali jew finanzjarji tagħhom li huma differenti minn dawk li kieku jsiru bejn intrapriżi indipendenti, kull profitt li kieku, fin-nuqqas ta' dawk il-kondizzjonijiet, kien ikun dovut għal waħda mill-intrapriżi, iżda, minħabba dawk il-kondizzjonijiet, mhuwiex dovut, jista' jiġi inkluż fil-profitti ta' dik l-intrapriża u ntaxxat skont dan”. Dik id-dispożizzjoni hija meqjusa li tistabbilixxi d-dikjarazzjoni awtoritattiva għal finijiet tat-taxxa internazzjonali tal-“prinċipju ta' distakkament” tal-OECD fil-prezzar ta' trasferiment bejn kumpaniji fi grupp assoċjati. |
|
(83) |
Skont dak il-prinċipju, l-amministazzjonijiet tat-taxxa għandhom jaċċettaw biss prezzijiet ta' trasferiment bejn kumpaniji fi grupp li huma remunerati daqslikieku ġew miftiehma minn kumpaniji indipendenti li jinnegozjaw f'ċirkostanzi simili f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. B'dan il-mod, kumpaniji multinazzjonali ma jkunux jistgħu jimmanipolaw il-prezzijiet ta' trasferiment tagħhom b'tali mod li l-anqas profitt possibbli jiġi allokat għal ġurisdizzjonijiet fejn dawk il-profitti huma soġġetti għal tassazzjoni ogħla u l-akbar profitt possibbli jiġi allokat għal ġurisdizzjonijiet fejn dawk il-profitti huma soġġetti għal anqas taxxi (57). L-OECD tipprovdi gwida dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' distakkament fil-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP, li l-aħħar verżjoni tagħhom ġiet ippubblikata fl-2010 (minn hawn 'il quddiem: il-“Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP”) (58). |
|
(84) |
L-Artikolu 7(2) tal-Mudell ta' Konvenzjoni Fiskali tal-OECD dwar “profitti tan-negozju” jikkonċerna l-attribuzzjoni tal-profitti f'kumpanija waħda. Huwa jipprovdi: “[…] il-profitti li huma attribwibbli f'kull Stat Kontraenti lil stabbiliment permanenti […] huma l-profitti li jista' jkun mistenni jagħmel, b'mod partikolari fin-negozjati tiegħu ma' partijiet oħrajn tal-intrapriża, jekk ikun intrapriża indipendenti u separata involuta fl-istess attivitajiet jew f'attivitajiet simili fl-istess kondizzjonijiet jew f'kondizzjonijiet simili, wara li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-funzjonijiet imwettqa, l-assi użati u r-riskji assunti mill-intrapriża permezz tal-istabbiliment permanenti u permezz tal-partijiet l-oħrajn tal-intrapriża.” Gwida dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 7 hija pprovduta fir-Rapport tal-OECD dwar l-Attribuzzjoni tal-Profitti għal Stabbilimenti Permanenti, li l-aħħar verżjoni tagħha ġiet ippubblikata fl-2010 (minn hawn 'il quddiem: ir-“Rapport tal-2010 tal-OECD dwar l-Attribuzzjoni tal-Profitt”) (59). |
|
(85) |
Ir-Rapport tal-2010 tal-OECD dwar l-Attribuzzjoni tal-Profitt jiddeskrivi d-diffikultajiet fl-allokazzjoni tal-profitt f'kumpanija waħda meta mqabbla mal-allokazzjoni tal-profitt bejn żewġ kumpaniji legalment separati. Bejn żewġ kumpaniji legalment separati, id-determinazzjoni ta' liema kumpanija hija proprjetarja tal-assi u liema kumpanija ġġarrab ir-riskju fir-relazzjoni bejn dawk iż-żewġ kumpaniji hija stabbilita minn kuntratti legalment vinkolanti jew minn arranġamenti legali aċċertabbli oħrajn. Dan huwa l-każ ukoll meta ż-żewġ kumpaniji separati jkunu parti mill-istess grupp korporattiv, diment li l-kuntratti u l-arranġamenti legali jirriflettu r-realtà sottostanti. Għall-kuntrarju, il-fatt li stabbiliment permanenti ma jikkostitwixxix entità ġuridika separata mill-kumpanija li jappartjeni għaliha jfisser li bejn diversi partijiet tal-istess kumpanija ma hemmx parti waħda tal-kumpanija li jista' jingħad li hija “s-sid” legali tal-assi, tassumi r-riskji, u hija d-detentur tal-kapital jew tal-kuntratti ma' kumpaniji separati (60). Sabiex jindirizza dik id-differenza, ir-Rapport tal-2010 tal-OECD dwar l-Attribuzzjoni tal-Profitt jiddetermina approċċ komuni għall-allokazzjoni tal-profitti lil stabbilimenti permanenti ta' kumpaniji mhux residenti. Dan huwa magħruf bħala l-“Approċċ Awtorizzat tal-OECD”. Dak l-approċċ jalloka lill-istabbiliment permanenti dawk il-profitti li l-istabbiliment permanenti kien jaqla' b'distakkament li kieku kien intrapriża “distinta u separata” li twettaq l-istess funzjonijiet jew funzjonijiet simili fl-istess kondizzjonijiet jew f'kondizzjonijiet simili, filwaqt li jqis il-funzjonijiet imwettqin, l-assi użati u r-riskji assunti mill-kumpanija mhux residenti permezz tal-istabbiliment permanenti u permezz tal-partijiet l-oħrajn ta' dik il-kumpanija, kif spjegat fl-Artikolu 7(2) tal-Mudell ta' Konvenzjoni Fiskali tal-OECD. |
2.4.2. L-ALLOKAZZJONI TAL-PROFITT TAL-FERGĦA FUQ IL-BAŻI TAL-FUNZJONI TAN-NIES SINIFIKANTI FL-APPROĊĊ AWTORIZZAT TAL-OECD F'ŻEWĠ STADJI
|
(86) |
Ir-Rapport tal-2010 tal-OECD dwar l-Attribuzzjoni tal-Profitt jiddeskrivi l-Approċċ Awtorizzat tal-OECD għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta' distakkament stipulat fil-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP fil-kuntest tal-allokazzjoni tal-profitt lil stabbiliment permanenti. Skont il-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP, l-allokazzjoni tal-profitt bejn il-kumpaniji assoċjati huwa dipendenti fuq il-funzjonijiet imwettqin, ir-riskji mġarrbin u l-assi mħaddmin minn kull kumpanija (61). Għall-allokazzjoni tal-introjtu bejn kumpanija u l-istabbiliment permanenti tagħha, l-Approċċ Awtorizzat tal-OECD jissupplimenta l-analiżi funzjonali tal-Artikolu 9(1) tal-Mudell ta' Konvenzjoni tal-OECD bl-ewwel pass li jindirizza l-fatt li, legalment, l-assi, ir-riskji, il-kapital u d-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet bejn partijiet differenti tal-istess kumpanija jappartjenu għall-istess kumpanija sħiħa, minflok għal xi parti waħda mill-kumpanija, u li ma hemm ebda tranżazzjoni bejn kumpaniji distinti legalment li jappartjenu għall-istess grupp korporattiv (62). |
|
(87) |
B'hekk, l-Approċċ Awtorizzat tal-OECD jikkonsisti f'analiżi mqassma fuq żewġ stadji li skont dan l-introjtu jiġi allokat lil stabbiliment permanenti. |
|
(88) |
L-ewwel pass ta' dak l-approċċ huwa li jiġi ipotizzat l-istabbiliment permanenti bħala intrapriża distinta u separata “involuta fl-istess attivitajiet jew f'attivitajiet simili fl-istess kondizzjonijiet jew f'kondizzjonijiet simili, filwaqt li jitqiesu l-funzjonijiet imwettqin, l-assi użati u r-riskji assunti mill-intrapriża permezz tal-istabbiliment permanenti u permezz tal-partijiet l-oħrajn tal-intrapriża” (63). Huwa f'dan il-kuntest li jiġi introdott il-kunċett ta' “funzjonijiet tan-nies sinifikanti”. Fl-ewwel stadju, l-Approċċ Awtorizzat tal-OECD jalloka lill-istabbiliment permanenti s-sjieda ekonomika tal-assi li għaliha jitwettqu l-funzjonijiet sinifikanti rilevanti għas-sjieda ekonomika tal-assi minn nies fl-istabbiliment permanenti u jalloka wkoll lill-istabbiliment permanenti dawk ir-riskji li għalihom il-funzjonijiet sinifikanti rilevanti għas-suppożizzjoni u/jew għall-ġestjoni (sussegwenti għat-trasferiment) tar-riskji jitwettqu minn nies fl-istabbiliment permanenti (64). |
|
(89) |
Fit-tieni stadju tal-Approċċ tal-OECD Awtorizzat, jiġu applikati l-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TIP b'analoġija għan-negozjati tal-istabbiliment permanenti ma' partijiet oħrajn tal-kumpanija sabiex jiġi żgurat li t-twettiq tal-funzjonijiet kollha tiegħu relatati ma' dawk in-negozjati jiġi ppremjat fuq bażi ta' distakkament (65). |
2.4.3. KUNSIDERAZZJONIJIET DWAR L-APPLIKAZZJONI TAL-APPROĊĊ TAL-OECD AWTORIZZAT GĦALL-INTANĠIBBLI
|
(90) |
It-Taqsima D-2(iii)(c) tar-Rapport tal-2010 tal-OECD dwar l-Attribuzzjoni tal-Profitt tikkonċerna l-allokazzjoni tal-intanġibbli lill-istabbilimenti permanenti. Fir-rigward tal-intanġibbli tan-negozju żviluppati internament, il-punt 86 tar-Rapport jistipula li, skont il-mudell kummerċjali organizzazzjonali tal-intrapriżi, “it-teħid ta' deċiżjonijiet u l-ġestjoni attivi spiss jistgħu jiġu devoluti fl-intrapriża. Tqum il-kwistjoni ta' jekk dan huwiex probabbli li jseħħ ukoll fir-rigward tal-iżvilupp ta' proprjetà intanġibbli jew ta' jekk huwiex aktar probabbli li l-funzjonijiet tan-nies sinifikanti rilevanti għad-determinazzjoni tas-sjieda ekonomika tal-assi intanġibbli jitwettqux f'livell strateġiku għoli mill-maniġment superjuri jew minn taħlita ta' funzjonijiet tat-teħid ta' deċiżjonijiet ċentralizzati u devoluti.”“Il-punt 87 jispjega li ma hemm ebda evidenza tanġibbli li l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet għall-iżvilupp ta' proprjetà intanġibbli ġeneralment ikun tant iċċentralizzat, speċjalment billi l-enfasi għad-determinazzjoni tal-funzjonijiet tan-nies sinifikanti rilevanti għad-determinazzjoni tas-sjieda ekonomika hija fuq it-teħid ta' deċiżjonijiet u l-ġestjoni attivi u mhux is-sempliċi aċċettazzjoni jew ċaħda ta' proposta. Dan jissuġġerixxi li, bl-istess mod bħal fir-rigward tal-assi finanzjarji, is-sjieda ekonomika spiss tista' tiġi ddeterminata minn funzjonijiet imwettqin f'livell anqas mil-livell strateġiku tal-maniġment superjuri. Dan huwa l-livell li fih isseħħ il-ġestjoni attiva ta' programm lejn l-iżvilupp ta' intanġibbli, fejn hija meħtieġa l-ħila ta' ġestjoni attiva tar-riskji inerenti fi programm bħal dan.” |
|
(91) |
Rigward l-intanġibbli kummerċjali mixtrijin, il-punt 94 tat-Taqsima D-2(iii)(c)(3)A(ii) jispjega li “bħal fil-każ ta' proprjetà intanġibbli żviluppata internament, il-mistoqsija ewlenija fid-determinazzjoni tas-sjieda ekonomika tal-intanġibbli mixtrijin hija fejn, fl-intrapriża, jitwettqu l-funzjonijiet tan-nies sinifikanti relatati mat-teħid attiv ta' deċiżjonijiet b'rabta mat-teħid u mal-immaniġġar tar-riskji” (66). |
2.4.4. IL-LINJI GWIDA TAL-OECD DWAR IT-TP
|
(92) |
Il-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP jiddeskrivu ħames metodi biex jiġi approssimat prezzar ta' distakkament tat-tranżazzjonijiet u tal-allokazzjoni tal-profitt bejn kumpaniji tal-istess grupp korporattiv: (i) il-metodu tal-prezz komparabbli mhux ikkontrollat (minn hawn 'il quddiem “CUP”); (ii) il-metodu “cost plus”; (iii) il-metodu “resale minus”; (iv) il-metodu tal-marġni nett tat-tranżazzjoni (minn hawn 'il quddiem “TNMM”) u (v) il-metodu tal-qsim tal-profitt tranżazzjonali. Il-Linji Gwida jagħmlu distinzjoni bejn il-metodi tradizzjonali bbażati fuq it-tranżazzjonijiet (l-ewwel tliet metodi) u l-metodi tranżazzjonali bbażati fuq il-profitt (l-aħħar żewġ metodi). Il-Linji Gwida jiddikjaraw preferenza għal metodi tradizzjonali bbażati fuq it-tranżazzjonijiet, bħas-CUP, fuq il-metodi tranżazzjonali bbażati fuq il-profitt, bħat-TNMM, bħala mezz biex jiġi stabbilit jekk l-iprezzar ta' trasferiment huwiex f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta (67). Il-Linji Gwida jkomplu jispjegaw li l-korporazzjonijiet multinazzjonali jżommu l-libertà li japplikaw metodi mhux deskritti f'dawk il-linji gwida biex jiġu stabbiliti prezzijiet ta' trasferiment, diment li dawk il-prezzijiet jissodisfaw il-prinċipju ta' distakkament. |
|
(93) |
Id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati japprovaw allokazzjoni tal-profitt għal ASI u għal AOE bbażata fuq metodi ta' allokazzjoni tal-profitt unilaterali li, fl-applikazzjoni tagħhom, jixbhu lit-TNMM, kif deskritti fil-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP. It-TNMM huwa wieħed mill-“metodi indiretti” biex jiġi approssimat prezzar ta' distakkament tat-tranżazzjonijiet u tal-allokazzjoni tal-profitt bejn kumpaniji tal-istess grupp korporattiv. It-TNMM jista' jitqabbel f'kuntrast mal-metodu CUP, li huwa “metodu dirett” li jqabbel il-prezz mitlub għat-trasferiment ta' proprjeta jew ta' servizzi fi tranżazzjoni kkontrollata (jiġifieri tranżazzjoni bejn żewġ intrapriżi li huma intrapriżi assoċjati fir-rigward ta' xulxin) mal-prezz mitlub għat-trasferiment ta' proprjetà jew ta' servizzi fi tranżazzjoni mhux ikkontrollata komparabbli (jiġifieri tranżazzjoni bejn intrapriżi li huma intrapriżi indipendenti fir-rigward ta' xulxin), imwettqa f'ċirkostanzi komparabbli. It-TNMM japprossima dak li kieku jkun profitt f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta għal attività sħiħa, minflok għal tranżazzjonijiet identifikati Ma jfittixx li jistabbilixxi l-prezz tal-oġġetti mibjugħin, iżda jistima l-profitt li kumpaniji indipendenti jistgħu jkunu mistennija li jagħmlu minn fuq attività, bħall-attività tal-bejgħ tal-oġġetti. Jagħmel dawn billi jieħu bażi (“indikatur tal-livell tal-profitt”), bħal kostijiet, fatturat jew investiment fiss, u japplika proporzjon tal-profitt li jirrifletti dak osservat fi tranżazzjonijiet mhux ikkontrollati komparabbli għal dik il-bażi. |
|
(94) |
L-użu tat-TNMM bħala metodu ta' prezzar ta' trasferiment unilaterali — jiġifieri, billi tiġi eżaminata l-profittabilità ta' waħda biss mill-partijiet għat-tranżazzjonijiet ikkontrollati — spiss huwa ġġustifikat minn dipendenza fuq il-paragrafu 3.18 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP, li skont dan il-“parti ttestjata”, jiġifieri l-parti għat-tranżazzjoni li għaliha huwa ttestjat indikatur finanzjarju (valwazzjoni pożittiva fuq il-kostijiet, marġni gross, jew indikatur tal-profitt nett), għandha, fil-prinċipju, tkun il-kumpanija li għandha l-inqas funzjoni kumplessa (68). B'mod partikolari, f'każijiet li fihom waħda mill-partijiet għal tranżazzjoni kkontrollata jkollha proprjetà intellettwali, li hija tilliċenzja lill-kontroparti tagħha sabiex twettaq funzjonijiet bħall-manifattura jew id-distribuzzjoni, il-konsulenti tat-taxxa spiss jinvokaw il-kumplessità sabiex jiġi stabbilit redditu fuq dik il-proprjetà intellettwali għad-deżinjazzjoni tal-kontroparti bħala l-parti bil-funzjoni anqas kumplessa, sabiex jiġi stabbilit redditu għall-funzjonijiet imwettqin minn dik il-kontroparti, u sabiex jiġi allokat il-profitt li jifdal kollu tagħha wara t-tnaqqis ta' dak ir-redditu, jiġifieri, il-“profitt residwu” kollu, lill-parti li jkollha l-IP bħala royalty għall-użu ta' dik l-IP. |
2.5. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI PPREŻENTATA MILL-IRLANDA BĦALA TWEĠIBA GĦAD-DEĊIŻJONI TA' FTUĦ U MATUL L-INVESTIGAZZJONI FORMALI
|
(95) |
Fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ tagħha, il-Kummissjoni talbet lill-Irlanda tipprovdi l-informazzjoni tali kollha li tista' tkun ta' għajnuna fil-valutazzjoni tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati (69). B'mod partikolari, il-Kummissjoni talbet lill-Irlanda tipprovdi l-kontijiet finanzjarji ta' ASI u ta' AOE għall-perjodu 2004 sal-2013, in-numru ta' impjegati ekwivalenti ta' ingaġġ full-time (minn hawn 'il quddiem: “FTE”) ta' ASI u ta' AOE tul l-istess perjodu (kull tmiem tal-perjodu tar-rapportar), l-FTE tal-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE, u informazzjoni dwar il-ftehimiet ta' qsim tal-kostijiet li huma parti għalihom ASI u AOE. Il-Kummissjoni talbet lill-Irlanda sabiex tindividwa wkoll l-ammont ta' introjtu passiv li għamlet ASI fir-rapport tal-introjtu u tispeċifika jekk dan l-introjtu passiv huwiex ġej mill-Irlanda. |
2.5.1. L-INFORMAZZJONI FINANZJARJA TA' ASI U TA' AOE
|
(96) |
L-introjtu taż-żewġ kumpaniji huwa kklassifikat fil-kontijiet tagħhom bħala derivanti mill-bejgħ ta' prodotti, kif muri mis-siltiet fil-Figura 2 u fil-Figura 3. Dawk il-kontijiet jindikaw li l-fatturat jirrappreżenta l-bejgħ nett lill-klijenti. Kemm il-kontijiet ta' ASI kif ukoll ta' AOE jispeċifikaw (pereżempju għas-snin 2006 u 2007) li l-“bejgħ nett jikkonsisti primarjament fid-dħul mill-bejgħ ta' prodotti (ħardwer, softwer u apparati periferali), u kuntratti ta' garanzija estiża u ta' appoġġ”. Rigward ASI, apparti l-fatturat u ammonti komparabbilment żgħar ta' mgħax, ma tirreġistra ebda tip sinifikanti ieħor ta' introjtu. B'mod partikolari, ASI ma tidhirx li tirreġistra xi introjtu minn royalties. Rigward AOE, minbarra l-fatturat u l-ammonti komparabbilment żgħar ta' mgħax, din tirrapporta ammonti kbar ta' dividendi mħallsin minn ASI lil AOE għal ċerti perjodi kontabilistiċi. Figura 2 Silta mill-kontijiet tal-2007 ta' ASI
Figura 3 Silta mill-kontijiet tal-2006 ta' AOE
|
|
(97) |
Parti mill-informazzjoni finanzjarja pprovduta mill-Irlanda hija ppreżentata fit-Table 1 għal ASI u fit-Table 2 għal AOE. Tabella 1 L-informazzjoni finanzjarja ta' ASI (f'miljun USD)
Tabella 2 L-informazzjoni finanzjarja ta' AOE (f'miljun USD)
|
|
(98) |
L-informazzjoni finanzjarja ppreżentata fit-Tabelli 1 u 2 hija bbażata fuq il-kontijiet statutorji tal-kumpaniji ta' ASI u ta' AOE, kif ippreżentati fl-Irlanda. ASI u AOE jippreżentaw kontijiet sħaħ tal-kumpanija fl-Irlanda għaliex huma inkorporati fl-Irlanda. Il-Kummissjoni talbet lill-Irlanda (71) tiċċara jekk jeżistux kontijiet separati għall-uffiċċji prinċipali ta' ASI u ta' AOE u għall-fergħat Irlandiżi rispettivi tagħhom u, jekk iva, tipprovdi t-tali kontijiet separati. L-Irlanda indikat li l-kontijiet finanzjarji għal ASI u għal AOE jissodisfaw ir-rekwiżiti kontabilistiċi statutorji skont il-liġi Irlandiża u li l-liġi Irlandiża ma teħtieġx li ASI u AOE jħejju kontijiet separati għall-fergħat Irlandiżi tagħhom. |
|
(99) |
It-taxxa ddikjarata minn ASI fil-kontijiet statutorji hija kkostitwita l-aktar mit-taxxa dovuta lill-Irlanda fuq il-profitt tal-fergħat Irlandiżi tagħha, iddeterminata skont il-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati (72), billi ASI ma kinitx tqis li hija stess kellha preżenza taxxabbli f'xi ġurisdizzjoni tat-taxxa oħra. Madankollu, wara l-valutazzjonijiet mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa ta' […] u tal-Italja, ASI tqieset li hija dovuta tħallas it-taxxa f'dawk iż-żewġ ġurisdizzjonijiet. Għas-snin 2013 u 2014, ASI saret obbligata tħallas it-taxxa minn ras il-għajn fi […] għaliex l-amministrazzjoni tat-taxxa ta' […] ikkaratterizzat tariffa mħallsa minn […] kumpanija ta' Apple lil ASI bħala royalty u għamlet dak il-pagament soġġett għal taxxa minn ras il-għajn (73). Għas-snin 2009 sal-2012, ASI saret obbligata tħallas it-taxxa korporattiva fl-Italja wara valutazzjoni mill-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Italja li ddeterminat li ASI kellha preżenza taxxabbli fl-Italja matul dak il-perjodu (74). Fir-rigward tat-taxxa ddikjarata minn AOE fil-kontijiet statutorji tagħha, dik il-kumpanija kellha fergħa f'Singapore u kienet obbligata tħallas it-taxxa korporattiva f'Singapore għas-snin 2009, 2010 u 2011 (75). |
|
(100) |
L-Irlanda pprovdiet ukoll il-komponent fid-dħul mill-imgħax irrapportat fil-kontijiet statutorji ta' ASI u ta' AOE, li huwa relatat mal-proprjetà tal-fergħat Irlandiżi rispettivi taż-żewġ kumpaniji (76). L-Irlanda pprovdiet disaggregazzjoni tad-dħul mill-imgħax ta' ASI skont l-“imgħax imħallas fil-kont finanzjarju ta' ASI” u skont l-“imgħax mill-proprjetà”. Pereżempju, fl-2012 l-imgħax imħallas fil-kontijiet finanzjarji ta' ASI kien ta' USD [500-600] miljun u d-dħul mill-imgħax mill-proprjetà tal-fergħa kien ta' USD [1-10] miljun. Fl-ittra tagħha tal-15 ta' April 2015, l-Irlanda indikat li l-imgħax attribwibbli għall-fergħa Irlandiża ta' ASI u għall-fergħa Irlandiża ta' AOE huwa ggwadanjat f'kontijiet tal-bank jew fondi identifikabbli separatament. L-operazzjonijiet ta' kuljum ta' dawk il-kontijiet tal-bank huma kkontrollati mill-persunal tal-finanzi u tat-teżor ibbażat Cork, fl-Irlanda (77). |
|
(101) |
Fid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, il-profitt taxxabbli tal-fergħa Irlandiża ta' ASI huwa ddeterminat b'referenza għall-kostijiet operatorji. Madankollu ma hemmx kontabilità separata tal-kostijiet operatorji għall-fergħa disponibbli, billi Apple qatt ma pprovdiet kontijiet separati lill-Irlanda. Spjegazzjoni dettaljata tal-kostijiet operatorji għal ASI inġenerali għas-snin 2011 u 2012, kif irrapportati fil-kontijiet statutorji ta' ASI, hija ppreżentata fil-Figura 4 għall-finijiet ta' illustrazzjoni. Figura 4 Il-kostijiet operatorji ta' ASI fir-Rapport annwali tal-2012
|
|
(102) |
Fid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, il-profitt taxxabbli tal-fergħa Irlandiża ta' AOE huwa ddeterminat b'referenza għall-kostijiet operatorji u għall-fatturat. Ir-rapport tal-introjtu ta' AOE sħiħa għas-snin 2011 u 2012 huwa ppreżentat fil-Figura 5 għall-finijiet ta' illustrazzjoni. Figura 5 Ir-rapport tal-introjtu ta' AOE fir-Rapport annwali tal-2012
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(103) |
Fir-rigward tal-obbligu ta' taxxa korporattiva tal-kumpaniji fl-Irlanda, il-kontijiet finanzjarji ta' ASI u ta' AOE jirreferu għal “rata tat-taxxa anqas minn dik standard fl-Irlanda” għall-perjodi sal-2007. Is-silta tal-kontijiet awditjati ta' ASI kif riprodotta fir-rapport annwali tagħha għall-2007 hija riprodotta fil-Figura 6. Figura 6 Silta tar-rapport annwali ta' ASI għall-perjodu 2007
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(104) |
Fil-perjodi ta' wara l-2007, l-imposta ta' taxxa tal-kumpaniji hija ppreżentata fil-kontijiet finanzjarji kif ikkalkolata bl-applikazzjoni ta' rata tat-taxxa ta' [1-5] %. Dik ir-rata tat-taxxa hija deskritta f'dawk il-kontijiet bħala “r-rata tat-taxxa medja għall-ġurisdizzjonijiet kollha li fihom topera [AOE]”. Is-silta tal-kontijiet awditjati ta' ASI kif riprodotta fir-rapport annwali tagħha għall-2012 hija riprodotta fil-Figura 7. Figura 7 Silta tar-rapport annwali ta' ASI għall-perjodu 2012
|
||||||||||||||||||||||||||||||
|
(105) |
It-taxxi effettivament dovuti minn ASI fl-Irlanda, skont id-dikjarazzjonijiet tat-taxxa tagħha għall-perjodu bejn il-25 ta' Settembru 2011 sal-24 ta' Settembru 2012, kienu jammontaw għal EUR [1-10] miljun għall-introjtu operatorju (l-introjtu operatorju korrispondenti ammonta għal EUR [30-40] miljun), li magħhom żdiedet it-taxxa fuq id-dħul mill-imgħax ta' EUR [0,6-0,7] miljun, li rriżultaw f'obbligazzjoni ta' taxxa ta' EUR [1-10] miljun (78). Għall-istess perjodu, it-taxxa effettivament dovuta minn AOE fl-Irlanda kienet ta' EUR [1-10] miljun għall-introjtu operatorju (li jikkorrispondi għal introjtu operatorju ta' EUR [10-20] miljun), li magħha żdied ħelsien operatorju minn ras il-għajn, li rriżultaw f'obbligazzjoni ta' taxxa ta' EUR [1-10] miljun. |
|
(106) |
L-Irlanda indikat li l-fondi identifikati li jisbqu l-ħtiġijiet ta' kapital operatorju ta' ASI u ta' AOE huma ttrasferiti lill-kontijiet tal-bank ta' ASI u ta' AOE u lil fondi ta' investiment barra mill-Irlanda li huma operati, ġestiti u kkontrollati fl-Istati Uniti. |
|
(107) |
Fir-rigward tal-kontijiet tal-bank ta' ASI użati għall-ġbir tar-rikavat mill-bejgħ mingħand klijenti fir-reġjun EMEIA, l-Irlanda indikat li l-fluss tal-flus ivarja skont jekk il-klijent ikunx sieħeb tal-kanali tal-bejgħ, utent tal-Apple Online Store, jew jekk il-bejgħ isirx f'ħanut tal-bejgħ bl-imnut ta' Apple. Jekk konsumatur ikun sieħeb tal-kanali tal-bejgħ (79), Apple tirċievi flus jew bi trasferiment bankarju jew inkella permezz ta' debitu dirett f'kont tal-bank ta' ASI fil-ġurisdizzjoni lokali tal-klijent jew f'kont tal-bank komuni ta' ASI fl-Istati Uniti jew fl-Ewropa li jirċievi fondi mill-bejgħ f'diversi pajjiżi. Madankollu, skont il-ħarsa ġenerali li ppreżentat l-Irlanda dwar fejn jinsabu l-kontijiet bankarji ta' ASI, sa Marzu tal-2009, ebda kont tal-bank li jiġbor ir-rikavati mill-bejgħ fl-EMEIA ma kien jinsab fl-Istati Uniti u sa Marzu 2012, ir-rikavati biss mill-bejgħ fl-Iżlanda, fir-Russja u fit-Turkija u f'partijiet mil-Lvant Nofsani u mill-Afrika huma miġburin f'kontijiet tal-bank li jinsabu fl-Istati Uniti. Ir-rikavati kollha l-oħrajn mill-bejgħ jinġabru f'kontijiet tal-bank li jinsabu fl-Ewropa. L-Irlanda indikat ukoll li l-grupp tat-Teżor tal-EMEIA ta' Apple, li jikkonsisti fi tliet persuni bbażati fl-Irlanda, jiġbor il-flus miżmumin fil-kontijiet lokali fir-reġjun EMEIA f'“kontijiet ta' konċentrazzjoni” miżmuma f'isem ASI fuq bażi regolari. Skont l-Irlanda, dawk il-kontijiet jinsabu fir-Renju Unit, fl-Istati Uniti u fl-Iżvizzera. |
|
(108) |
Fir-rigward tal-fondi ta' investiment, skont l-informazzjoni li pprovdiet Apple, il-kumpanija li tipprovdi servizzi ta' ġestjoni ta' flus kontanti u ta' investiment lil ASI u lil AOE, fuq il-bażi tal-ftehimiet ta' servizz ta' mmaniġġar ta' portafolji konklużi ma' ASI u ma' AOE, hija Braeburn Capital Inc. (minn hawn 'il quddiem “Braeburn”), kumpanija li tinsab fl-Istati Uniti. Is-servizzi jinkludu l-investiment u l-ġestjoni ta' flus kontanti […]. Matul il-laqgħa tal-bordijiet ta' ASI u ta' AOE fl-24 ta' Lulju 2006, ġie deċiż li Braeburn tinżamm sabiex tassisti lil ASI u lil AOE fil-ġestjoni tar-riżervi ta' flus kontanti tagħhom (80). Skont l-Irlanda, l-introjtu kollu li ġej minn dawk l-investimenti għandu sors mhux Irlandiż u, għalhekk, l-imgħax fuq dawk l-investimenti mhuwiex soġġett għat-taxxa fl-Irlanda. |
2.5.2. L-INFORMAZZJONI DWAR L-IMPJEGATI TA' ASI U TA' AOE
|
(109) |
Fit-tweġiba tagħha għad-Deċiżjoni ta' Ftuħ, l-Irlanda indikat li sal-31 ta' Diċembru 2011, l-impjegati kollha ta' Apple fl-Irlanda kienu impjegati formalment minn AOE, bil-fergħa Irlandiża ta' AOE li kienet topera elenku ta' impjegati wieħed fl-Irlanda. Skont l-Irlanda, arranġamenti bħal dawn mhumiex rari fl-Irlanda għall-gruppi. Kien hemm mekkaniżmu ta' riaddebitament fis-seħħ li bih il-kostijiet tal-impjegati ta' AOE li jaħdmu fuq attivitajiet tal-fergħa Irlandiża ta' ASI kienu jiġu allokati għal dik il-fergħa fuq bażi ta' kull xahar. Mill-1 ta' Jannar 2012, l-arranġamenti tal-impjiegi reġgħu ġew organizzati, sabiex l-impjegati saru impjegati direttament mill-entità li ħadmu fuq l-attivitajiet fil-fergħa Irlandiża tagħha. |
|
(110) |
L-Irlanda ppreżentat iċ-ċifri tal-FTE (81) pprovduti minn Apple lill-Kummissjoni. Għall-perjodu ta' qabel l-1 ta' Jannar 2012, l-FTEs tal-fergħa Irlandiża ta' AOE nqasmu bejn il-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE skont fejn iġġarrbu l-kostijiet. Tabella 3 FTE għall-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE
|
|
(111) |
Minbarra l-impjegati tal-fergħa Irlandiża, l-Irlanda ġiet informata minn Apple li AOE kellha FTEs f'Singapore wkoll, fejn kellha operazzjoni f'fergħa li oriġinarjament kienet twettaq attivitajiet tal-manifattura u aktar tard servizzi tal-grupp assoċjati mal-attivitajiet ta' distribuzzjoni (82). Dawk l-attivitajiet tal-fergħa waqfu fl-2009 u l-assi ta' dik il-fergħa nbiegħu lil affiljat ta' Apple f'Singapore. Minn dak iż-żmien, il-fergħa ta' Singapore baqgħet fergħa passiva ta' AOE. In-numru medju ta' impjegati mħaddmin fil-fergħa f'Singapore ta' AOE kien ta' 185 fl-2004, ta' 189 fl-2005, ta' 257 fl-2006, ta' 300 fl-2007 u ta' 352 fl-2008. |
|
(112) |
L-Irlanda ppreżentat li Apple informatha li ma kien hemm ebda FTE impjegat minn ASI Jew minn AOE apparti dawk impjegati fil-fergħat Irlandiżi rispettivi tagħhom u fil-fergħa f'Singapore ta' AOE. Skont Apple, ASI u AOE kienu funzjonalment ġestiti u kkontrollati mill-Istati Uniti u d-deċiżjonijiet kummerċjali sinifikanti kollha (inkluż b'rabta ma' kwistjonijiet bħall-IP, l-iżvilupp ta' prodotti, xi prodotti u x'komponent kien se jiġi mmanifatturat u l-istrateġija ta' bejgħ u ta' kummerċjalizzazzjoni) kienu saru fl-Istati Uniti u mhux fil-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE. |
2.5.3. L-ATTIVITÀ TAL-BORD TAD-DIRETTURI TA' ASI U TA' AOE
|
(113) |
Kemm l-Irlanda (83) kif ukoll Apple (84) jiddikjaraw li l-attivitajiet kummerċjali kritiċi mwettqin minn jew għal ASI u AOE jsiru barra mill-Irlanda, pereżempju permezz ta' impjegati ta' Apple Inc. jew permezz tal-bord tad-diretturi ta' ASI u ta' AOE, li, skont Apple, iddeċidew, fost l-oħrajn, li jaderixxu mad-diversi emendi tas-CSA (85) ma' Apple Inc. Apple indikat ukoll li “l-ġestjoni u l-kontroll ta' ASI u ta' AOE mill-Istati Uniti ma jintwerewx biss fil-laqgħat tal-bordijiet, iżda f'ħafna modi oħrajn” (86), mingħajr ma kompliet tispeċifika. |
|
(114) |
Il-bord tad-diretturi ta' ASI jikkonsisti fi tliet diretturi u f'segretarju. Minn dawk l-erba' persuni, tliet membri tal-bord jinsabu fl-Istati Uniti u huma mħaddmin minn Apple Inc. Il-membru l-ieħor tal-bord jinsab fl-Irlanda u huwa mħaddem minn ADI. Il-bord tad-diretturi ta' AOE jikkonsisti f'żewġ diretturi u f'segretarju, li fosthom is-segretarju u wieħed mid-diretturi huma preżenti fil-bord ta' ASI wkoll. Minn dawk it-tliet persuni, żewġ membri tal-bord jinsabu fl-Istati Uniti u huma mħaddmin minn Apple Inc. Il-membru l-ieħor tal-bord jinsab fl-Irlanda u huwa mħaddem minn ADI. Skont ir-rapporti finanzjarji ta' ASI, qatt ma tħallset xi remunerazzjoni minn ASI (87) lil xi wieħed mid-diretturi tagħha matul il-perjodu bejn l-2004 u l-2014, u għal dan ġew ipprovduti kontijiet finanzjarji. Għall-kuntrarju, id-diretturi ta' AOE ġew remunerati matul dak il-perjodu. Pereżempju, il-kumpanija ħallset USD […] fl-2012 u USD […] fl-2011 għar-remunerazzjoni tad-diretturi tagħha. |
|
(115) |
Il-Kummissjoni talbet il-minuti kollha tal-laqgħat tal-bord tad-diretturi ta' ASI u ta' AOE, li Apple pprovdiet. L-ewwel laqgħa tal-bord tad-diretturi ta' ASI saret fil-5 ta' April 1990 f'Dublin, l-Irlanda. L-ewwel laqgħa tal-bord tad-diretturi ta' AOE saret fil-15 ta' Settembru 1980 f'Dublin, l-Irlanda. Għall-finijiet ta' illustrazzjoni, it-Tabella 4 tiġbor fil-qosor l-attività tal-bord tad-diretturi ta' ASI bejn Jannar 2009 u Settembru 2011 (16-il laqgħa tal-bord, 3 laqgħat ġenerali annwali u 9 riżoluzzjonijiet bil-miktub) u t-Tabella 5 tiġbor fil-qosor dik tal-bord tad-diretturi ta' AOE bejn Diċembru 2008 u Settembru 2011 (13-il laqgħa tal-bord, erba' laqgħat ġenerali annwali u 12-il riżoluzzjoni bil-miktub). Tabella 4 Riżoluzzjoni mid-diretturi ta' ASI u l-minuti tal-laqgħa tal-bord
Tabella 5 Riżoluzzjoni mid-diretturi ta' AOE u l-minuti tal-laqgħa tal-bord
|
2.5.4. FTEHIM TA' QSIM TAL-KOSTIJIET BEJN APPLE INC., ASI U AOE
|
(116) |
Fit-8 ta' Diċembru 2015, l-Irlanda pprovdiet kopji tal-ftehim ta' qsim tal-kostijiet (minn hawn 'il quddiem: is-“CSA”) u l-ftehimiet kollha ta' (sotto)trasferiment ta' proprjetà intanġibbli konklużi bejn Apple Inc., AOI, ASI u AOE (u l-predeċessuri tagħhom) mindu twaqqfet Apple fl-Irlanda (88). |
|
(117) |
Skont l-informazzjoni pprovduta, Apple Inc. daħlet fis-CSA ma' AOE (dak iż-żmien imsejħa Apple Kompjuter Limited) f'Diċembru 1980. Minn dak iż-żmien, is-CSA ġie emendat 16-il darba, l-aktar riċenti fl-2013. Fl-1999, anki ASI (dak iż-żmien imsejħa Apple Kompjuter International) saret parti għas-CSA. Fl-istess żmien li fih iddaħħal fis-seħħ is-CSA f'Diċembru 1980, Apple Inc. ikkonkludiet “Ftehim għat-Trasferiment ta' Proprjetà Intanġibbli” ma' AOI. Min-naħa tagħha, AOI kkonkludiet “Ftehim għas-Sottotrasferiment ta' Proprjetà Intanġibbli” ma' AOE li, skont dan, AOE ngħatat liċenzja esklussiva ħielsa minn royalties sabiex tuża l-ismijiet kummerċjali, it-trademarks, is-sigrieti tal-mestier u l-privattivi fil-Punent tal-Ewropa, għall-ewwel, u, fir-reġjun EMEIA, aktar tard, u sabiex tissottoliċenzja dawk id-drittijiet u l-liċenzji (89). Għal dak it-trasferiment inizjali tal-proprjetà intanġibbli ta' Apple li kienet teżisti dak iż-żmien, il-predeċessur ta' AOE ma għamel ebda pagament ta' xiri bil-forza. |
|
(118) |
Skont is-CSA, Apple Inc., minn naħa, u ASI u AOE, min-naħa l-oħra, qablu li jgħaqqdu l-isforzi tagħhom fir-RuŻ u li jaqsmu l-kostijiet u d-drittijiet relatati mal-“Programm ta' Żvilupp”. Il-Programm ta' Żvilupp jirreferi għal: (i) l-iżvilupp ta' proprjetà intanġibbli ġdida, (ii) il-ħolqien ta' titjib, ta' aġġornamenti, ta' adattamenti, ta' traduzzjonijiet, ta' lokalizzazzjonijiet jew ta' modifiki oħrajn għall-proprjetà intanġibbli eżistenti, (iii) l-iżvilupp u t-titjib tal-proċessi tal-manifattura għal kwalunkwe prodott, u (iv) l-iżvilupp, ix-xiri u l-protezzjoni ta' intanġibbli tal-kummerċjalizzazzjoni. |
|
(119) |
Il-proprjetà intanġibbli hija ddefinita fis-CSA bħala “t-teknoloġiji, il-proċeduri, il-proċessi, id-disinni u d-drittijiet tad-disinn, l-invenzjonijiet, l-iskoperti, il-kompetenzi, il-privattivi (inklużi l-applikazzjonijiet għal privattivi, eċċ.), id-drittijiet tal-awtur (u drittijiet oħrajn tal-awtur), is-sigrieti tal-mestier, il-programmi tal-kompjuter (f'forma ta' kodiċi sors u kodiċi oġġett), il-flow charts, il-formuli, it-titjibiet, l-aġġornamenti, it-traduzzjonijiet, l-adattamenti, l-informazzjoni. l-ispeċifikazzjonijiet, it-teknoloġija tal-proċess, ir-rekwiżiti tal-manifattura, l-istandards tal-kontroll tal-kwalità, l-intanġibli tas-suq u kwalunkwe proprjetà intanġibbli simili oħra kollha kif iddefiniti skont ir-Reg. tat-Teżor §1.482-4(b) żviluppati skont il-Programm ta' Żvilupp.” (90) L-intanġibbli tal-kummerċjalizzazzjoni huma ddefiniti bħala “kwalunkwe u kull trademark, marka tas-servizz, isem kummerċjali, sigriet tal-mestier, preżentazzjoni, isem tad-dominju, marka tan-negozju, disinn, strateġija ta' kummerċjalizzazzjoni, reġistrazzjoni, reġistrazzjoni pendenti u dritt tal-awtur għal logos jew rappreżentazzjonijiet pittorjali, kwalunkwe valur ta' avvjament u intanġibbli assoċjat ma' kwalunkwe marka, u proprjetà intanġibbli simili oħra tal-kummerċjalizzazzjoni li hija fl-użu kummerċjali tal-prodotti.” (91) |
|
(120) |
Skont is-CSA, id-dritt ta' użu tal-proprjetà intanġibbli ta' Apple sabiex timmanifattura u tbigħ prodotti ta' Apple huwa maqsum bejn il-partijiet għall-ftehim. Apple Inc. għandha d-dritt li timmanifattura u tbigħ prodotti ta' Apple fil-pajjiżi kollha fl-Amerka ta' Fuq u t'Isfel (minn hawn 'il quddiem b'mod kollettiv imsejħin: “l-Amerki”). ASI u AOE għandhom id-dritt li jimmanifatturaw u jbigħu prodotti ta' Apple fi swieq barra mill-Amerki. It-titolu legali għall-proprjetà intanġibbli kollha huwa miżmum biss f'isem Apple Inc. ASI u AOE għandhom sjieda benefiċjarja fit-territorju tagħhom tal-proprjetà intanġibbli żviluppata bħala riżultat tar-RuŻ imwettqa skont is-CSA (92). Il-mod li bih tingħata s-sjieda benefiċjarja tal-proprjetà intanġibbli lil ASI u lil AOE nbidel bl-emendi differenti għas-CSA. Sal-1988, Apple Inc. tat lil AOE liċenzja esklussiva skont is-CSA sabiex tuża l-IP ta' Apple fit-territorju tagħha. Fis-CSAs konklużi u emendati mill-1988, id-drittijiet għat-titjib għal dik l-IP u għall-IP żviluppata ġdida jingħataw fuq bażi “mhux esklużiva jew koesklużiva” (93). Mill-2007 'l hawn, Apple tagħti lil ASI u AOE liċenzja esklużiva għall-IP ta' Apple, li biha ASI u AOE jagħtu l-istess liċenzja lura lil Apple fil-forma ta' dritt mhux esklużiv (94). |
|
(121) |
Skont is-CSA, il-kostijiet tar-RuŻ għall-prodotti ta' Apple huma maqsumin bejn il-partijiet. Sabiex jiġi kkalkolat is-sehem ta' kull parti, Apple Inc., ASI u AOE lkoll iħallsu sehem tal-kostijiet miġburin fuq il-bażi tal-perċentwal tal-bejgħ ta' prodotti li jseħħu fit-territorji rispettivi tagħhom. Pereżempju, fl-2012, il-kostijiet tar-RuŻ dinjin ta' Apple laħqu total ta' USD [3-3,5] biljun. Dik is-sena, madwar 45 % mill-bejgħ dinji ta' Apple sar fl-Amerki. Għalhekk, Apple Inc. ħallset 45 % tal-kostijiet tar-RuŻ skont is-CSA, filwaqt li ASI u AOE ħallsu l-55 % li jifdal minn dawk il-kostijiet skont is-CSA. Il-qsim tal-kostijiet fis-snin 2008 sal-2014 huwa ppreżentat fit-Tabella 6. Tabella 6 Kostijiet tal-iżvilupp ta' Apple koperti mis-CSA u l-finanzjament ta' dawn il-kostijiet minn ASI u minn AOE
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(122) |
Is-CSAs tal-2009 u tal-2013 jelenkaw il-funzjonijiet u r-riskji allokati lill-partijiet għas-CSA (95). Il-funzjonijiet u r-riskji allokati skont is-CSA lil Apple Inc. (imsejħa “Apple” fis-CSA) u lil ASI kif ukoll lil AOE (flimkien imsejħin “Il-Parteċipant Internazzjonali” fis-CSA) huma miġburin fis-CSA u ppreżentati fil-Figura 8 u fil-Figura 9 rispettivament. Figura 8 Il-funzjonijiet imwettqin minn Apple u mill-Parteċipant Internazzjonali (ASI u AOE) skont is-CSA
Figura 9 Ir-riskji assunti minn Apple u mill-Parteċipant Internazzjonali (ASI u AOE) skont is-CSA
|
|
(123) |
Il-Kummissjoni talbet lill-Irlanda tiċċara x'attivitajiet jirreferu għalihom il-funzjonijiet u r-riskji speċifiċi ppreżentati fil-Figura 8 u fil-Figura 9 u tipprovdi eżempji konkreti tal-attivitajiet imwettqin minn ASI u minn AOE b'dawk il-funzjonijiet. Il-Kummissjoni talbet lill-Irlanda tidentifika wkoll, fil-minuti tal-laqgħat tal-bordijiet tad-diretturi ta' ASI u ta' AOE, kwalunkwe indikazzjoni ta' attivitajiet relatati mal-attivitajiet elenkati fil-Figura 8 u fil-Figura 9 li l-Irlanda jew Apple qieset li twettqu mill-bordijiet ta' ASI u ta' AOE. |
|
(124) |
Bħala tweġiba għal dawk it-talbiet, l-Irlanda u Apple indikaw li t-tabelli mis-CSA tal-2009 u tal-2013, riprodotti fil-Figura 8 u fil-Figura 9, mhumiex imfasslin sabiex juru attivitajiet imwettqin mill-partijiet għas-CSA iżda kemm jiġbru fil-qosor l-attivitajiet li kull parti hija awtorizzata twettaq skont dak il-ftehim. Apple tispjega wkoll li t-tabelli mis-CSA tal-2009 u tal-2013, riprodotti fil-Figura 8 u fil-Figura 9, żdiedu mas-CSA sabiex ikunu ssodisfati r-rekwiżiti skont ir-regolamenti temporanji maħruġin mid-Dipartiment tat-Teżor tal-Istati Uniti, effettivi fil-5 ta' Jannar tal-2009, li ftehim ta' qsim tal-kostijiet bejn partijiet relatati jirrifletti l-funzjonijiet u r-riskji tal-partijiet (96). |
|
(125) |
Apple indikat ukoll li l-attivitajiet ta' RuŻ elenkati fit-tabella riprodotta fil-Figura 8 — l-intanġibbli tal-kostijiet maqsumin, il-kontroll tal-kwalità tal-intanġibbli tal-kostijiet maqsumin, il-ġestjoni tal-faċilitajiet ta' RuŻ, l-ikkuntrattar ma' partijiet relatati jew ma' partijiet terzi b'rabta mal-attivitajiet u mal-għażla tal-attivitajiet ta' żvilupp tal-intanġibbli, ir-reklutaġġ u s-superviżjoni ta' impjegati u ta' kuntratturi u ta' sottokuntratturi sabiex iwettqu xi waħda mill-attivitajiet ta' żvilupp ta' intanġibbli — twettqu kważi għalkollox mill-impjegati ta' Apple Inc. fl-Istati Uniti. L-impjegati tal-Fergħa Irlandiża ħadu sehem f'dawk l-attivitajiet biss f'dak li għandu x'jaqsam mal-lokalizzazzjoni ta' rutina u mal-ittestjar tal-prodotti. |
|
(126) |
L-Irlanda u Apple ddikjaraw ukoll li ASI u AOE ma għandhom ebda rwol fil-ġestjoni tal-IP ta' Apple u li għandhom rwol limitat biss, fil-parametri stretti stabbiliti mill-eżekuttivi ta' Apple Inc. fl-Istati Uniti, f'negozjati ta' kuntratti kummerċjali. Iddikjaraw ukoll li ebda impjegat ta' ASI jew ta' AOE ma huwa involut fil-ħolqien, fix-xiri, fil-ġestjoni u/jew fil-protezzjoni tal-IP ta' Apple. Il-funzjonijiet kollha li jixprunaw il-profitti ta' Apple huma mmexxijin mill-eżekuttivi ta' Apple Inc. fl-Istati Uniti u jitwettqu fil-parti l-kbira tagħhom fl-Istati Uniti. Barra minn hekk, ebda IP maħluqa jew mixtrija minn Apple ma hija proprjetà legali ta' ASI jew ta' AOE jew irreġistrata lilhom. ASI u AOE daħlu biss fil-kuntratti kummerċjali li ġejjin fil-kapaċità tagħhom stess: (i) kuntratti tal-akkwist ma' fornituri ta' komponenti, (ii) ftehimiet ta' manifattura tal-kuntratti ma' manifatturi tat-tagħmir oriġinali li jirregolaw ix-xiri ta' oġġetti lesti, u (iii) kuntratti ta' bejgħ bil-quddiem. |
|
(127) |
Fir-rigward tal-involviment ta' ASI u ta' AOE fil-ġestjoni tal-IP ta' Apple, l-ewwel speċifikazzjoni ta' kull forma ta' IP fil-minuti tal-bord tad-diretturi ta' waħda mill-kumpaniji li ġiet ipprovduta lill-Kummissjoni għall-perjodu mindu twaqqfu ASI u AOE (1980 sal-2015) tinsab fil-minuti tal-laqgħa tal-bord ta' ASI fit-13 ta' Awwissu 2013 u fil-laqgħa tal-bord ta' AOE fis-16 ta' Awwissu 2013, meta ż-żewġ bordijiet taw prokura lill-impjegati ta' Apple Inc. fir-rigward tal-protezzjoni ta' IP (97). |
|
(128) |
Matul l-istess perjodu, l-ewwel speċifikazzjoni tas-CSA fil-minuti tal-laqgħat tal-bord ta' ASI u ta' AOE hija rreġistrata fil-minuti tal-laqgħat ta' Awwissu 2014, li matulha ġiet diskussa u ntlaħaq ftehim dwar l-istruttura korporattiva l-ġdida ta' Apple fl-Irlanda […]. Għall-bord tad-diretturi ta' AOE, ġiet organizzata laqgħa fi […] ta' Awwissu 2014, li hija deskritta bħala “organizzata telefonikament”, u li matulha […] ġie diskuss […]. Għall-bord tad-diretturi ta' ASI, din il-laqgħa saret fi […] ta' Awwissu 2014 fi […]. Skont il-minuti ta' din il-laqgħa, matul din id-diretturi ta' ASI ġew informati wkoll li kienu saru diskussjonijiet bejn Apple Inc., ASI u AOE b'rabta mas-CSA. Il-bord qabel li jaderixxi mas-CSA tal-2013 f'din il-laqgħa (98). |
|
(129) |
Il-laqgħa li jmiss tal-bord tad-diretturi ta' ASI saret wara tmiem is-sena finanzjarja 2014 ta' ASI, fi […] ta' Diċembru 2014, fi […] (99). F'dik il-laqgħa, ġie deċiż li l-ġurisdizzjoni tar-residenza tat-taxxa ta' […] tkun fi […] minflok fi […], li kienet ġiet proposta qabel. |
2.5.5. INFORMAZZJONI DWAR APPLE DISTRIBUTION INTERNATIONAL
|
(130) |
ADI ġiet inkorporata fl-Irlanda fl-2009. Mill-2012, ADI assumiet ċerti responsabbiltajiet għall-attivitajiet ta' distribuzzjoni ta' Apple fir-reġjun EMEIA. Mill-2014, ADI saret responsabbli għall-bejgħ, għad-distribuzzjoni u għall-attivitajiet tal-Apple Online Store madwar ir-reġjun EMEIA u ċ-Ċina. ADI tirċievi ordnijiet mingħand klijenti, hija involuta fit-tbassir tad-domanda u tal-bejgħ u tipprovdi ġestjoni tal-kuntratti għall-klijenti tal-kanali tal-bejgħ. ADI timmaniġġa l-attivitajiet tal-loġistika assoċjati mal-forniment ta' prodotti lill-klijenti. |
|
(131) |
ADI hija responsabbli għall-forniment ta' appoġġ ta' wara l-bejgħ matul il-garanzija u wara li tiskadi. Dawk is-servizzi huma pprovduti permezz tal-grupp ta' appoġġ AppleCare ta' ADI. ADI tipprovdi wkoll appoġġ ta' wara l-bejgħ permezz ta' ċentri ta' assistenza ta' partijiet terzi u netwerks ta' fornituri ta' servizzi approvati minn Apple. |
|
(132) |
Minkejja li tiddikjara l-profitti (100), ADI ma ddikjarat ebda obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva għas-snin 2009, 2010 u 2011. Dan għaliex oriġinarjament ADI kienet ikkalkolat l-obbligazzjoni ta' taxxa tagħha billi applikat il-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati fid-deċiżjoni tat-taxxa tal-2007, billi dik id-deċiżjoni kienet tinkludi “klawżola ta' ristrutturar” (101) li biha dak il-metodu tal-allokazzjoni tal-profitt kien se japplika wkoll għal sussidjarja ġdida fil-każ ta' ristrutturar tal-istruttura korporattiva ta' Apple fl-Irlanda. Madankollu, l-Irish Revenue ħadet il-pożizzjoni li l-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati minn dik id-deċiżjoni ma kinux japplikaw għad-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli ta' kumpanija residenti. Fl-2014, ADI aċċettat il-pożizzjoni tal-Irish Revenue u ntlaħaq qbil […] għall-perjodi kontabilistiċi kollha sa u inkluża l-2012. Dan irriżulta f'saldu ta' EUR […], inklużi t-taxxa […], l-imgħax u l-penali. […]. |
2.5.6. FTEHIMIET TA' SERVIZZ U TA' DISTRIBUZZJONI KONKLUŻI MINN ASI
|
(133) |
Fl-2008, ASI kkonkludiet Ftehim ta' Servizz tal-Kummerċjalizzazzjoni ma' Apple Inc. Skont dak il-ftehim, Apple Inc. talloka sehem mill-kostijiet tal-kummerċjalizzazzjoni mġarrbin minn Apple Inc. lil ASI fir-rigward tas-servizzi mwettqin minn Apple Inc. għan-nom ta' ASI (102). L-Irlanda spjegat li dak is-sehem tal-kostijiet tal-kummerċjalizzazzjoni huwa allokat lill-uffiċċju prinċipali ta' ASI (103). Madankollu, il-kuntratt kien konkluż bejn Apple Inc. u ASI mingħajr ebda referenza għall-uffiċċju prinċipali ta' ASI. Minflok, il-kuntratt jipprovdi l-indirizz postali ta' ASI f'Cork, l-Irlanda, bħala l-indirizz tal-kontroparti għall-ftehim. Barra minn hekk, skont l-Irlanda, il-fergħa Irlandiża ta' ASI ġġarrab kostijiet tal-kummerċjalizzazzjoni lokali direttament permezz tal-ftehimiet kuntrattwali ma' kumpaniji tal-kummerċjalizzazzjoni ta' partijiet terzi. |
|
(134) |
Fl-2010, ġie konkluż ftehim ta' distribuzzjoni bejn ASI u ADI. Skont dak il-ftehim, ASI ħatret lil ADI bħala distributur globali mhux esklużiv għall-bejgħ ta' prodotti ta' Apple u ADI ngħatat liċenzja mhux esklużiva għal ċerti drittijiet proprjetarji sabiex tippromwovi l-bejgħ ta' prodotti ta' Apple. Il-ftehim ta' distribuzzjoni ta lil ADI d-dritt li tixtri prodotti ta' Apple mingħand ASI jew direttament mingħand manifatturi ta' partijiet terzi. ASI u ADI qablu li l-aggregat tal-imposti kollha għall-prodotti u għas-servizzi forniti skont il-ftehim ta' distribuzzjoni jkun ta' ammont tali li ADI tagħmel profitt nett qabel it-taxxa ta' bejn wieħed u ieħor [1-5] % ta' […]. |
|
(135) |
Sabiex ADI twettaq id-distribuzzjoni għal ASI fir-reġjun EMEIA, ġie miftiehem f'memorandum ta' qbil, datat it-23 ta' April 2012, li ADI tixtri l-assi u tassumi l-obbligazzjonijiet ta' ASI assoċjati mad-distribuzzjoni fir-reġjun EMEIA b'effett mill-1 ta' April 2012. Mil-lat tal-assi, l-akbar entrata tal-karta bilanċjali ttrasferita fl-1 ta' April 2012 minn ASI lil ADI kienet tikkonċerna r-riċevibbli tan-negozju […]. Mil-lat tal-obbligazzjoni, l-akbar entrata tal-karta bilanċjali ttrasferita minn ASI lil ADI kienet tikkonċerna […] il-Prepagamenti u Introjtu Dovut tal-Garanzija […] (104). |
2.5.7. L-ISTRUTTURA KORPORATTIVA L-ĠDIDA TA' APPLE FL-IRLANDA SAL-2015
|
(136) |
F'laqgħa fid-9 ta' Jannar 2015 (105), Apple ppreżentat l-istruttura korporattiva l-ġdida tagħha fl-Irlanda lill-Kummissjoni. Dik l-istruttura korporattiva l-ġdida kienet implimentata bħala konsegwenza tal-modifika tat-Taqsima 23 A tat-TCA 97, mill-1 ta' Jannar 2015 (106), li b'riżultat tagħha kumpanija inkorporata fl-Irlanda ma setgħetx tibqa' tiddikjara r-residenza tat-taxxa tagħha barra mill-Irlanda, filwaqt li ma jkollha ebda post ta' residenza tat-taxxa xi mkien ieħor, kif kien il-każ ta' ASI u ta' AOE. […]. Apple indikat li skont l-istruttura korporattiva l-ġdida, id-deċiżjoni tal-2007 ma kinitx se tibqa' tintuża għad-determinazzjoni tal-bażi taxxabbli ta' ASI u ta' AOE fl-Irlanda. […]. Skont l-informazzjoni pprovduta minn Apple, l-aħħar sena finanzjarja li għaliha tapplika d-deċiżjoni tal-2007 hija l-2014, li tintemm fis-27 ta' Settembru 2014, skont il-kontijiet statutorji ta' ASI u ta' AOE. |
|
(137) |
Skont dik l-istruttura korporattiva l-ġdida, […]. |
|
(138) |
Skont l-informazzjoni pprovduta minn Apple lill-Kummissjoni fid-19 ta' Jannar 2015 (107), […]. |
|
(139) |
Fl-ittra tagħha tal-25 ta' Frar 2015 (108), l-Irlanda pprovdiet aktar kjarifiki dwar l-istruttura l-ġdida ta' Apple. B'mod partikolari, skont in-noti ta' konferenza telefonika fi […] ta' Diċembru 2014 bejn l-Irish Revenue u Apple, l-Irish Revenue talbet lil Apple […]. Skont dawk in-noti, huwa speċifikat ukoll li, […]. |
|
(140) |
B'ittra tal-11 ta' Novembru 2015 (109), il-Kummissjoni talbet informazzjoni dwar […], kif imsemmi fis-sottomissjoni ta' Apple tad-19 ta' Jannar 2015 (110), kif ukoll kwalunkwe dokument sottostanti bħar-rapporti ta' prezzar ta' trasferiment. Fis-sottomissjoni tagħha tad-29 ta' Jannar 2016, l-Irlanda […]. Fl-ittra tagħha tat-8 ta' Marzu 2016, il-Kummissjoni […]. F'ittra datata t-23 ta' Marzu 2016, l-Irlanda indikat li Apple kienet informat lill-Irlanda li […]. |
|
(141) |
Fil-minuti tal-laqgħat tal-bord tad-diretturi ta' […], ipprovduti lill-Kummissjoni fl-24 ta' Mejju 2016, hija ppreżentata informazzjoni dwar […]. |
|
(142) |
B'mod partikolari, fil-minuti tal-laqgħa tal-bord ta' […], li saret fi […] fi […] ta' Awwissu 2015, huwa stipulat li […]. |
|
(143) |
Fil-minuti tal-laqgħa tal-bord ta' […] li saret f'Cupertino, l-Istati Uniti, fi […] ta' April 2016, huwa rreġistrat li […]. |
|
(144) |
L-hemża 1 għall-minuti tal-laqgħa ta' […] ta' April 2016 fiha l-minuti tal-laqgħa tal-bord fi […] ta' Awwissu 2015, fejn iddaħħlu tibdiliet u żdiedet l-enfasi, bħat-tħassir ta' […]. |
3. MOTIVI GĦALL-BIDU TAL-PROĊEDURA TA' INVESTIGAZZJONI FORMALI
|
(145) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ il-proċedura ta' investigazzjoni formali għaliex waslet għall-konklużjoni preliminari li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jikkostitwixxu l-għoti ta' għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat mill-Irlanda lil Apple, lil ASI u lil AOE u li dik l-għajnuna hija inkompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(2) u (3) tat-Trattat. |
|
(146) |
B'mod partikolari, il-Kummissjoni esprimiet dubji li l-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati minn dawk id-deċiżjonijiet għad-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli ta' ASI u ta' AOE kienu jirriflettu remunerazzjoni għall-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE li kien jaċċetta operatur indipendenti prudenti li jaġixxi f'kondizzjonijiet normali tas-suq. |
|
(147) |
B'mod partikolari, il-Kummissjoni osservat li l-bażi taxxabbli fid-deċiżjoni tal-1991 dehret li kienet innegozjata u mhux sostanzjata b'referenza għal tranżazzjonijiet komparabbli u li l-Irish Revenue ma dehritx li kellha l-intenzjoni li tistabbilixxi allokazzjoni tal-profitt fuq il-bażi tal-prezzar ta' trasferiment. |
|
(148) |
Il-Kummissjoni osservat ukoll li ma ġie pprovdut ebda studju dwar l-allokazzjoni tal-profitt jew rapport dwar il-prezzar ta' trasferiment lill-Irish Revenue dak iż-żmien li ntalbet xi waħda mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati u li l-għażliet metodoloġiċi aċċettati mill-Irish Revenue ma dehrux li kienu sostanzjati b'xi mod. Ikkritikat ukoll l-approvazzjoni ta' metodu tal-allokazzjoni tal-profitt unilaterali fiż-żewġ deċiżjonijiet, bil-kostijiet operatorji esklużi l-kostijiet mitlubin mill-kumpaniji affiljati bħala indikatur tal-livell ta' profitt, li qatt ma kienu spjegati, għad li jirriżulta f'eżiti materjalment differenti f'dan il-każ. Għalhekk, kellha dubji dwar l-idoneità tal-metodu ta' prezzar ta' trasferiment magħżul għad-deċiżjoni tal-2007. |
|
(149) |
Il-Kummissjoni osservat ukoll diversi inkonsistenzi fl-applikazzjoni tal-metodu magħżul meta tistabbilixxi l-allokazzjoni tal-profitt lil AOE u lil ASI li ma jidhrux li jikkonformaw mal-prinċipju ta' distakkament. Fir-rigward tad-deċiżjoni tal-1991, dawk l-inkonsistenzi kienu relatati mal-valwazzjoni pożittiva fuq il-kostijiet attribwibbli lill-fergħa Irlandiża ta' AOE, mal-ammont ta' provvedimenti ta' kapital maqbul għal AOE kif ukoll mad-durata tad-deċiżjoni tal-1991 li ġiet applikata minn Apple għal 15-il sena. Fir-rigward tad-deċiżjoni tal-2007, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-valwazzjoni pożittiva ta' [10-15] % fuq il-kostijiet operatorji ta' AOE, filwaqt li għal ASI ntlaħaq qbil fuq valwazzjoni pożittiva inferjuri ta' [10-15] % fuq il-kostijiet operatorji (111). Barra minn hekk, l-allokazzjoni tal-profitt għall-fergħa Irlandiża ta' ASI, maqbula fid-deċiżjoni tal-2007, ma ġietx ikkunsidrata fl-evoluzzjoni tal-bejgħ. Billi l-profitt irreġistrat minn ASI ġej minn introjtu attiv, il-Kummissjoni qieset li jekk it-tkabbir fil-bejgħ mhuwiex akkumpanjat minn żieda fil-kapaċità operatorja barra mill-Irlanda, dan jista' jindika inkonsistenza fl-allokazzjoni tal-fatturat bejn ASI u l-fergħa Irlandiża tagħha. |
|
(150) |
Għalhekk, il-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt maqbulin għall-allokazzjoni tal-profitt ta' ASI u ta' AOE lill-fergħat Irlandiżi rispettivi tagħhom tqiesu li jirriżultaw f'remunerazzjoni għal dawk il-fergħat Irlandiżi li ma kienx jaċċetta operatur indipendenti prudenti li jaġixxi f'kondizzjonijiet normali tas-suq u, b'hekk, jiddevjaw mill-prinċipju ta' distakkament. B'riżultat ta' dan, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li dawk id-deċiżjonijiet jirriżultaw f'piż tat-taxxa inferjuri għal dawk il-kumpaniji u b'hekk jikkostitwixxu vantaġġ għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Il-Kummissjoni qieset li dak il-vantaġġ kien selettiv billi ngħata biss lil ASI u lil AOE u jixħet lil dawk l-intrapriżi f'pożizzjoni aktar favorevoli minn intrapriżi oħrajn li huma f'pożizzjoni fattwali u legali komparabbli. Il-Kummissjoni qieset ukoll li dik il-pożizzjoni favorevoli mogħtija b'mod selettiv liż-żewġ intrapriżi hija bbażata fuq id-diskrezzjoni tal-Irish Revenue li marret lil hinn mis-sempliċi ġestjoni tad-dħul mit-taxxa b'referenza għall-kriterji oġġettivi. |
|
(151) |
Billi ġew issodisfati l-kondizzjonijiet kollha l-oħrajn tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat u ma kien hemm ebda bażi tal-kompatibbiltà apparenti skont l-Artikolu 107(2) jew (3) tat-Trattat, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati kienu jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat li hija inkompatibbli mas-suq intern. |
4. KUMMENTI MILL-IRLANDA DWAR ID-DEĊIŻJONI TA' FTUĦ
|
(152) |
Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, l-Irlanda tqajjem diversi argumenti primarjament relatati mar-regoli nazzjonali applikabbli sabiex tiġi stabbilita l-eżistenza ta' vantaġġ għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, l-assistenza ta' kwalunkwe trattat selettiv ta' ASI u ta' AOE u numru ta' nuqqasijiet proċedurali. |
|
(153) |
Fir-rigward tar-regoli nazzjonali li kienu japplikaw fi żmien id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati u li jiddeterminaw vantaġġ possibbli, l-Irlanda targumenta li, għall-kuntrarju tas-suppożizzjoni tal-Kummissjoni u fin-nuqqas ta' kwalunkwe trattat kontra t-taxxa doppja, it-Taqsima 25 tat-TCA 97 tikkostitwixxi l-unika bażi għall-kalkolu tal-obbligazzjoni ta' taxxa għal kumpaniji mhux residenti li jagħmlu negozju permezz ta' fergħa fl-Irlanda. Skont l-Irlanda, ma hemm ebda ambitu għall-applikazzjoni tal-prinċipji ġenerali żviluppati mill-OECD sakemm dawk il-prinċipji ma jkunux inkorporati biċ-ċar fil-liġi Irlandiża, li, skont l-Irlanda, mhuwiex il-każ hawnhekk. It-Taqsima 25 tat-TCA 97 ma tirreferix għall-prinċipju ta' distakkament tal-OECD, li għalhekk mhuwiex determinant meta jiġi allokat profitt lil fergħa Irlandiża. |
|
(154) |
Madankollu, anki li kieku l-qafas tal-OECD kien applikabbli għal dan il-każ, il-ftehim dwar l-allokazzjoni tal-profitti lil fergħa ta' kumpanija mhux residenti skont l-Artikolu 7 tal-Mudell ta' Konvenzjoni Fiskali tal-OECD ma ntlaħaqx qabel l-2010 fil-livell tal-OECD, jiġifieri wara li kienu nħarġu d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, u anki f'dak il-każ, fil-kuntest biss tal-applikazzjoni ta' trattament kontra t-taxxa doppja, li mhuwiex il-każ hawnhekk. La ASI u lanqas AOE ma humx residenti tat-taxxa fl-Irlanda jew f'pajjiż li miegħu l-Irlanda daħlet fi trattat kontra t-taxxa doppja. |
|
(155) |
Barra minn hekk, il-prattika ta' teħid ta' deċiżjonijiet invokata mill-Kummissjoni sabiex tiġġustifika r-referenza għall-prinċipju ta' distakkament fil-każ tal-Irlanda mhijiex applikabbli billi tikkonċerna każijiet li fihom l-Istati Membri kienu inkorporaw ċerti prinċipji tal-OECD fil-liġi nazzjonali tagħhom dwar it-tranżazzjonijiet bejn il-kumpaniji, iżda mbagħad ħolqu eċċezzjonijiet għal ċerti kontribwenti. Dawk id-deċiżjonijiet mhumiex rilevanti għall-Irlanda għaliex hija ma inkorporatx il-prinċipju ta' distakkament fil-liġi nazzjonali u l-ebda waħda mid-deċiżjonijiet ma kienet tqis il-prinċipju ta' distakkament fil-kuntest tal-allokazzjoni tal-profitti lil fergħa ta' kumpanija. |
|
(156) |
Barra minn hekk, ir-referenza fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ għat-test tal-investitur li jopera f'ekonomija tas-suq mhijiex konvinċenti billi tħallat żewġ kwistjonijiet li għandhom jibqgħu separati: ir-rwol tal-Istat bħala awtorità pubblika, u l-imġiba tiegħu fis-suq. Madankollu, jekk id-Deċiżjoni ta' Ftuħ għandha tinqara li timponi t-test fuq l-operaturi privati, din tkun tikkostitwixxi estensjoni ġdida tal-prinċipju ta' operatur li jopera f'ekonomija tas-suq. Il-Kummissjoni effettivament tkun qiegħda titlob li l-kontribwent stess iġib ruħu bħala investitur li jopera f'ekonomija tas-suq, anki jekk dan l-istandard jirreferi biss għall-azzjonijiet tal-Istat. |
|
(157) |
Fir-rigward tas-selettività, l-Irlanda tippreżenta li għad li l-Irish Revenue trid teżerċita ġudizzju meta talloka l-profitt lil fergħa ta' kumpanija mhux residenti, dak il-ġudizzju ma jimplikax li l-kontribwenti huma ttrattati fuq bażi diskrezzjonali u għalhekk iffavoriti b'mod selettiv fuq oħrajn. Meta l-Irish Revenue tkun meħtieġa teżerċita ġudizzju, trid tagħmel dan b'mod kawt, ġust u konsistenti. Skont l-Irlanda, il-valutazzjoni f'dan il-każ kienet konsistenti għalkollox mal-prattika amministrattiva normali. Ma kien hemm ebda tluq mill-bażi normali fil-kalkolu tal-obbligazzjoni ta' taxxa tal-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE u, b'hekk, ebda trattament selettiv. |
|
(158) |
Skont l-Irlanda, il-proċess li jwassal għad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati ma kienx jinvovi xi trattament preferenzjali ta' Apple. Mill-perspettiva tal-Irish Revenue, il-proċess mhuwiex proċess ta' negozjar imfassal sabiex jirriżulta fil-ħlas mill-kumpanija ta' ammont fiss ta' taxxa. Minflok, l-objettiv huwa li jiġi żgurat li l-bażi użata għall-allokazzjoni tal-proftti hija xierqa. |
|
(159) |
Fir-rigward tal-allokazzjoni tal-profitt maqbula fid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, l-Irlanda tqis li l-approċċ meħud mill-Irish Revenue jirrifletti bis-sħiħ il-kontribuzzjoni tal-fergħa għall-profitti ġenerali tal-kumpanija u jikkostitwixxi applikazzjoni korretta tat-Taqsima 25 tat-TCA 97. Il-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt maqbulin sabiex jirriżultaw f'livell ta' profitti taxxabbli proporzjonati għall-valur tal-kontribuzzjoni li saret mill-fergħa Irlandiża f'kull każ għall-profittabilità ġenerali tal-kumpanija. B'mod partikolari, l-Irish Revenue tat importanza kritika lilll-fatt li l-fergħat Irlandiżi ma kellhom ebda dritt għal-liċenzji tal-IP ta' Apple, jew interess fihom, li kienu sors sinifikanti tal-introjtu tal-kumpanija. Għalhekk, il-maniġer tar-Revenue ma qiesx li kien xieraq jew sostenibbli li jiġi attribwit valur derivat mill-IP unika ta' Apple għall-fergħat Irlandiżi. |
|
(160) |
L-Irlanda tqajjem ukoll numru ta' argumenti relatati mal-proċedura, billi ddikjarat li l-Kummissjoni ma kinitx imparzjali fl-abbozzar tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ, inkluża lingwa b'saħħitha u assertiva wisq li tidher li tantiċipa l-konklużjoni fid-deċiżjoni finali. L-Irlanda targumenta wkoll li l-Kummissjoni kisret id-dritt tal-Irlanda li tinstema' billi ddiskutiet kwistjonijiet relatati mal-każ mal-OECD mingħajr ma involviet lill-Irlanda. Barra minn hekk, tagħmel referenza għat-tul ta' żmien li għadda bejn l-ewwel miżura ta' għajnuna allegata (1991) u l-ewwel passi investigattivi tal-Kummissjoni (2013), li allegatament jagħmilha diffiċli għall-Irlanda li tiddefendi lilha nfisha u li jrendi s-sitwazzjoni għall-kontribwenti imprevedibbli wkoll. Finalment, l-Irlanda targumenta li l-irkupru għandu jkun eskluż għaliex l-għajnuna tikkostitwixxi għajnuna eżistenti, jew ubjekka, għaliex ikun diffiċli ħafna li jiġi kkalkolat l-ammont tal-għajnuna. |
5. KUMMENTI MILL-PARTIJIET INTERESSATI DWAR ID-DEĊIŻJONI TA' FTUĦ
5.1. KUMMENTI MINN APPLE
|
(161) |
Fil-parti l-kbira tagħhom il-kummenti ta' Apple dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ kienu l-istess bħall-kummenti tal-Irlanda, speċjalment fir-rigward tal-liġi nazzjonali applikabbli li skont din għandha tiġi stabbilita l-eżistenza ta' vantaġġ. |
|
(162) |
Apple tissottometti li l-IP ta' Apple kienet u għadha żviluppata b'mod predominanti fl-Istati Uniti fil-kwartieri ġenerali ta' Apple Inc. f'Cupertino, fl-Istati Uniti. Dan huwa fejn tinsab il-maġġoranza assoluta tal-inġiniera tar-RuŻ ta' Apple. L-eżekuttivi li jieħdu d-deċiżjonijiet strateġiċi u finali kollha dwar l-attività ta' RuŻ u l-kummerċjalizzazzjoni tal-ideat mid-disinn tal-prodott sat-tnedija tal-prodott huma bbażati fl-Istati Uniti wkoll. Apple Inc. hija l-uniku sid tat-titolu legali għall-IP kollu ta' Apple. |
|
(163) |
Ebda deċiżjoni dwar l-isfruttament tal-IP ta' Apple jew l-iżvilupp tal-prodotti ta' Apple (bħal deċiżjonijiet rigward x'IP tikkummerċjalizza u kif timmanifattura l-prodotti) ma tittieħed fl-Irlanda. Ebda impjegat tal-fergħat Irlandiżi ma għandu responsabbiltà għar-RuŻ jew għal kwalunkwe deċiżjoni assoċjata mad-dritt ta' użu u ta' sfruttament tal-IP ta' Apple. Kull deċiżjoni bħal din tittieħed fl-Istati Uniti minn Apple Inc., u/jew mill-bordijiet ta' ASI u ta' AOE, li jimmaniġġaw u jikkontrollaw il-kumpaniji minn barra l-Irlanda. |
|
(164) |
Il-kummerċjalizzazzjoni ta' Apple hija komponent strateġiku importanti għall-kumpanija. L-istrateġija ta' kummerċjalizzazzjoni hija kkontrollata u ġestita mill-Istati Uniti wkoll, fejn jittieħdu d-deċiżjonijiet ewlenin kollha. Il-kampanji ta' kummerċjalizzazzjoni huma mfasslin u żviluppati fl-Istati Uniti. Il-fergħat Irlandiżi ma għandhom ebda involviment fil-ħolqien u fl-iżvilupp ta' kampanji ta' kummerċjalizzazzjoni u l-fergħa Irlandiża ta' ASI tikkumpensa lil Apple Inc. għall-forniment minn din tas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni madwar id-dinja. |
|
(165) |
Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-eżistenza ta' vantaġġ, il-Kummissjoni ma identifikatx il-kontrafattwali t-tajjeb sabiex tistabbilixxi vantaġġ bħal dan, li jrid ikun ir-regoli nazzjonali dwar it-taxxa li jirregolaw it-trattament ta' kumpaniji mhux residenti tat-taxxa b'fergħat Irlandiżi biss (jiġifieri t-Taqsima 25 tat-TCA 97) u mhux il-prinċipji tal-OECD li ma għandhom ebda saħħa legali fl-Irlanda. Billi l-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt maqbulin fid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati kienu konsistenti mal-prattika amministrattiva tal-Irish Revenue skont it-Taqsima 25 tat-TCA 97, il-piż tat-taxxa ta' ASI u ta' AOE ma tnaqqasx minn dawk id-deċiżjonijiet li, għalhekk, ma kinux jagħtuhom xi vantaġġ. Hekk ukoll, lanqas it-test ta' operatur li jopera f'suq privat ma jista' jintuża sabiex jiġi impost il-prinċipju ta' distakkament għas-sejbien ta' vantaġġ, għaliex it-test la ma jista' jiġi applikat għall-Istat, billi dan ikun qed jaġixxi bħala awtorità pubblika, u lanqas għall-kontribwent. |
|
(166) |
Barra minn hekk, ma hemm ebda trattament selettiv f'dan il-każ, billi d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati kkonfermaw biss il-profitt li jrid jiġi allokat lill-fergħat Irlandiżi f'konformità mat-Taqsima 25 tat-TCA 97 u l-prattika amministrattiva relatata u bl-istess mod bħalma l-Irish Revenue tkun tapplika t-Taqsima 25 tat-TCA 97 għall-kontribwenti kollha l-oħrajn f'sitwazzjoni simili. Lanqas ma kien hemm xi trattament selettiv fuq il-bażi tad-diskrezzjoni billi s-setgħa tal-Irish Revenue li teżerċita ġudizzju kien limitat mill-kriterji oġġettivi relatati mas-sistema tat-taxxa. |
|
(167) |
Barra minn hekk, anki li kieku l-prinċipju ta' distakkament kien japplika għat-tranżazzjonijiet f'dan il-każ, ir-rapport ad hoc ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] sottomess minn Apple wasal għall-konklużjoni li l-allokazzjoni tal-profitt lill-fergħat Irlandiżi taqa' fil-medda ta' eżiti xierqa anki skont ir-rekwiżiti tar-regoli attwali dwar il-prezzar ta' trasferiment, u b'hekk id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati ma taw ebda vantaġġ lil ASI u lil AOE. Skont dak ir-rapport, ASI u AOE assumew ir-riskji ewlenin relatati mas-suċċess tal-prodotti u mad-difetti tal-prodotti fis-swieq internazzjonali. Id-distributuri u r-rivendituri tal-prodotti ta' Apple (parti relatata u parti terza) kienu protetti minn dawk ir-riskji permezz ta' patti kuntrattwali, permezz ta' politiki dinjin u permezz ta' approċċi għad-distribuzzjoni (bħal kontrolli fuq l-inventarju). Il-politiki għall-ġestjoni u għall-mitigazzjoni tar-riskju tan-negozju ġew stabbiliti minn Apple Inc. fl-Istati Uniti. ASI u AOE kellhom il-kapaċità finanzjarja li jġarrbu kwalunkwe riskju tan-negozju u li jieħdu d-deċiżjonijiet strateġiċi neċessarji sabiex jimmitigaw l-iskopertura tal-kumpanija għar-riskji tan-negozju. B'mod partikolari, ir-rapport jidentifika l-attivitajiet ekonomikament sinifikanti tal-fergħat Irlandiżi fir-rigward tal-funzjonijiet tagħhom u taċ-ċirkustanzi fattwali, jistabbilixxi li t-TNMM huwa l-aktar metodu tal-allokazzjoni tal-profitt adattat sabiex jiġi stabbilit il-profitt taxxabbli tagħhom, u jistabbilixxi li l-aktar indikatur tal-livell tal-profitt xieraq għall-fergħa Irlandiża ta' ASI huwa l-Proporzjon Berry (112) u għall-fergħa Irlandiża ta' AOE huwa valwazzjoni pożittiva fuq il-kostijiet totali. |
|
(168) |
Skont [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple], fil-każ ta' distributur bħal ASI li jbigħ oġġetti lil distributuri oħrajn li huma partijiet relatati, l-unika funzjoni li żżid il-valur hija l-loġistika tad-distribuzzjoni tal-oġġetti; il-kost tal-oġġetti sempliċiment jingħadda lix-xerrej sussegwenti tal-prodott. Il-kost tat-twettiq tad-distribuzzjoni għandu jkun l-ispejjeż operatorji tal-kumpanija. F'dan il-każ, kumpanija għandha tiġi remunerata għal dik in-nefqa biss. Billi juża l-Proporzjon Berry, id-distributur għandu jingħata redditu abbażi tal-kost b'addenda fuq il-kostijiet tad-distribuzzjoni (il-kostijiet li jżidu l-valur) tan-negozju. Imbagħad ir-rapport jidderiva d-data dwar il-profittabilità minn sett ta' kumpaniji ta' partijiet terzi partikolari b'funzjonijiet simili għal dawk tal-fergħat Irlandiżi u jevalwa l-allokazzjoni tal-profitt attwali skont id-deċiżjonijiet fil-kuntest tad-data tal-partijiet terzi. Fir-rigward tal-evalwazzjoni tar-riżultati tal-allokazzjoni tal-profitt għall-fergħat Irlandiżi skont id-deċiżjoni tal-1991, ir-rapport jistabbilixxi sett komparabbli ta' data dwar il-profittabilità ta' partijiet terzi għas-snin 2004, 2005 u 2006 (113) u jqabbel il-profitti attwali attribwiti lill-fergħat Irlandiżi fis-snin finanzjarji 2004 sal-2007 ma' dak is-sett komparabbli. L-eżitu tal-istudju tal-komparabbli tar-rapport ad hoc ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] li juża proporzjon Berry rigward ASI huwa ppreżentat fil-Figura 10 u li juża valwazzjoni pożittiva fuq il-kostijiet totali (“MTC”) rigward AOE huwa ppreżentat fil-Figura 11. Figura 10 Il-medda tal-Proporzjon Berry ta' distakkament b'referenza għall-entitajiet indipendenti ta' bejgħ/distribuzzjoni skont [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple]
Figura 11 Il-medda tal-MTC ta' distakkament b'referenza għall-manifatturi indipendenti skont [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple]
|
|
(169) |
Fuq il-bażi ta' dan l-istudju, ir-rapport ad hoc ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] jikkonkludi li l-profitti attribwiti lill-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE kienu konsistenti għalkollox mal-prinċipju ta' distakkament tal-OECD. Ir-rapport ad hoc ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] jippreżenta wkoll “il-profil attwali” tal-fergħat Irlandiżi. Il-kunċett ta' “profil” tal-valwazzjoni pożittiva mhuwiex iddefinit minn [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple]. Fil-każ ta' AOE, il-valwazzjoni pożittiva fuq il-profil tal-kostijiet totali hija ppreżentata fir-rapport għas-snin 2011 u 2012, kif ippreżentat fil-Figura 12. Figura 12 Il-valwazzjoni pożittiva propja fuq il-kostijiet totali ta' AOE skont [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] għas-snin finanzjarji (“FY”) 2011 u 2012
|
|
(170) |
Fis-17 ta' Novembru 2014, Apple ppreżentat studju ad hoc ieħor imħejji minn [it-tieni konsulent ta' Apple] li jiffoka fuq żewġ kwistjonijiet imqajmin fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ: (i) id-dikjarazzjoni li l-allokazzjoni tal-profitt applikata għall-fergħa Irlandiża ta' ASI ma kinitx tikkalkola l-evoluzzjoni tal-bejgħ (114) u (ii) id-dikjarazzjoni li żewġ valwazzjonijiet pożittivi differenti (65 % u 20 %) miftehmin għal AOE ma jistgħux ikunu f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta t-tnejn li huma (115). Jikkonkludi li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati allokaw b'mod korrett il-profitt lill-fergħat Irlandiżi fuq valwazzjoni pożittiva fuq il-kostijiet mingħajr ma kkalkolaw l-evoluzzjoni tal-bejgħ. |
|
(171) |
Skont l-istudju ad hoc ta' [it-tieni konsulent ta' Apple], it-teħid tal-kostijiet bħala bażi ma għandux ikun sorpriża billi l-fergħat Irlandiżi huma attivi f'suq kompetittiv u l-operaturi ta' partijiet terzi li magħhom Apple tikkuntratta servizzi simili għal dawk ipprovduti mill-fergħat Irlandiżi tipikament huma kkumpensati fuq il-bażi tal-kostijiet tagħhom ukoll. Fir-rigward tal-fatt li l-allokazzjoni tal-profitt ma ssegwix l-evoluzzjoni tal-bejgħ, [it-tieni konsulent ta' Apple] jargumenta li l-attivitajiet imwettqin mill-fergħa Irlandiża ta' ASI huma kkaratterizzati minn ekonomiji ta' skala. Jekk il-klijenti tal-fergħa Irlandiża ta' ASI jixtrux volumi kbar jew żgħar ta' prodotti ma jaffettwax il-kostijiet b'mod sostanzjali, billi l-attivitajiet imwettqin mill-fergħa Irlandiża ta' ASI (bħall-ikkuntattjar lill-klijenti, l-organizzazzjoni tal-loġistika) huma fil-parti l-kbira stabbiliti b'rabta mal-volum ta' prodotti li jixtru l-klijenti. |
|
(172) |
Barra minn hekk, is-sistema ta' tendenza rigressiva mfassla għal AOE tista' tiġi ġġustifikata minn perspettiva ekonomika u kummerċjali. Minn perspettiva ekonomika, l-għan ta' valwazzjoni pożittiva fuq il-kostijiet operatorji huwa li tkopri l-ispejjeż fissi mhux rikorrenti. Imbagħad il-valwazzjoni pożittiva inizjali ta' 65 % ikollha tkopri l-ispejjeż fissi għall-operazzjonijiet sħaħ. Madankollu, f'xi waqt, l-ammont tal-marġini ġġenerat minn din il-valwazzjoni pożittiva jkun aktar minn suffiċjenti sabiex ikopri l-ispejjeż fissi inizjali mġarrbin bis-sħiħ. B'hekk, ma għandu jsir ebda pagament ieħor għall-ispiża fissa wara ċertu livell ta' kostijiet li, skont l-istudju ad hoc ta' [it-tieni konsulent ta' Apple], ikun jiġġustifika saħansitra tendenza rigressiva minn 65 % għal 0 %. |
|
(173) |
Finalment, skont Apple, l-infurzar tal-għajnuna mill-Istat mhuwiex għodda xierqa sabiex tinkiseb armonizzazzjoni tal-liġijiet nazzjonali dwar it-tassazzjoni tal-intrapriżi li l-Kummissjoni allegatament tagħmel billi tobbliga lill-Istati Membri josservaw standards bħall-prinċipju ta' distakkament li huma irrelevanti għas-sistemi fiskali ta' ċerti Stati Membri u b'hekk trendi d-deċiżjonijiet tat-taxxa ta' dawk l-Istati Membri suxxettibbli għal sejbien ta' għajnuna mill-Istat. |
5.2. KUMMENTI MINN PARTIJIET INTERESSATI OĦRAJN
|
(174) |
Il-kummenti riċevuti mingħand paritjiet interessati oħrajn, jiġifieri Iben u l-ittra konġunta ffirmata minn diversi korpi kummerċjali (minn hawn 'il quddiem il-“Preżentazzjoni Konġunta”), ma jindirizzawx id-dubji mqajmin fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ, iżda minflok jiffokaw fuq l-implikazzjonijiet tal-approċċ segwit f'dik id-deċiżjoni fuq l-ambjent tan-negozju. B'mod partikolari, dawk il-kummenti jiddikjaraw li l-inizjattiva tal-Kummissjoni tkun qiegħda xxekkel iċ-ċertezza tad-dritt u l-prattiki ta' indirizzar skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat filwaqt li fora internazzjonali bħall-OECD jew kanali ta' politika oħrajn huma aktar adattati u xierqa sabiex jindirizzaw kompetizzjoni tat-taxxa dannuża. Il-Kummissjoni ma għandhiex taħdem biex tarmonizza sistemi tat-taxxa fejn ma għandha ebda kompetenza permezz ta' proċeduri dwar l-għajnuna mill-Istat. |
|
(175) |
Il-kummenti jixħtu dubju wkoll fuq l-approċċ ta' selettività meħud mill-Kummissjoni f'sitwazzjonijiet li fihom l-amministrazzjonijiet tat-taxxa għandu jkollhom ċertu marġni ta' diskrezzjoni u jiddikjaraw li l-prezzar ta' trasferiment mhuwiex xjenza eżatta. Jekk il-Kummissjoni tikkonkludi li d-deċiżjonijiet tat-taxxa jikkostitwixxu għajnuna inkompatibbli mill-Istat, l-irkupru għandu jkun eskluż fuq il-bażi tal-prinċipju ta' aspettattivi leġittimi u minħabba li l-approċċ ikun tant ġdid. |
|
(176) |
Fil-kummenti tagħha, Oxfam tesprimi appoġġ għall-investigazzjoni tal-Kummissjoni, filwaqt li tħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid il-kapaċità tal-investigazzjoni tagħha wkoll fid-dawl tal-fatt li din tista' tkun f'pożizzjoni aħjar mill-korpi nazzjonali biex tivvaluta b'mod strutturat il-prattika deċiżjonali tal-Istati Membri. Tistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li jiġu adottati sanzjonijiet adegwati f'każijiet li fihom jiġu kkonfermati vantaġġi selettivi u li l-prattiki tat-taxxa dannużi jitneħħew b'mod gradwali malajr. Tindika wkoll li l-perjodi ta' anterjorità ta' sitt snin fil-każ tar-regoli tal-Irlanda dwar ir-residenza tat-taxxa li jiffaċilitaw l-ispariġġi tal-entitajiet ibridi huma twal wisq. |
6. KUMMENTI MILL-IRLANDA DWAR IL-KUMMENTI TA' PARTIJIET TERZI
|
(177) |
Fil-kummenti tagħha dwar il-kummenti ta' partijiet terzi bħala tweġiba għad-Deċiżjoni ta' Ftuħ, l-Irlanda ttenni l-argument tagħha li l-prinċipju ta' distakkament tal-OECD mhuwiex parti mid-dritt tal-Irlanda safejn hija kkonċernata l-allokazzjoni tal-profitti tal-fergħa u li l-Kummissjoni ma wriet ebda trattament selettiv ta' ASI u ta' AOE, billi l-valutazzjoni tal-Irish Revenue f'dan il-każ kienet kompletament konsistenti mal-prattika amministrattiva normali, kif ikkonfermat is-sottomissjoni ta' Apple wkoll. Barra minn hekk, ir-rapport ad hoc ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] u l-istudju ad hoc ta' [it-tieni konsulent ta' Apple] juru li l-eżitu tal-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati kien komparabbli ma' dak li kien jirriżulta mill-applikazzjoni tal-prinċipju ta' distakkament. |
|
(178) |
L-Irlanda tikkummenta wkoll dwar l-argumenti fil-Preżentazzjoni Konġunta dwar iċ-ċertezza tad-dritt. Skont l-Irlanda, il-Preżentazzjoni Konġunta tagħmel sew li tindika li kontribwent raġonevoli u diliġenti ma setax jipprevedi s-sejba prima facie tal-Kummissjoni ta' għajnuna inkompatibbli mill-Istat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni qed tqabbel ir-regoli tat-taxxa tal-Irlanda ma' qafas ta' referenza estern, xi ħaġa li tmur kontra l-ġurisprudenza dejjiema tagħha li bħala l-unika referenza valida tuża s-sistema fiskali nazzjonali. Dan kollu jikser il-prinċipju ta' ċertezza tad-dritt. |
|
(179) |
Bħala tweġiba għall-kummenti minn Oxfam, l-Irlanda tiddikajra li l-Kummissjoni għandha twettaq l-investigazzjoni tagħha fil-prattiki tad-deċiżjonijiet tat-taxxa tal-Istati Membri b'mod ġust u komprensivament konsistenti, indipendentement minn kemm ikun kbir l-Istat Membru. Barra minn hekk, fir-rigward tal-kumment ta' Oxfam dwar ir-regoli Irlandiżi tar-residenza tat-taxxa, l-Irlanda tiddikjara li r-regoli tagħha dwar ir-residenza tat-taxxa ma tfasslux sabiex jiffaċilitaw l-ippjanar aggressiv tat-taxxa minn kumpaniji multinazzjonali. L-Irlanda tindika li l-hekk imsejħa struttura tat-taxxa “Irlandiża Doppja” mhijiex, u qatt ma kienet, parti mir-reġim tat-taxxa tal-Irlanda, iżda arranġament internazzjonali ta' ppjanar fiskali mfassal u żviluppat minn konsulenti tat-taxxa u legali. |
7. SKAMBJI OĦRAJN TA' KUMMENTI WARA D-DEĊIŻJONI TA' FTUĦ
7.1. SKAMBJU TA' ITTRI WARA L-ITTRA TAS-17 TA' APRIL 2015
7.1.1. L-ITTRA TAS- 17 TA' APRIL 2015
|
(180) |
Bħala tweġiba għat-talba tal-Irlanda tal-25 ta' Frar 2015 li l-Kummissjoni tispjega l-valutazzjoni tagħha li rriżultat mill-investigazzjoni tagħha fid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati f'aktar dettall, li skont l-Irlanda dehret li kienet ibbażata fuq fehim ħażin mill-Kummissjoni dwar il-liġi nazzjonali applikabbli, is-servizzi tal-Kummissjoni bagħtu l-ittra tas-17 ta' April 2015 lill-Irlanda, filwaqt li talbu lill-Irlanda tibgħat kopja lil Apple. |
|
(181) |
Fl-ittra, il-Kummissjoni ċċarat li, fir-rigward tas-sistema ta' referenza għas-sejbien ta' selettività, kienet tqis ir-regoli tat-taxxa ordinarji tas-sistema tat-taxxa korporattiva Irlandiża bħala s-sistema ta' referenza xierqa, li tinkludi kumpaniji residenti u l-fergħat tal-kumpaniji mhux residenti, filwaqt li t-Taqsima 25 tat-TCA 97 kienet tirregola biss it-tassazzjoni tal-fergħat. Imbagħad, il-Kummissjoni ġabret fil-qosor dak li kienet taf fuq l-attivitajiet ta' ASI u ta' AOE fuq il-bażi tal-kummenti li rċiviet mingħand l-Irlanda u mingħand Apple bħala tweġiba għad-Deċiżjoni ta' Ftuħ kif ġej: “billi ASI u AOE ma għandhom ebda attività ekonomika barra mill-fergħat Irlandiżi tagħhom, l-attività li tikkonsisti fix-xiri, fil-manifattura, fil-bejgħ u fid-distribuzzjoni tal-prodotti ta' Apple barra mill-Amerki titwettaq mill-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE. Kwalunkwe liċenzji tal-IP ta' ASI u ta' AOE jidhru li jintużaw b'mod esklużiv mill-fergħat Irlandiżi u li jinżammu esklużivament minnhom, billi l-fergħat Irlandiżi huma responsabbli biss mix-xiri, mill-manifattura, mill-bejgħ u mid-distribuzzjoni tal-prodotti ta' Apple barra mill-Amerki. Dan jidher li huwa kkonfermat ukoll mill-fatt li ASI u AOE għandhom impjegati biss fil-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE u għalhekk ebda kapaċità operatorja barra mill-Irlanda.” Imbagħad, bħala tweġiba għad-dikjarazzjonijiet li għamlet Apple fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ (116), il-Kummissjoni spjegat li l-funzjonijiet imwettqin minn impjegati ta' Apple Inc. jaqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tal-valutazzjoni tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati: “ir-remunerazzjoni fittizja għas-servizzi pprovduti b'xejn mill-impjegati tal-grupp għall-benefiċċju allegat ta' ASI jew ta' AOE ma tistax tnaqqas il-profitti li jridu jiġu allokati bejn l-uffiċċji prinċipali ta' ASI u ta' AOE u l-fergħat rispettivi tagħhom.” |
|
(182) |
Finalment, il-Kummissjoni wieġbet għad-dikjarazzjoni speċifika li għamlet l-Irlanda fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ li l-Kummissjoni approvat il-fatt li ma ġie attribwit ebda dritt marbut mal-IP lill-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE. Il-Kummissjoni spjegat li d-Deċiżjoni ta' Ftuħ tiddeskrivi biss l-arranġamenti skont is-CSAs fir-rigward tal-allokazzjoni ta' IP kif ippreżentata mill-awtoritajiet Irlandiżi, iżda li dawn ma ġewx approvati mill-Kummissjoni fil-valutazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni ċċarat ukoll li, għall-kuntrarju tad-dikjarazzjoni tal-Irlanda, ma kinitx applikat il-prinċipju ta' distakkament tal-OECD fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ bħala sors tal-liġi. |
7.1.2. KUMMENTI MILL-IRLANDA BĦALA TWEĠIBA GĦALL-ITTRA TAS- 17 TA' APRIL 2015
|
(183) |
F'ittra bid-data tal-4 ta' Mejju 2015, l-Irlanda ddikjarat li, bl-ittra tas-17 ta' April 2015, il-Kummissjoni kienet biddlet b'mod sinifikanti l-valutazzjoni tagħha tal-għajnuna allegata, speċjalment fir-rigward tal-qafas ta' referenza. Skont l-Irlanda, dik il-bidla tal-valutazzjoni tikkostitwixxi ksur tad-dritt tal-Irlanda għal smigħ ġust. L-Irlanda ddikjarat li l-Kummissjoni dehret li abbandunat il-prinċipju ta' distakkament u li, għalhekk, għandha toħroġ Deċiżjoni ta' Ftuħ ġdida jew supplimentari li tistabbilixxi l-analiżi l-ġdida. |
|
(184) |
Fir-rigward tal-qafas ta' referenza, l-Irlanda tiddikjara li ma kienx ċar liema qafas ta' referenza kien qiegħed jiġi propost mill-Kummissjoni. ASI u AOE mhumiex residenti tat-taxxa fl-Irlanda u huma taxxabbli skont ir-regoli ġenerali tat-tassazzjoni korporattiva. Filwaqt li l-persuni residenti fl-Irlanda huma taxxabbli fuq l-introjtu kollu tagħhom jiġi mnejn jiġi, skont it-Taqsima 25 tat-TCA 97 in-nonresidenti huma taxxabbli biss fuq l-introjtu sors tagħhom. |
|
(185) |
L-Irlanda spjegat ukoll li l-introjtu kollu tal-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE, apparti d-dħul mill-imgħax, huwa introjtu operatorju. Il-fergħat ma għandhom ebda introjtu li jirriżulta mill-“użu/isfruttament tad-dritt tal-IP” li huwa separabbli mill-introjtu operatorju tal-fergħat. Il-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE ma għandhom ebda fluss ta' introjtu separat mill-IP, u lanqas ma jkun korrett li kwalunkwe parti mill-introjtu tal-fergħat tiġi ttrattata bħala introjtu mill-IP. Barra minn hekk, l-Irlanda tenniet li l-IP tat-teknoloġija, tad-disinji u tal-kummerċjalizzazzjoni ferm siewja ta' Apple tinħoloq, tiġi żviluppata u tiġi ġestita fl-Istati Uniti u bl-ebda mod ma hija attribwibbli għall-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE. Lanqas ma hemm attivitajiet fil-fergħat assoċjati mal-immaniġġar tal-liċenzji mogħtijin skont is-CSA. Għalhekk, il-profitti ta' ASI u ta' AOE li jirriżultaw bħala riżultat tas-CSA mhumiex attribwibbli għall-fergħat Irlandiżi. |
|
(186) |
L-Irlanda ddikjarat li l-introjtu operatorju huwa introjtu operatorju nett wara t-tnaqqisiet minflok ir-rikavati operatorji gross. Dak l-introjtu nett irid “jinkiseb […] permezz jew mill-fergħa”, li jfisser li “l-fergħa hija s-sors kawżali tal-introjtu, li lilha jiġi attribwit kif suppost l-introjtu”. It-Taqsima 25 tat-TCA 97 ma tistax tinftiehem li tipprovdi li fluss ta' rikavati gross permezz ta' fergħa jiddetermina l-attribuzzjoni tal-introjtu sħiħ ta' kumpanija lill-fergħa. L-Irlanda ttenni li interpretazzjoni bħal din twassal għal riżultati assurdi li ma jkunu ferm imbegħdin mir-realtà ekonomika. Skont l-Irlanda, ir-raġuni għaliex ħafna mill-introjtu ta' ASI u ta' AOE ma kienx soġġett għat-tassazzjoni hija l-ispariġġi bejn reġimi nazzjonali tat-taxxa, li ma jistgħux jiġu rettifikati bir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
|
(187) |
Finalment, l-Irlanda ddikjarat li l-prinċipju ta' distakkament mhuwiex parti mir-reġim tat-taxxa Irlandiż u li l-“kjarifika” tal-Kummissjoni fl-ittra li hija tapplika r-regoli tal-OECD fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ bħala rakkomandazzjoni “mhux vinkolanti” xejn ma tirrifletti l-pożizzjoni tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ. Skont l-Irlanda, id-Deċiżjoni ta' Ftuħ tibbaża kjarament fuq id-definizzjoni tal-OECD tal-prinċipju ta' distakkament. Jekk il-Kummissjoni tissuġġerixxi li hemm it-tieni tip ta' prinċipju ta' distakkament “mhux tal-OECD”, missha semgħet l-argumenti tal-Irlanda dwar dan il-punt. |
7.1.3. KUMMENTI MINN APPLE DWAR L-ITTRA TAS- 17 TA' APRIL 2015
|
(188) |
F'ittra bid-data tal-4 ta' Mejju 2015, Apple indikat li ma taqbilx mal-approċċ tal-Kummissjoni li jidher li jeħtieġ li l-kumpaniji residenti tat-taxxa fl-Irlanda u l-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE għandhom jiġu ttrattati bl-istess mod u jiġu ntaxxati fuq l-introjtu dinji tagħhom. Skont Apple, l-attivitajiet li jiġġeneraw il-profitt ta' kumpanija mhux residenti li jseħħu barra mill-Irlanda mhumiex rilevanti għall-ammont ta' taxxa dovuta fl-Irlanda. |
|
(189) |
Barra minn hekk, Apple tiddikjara li l-Kummissjoni tattribwixxi b'mod żbaljat il-profitti kollha lill-fergħat Irlandiżi fuq il-bażi tas-suppożizzjoni irrilevanti u falza li ASI u AOE ma għandhom ebda attività ekonomika barra mill-fergħat Irlandiżi tagħhom. Apple tiddikjara li l-attivitajiet kritiċi mwettqin minn ASI u minn AOE u għalihom iseħħu barra mill-Irlanda, u telenka eżempju li l-bordijiet ta' ASI u ta' AOE ddeċidew li jaderixxu mas-CSA ma' Apple Inc., filwaqt li n-negozjati fir-rigward tal-kuntratti ta' bejgħ, ta' xiri u ta' manifattura huma ġestiti mill-eżekuttivi ta' Apple Inc. f'isem ASI u AOE. Finalment, Apple tiddikjara li l-bqija tal-profitti, li mhumiex soġġetti għat-taxxa fl-Irlanda, hija soġġetta għat-tassazzjoni eventwali fl-Istati Uniti. |
|
(190) |
Apple tiċħad li xi liċenzja tal-IP ta' ASI u ta' AOE ntużat b'mod esklużiv mill-fergħat Irlandiżi u li nżammet b'mod esklużiv għalihom. Dan għaliex il-Kummissjoni tiddikjara b'mod żbaljat li ASI u AOE ma għandhom ebda attività ekonomika minbarra l-fergħat Irlandiżi. Minflok, fir-rwoli tagħhom bħala ċentru ta' xiri u ta' distribuzzjoni u muntatur tal-prodotti ta' rutina, rispettivament, il-fergħat Irlandiżi kellhom biss aċċess limitat għall-IP liċenzjata għall-immuntar u għat-trasport tal-prodotti. Apple tiddikjara li anki skont l-Approċċ Awtorizzat tal-OECD, il-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE ma jkunux intitolati li jiġu allokati profitti fuq il-bażi tal-aċċess limitat tagħhom għall-IP liċenzjata, hekk kif intrapriża indipendeti ma titħallasx redditu fuq IP liċenzjata simili. Apple tikkonkludi li d-drittijiet tal-IP li jixprunaw il-valwazzjonijiet pożittivi — bħad-drittijiet relatati mad-disinn u mal-inġinerija tal-ħardwer u tas-softwer — mhumiex drittijiet li fuqhom jibbażaw il-fergħat Irlandiżi sabiex iwettqu attivitajiet ta' xiri, ta' distribuzzjoni jew ta' assemblaġġ, li għalhekk ma jistgħux jiġu attribwiti lill-fergħat Irlandiżi. |
|
(191) |
Apple lanqas ma taqbel li billi semmiet il-fatt li “ebda dritt relatat mal-IP ikkonċernata ma huwa attribwit lill-fergħa Irlandiża ta' AOE/ASI” fil-parti deskrittiva tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ, il-Kummissjoni ma kinitx qed tapprova dak il-fatt. Skont Apple, il-Kummissjoni ma kkontestatx dak il-fatt fil-parti tal-valutazzjoni tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ. Bħala fatt mhux ikkontestat, dan jibqa' rilevanti, u l-partijiet jistgħu jibbażaw fuq it-tali dikjarazzjonijiet fattwali u legali stabbiliti f'Deċiżjoni ta' Ftuħ. Apple tikkontesta wkoll il-fatt li l-Kummissjoni użat il-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP sempliċiment bħala dokument ta' referenza, billi l-Kummissjoni bbażat ħafna fuq il-linji gwida fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ. |
7.2. SKAMBJU TA' ITTRI WARA L-LAQGĦA BEJN IL-KUMMISSJONI U L-IRLANDA FIS-7 TA' MEJJU 2015
7.2.1. IL-LAQGĦA FIS- 7 TA' MEJJU 2015
|
(192) |
Fuq it-talba tal-Irlanda, fis-7 ta' Mejju 2015 ġiet organizzata laqgħa bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u l-Irlanda. Matul il-laqgħa ġew diskussi t-temi li ġejjin: (i) l-interpretazzjoni tat-Taqsima 25 tat-TCA97 u l-kwistjoni ta' territorjalità; (ii) it-trattament tat-taxxa ta' kumpaniji residenti u mhux residenti; (iii) l-identifikazzjoni tal-qafas ta' referenza; (iv) it-test tal-operatur li jopera f'suq privat; (v) ir-rwol tal-prinċipju ta' distakkament fil-liġi tal-Irlanda u tal-Unjoni; (vi) is-sinifikat tal-attivitajiet f'kumpaniji oħrajn tal-grupp Apple minbarra ASI u AOE dwar l-allokazzjoni tal-profitt f'ASI u AOE. |
|
(193) |
B'email tad-9 ta' Lulju 2015, il-Kummissjoni bagħtet l-abbozz tal-minuti tal-laqgħa fis-7 ta' Mejju 2015 lill-Irlanda u stiednet lill-Irlanda taqbel jew tipproponi tibdiliet f'dawk il-minuti. |
7.2.2. ITTRI MILL-IRLANDA TAS- 17 TA' LULJU 2015 (B'OPINJONI TA' ESPERT) U TAL- 14 TA' AWWISSU 2015
|
(194) |
Fl-ittra tagħha tas-17 ta' Lulju 2015, l-Irlanda esprimiet l-opinjoni tagħha dwar ħafna mit-temi diskussi matul il-laqgħa tas-7 ta' Mejju 2015. |
|
(195) |
Fl-opinjoni tal-Irlanda, il-Kummissjoni allegatament irrikonoxxiet matul il-laqgħa li, f'konformità mar-regoli applikabbli dwar ir-residenza, ASI u AOE f'kull ħin materjali baqgħu kumpaniji mhux residenti u li l-obbligazzjoni ta' taxxa tagħhom kellha tiġi vvalutata b'referenza għat-Taqsima 25 tat-TCA 97. Dan ifisser li l-Irish Revenue, f'konformità mal-prinċipju ta' territorjalità li ma kienx ikkontestat mill-Kummissjoni, ma tistax tintaxxa profitti dinjin ta' ASI u ta' AOE, iżda li l-fergħat Irlandiżi huma obbligati għat-taxxa biss fir-rigward tal-profitti b'sors Irlandiż. B'rabta ma' dan, l-Irlanda ma taqbilx, kif kien issuġġerit matul il-laqgħa tas-7 ta' Mejju 2015, li l-qafas ta' referenza jikkonsisti fis-sistema ordinarja tat-taxxa korporattiva. It-TCA 97 ma għandu ebda objettiv globali wieħed. Minflok, filwaqt li l-objettiv tat-TCA 97 huwa li jintaxxa l-profitti dinjin tal-kumpaniji residenti l-Irlanda, l-objettiv tiegħu fir-rigward ta' kumpaniji mhux residenti huwa li jintaxxa profitti b'sors Irlandiż. Għalhekk, il-qafas ta' referenza jista' jkun biss it-Taqsima 25 tat-TCA 97 u l-Irlanda ntaxxat il-profitti kollha li għamlu AOE u ASI li kienu fil-ġurisdizzjoni Irlandiża tat-taxxa, jiġifieri, il-profitti kollha tal-kumpaniji li kienu attribwibbli għall-attivitajiet tal-fergħat Irlandiżi. Billi l-funzjonijiet imwettqin mill-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE essenzjalment kienu attivitajiet operazzjonali u loġistiċi ta' rutina, filwaqt li d-deċiżjonijiet strateġiċi u kummerċjali ewlenin ittieħdu mill-eżekuttivi tal-maniġment superjuri fl-Istati Uniti, billi l-iżvilupp u l-użu tal-IP ta' Apple bħala l-ixprunatur ewlieni tal-profittabilità tal-kumpanija twettqu barra mill-Irlanda, u billi d-deċiżjoni ta' parteċipazzjoni fis-CSA kif ukoll l-immaniġġar u l-kontroll tar-riskji skont is-CSA saru barra mill-Irlanda, l-introjtu li rriżulta mis-CSA u d-drittijiet ekonomiċi maħluqin bħala riżultat tas-CSA bl-ebda ma jistgħu jiġu attribwtii lill-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE. |
|
(196) |
F'dan il-kuntest, l-Irlanda tqis li l-Kummissjoni ma tat ebda awtorità għall-fehma tagħha jew spjegazzjoni tal-fehma tagħha li l-klassifikazzjoni tal-introjtu bħala introjtu attiv hija sinifikanti f'dan il-każ u li l-introjtu attiv irid ikun mmaniġġat b'mod attiv xi mkien. L-introjtu kollu tal-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE, apparti mid-dħul mill-imgħax, huwa l-introjtu operatorju u l-fergħat ma jirċievu ebda dħul mill-użu jew mill-isfruttament tad-drittijiet tal-IP ta' Apple li huwa separabbli mill-introjtu operatorju tal-fergħat. Għalhekk, l-uniku introjtu tal-fergħat li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni ta' “introjtu minn proprjetà jew minn drittijiet użati mill-fergħa jew mill-aġenzija jew għaliha” skont it-Taqsima 25 tat-TCA 97 huwa d-dħul mill-imgħax. Il-Kummissjoni ma tistax targumenta li l-introjtu mill-IP ta' Apple kellu jiġi ntaxxat fl-Irlanda skont it-Taqsima 25 tat-TCA 97. L-Irlanda tista' u għandha tikkunsidra l-funzjonijiet tal-fergħat infushom u għalhekk tista' tistabbilixxi biss li r-RuŻ li ġġeneraw l-IP u l-ġestjoni attiva tal-IP ma sarux fl-Irlanda. Barra minn hekk, mhuwiex rilevanti fejn huma rreġistrati l-profitti. Il-profitti ta' ASI u ta' AOE huma rreġistrati fil-kontijiet ta' dawk il-kumpaniji, iżda ma ġewx intaxxati — ħlief dawk tal-fergħat Irlandiżi u l-introjtu mill-investiment li jirriżulta fl-Istati Uniti — għaliex il-kumpaniji mhumiex residenti fl-Istati Uniti. Dan in-nuqqas ta' tassazzjoni huwa dovut għal spariġġ fis-sistema fiskali sovrana u mhuwiex rilevanti għal finijiet ta' għajnuna mill-Istat. |
|
(197) |
Skont l-Irlanda, matul il-laqgħa tas-7 ta' Mejju 2015 il-Kummissjoni allegatament aċċettat ukoll li l-prinċipju ta' distakkament u l-approċċ awtorizzat mhumiex parti mil-liġi Irlandiża fir-rigward tat-tassazzjoni tal-fergħat u li l-liġi tal-Unjoni ma kinitx teħtieġ li “ssir inferenza” tal-prinċipju ta' distakkament fit-Taqsima 25 tat-TCA 97. L-Irlanda targumenta li minn dan isegwi li billi d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati ma kinux japplikaw il-prinċipju ta' distakkament, dan ma kienx jinvolvi xi devjazzjoni jew deroga mir-rekwiżiti tar-reġim tat-taxxa korporattiva tal-Irlanda b'mod ġenerali u tat-Taqsima 25 tat-TCA 97 b'mod partikolari. Fir-rigward tal-fehma tal-Kummissjoni li l-prinċipju ta' distakkament huwa applikabbli bħala għodda rilevanti ta' għajnuna mill-Istat, l-Irlanda targumenta li dan jirrappreżenta argument kompletament ġdid u tbegħid sinifikanti mill-pożizzjoni tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ, li allegatament għamlet referenza għan-nuqqas tal-Irish Revenue milli tapplika l-prinċipju ta' distakkament tal-OECD. Barra minn hekk, fil-fehma tal-Irlanda, l-applikazzjoni retrospettiva tal-prinċipju ta' distakkament bħala għodda ta' għajnuna mill-Istat ma ssib ebda appoġġ fil-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni jew fil-prattika deċiżjonali tal-Kummissjoni u lanqas ma jista' jingħad li hija derivata mit-test tal-operatur li jopera f'suq privat jew li hija ġeneralment sostnuta b'referenza għall-kondizzjonijiet tas-suq. L-applikazzjoni tal-prinċipju ta' distakkament bħala għodda tal-għajnuna mill-Istat u s-suġġeriment li dan kien parti mil-liġi tal-Unjoni mill-1958 ikunu jikkostitwixxu tbiddil totali tal-istorja u ma jkunux konsistenti mal-prinċipju ta' ċertezza tad-dritt. B'hekk, billi l-prinċipju ta' distakkament mhuwiex parti mil-liġi Irlandiża, in-nuqqas ta' applikazzjoni tal-prinċipju ta' distakkament lanqas ma jista' jiġi kkaratterizzat bħala vantaġġ kif meħtieġ. Madankollu, anki li kieku jitqies li l-prinċipju ta' distakkament japplika f'dan il-każ, ir-rapport ad hoc ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] (117) jikkonkludi li l-attribuzzjoni propja tal-profitt lill-fergħat Irlandiżi hija kompletament konsistenti mal-prinċipju ta' distakkament. Jekk il-Kummissjoni ma kinitx taqbel ma' din l-analiżi, missha nnotifikat lill-Irlanda kif xieraq u tatha l-opportunità li twieġeb. |
|
(198) |
Fir-rigward tas-selettività, l-Irlanda targumenta li l-Kummissjoni naqset milli tagħmel xi analiżi tas-selettività. B'mod partikolari, il-Kummissjoni qatt ma ddikjarat li ASI u AOE ġew ittrattati b'mod favorevoli meta mqabblin ma' fergħat oħrajn. Il-Qorti tal-Ġustizzja għarfet li kumpaniji residenti u mhux residenti mhumiex fl-istess pożizzjoni legali jew fattwali (118). L-obbligar lill-Irlanda sabiex tittratta lil kumpaniji residenzjali u mhux residenzjali daqslikieku kienu komparabbli jmur kontra l-prattika internazzjonali, il-prinċipji tat-taxxa internazzjonali, bħall-prinċipju ta' territorjalità, u jkun inkonsistenti mal-liġi nazzjonali tal-Irlanda. Finalment, anki jekk it-trattament differenti jitqies li huwa selettiv, ikun evidentement iġġustifikat minħabba n-natura u/jew l-iskema ġenerali tat-TCA. |
|
(199) |
Fl-ittra tagħha tas-17 ta' Lulju 2015, l-Irlanda ppreżentat ukoll l-opinjoni ta' Cooke sabiex issostni d-dikjarazzjoni mill-Irlanda li ASI u AOE dejjem kienu ntaxxati skont it-Taqsima 25 tat-TCA 97 u li, għalhekk, it-trattament tat-taxxa tagħhom ma kien jinvolvi ebda għajnuna mill-Istat. L-opinjoni ta' Cooke targumenta li, għall-kuntrarju tad-dikjarazzjoni allegata tal-Kummissjoni li l-Irish Revenue għandha tittratta lil ASI u lil AOE daqslikieku kienu residenti tat-taxxa fl-Irlanda u tissoġġettahom għat-taxxa korporattiva skont it-Taqsima 21 tat-TCA 97, l-Irish Revenue ma għandha ebda latitudni jew diskrezzjoni sabiex titbiegħed mill-kontenut espliċitu tat-Taqsima 25 tat-TCA 97. Is-Sur Cooke jirreferi għas-sentenzi kemm tal-Qorti Superjuri kif ukoll tal-Qorti Suprema f'McGrath vs McDermott (119), li fihom ġie argumentat li l-qorti għandha tinjora tranżazzjonijiet sofistikati u predeterminati li ma kellhom ebda skop tan-negozju kummerċjali għajr l-evitar tat-taxxa. Il-Qorti Superjuri kienet tindika li, fid-determinazzjoni ta' jekk tirriżultax obbligazzjoni tat-taxxa, il-qorti ma tħarisx lejn is-sustanza jew ir-riżultati finanzjarji ta' tranżazzjoni. Tħares lejn l-effett legali attwali u d-drittijiet ġuridiċi tal-partijiet skont l-ideat u l-kunċetti legali. |
|
(200) |
Billi ASI u AOE għandhom il-maniġment u l-kontroll ċentrali tagħhom fl-Istati Uniti, l-opinjoni ta' Cooke targumenta li l-Irish Revenue ttrattat kif suppost lis-sussidjarji bħala kontribwenti mhux residenti. Skont it-Taqsima 25 tat-TCA 97, huma biss il-profitti li jintwerew li jirriżultaw f'negozju permezz tal-fergħa jew tal-aġenzija jew minnha li jkunu soġġetti għall-imposta tat-taxxa u l-Kummissjoni tħallat il-kumpaniji ma' fergħat meta tesiġi li l-Irish Revenue għandha tintaxxa l-profitti operatorji tal-kumpanija u mhux tal-fergħa. Barra minn hekk, l-Irish Revenue ma kellha ebda diskrezzjoni li jkollha rikors għall-prinċipju ta' distakkament b'analoġija, għaliex dak il-prinċipju ma kienx jagħmel parti mill-kodiċi tat-taxxa tal-Irlanda fiż-żmien rilevanti. L-opinjoni ta' Cooke tikkonkludi li ma hemm ebda bażi fil-liġi Irlandiża sabiex jiġu ntaxxati l-profitti kollha ta' AOE u ta' ASI fl-Irlanda. L-unika kompetenza tal-Irish Revenue fis-snin rilevanti kienet li titlob it-taxxa fuq dak is-sehem tal-profitti ta' ASI u ta' AOE li kien proporzjonat għall-attivitajiet tal-fergħat tagħhom fl-Irlanda. |
|
(201) |
Finalment, skont l-opinjoni ta' Cooke, ma jkunx jagħmel sens fir-realtà kummerċjali li wieħed jinsisti li d-dħul sħiħ tan-negozji inkwistjoni kien attribwibbli għall-funzjonijiet imwettqin miż-żewġ fergħat. Dan huwa muri mill-fatt li l-klijenti ma jifformawx kju matul il-lejl barra mill-ħwienet ta' Apple madwar id-dinja għall-aħħar iPhone jew iPad għaliex jinbiegħu minn Cork, iżda minħabba l-valur iġġenerat għat-tali prodotti mill-investiment estensiv, mill-inġinerija u mill-innovazzjoni teknoloġika, mir-reputazzjoni tad-disinn u l-kumplament relatat mal-medda ta' prodotti ta' Apple, li ħafna minnu huwa attribwibbli għal dak li jitwettaq fl-Istati Uniti jew xi mkien ieħor. |
7.2.3. ITTRA TA' APPLE TAS- 7 TA' SETTEMBRU 2015 (B'OPINJONI TA' ESPERT)
|
(202) |
F'ittra tas-7 ta' Settembru 2015, Apple kkummentat dwar il-minuti li l-Kummissjoni kienet bagħtet lill-Irlanda bħala segwitu għal-laqgħa tas-7 ta' Mejju 2015. Apple osservat li l-Kummissjoni naqset milli turi li Apple kienet avvantaġġata mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati u li ASI u AOE kienu ttrattati b'mod selettiv mill-Irish Revenue meta mqabbla ma' kumpaniji f'sitwazzjoni simili. |
|
(203) |
Rigward l-applikazzjoni korretta tat-Taqsima 25 tat-TCA 97, l-identifikazzjoni skorretta tal-qafas ta' referenza u n-nuqqas ta' applikabbiltà tal-prinċipju ta' distakkament, Apple tqajjem l-istess argumenti bħall-Irlanda fl-ittra tagħha tas-17 ta' Lulju 2015. Fir-rigward tal-objettiv tas-sistema fiskali korporattiva u tar-residenza Irlandiżi, Apple essenzjalment tagħmel l-istess argumenti bħall-Irlanda wkoll. Billi ASI u AOE mhumiex residenti fl-Irlanda għall-finijiet tat-taxxa, mhumiex f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli mal-kumpaniji residenti fl-Irlanda fuq il-bażi tal-lingwa hekk kif inhi fil-liġi tat-taxxa tal-Irlanda. |
|
(204) |
B'appoġġ tal-pożizzjoni tagħha, Apple ssottomettiet l-opinjoni ta' [il-konsulent ta' Apple]. Dik l-opinjoni tikkonkludi li l-Irlanda kkunsidrat kif suppost li ASI u AOE ma kinux kumpaniji resdenti u li t-trattament mill-Irlanda ta' ASI u ta' AOE bħala kumpaniji mhux residenti differenti mill-kumpaniji residenti fl-Irlanda huwa konsistenti mal-prinċipju internazzjonali tat-taxxa ta' territorjalità. Għalhekk, ASI u AOE mhumiex f'sitwazzjoni legali u fattwali li hija komparabbli ma' dik tal-kumpaniji residenti fl-Irlanda. Barra minn hekk, skont dik l-opinjoni, ebda IP ta' Apple jew profitt derivat minn IP ta' Apple ma huma attribwibbli għall-fergħat Irlandiżi għaliex il-“funzjonijiet tal-persuni sinifikanti” relatati mal-IP ilkoll isiru barra mill-Irlanda. Skont dik l-opinjoni, sabiex l-introjtu jiġi attribwit għall-fergħat, irid isir tqabbil ma' kumpanija residenti ipotetika li hija attiva biss f'attivitajiet lokali, mingħajr ma tkun is-sid legali jew ekonomiku jew mingħajr ma tuża xi dritt tal-IP. Għaldaqstant, l-allokazzjoni tal-introjtu għandha ssegwi l-funzjonijiet, ir-riskji u l-assi tal-fergħat Irlandiżi u, skont il-prinċipju tal-“forza ta' attrazzjoni” — li ġie miċħud b'mod espliċitu mill-OECD — ma twassalx għall-attribuzzjoni tal-introjtu b'sors mhux Irlandiż. Għalhekk, l-allokazzjoni tal-profitti lill-fergħat Irlandiżi abbażi biss tal-attivitajiet li jseħħu fil-fergħat, jiġifieri, mingħajr kunsiderazzjoni tal-attivitajiet li jsiru barra mill-fergħat, kemm jekk f'ASI/AOE kif ukoll jekk f'kumpaniji oħrajn tal-grupp Apple, kienet kompletament konformi mal-allokazzjoni tal-profitt lill-fergħat kif isegwi mid-dritt internazzjonali pubbliku u mill-prinċipji internazzjonali tat-taxxa, inklużi r-Rapport tal-2010 tal-OECD dwar l-Attribuzzjoni tal-Profitt u l-ġurisprudenza tal-Unjoni. |
|
(205) |
Barra minn hekk, skont l-opinjoni ta' [il-konsulent ta' Apple], il-fergħat Irlandiżi ma għandhom ebda IP tagħhom u ma għandhomx x'jaqsmu ma' xi aspett tal-ġestjoni tal-IP. Il-ġestjoni kollha tal-IP, inklużi l-attivitajiet kollha neċessarji għall-finanzjament, għall-ħolqien, għall-asserzjoni u għall-protezzjoni tal-IP iseħħu barra mill-Irlanda. Il-“funzjonijiet tal-persuni sinifikanti” lkoll jinsabu barra mill-Irlanda u, għalhekk, il-valur maħluq kollu jseħħ barra mill-Irlanda. L-argument tal-Kummissjoni li l-bordijiet ta' ASI u ta' AOE ma jimmaniġġawx b'mod attiv l-IP huwa żbaljat. Skont l-opinjoni ta' [il-konsulent ta' Apple], il-minuti tal-bord ta' ASI u ta' AOE u s-sottomissjonijiet ulterjuri minn Apple lill-Kummissjoni juru teħid ta' deċiżjonijiet rigward kwistjonijiet ta' importanza strateġika ewlenija għal ASI/AOE, inkluż l-indirizzar ta' (i) kwistjonijiet finanzjarji bħal deċiżjonijiet dwar investimenti, awtorità fuq il-kontijiet bankarji u kwistjonijiet marbutin mal-manteniment tal-kapital; (ii) il-kunsderazzjoni u l-approvazzjoni tar-rapporti finanzjarji; u (iii) id-delega tal-awtorità f'ċerti parametri fir-rigward tal-attivitajiet kummerċjali, li lkoll ikunu seħħu fl-Istati Uniti u mhux fl-Irlanda. |
|
(206) |
Skont l-opinjoni ta' [il-konsulent ta' Apple], għall-finijiet ta' determinazzjoni tal-ammont ta' profitti li jridu jiġu allokati lill-istabbiliment permanenti ta' kumpanija mhux residenti skont il-Mudell ta' Konvenzjoni Fiskali tal-OECD (flimkien mar-regoli domestiċi tat-taxxa ta' ħafna pajjiżi), wara l-istabbiliment permezz ta' analiżi funzjonali ta' x'inhu jiġri fil-verità fl-istabbiliment permanenti, irid isir tqabbil ma' kumpanija residenti (fittizja). Dan it-tqabbil (“taparsi”) isir għaliex fin-nuqqas ta' entità legalment separata, ma jeżisti ebda kejl għall-iżolament fil-kumpanija mhux residenti tal-ammont ta' profitti li huwa mifhum li ġie ggwadanjat lokalment mill-kumpanija mhux residenti. Meta jsir it-tqabbil, il-punt li ġej huwa importanti ħafna: il-kumpanija residenti (fittizja) li magħha jsir it-tqabbil hija waħda partikolari ħafna; hija kumpanija residenti li tagħmel introjtu biss mill-attivitajiet jew mill-assi fl-Istat fejn hija residenti tat-taxxa. Filwaqt li, fl-Istat ta' residenza tagħha, kumpanija residenti ġeneralment tkun soġġetta għat-taxxa fuq l-introjtu dinji tagħha, il-kumpanija residenti fit-tqabbil tagħmel introjtu biss mill-attivitajiet jew mill-assi fl-Istat ta' residenza tagħha. Fi kliem ieħor, it-tqabbil irid isir biss ma' kumpanija residenti b'attivitajiet u b'assi ristretti għall-pajjiż fejn hija attiva l-kumpanija mhux residenti permezz tal-istabbiliment permanenti tagħha. Fil-każ ta' Apple, il-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE ma jistgħux jiġu ttrattati daqslikieku kienu s-sid ekonomiku tat-tali drittijiet. Għalhekk, it-tqabbil irid isir ma' kumpanija li lanqas ma hija s-sid legali jew ekonomiku tat-tali drittijiet tal-IP (iżda li għandha aċċess għall-IP, sal-punt limitat meħtieġ sabiex twettaq l-attivitajiet tagħha (ta' assemblaġġ tal-prodott/ta' xiri, ta' bejgħ u ta' distribuzzjoni). |
|
(207) |
Skont l-opinjoni ta' [il-konsulent ta' Apple], għad-determinazzjoni ta' jekk l-IP (u l-profitti derivati minnha) tistax tkun attribwita lill-Fergħat Irlandiżi, huwa irrilevanti jekk il-persunal jew il-membri tal-bordijiet ta' ASI u ta' AOE ħadux sehem (mal-persunal u/jew mal-membri tal-bord ta' Apple Inc. jew mingħajrhom) fit-twettiq ta' dawn il-“funzjonijiet tal-persuni sinifikanti” ferm rilevanti. Bil li la ASI u lanqas AOE ma huma residenti tat-taxxa fl-Irlanda, l-uniku fattur rilevanti li jeħtieġ li jkun stabbilit huwa jekk il-persunal jew il-membri tal-bord wettqux il-funzjonijiet tan-nies sinifikanti tagħhom fl-istabbiliment permanenti li permezz tiegħu ASI u AOE wettqu n-negozju fl-Irlanda. Mill-analiżi funzjonali tal-fergħat Irlandiżi, jidher li l-funzjonijiet imwettqin permezz tal-istabbilimenti permamenti u f'dawn fl-Irlanda huma ristretti għal attivitajiet ta' xiri, ta' bejgħ u ta' distribuzzjoni (ASI) u għall-assemblaġġ tal-prodott (AOE). Safejn dawk il-fergħat jużaw l-IP ta' Apple fl-attivitajiet tagħhom fl-Irlanda, li d-drittijiet għaliha jingħataw lil ASI u lil AOE skont is-CSA, dawn ma jagħmlux dan bħala liċenzjatur li jikkontrolla u juża d-drittijiet tal-IP. |
|
(208) |
Finalment, l-opinjoni ta' [il-konsulent ta' Apple] tispjega li skont l-hekk imsejjaħ prinċipju tal-“forza ta' attrazzjoni”, l-introjtu kollha mhux tal-fergħat li jirriżulta fi Stat sors jitqies li huwa attribwibbli għall-fergħa fit-tali Stat sors. Madankollu, l-applikazzjoni ta' dan il-prinċipju ġiet miċħuda b'mod espliċitu mill-OECD u mill-istati membri tagħha. It-tqabbil tal-kumpaniji residenti li jużaw l-IP tagħhom fl-attivitajiet kummerċjali lokali tagħhom, ma' fergħat lokali ta' kumpaniji mhux residenti li mhumiex is-sid ekonomiku tat-tali IP, bħall-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE, ikun ksur evidentissmu tal-prinċipji tal-OECD. |
7.3. ITTRI MINN APPLE TAL-25 TA' JANNAR 2016 , TAT-18 TA' FRAR 2016 (B'OPINJONI TA' ESPERT) U TAL-14 TA' MARZU 2016
|
(209) |
Fl-ittri tagħha tal-25 ta' Jannar, tat-18 ta' Frar u tal-14 ta' Marzu 2016, Apple tispjega li Apple, Inc. hija d-detentur tat-titolu legali għall-IP li huwa żviluppat u kkontrollat barra mill-Irlanda u li jkun imur kontra l-liġi tal-Irlanda u l-prinċipji internazzjonali tat-taxxa jekk l-Irlanda tintaxxa kwalunkwe profitt li jirriżulta mill-IP. Barra minn hekk, Apple tispjega li l-profitti ta' ASI u ta' AOE għajr il-profitti mill-attivitajiet tal-fergħat Irlandiżi, huma soġġetti għal tassazzjoni differita fl-Istati Uniti. Apple tiddikjara wkoll li l-Kummissjoni biddlet it-teorija tagħha ta' għajnuna mill-Istat mindu ħadet id-Deċiżjoni ta' Ftuħ u li l-approċċ tal-Kummissjoni li għandu l-għan li jimponi taxxa retroattiva enormi fuq Apple billi jattribwixxi lill-fergħat Irlandiżi kollha tal-profitti globali ta' Apple jmur kontra l-prinċipju ta' distakkament. |
|
(210) |
Flimkien mal-ittra tagħha tat-18 ta' Frar 2016, Apple ssottomettiet aġġornament għar-rapport ad hoc ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple], fejn ipprovdiet analiżi addizzjonali li tqis is-sottomissjonijiet li għamlet minn meta ħareġ dak ir-rapport (it-tieni rapport ad hoc ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple]). It-tieni rapport ad hoc ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] jiddeskrivi f'aktar dettall il-funzjonijiet mhux tal-fergħat u jiffoka fuq l-attivitajiet imwettqin mill-bordijiet ta' ASI u ta' AOE. Ir-rapport ad hoc ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] ma jsemmix ir-rwol imwettaq mill-bordijiet, iżda jirreferi biss għal ASI u għal AOE bħala “l-entitajiet ġuridiċi” meta mqabbla mal-“Fergħa Irlandiża ta' AOE u ta' ASI”. Skont it-tieni rapport ad hoc ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple], is-sjieda, il-ġestjoni u l-finanzjament tal-IP għandhom ikunu allokati lill-funzjonijiet mhux tal-fergħat ta' ASI u ta' AOE (120), billi ASI u AOE jassumu r-riskju u l-obbligi skont is-CSA, permezz tal-awtorità eżerċitata mill-bordijiet li jaġixxu barra mill-Irlanda. Skont it-tieni rapport ad hoc ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple], kull istanza tas-CSA ġiet approvata u eżegwita mill-bordijiet ta' ASI u ta' AOE barra mill-Irlanda. Il-bordijiet ta' ASI u ta' AOE jwettqu rwoli attivi u kritiċi fir-rigward tal-ġestjoni tal-IP, li sseħħ barra mill-Irlanda. Il-bordijiet ta' ASI u ta' AOE jieħdu sehem fl-introduzzjonijiet ta' prodotti ġodda u fil-proċessi tal-prezzar dinji tal-prodotti ta' Apple barra mill-Irlanda. Skont ir-rapport, taħt id-direzzjoni tal-bord ta' ASI, ASI u Apple Inc. daħlu fi Ftehim ta' Servizz ta' Kummerċjalizzazzjoni li skont dan Apple Inc. twettaq il-funzjonijiet ta' kummerċjalizzazzjoni għan-nom ta' ASI. Barra minn hekk, ir-rapport jiddeskrivi li l-bord ta' ASI jew il-persuni awtorizzati bi prokura, jinnegozjaw, japprovaw u jiffirmaw ftehimiet ma' kumpaniji tat-telekomunikazzjoni u ma' fornituri u ma' manifatturi predeterminati minn Apple Inc. sabiex joffru l-prodotti ta' Apple għall-bejgħ barra mill-Amerki. |
|
(211) |
It-tieni rapport ad hoc ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] ikompli jelabora fuq l-Approċċ Awtorizzat tal-OECD fir-rigward tal-ftehimiet ta' qsim tal-kostijiet u tal-istabbilimenti permanenti. F'dak il-kuntest, dak ir-rapport jirreferi għall-paragrafu 212 tar-Rapport tal-2010 tal-OECD dwar l-Attribuzzjoni tal-Profitt fejn huwa ddikjarat li stabbiliment permanenti u l-uffiċċju prinċipali tiegħu jistgħu jitqiesu bħala koparteċipanti ekonomiċi f'attività li tikkorrispondi għal ftehim ta' qsim tal-kostijiet taħt ċerti kondizzjonijiet. Imbagħad dak ir-rapport jikkonkludi li dan mhuwiex il-każ għal ASI, għal AOE u għall-fergħat Irlandiżi rispettivi tagħhom, billi ebda funzjoni ta' persuni sinifikanti relatata mal-użu tal-IP ma kienet imħaddma mill-fergħat Irlandiżi jew tinsab fihom, ebda deċiżjoni assoċjata mal-użu tal-IP ma ttieħdet fl-Irlanda, u ebda riskju ta' finanzjament tal-IP ma ġġarrab mill-fergħat Irlandiżi. Finalment, ir-rapport jikkonkludi li, abbażi tal-analiżi funzjonali, kien iġġustifikat li l-fergħat Irlandiżi jintgħażlu bħala l-anqas entità kumplessa u l-parti ttestjata għall-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, billi l-fergħat kienu jwettqu biss attivitajiet relattivament ta' rutina ta' bejgħ u ta' distribuzzjoni u attivitajiet tal-manifattura u ma kienu jagħmlu ebda kontribuzzjoni unika. |
7.4. ITTRA MILL-IRLANDA TAT- 18 TA' FRAR 2016 (B'OPINJONI TA' ESPERT)
|
(212) |
Fit-18 ta' Frar 2016, l-Irlanda ssottomettiet “Opinjoni ta' Espert dwar il-profitt attribwit lill-Fergħa Irlandiża ta' ASI u lill-Fergħa Irlandiża ta' AOE bejn l-2007 u l-2011” lill-Kummissjoni, prodotta mill-konsulent tat-taxxa PwC (ir-rapport ad hoc ta' PwC). L-objettiv ta' dak ir-rapport kien li jipprovdi opinjoni dwar in-natura distakkata tal-eżitu tal-allokazzjoni tal-profitt lill-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE. |
|
(213) |
Ir-rapport ad hoc ta' PWC jiddikjara li japplika l-approċċ b'żewġ stadji tal-Approċċ Awtorizzat tal-OECD. Skont dak ir-rapport, l-ewwel stadju ta' dak l-approċċ jikkonsisti f'analiżi funzjonali, li fih jiġu identifikati l-funzjonijiet tal-persuni sinifikanti. It-tieni stadju jikkonsisti fl-ittestjar tan-natura distakkata tal-prezzar applikat matul il-perjodu ta' applikazzjoni tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati (121). Fuq il-bażi ta' analiżi funzjonali, ir-rapport jikkonkludi li l-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE ma għamlux kontribuzzjoni unika u siewja għall-katina ta' valur mondjali ta' Apple, iżda sempliċiment wettqu attivitajiet ta' rutina (122). Ir-rapport jidentifika wkoll oqsma li fihom ma tawx sehemhom il-fergħat, bħall-ħolqien, il-ġestjoni, l-iskjerament jew id-direzzjoni strateġika tal-IP ta' Apple. Ir-rapport jindika wkoll li l-Fergħa Irlandiża ta' ASI ma wettqet ebda attività ta' kummerċjalizzazzjoni. |
|
(214) |
Fit-tieni parti tar-rapport ad hoc ta' PwC iddedikata għall-ittestjar tan-natura distakkata tal-arranġament li daħlu għalih il-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE, ir-rapport jagħżel l-indikaturi tal-livell ta' profitt, li huma l-proporzjon Berry għal ASI u valwazzjoni pożittiva bil-kostijiet sħaħ għal AOE. Ir-rapport jikkalkola l-livell tal-indikaturi magħżulin għal ASI u għal AOE għall-perjodu 2007 sal-2011. L-eżitu huwa mqabbel ma' dak li r-rapport isejjaħ bħala l-“bażi industrijali” għal kumpaiji indipendenti. Il-bażi tal-industrija hija ppreżentata fir-rapport ad hoc ta' PwC fil-forma ta' indikaturi statistiċi inkluż il-wieħed minn erbgħa superjuri, il-medjana, il-wieħed minn erbgħa inferjuri u n-numru ta' kumpaniji inklużi fil-kampjun. |
|
(215) |
Rigward ASI, it-tiftixa tal-komparabbli mwettqa minn PwC hija bbażata fuq kumpaniji attivi fil-bejgħ bl-ingrossa ta' apparati domestiċi elettriċi, ta' prodotti u ta' softwer tal-kompjuter u ta' tagħmir elettroniku u tat-telekomunikazzjoni kif ukoll f'attivitajiet ta' ħżin u ta' appoġġ għat-trasport (123). Imbagħad ir-rapport ad hoc ta' PwC jiddeskrivi tliet tipi ta' riskji assunti mill-fergħa Irlandiża ta' ASI. L-ewwel nett, il-fergħa Irlandiża ta' ASI taffaċċja riskju tal-inventarju, b'mod partikolari dak assoċjat mad-disponibilità insuffiċjenti jew eċċessiva ta' inventarju. It-tieni, il-Fergħa Irlandiża ta' ASI hija esposta għar-riskju tal-garanzija. ASI wettqet servizzi ta' garanzija u ta' appoġġ wara l-bejgħ. L-appoġġ għall-inġinerija u l-proċessi ta' manifattura għal-linji ta' skrinjar ta' AppleCare kienu kkontrollati minn tim ibbażat fl-Istati Uniti. It-tielet, il-fergħa Irlandiża ta' ASI hija esposta għar-riskju ta' kreditu li ma tkunx tista' tiġbor pagamenti mingħand klijenti. Fid-dawl tal-politika ta' mmaniġġar tar-riskji tal-grupp, dawk ir-riskji kollha huma limitati ħafna. |
|
(216) |
Ir-rapport jikkonkludi li, fir-rigward tal-fergħa Irlandiża ta' ASI, il-medda ta' distakkament medja tal-proporzjon Berry għal fornituri ta' servizzi komparabbli b'riskju limitat hija ta' bejn 108,3 % u 137,95 % b'medjana ta' 116,72 %. Matul il-perjodu 2007 sal-2011, il-fergħa Irlandiża ta' ASI kisbet proporzjon Berry li jaqbeż il-wieħed minn erbgħa inferjuri. |
|
(217) |
Fir-rigward tal-fergħa Irlandiża ta' AOE, il-medja tal-medda ta' distakkament tal-valwazzjoni pożittiva tal-kostijiet sħaħ għal entitajiet tal-manifattura komparabbli b'riskju limitat għall-perjodu 2007 sal-2011 kienet ta' bejn 3,19 % u 7,95 % b'medjana ta' 5,21 %. Matul dak il-perjodu, il-fergħa Irlandiża ta' AOE kellha valwazzjoni pożittiva tal-kostijiet sħaħ li taqbeż dik il-medjana kull sena. |
7.5. ITTRI MILL-IRLANDA TAS-17 TA' FRAR U TAT-23 TA' MARZU 2016
|
(218) |
B'ittri tas-17 ta' Frar u tat-23 ta' Marzu 2016, l-Irlanda reġgħet ikkummentat dwar l-inkonsistenza allegata bejn ir-raġunar fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ u t-teorija tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat żviluppat minn dak iż-żmien 'l hawn, kif ukoll iċ-ċaħda allegata tal-Kummissjoni li tiddjaloga mal-Irlanda u ma' Apple. Skont l-Irlanda, in-nuqqas mill-Kummissjoni milli tispjega r-raġunar tagħha jxekkel id-drittijiet tad-difiża tagħha u huwa inkombenti fuq il-Kummissjoni li tispjega l-każ tagħha qabel ma tiġi adottata d-deċiżjoni finali. Barra minn hekk, fil-fehma tal-Irlanda, in-nuqqas ta' kwalunkwe tweġiba mill-Kummissjoni dwar ir-rapporti tal-esperti ppreżentati mill-Irlanda u minn Apple jista' jinftiehem biss bħala aċċettazzjoni tal-konklużjonijiet f'dawk ir-rapporti mill-Kummissjoni. |
|
(219) |
L-Irlanda tiddikjara wkoll li l-investigazzjoni tal-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati fihom preġudizzju kif juru d-dikjarazzjonijiet pubbliċi li għamlu l-uffiċjali tal-Kummissjoni li ppreġudikaw l-eżitu tal-investigazzjoni u t-talbiet ripetuti għal informazzjoni mill-Kummissjoni. Skont l-Irlanda, it-talbiet għal ammonti kbar ta' informazzjoni li tkopri firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet juru d-determinazzjoni tal-Kummissjoni li ssib għajnuna illegali mill-Istat, filwaqt li tinjora d-dmir tagħha li tinvestiga b'mod imparzjali. |
8. VALUTAZZJONI TAL-MIŻURI KKONTESTATI
8.1. EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA
|
(220) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat kull għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta' riżorsi tal-Istat, fi kwalunkwe forma, li twassal għal distorsjoni jew għal theddida ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni billi tiffavorixxi lil ċerti impriżi jew il-provvediment ta' ċerti oġġetti hija, safejn taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, inkompatibbli mas-suq intern. Sabiex miżura tiġi klassifikata bħala għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1), għandhom ikunu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha stabbiliti f'dik id-dispożizzjoni (124). Għalhekk huwa ferm stabbilit li, biex miżura tiġi kkwalifikata bħala għajnuna mill-Istat, l-ewwel irid ikun hemm intervent mill-Istat jew permezz ta' riżorsi tal-Istat; it-tieni, l-intervent għandu jkun jista' jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri; it-tielet, dan irid jagħti vantaġġ selettiv lil intrapriża u, ir-raba', dan irid ifixkel jew jhedded li jfixkel il-kompetizzjoni (125). |
|
(221) |
Fir-rigward tal-ewwel kondizzjoni għal sejbien ta' għajnuna, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati nħarġu mill-Irish Revenue, li hija l-amministrazzjoni tat-taxxa tal-Istat Irlandiż. Dawk id-deċiżjonijiet intużaw minn ASI u minn AOE sabiex jikkalkolaw l-obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva fl-Irlanda. L-Irish Revenue aċċettat dawk il-kalkoli u, fuq dik il-bażi, aċċettat li t-taxxa mħallsa minn ASI u minn AOE fl-Irlanda fis-snin li dawk id-deċiżjonijiet kienu fis-seħħ tikkorrispondi għall-obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva tagħhom fl-Irlanda. Għaldaqstant, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati huma imputabbli lill-Irlanda. Fir-rigward tal-finanzjament tal-miżura permezz tar-riżorsi tal-Istat, il-Qorti tal-Ġustizzja kontinwament sostniet li miżura li biha l-awtoritajiet pubbliċi jagħtu lil ċerti impriżi eżenzjoni mit-taxxa li, għalkemm ma tinvolvix trasferiment pożittiv ta' riżorsi tal-Istat, tpoġġi lill-persuni li tapplika għalihom f'sitwazzjoni finanzjarja aktar favorevoli minn kontribwenti oħrajn, tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (126). Fit-Taqsima 8.2, il-Kummissjoni se turi li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jirriżultaw fi tbaxxija tal-obbligazzjoni ta' taxxa ta' ASI u AOE fl-Irlanda billi jiddevjaw mit-taxxa li dawk l-intrapriżi kienu jkunu obbligati jħallsu skont ir-regoli ordinarji tat-tassazzjoni tal-profitt korporattiv fl-Irlanda. Billi jċaħħdu d-dħul mit-taxxa li l-Irlanda kienet tkun intitolata li tiġbor mingħand ASI u AOE skont dawk ir-regoli, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jwasslu għal telf ta' riżorsi tal-Istat (127). |
|
(222) |
Fir-rigward tat-tieni kondizzjoni għal sejba ta' għajnuna, ASI u AOE huma parti mill-grupp Apple, grupp multinazzjonali attiv globalment li jopera fl-Istati Membri kollha, biex b'hekk kwalunkwe għajnuna favur tagħhom tista' taffettwa l-kummerċ intra-Unjoni. B'mod simili, miżura mogħtija mill-Istat titqies li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni meta tkun tista' ttejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tal-benefiċjarju tagħha meta mqabbel ma' impriżi oħrajn li jikkompeti magħhom (128). Apple tiddisinja, timmanifattura u tqiegħed fis-suq apparati tal-komunikazzjoni mobbli u tal-midja, kompjuters personali u apparati portabbli tal-mużika diġitali. Tbigħ firxa ta' softwer, servizzi, apparati periferali, soluzzjonijiet ta' netwerking u kontenut u applikazzjonijiet diġitali ta' partijiet terzi relatati madwar id-dinja. ASI tieħu ħsieb l-attivitajiet ta' xiri, ta' bejgħ u ta' distribuzzjoni assoċjati mal-bejgħ ta' prodotti ta' Apple lil partijiet relatati u lil klijenti terzi madwar ir-reġjuni EMEIA u APAC. AOE timmanifattura firxa speċjalizzata ta' prodotti tal-kompjuter għas-suq tal-EMEIA u tforni l-prodotti finali kollha tagħha lil partijiet relatati. Billi d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jeħilsu lil ASI u lil AOE minn obbligazzjoni ta' taxxa li kien ikollhom iħallsu skont ir-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv fl-Irlanda, l-għajnuna mogħtija skont dawk id-deċiżjonijiet tikkostitwixxi għajnuna operatorja, għaliex din teħles lil dawk l-intrapriżi minn imposta li normalment kien ikollhom iġarrbu fl-attivitajiet ta' ġestjoni jew normali ta' kuljum tagħhom. Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet b'mod konsistenti li fil-prinċipju l-għajnuna operattiva tfixkel il-kompetizzjoni (129), għalhekk kwalunkwe għajnuna mogħtija lil ASI u lil AOE għandha titqies li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni billi ssaħħaħ il-pożizzjoni finanzjarja ta' ASI, ta' AOE u tal-grupp Apple fis-swieq li joperaw fihom. B'mod partikolari, billi teħles lil dawk l-intrapriżi minn obbligazzjoni ta' taxxa li kien ikollhom iġarrbu u li l-intrapriżi kompetituri jkollhom iħallsu, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jilliberaw riżorsi għal dawk l-intrapriżi sabiex jinvestu fl-operazzjonijiet kummerċjali tagħhom, u b'hekk joħolqu distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq, b'tali mod li r-raba' kondizzjoni għal sejba ta' għajnuna hija ssodisfata f'dan il-każ ukoll. |
|
(223) |
Fir-rigward tat-tielet kondizzjonijiet għal sejba ta' għajnuna, vantaġġ għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat huwa kwalunkwe benefiċċju ekonomiku li impriża ma setgħetx tikseb f'kondizzjonijiet normali tas-suq, jiġifieri fin-nuqqas ta' intervent mill-Istat (130). Għalhekk, kull meta s-sitwazzjoni finanzjarja ta' impriża tittejjeb bħala riżultat ta' intervent mill-Istat, ikun hemm vantaġġ. Tali titjib jintwera billi titqabbel is-sitwazzjoni finanzjarja tal-impriża bħala riżultat tal-miżura kkontestata mas-sitwazzjoni finanzjarja ta' dik l-impriża jekk il-miżura ma tkunx ingħatat (131). Vantaġġ jista' jikkostitwixxi kemm mill-għoti ta' vantaġġi ekonomiċi pożittivi, kif ukoll fil-mitigazzjoni tal-ispejjeż li normalment huma inklużi fil-baġit ta' impriża (132). Fir-rigward ta' miżuri fiskali, vantaġġ ekonomiku jista' jingħata billi jitnaqqas b'diversi modi l-piż tat-taxxa ta' impriża u, b'mod partikolari, permezz ta' tnaqqisa fil-bażi taxxabbli jew fl-ammont tat-taxxa dovuta (133). Hekk kif il-Kummissjoni se turi fit-Taqsima 8.2.2, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jirriżultaw fi tbaxxija tal-obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva ta' ASI u ta' AOE fl-Irlanda billi tnaqqas il-profitti taxxabbli annwali ta' dawk l-intrapriżi, u b'hekk il-bażijiet taxxabbli tagħhom, sabiex tiġi imposta taxxa korporattiva fuq dawk il-profitti skont ir-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv fl-Irlanda. Għaldaqstant, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jagħtu vantaġġ ekonomiku lil dawk il-kumpaniji permezz ta' tnaqqis fil-bażi taxxabbli tagħhom. |
|
(224) |
Fir-rigward tan-natura selettiva ta' dak il-vantaġġ, il-Qorti tal-Ġustizzja f'każ preċedenti ta' miżura ta' għajnuna individwali, u mhux skema, kienet iddikjarat li “l-identifikazzjoni tal-vantaġġ ekonomiku jippermetti, bħala prinċipju, li s-selettività tagħha tiġi preżunta” (134), mingħajr ma tkun neċessarja l-analiżi tas-selettività tal-miżura skont l-analiżi bi tliet stadji mfassla mill-Qorti tal-Ġustizzja għall-iskemi fiskali ta' għajnuna mill-Istat (135). Billi d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati huma miżuri ta' għajnuna individwali mogħtijin lil ASI u lil AOE biss, sejba li dawk il-miżuri jagħtu vantaġġ lil ASI u lil AOE diġà hija biżżejjed sabiex jiġi konkluż li l-vantaġġ huwa ta' natura selettiva. Minkejja dan, għall-fini ta' kompletezza, il-Kummissjoni se teżamina dawk il-miżuri skont l-analiżi bi tliet stadji mfassla mill-Qorti tal-Ġustizzja għal skemi ta' għajnuna fiskali sabiex turi li huma selettivi skont dik l-analiżi wkoll. Madankollu, meta tagħmel dan, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni ta' jekk il-miżuri kkontestati jikkostitwixxux deroga mis-sistema ta' referenza (it-tieni pass tal-analiżi tas-selettività) se tikkoinċidi mal-valutazzjoni tagħha ta' jekk dawk il-miżuri jagħtux vantaġġ lil ASI u lil AOE (136). Dan għaliex l-identifikazzjoni tal-vantaġġ li jirriżulta mill-miżura tat-taxxa teħtieġ tqabbil tal-pożizzjoni ekonomika tal-benefiċjarju ta' dik il-miżura mal-pożizzjoni ekonomika ta' dik l-intrapriża li kieku ma ngħatatx dik il-miżura, filwaqt li l-identifikazzjoni tad-deroga mis-sistema ta' referenza teħtieġ tqabbil tal-pożizzjoni ekonomika tal-benefiċjarju ta' dik il-miżura mal-pożizzjoni ekonomika tal-atturi li huma f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli għall-benefiċjarju fid-dawl tal-objettivi ta' dik is-sistema ta' referenza u li ma jibbenefikawx mill-miżura tat-taxxa inkwistjoni. Fi kliem ieħor, meta miżura tat-taxxa tirriżulta fi tnaqqis mhux iġġustifikat tal-obbligazzjoni ta' taxxa ta' benefiċjarju li kieku kien ikun soġġett għal livell ogħla ta' taxxa skont ir-regoli ordinarji ta' tassazzjoni, dak it-tnaqqis jikkostitwixxi kemm il-vantaġġ mogħti mill-miżura tat-taxxa kif ukoll id-deroga mis-sistema ta' referenza. |
8.2. L-EŻISTENZA TA' VANTAĠĠ SELETTIV
|
(225) |
Skont il-ġurisprudenza stabbilita, “l-Artikolu 92(1) [issal-Artikolu 107(1)] tat-Trattat jimponi l-obbligu li jiġi ddeterminat jekk, fil-kuntest ta' sistema ġuridika partikolari, miżura nazzjonali hijiex ta' tali natura li tiffavorixxi “ċerti impriżi jew ċerti produtturi” fil-konfront ta' oħrajn li jinsabu, fir-rigward tal-għan li l-imsemmija sistema tfittex li tilħaq, f'sitwazzjoni fattwali u ġuridika paragunabbli. Jekk dan huwa minnu, il-miżura kkonċernata tissodisfa l-kundizzjoni ta' selettività” (137). |
|
(226) |
Fil-każ ta' skemi ta' għajnuna mill-Istat, il-Qorti tal-Ġustizzja fasslet analiżi bi tliet stadji sabiex tiddetermina jekk miżura hijiex selettiva (138). L-ewwel jiġi identifikat ir-reġim tat-taxxa komuni jew normali applikabbli fl-Istat Membru: “is-sistema ta' referenza”. It-tieni, għandu jiġi stabbilit jekk il-miżura tat-taxxa inkwistjoni tikkostitwixxix deroga minn dik is-sistema billi tiddistingwi bejn atturi ekonomiċi li, fid-dawl tal-objettivi intrinsiċi għas-sistema, huma f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli. Jekk il-miżura tikkostitwixxi deroga mis-sistema ta' referenza, allura mbagħad jiġi stabbilit, fit-tielet stadju tal-analiżi, jekk il-miżura hijiex iġġustifikata mill-għamla jew l-iskema ġenerali tas-sistema ta' referenza. Miżura tat-taxxa li tikkostitwixxi deroga għall-applikazzjoni tas-sistema tat-taxxa ġenerali tista' tiġi ġġustifikata jekk l-Istat Membru kkonċernat jista' juri li l-miżura tirriżulta direttament mill-prinċipji bażiċi jew ta' gwida ta' dik is-sistema tat-taxxa (139). Jekk dak huwa l-każ, il-miżura tat-taxxa mhijiex selettiva. L-oneru tal-prova f'dak it-tielet pass huwa tal-Istat Membru. |
8.2.1. DETERMINAZZJONI TAS-SISTEMA TA' REFERENZA
8.2.1.1. Sistema ta' referenza msawra mir-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv fl-Irlanda.
|
(227) |
Bħala regola ġenerali, sistema ta' referenza hija komposta minn sett ta' regoli konsistenti li japplikaw abbażi ta' kriterji oġġettivi għall-impriżi kollha li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tagħha kif definiti mill-objettiv tagħha. Għaldaqstant, l-identifikazzjoni tas-sistema ta' referenza tiddependi minn elementi bħall-persuni taxxabbli, il-bażi taxxabbli, l-avvenimenti taxxabbli u r-rati tat-taxxa applikabbli. |
|
(228) |
F'dan il-każ, is-sistema ta' referenza hija r-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv skont is-sistema tat-taxxa korporattiva tal-Irlanda, li bħala l-objettiv intrinsiku tagħhom għandhom it-tassazzjoni tal-profitt tal-kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa fl-Irlanda (140). Kif spjegat fit-Taqsima 2.3, it-taxxa korporattiva fl-Irlanda tintalab fuq il-profitti (dħul u qligħ taxxabbli) ta' kumpanija, indipendentement minn kif jinkisbu (141). Il-kalkolu tal-bażi taxxabbli korporattiva jieħu bħala l-punt tat-tluq tiegħu l-profitt kontabilistiku korporattiv (142). Il-kumpaniji residenti fl-Irlanda huma soġġetti għat-taxxa korporattiva fuq id-dħul u l-qligħ kapitali dinjin tagħhom (143). Kumpaniji mhux residenti li joperaw permezz ta' fergħa jew permezz ta' aġenzija fl-Irlanda huma soġġetti għat-taxxa korporattiva fuq il-profitti relatati mal-fergħa jew mal-aġenzija tagħhom u fuq kwalunkwe qligħ kapitali li jirriżulta mid-disponiment ta' assi użati għall-finijiet tal-fergħa jew tal-aġenzija (144). Kumpaniji li mhumiex residenti fl-Irlanda u li ma jinnegozjawx permezz ta' fergħa jew permezz ta' aġenzija fl-Irlanda huma obbligati jħallsu biss it-taxxa fuq l-introjtu fuq kwalunkwe dħul b'sors Irlandiż u t-taxxa fuq il-qligħ kapitali li jirriżulta mid-disponiment ta' ċerti assi Irlandiżi, soġġetti għal kwalunkwe ħelsien mit-taxxa li jista' jkun disponibbli (145). Ir-rata tat-taxxa korporattiva applikabbli għall-profitt tal-kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa fl-Irlanda hija ta' 12,5 % għall-profitt derivat mill-introjtu operatorju u ta' 25 % għall-introjtu mhux operatorju (146). Mill-perspettiva tar-regoli msemmijin aktar 'il fuq, il-kumpaniji kollha li għandhom introjtu jitqiesu li huma f'sitwazzjoni fattwali u legali simili, billi l-objettiv ta' dawk ir-regoli huwa t-tassazzjoni tal-profitt soġġett għat-taxxa fl-Irlanda. Konsegwentement, il-kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa fl-Irlanda, kemm jekk residenti jew mhux residenti, huma f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli fir-rigward tar-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv fl-Irlanda. |
|
(229) |
Dik is-sistema ta' referenza tinkludi kemm kumpaniji mhux integrati li jiksbu l-profitt tagħhom minn tranżazzjonijiet distakkati mwettqin fis-suq kif ukoll kumpaniji integrati li (parzjalment) jiksbu l-profitt tagħhom minn tranżazzjonijiet imwettqin fl-istess kumpanija jew grupp korporattiv. Is-sistema tat-taxxa korporattiva Irlandiża ma tagħmilx distinzjoni bejn kumpaniji li jiksbu l-profitt tagħhom minn tranżazzjonijiet tas-suq biss, bħal kumpaniji awtonomi mhux integrati, u kumpaniji li jiksbu l-profitt tagħhom permezz ta' negozjati interni bejn kumpaniji tal-istess grupp korporattiv jew bejn partijiet tal-istess kumpanija, bħal kumpaniji integrati. Iż-żewġ tipi ta' kumpaniji huma soġġetti għat-taxxa korporattiva fuq il-profitt taxxabbli tagħhom bir-rata tat-taxxa korporattiva standard skont ir-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv fl-Irlanda. B'hekk, kumpaniji mhux integrati u integrati soġġetti għat-taxxa fl-Irlanda għandhom jitqiesu li huma f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli fir-rigward ta' dawk ir-regoli. |
|
(230) |
Il-fatt li l-profitt taxxabbli ta' kumpaniji mhux integrati u integrati huwa ddeterminat b'mod differenti ma jbiddilx din il-konklużjoni. Fil-każ ta' kumpanija mhux integrata li tagħmel tranżazzjonijiet fis-suq, il-profitt taxxabbli ta' dik il-kumpanija, fil-prinċipju, jista' jiġi osservat u kkalkolat direttament fuq il-bażi tat-tali tranżazzjonijiet tas-suq, billi dan huwa bbażat fuq id-differenza bejn id-dħul u l-kostijiet f'suq kompetittiv. Konsegwentement, kumpanija mhux integrata se tieħu l-profitt kontabilistiku tagħha bħala l-punt tat-tluq għad-determinazzjoni tal-bażi taxxabbli li għaliha tapplika t-taxxa korporattiva Irlandiża, billi dak il-profitt huwa ddeterminat fuq il-bażi ta' prezzijiet iddettati mis-suq għall-inputs akkwistati u għall-prodotti u għas-servizzi mibjugħin mill-kumpanija. Għall-kuntrarju, id-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli ta' kumpanija integrata, kemm jekk hija kumpanija li tappartjeni għal grupp korporattiv kif ukoll jekk hija kumpanija li topera f'aktar minn ġurisdizzjoni waħda permezz ta' fergħa, teħtieġ l-użu ta' stimi. Dan għaliex kumpanija integrata, li l-partijiet kostitwenti tagħha jagħmlu tranżazzjonijiet bejniethom, tista' tistabbilixxi l-prezzijiet u l-kondizzjonijiet ta' dawk in-negozjati interni b'mod indipendenti minn parteċipanti oħrajn fis-suq, li, min-naħa tagħhom, jistabbilixxu l-profitt taxxabbli tal-partijiet ta' dik il-kumpanija li jieħdu sehem f'dawk it-tranżazzjonijiet (147). Għaldaqstant, din id-differenza fid-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli ta' kumpaniji mhux integrati u integrati hija dovuta għall-fatt li l-profitti ta' kumpaniji integrati jew ta' fergħat ma jistgħux jiġu osservati b'mod affidabbli mill-kontijiet statutorji, għall-kuntrarju ta' kumpaniji mhux integrati jew ta' kumpaniji li ma huma involuta f'ebda forma ta' negozjati interni u li, għalhekk, għandhom kontijiet li jirriflettu l-prezzijiet negozjati fis-suq f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. Madankollu, din id-differenza fid-determinazzjoni tal-profitti taxxabbli ta' kumpaniji mhux integrati u ta' kumpaniji integrati hija sempliċiment il-mezz li bih jinkiseb l-għan aħħari tad-determinazzjoni tal-bażi taxxabbli taż-żewġ tipi ta' kumpaniji b'tali mod li jiżgura li l-kumpaniji integrati jkunu ntaxxati fuq bażi ekwa bħal kumpaniji mhux integrati skont ir-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv. |
|
(231) |
Apple targumenta (148) li t-tranżazzjonijiet bejn il-kumpaniji relatati mhumiex komparabbli mat-tranżazzjonijiet bejn kumpaniji mhux relatati. Apple tikkwota d-Deċiżjoni Groepsrentebox (149), li fiha l-Kummissjoni allegatament aċċettat li relazzjonijiet finanzjarji bejn kumpaniji li jappartjenu għal grupp korporattiv u t-tranżazzjonijiet intragrupp ma għandhomx l-istess ħsieb kompetittiv u ekonomiku bħal dak ta' bejn kumpaniji mhux relatati, u mhumiex xprunati minnu, sabiex, għalhekk, jiġġustifikaw trattament tat-taxxa differenti. Qabel kollox, il-Kummissjoni tixtieq tfakkar li, billi l-miżura ta' għajnuna potenzjali trid tiġi vvalutata fuq il-bażi tal-merti tagħha stess skont il-kriterji oġġettivi tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, anki jekk jista' jintwera li l-Kummissjoni setgħet iddeċidiet b'mod differenti f'deċiżjoni oħra, dan ma jistax jaffettwa s-sejbiet ta' din id-deċiżjoni (150). |
|
(232) |
Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-interpretazzjoni minn Apple tad-Deċiżjoni Groepsrentebox. Għall-kuntrarju ta' dak li tgħid Apple, dik id-Deċiżjoni ma tikkonfermax li meta miżura tat-taxxa tingħata favur kumpanija li tikseb profitti permezz ta' negozjati interni, is-sistema ta' referenza bilfors trid tkun limitata għal kumpaniji li jiksbu profitti permezz tat-tali negozjati. Barra minn hekk, l-objettiv tal-miżura tat-taxxa fil-bażi ta' dik id-Deċiżjoni mhuwiex komparabbli għal dan il-każ u, għalhekk, il-konklużjonijiet li jistgħu jinħarġu minnha mhumiex applikabbli għal dan il-każ. |
|
(233) |
L-iskema Groepsrentebox kienet tfasslet mill-awtoritajiet Olandiżi sabiex tnaqqas id-differenza fit-trattament tat-taxxa bejn il-provvediment ta' kapital ta' ekwità u ta' self f'kuntest ta' grupp u, għaldaqstant, sabiex tnaqqas l-arbitraġġ bejn dawn iż-żewġ forom ta' finanzjament intragrupp (151). Fid-deċiżjoni finali l-Kummissjoni osservat li fid-dawl tal-objettiv finali tal-miżura, huma biss “il-kumpaniji fi grupp [u mhux kumpaniji indipendenti, li] huma kkonfrontati b'arbitraġġ bejn il-kapital ta' ekwità u l-kapital ta' self fil-grupp tagħhom” (152). Kien fid-dawl ta' dik l-osservazzjoni, kif ukoll tal-objettiv tal-iskema li kien “ta' tnaqqis tal-inċentivi għall-arbitraġġ bejn il-finanzjament permezz ta' injezzjoni ta' kapital u self, u l-iżgurar tan-newtralità tat-taxxa f'dan ir-rigward” (153), li l-Kummissjoni qieset is-sistema ta' referenza f'dak il-każ li tinkludi biss kumpaniji soġġetti għal taxxa fuq il-kumpaniji u li huma impenjati fi tranżazzjonijiet tal-finanzjament intragrupp (154). Għall-kuntrarju ta' dan, l-objettiv tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati huwa li jistabbilixxu l-bażi taxxabbli ta' ASI u ta' AOE għall-finijiet ta' impożizzjoni tat-taxxa korporattiva Irlandiża fuq dak l-ammont. |
|
(234) |
Filwaqt li jista' jiġi argumentat li l-objettiv sottostanti tad-Deċiżjoni Groepsrentebox huwa validu biss f'kuntest ta' grupp (billi kumpaniji awtonomi mhumiex affaċċjati bil-kwistjoni tal-arbitraġġ bejn forom differenti ta' finanzjament), id-determinazzjoni tal-bażi taxxabbli għall-komputazzjoni tal-obbligazzjoni annwali ta' taxxa korporattiva hija rilevanti u applikabbli għal entitajiet li jiksbu l-profitti tagħhom permezz ta' negozjati interni, kif ukoll għal kumpaniji domestiċi awtonomi. Barra minn hekk, ASI taħdem bħala l-kumpanija ta' xiri u ta' distribuzzjoni tal-grupp Apple u AOE bħala l-kumpanija tal-manifattura. Dawk il-kumpaniji jipprovdu servizzi lil kumpaniji oħrajn tal-grupp Apple. Madankollu, it-tranżazzjonijiet li jwettqu jistgħu jitwettqu barra minn kuntest ta' grupp ukoll. Tabilħaqq, Apple tixtri ħafna mill-inputs tagħha mingħand manifatturi indipendenti. |
|
(235) |
Dawk il-karatteristiċi ta' dan il-każ jikkonfermaw li l-osservazzjoni tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni Groepsrentebox — li fir-rigward tal-finanzjament tad-dejn intragrupp, kumpaniji relatati ma jkunux f'sitwazzjoni legali u fattwali komparabbli għal dik ta' kumpaniji mhux relatati — ma tistax tiġi ġġeneralizzata għal sitwazzjonijiet li fihom l-objettiv ta' deċiżjoni tat-taxxa huwa li tistabbilixxi l-bażi taxxabbli għall-finijiet ta' impostar tat-taxxa korporattiva fuq dak l-ammont. Skont il-prinċipju ta' distakkament, relazzjonijiet kummerċjali u finanzjarji bejn kumpaniji assoċjati involuti f'negozjati interni ma għandhomx ivarjaw minn relazzjonijiet li jsiru bejn kumpaniji indipendenti (155). Huwa preċiżament l-objettiv tar-regoli dwar il-prezzar ta' trasferiment li t-tranżazzjonijiet bejn kumpaniji fi grupp/assoċjati jitqabblu ma' tranżazzjonijiet bejn kumpaniji indipendenti u kwalunkwe devjazzjoni trid tiġi kkoreġuta. Fuq din il-bażi, id-dipendenza ta' Apple fuq id-Deċiżjoni Groepsrentebox hija skorretta. |
8.2.1.2. Is-sistema ta' referenza mhijiex ristretta għat-Taqsima 25 tat-TCA 97 biss
|
(236) |
L-Irlanda (156) u Apple (157) jargumentaw li kumpaniji mhux residenti mhumiex f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli għal kumpaniji residenti billi kumpaniji residenti huma ntaxxati fuq l-introjtu dinji tagħhom, filwaqt li kumpaniji mhux residenti huma soġġetti għat-taxxa fuq l-introjtu tagħhom minn sorsi lokali biss, jiġifieri, l-introjtu operatorju li jirriżulta b'mod dirett jew indirett permezz ta' aġenzija jew ta' fergħa Irlandiża jew minn dawn. |
|
(237) |
Il-Kummissjoni taċċetta din id-distinzjoni, iżda ma tqisx li l-eżistenza tagħha tiġġustifika l-identifikazzjoni ta' sistema ta' referenza separata mir-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv fl-Irlanda. Jibqa' l-fatt li, għall-finijiet ta' determinazzjoni tal-bażi taxxabbli tagħhom u għad-determinazzjoni tal-obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva tagħhom, iż-żewġ tipi ta' kumpaniji huma f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli fir-rigward tal-objettiv intrinsiku ta' dawk ir-regoli, li huwa li jintaxxaw il-profitt tal-kumpaniji kollha, residenti jew mhux residenti, soġġetti għat-taxxa fl-Irlanda (158). |
|
(238) |
Fir-rigward tal-metodu tad-determinazzjoni tal-bażi taxxabbli, kemm kontribwenti residenti kif ukoll mhux residenti huma ntaxxati fuq il-profitt tagħhom (l-introjtu u l-qligħ taxxabbli), indipendentement minn kif jiksbuh, li jiġi ddeterminat kemm għal kumpaniji residenti fl-Irlanda kif ukoll għal kumpaniji mhux residenti fuq il-bażi tar-regoli stipulati fil-premessi (69) u (70). F'dan il-każ, anki jekk ASI u AOE huma kumpaniji mhux residenti, il-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE jiġġeneraw introjtu u profitti bħal kwalunkwe kumpanija residenti involuta f'attività operatorja u, fil-każ ta' introjtu minn sors mill-produzzjoni jew mill-bejgħ ta' oġġetti u ta' servizzi fl-Irlanda, kemm kumpaniji residenti kif ukoll kumpaniji mhux residenti huma ntaxxati fuq l-istess tip ta' introjtu (159). |
|
(239) |
Li kumpaniji mhux residenti u residenti huma f'sitwazzjoni komparabbli fir-rigward tal-metodu ta' determinazzjoni tal-bażi taxxabbli tagħhom huwa sostnut ukoll mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar it-tassazzjoni ta' fergħat fil-kuntest tal-Artikolu 49 tat-Trattat. Pereżempju, fis-sentenza tagħha fil-Kawża Royal Bank of Scotland, il-Qorti ddikjarat li kumpanija li għandha s-sede tagħha fil-Greċja u l-fergħa Griega ta' kumpanija li stabbilixxiet is-sede tagħha fi Stat Membru ieħor huma f'sitwazzjoni oġġettivament komparabbli. Filwaqt li l-Qorti għarfet li kumpaniji li għandhom is-sede tagħhom fil-Greċja huma ntaxxati fuq l-introjtu dinji tagħhom, filwaqt li kumpaniji mhux residenti huma soġġetti biss għat-taxxa fuq profitt b'sors lokali, spjegat ukoll “li ċ-ċirkustanza, li tirriżulta mis-sovranità fiskali limitata tal-Istat fejn jinkiseb l-introjtu b'rabta ma' dik tal-Istat fejn il-kumpanija għandha s-sede tagħha mhijiex tali li tipprevjeni ż-żewġ kategoriji ta' kumpaniji milli jiġu kkunsidrati, jekk kollox jibqa' l-istess, bħala kumpaniji f'sitwazzjoni komparabbli fir-rigward tal-metodu ta' determinazzjoni tal-bażi taxxabbli” (160). B'mod simili, fis-sentenza tagħha fil-Kawża CLT-UFA, il-Qorti ddikjarat li ma kien hemm ebda ġustifikazzjoni oġġettiva għat-trattament ta' kumpanija b'mod differenti u anqas favorevoli fir-rigward tal-fergħa Ġermaniża tagħha minħabba l-fatt li s-sede u l-amministrazzjoni ċentrali tagħha kienu fil-Lussemburgu, milli kien ikun il-każ li kieku wettqet l-attività tagħha fil-Ġermanja fil-forma ġuridika ta' kumpanija b'responsabbiltà limitata jew kumpannija pubblika b'responsabbiltà limitata bis-sede u/jew bl-amministrazzjoni ċentrali tagħha fil-Ġermanja. B'mod partikolari, il-Qorti osservat “li l-leġiżlazzjoni nazzjonali, fir-rigward tal-mod ta' ffissar tal-bażi taxxabbli, ma tagħmilx distinzjoni bejn il-kumpanniji li għandhom is-sede tagħhom fi Stat membru ieħor, skont jekk huma jeżerċitaw l-attivitajiet tagħhom permezz ta' fergħa jew kumpannija sussidjarja, b'tali mod li tistabbilixxi differenza ta' trattament bejn iż-żewġ kategoriji ta' kumpanniji” (161). |
|
(240) |
Għall-kuntrarju ta' dak li ddikjarat l-Irlanda (162), il-Kummissjoni ma tqisx li l-ġurisprudenza tfisser li kumpaniji residenti u mhux residenti jridu jiġu ntaxxati fuq l-istess bażi fir-rigward ta' x'sorsi ta' introjtu huma soġġetti għat-taxxa. Il-Kummissjoni taċċetta li, bħala riżultat tal-prinċipju ta' territorjalità, kumpaniji residenti u mhux residenti huma ntaxxati fuq sorsi differenti ta' introjtu, hekk kif irrikonoxxiet il-Qorti stess. Minflok, il-Kummissjoni tqis li l-ġurisprudenza tfisser li, billi kumpaniji residenti u mhux residenti huma soġġetti għall-istess regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv, l-istatus ta' residenza ta' kontribwent korporattiv ma jistax jiġġustifika trattament tat-taxxa diskriminatorju għal xi tip ta' kumpanija meta tiġi ddeterminata l-obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva ta' dawk il-kumpaniji skont dawk ir-regoli. Fi kliem ieħor, iż-żewġ tipi ta' kumpaniji huma f'pożizzjoni fattwali u legali simili fir-rigward tat-tassazzjoni tal-profitti korporattivi tagħhom soġġetti għat-taxxa fl-Irlanda. |
|
(241) |
Fir-rigward tad-determinazzjoni tal-obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva, li hija ddeterminata kemm għal kumpaniji mhux residenti u residenti bl-istess mod, jiġifieri bl-applikazzjoni tar-rata standard tat-taxxa korporattiva għall-ammont tal-profitt nett miksub bħala riżultat tal-attivitajiet tal-kumpanija residenti jew tal-fergħa tal-kumpanija mhux residenti fi tmiem is-sena tat-taxxa (163). B'hekk, anki minn dik il-perspettiva, iż-żewġ tipi ta' kumpaniji huma f'pożizzjoni fattwali u legali simili fir-rigward tat-tassazzjoni tal-profitt korporattiv tagħhom soġġett għat-taxxa fl-Irlanda. |
8.2.1.3. Konklużjoni dwar is-sistema ta' referenza
|
(242) |
Fid-dawl ta' dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li s-sistema ta' referenza li magħha għandhom jitqabblu d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati hija dik tar-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv fl-Irlanda, kif stipulat fil-premessa (228) u elaborat ulterjorament fit-Taqsima 2.3, li bħala l-objettiv intrinsiku tagħhom għandhom it-tassazzjoni tal-profitt tal-kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa fl-Irlanda. Kif spjegat fil-premessi (229) u (235), dik is-sistema ta' referenza tinkludi kemm kumpaniji integrati kif ukoll mhux integrati u, kif spjegat fil-premessi (237) sa (241), kemm kumpaniji residenti kif ukoll mhux residenti. Għalhekk, it-Taqsima 25 tat-TCA 97 għandha titqies li tagħmel parti integrali u neċessarja minn dik is-sistema ta' referenza, iżda mhux sistema ta' referenza separata għaliha. |
|
(243) |
Li r-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv fl-Irlanda jikkostitwixxu s-sistema ta' referenza xierqa f'dan il-każ huwa kkonfermat mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati stess. L-iskop ta' dawk id-deċiżjonijiet huwa li jistabbilixxu l-profitt taxxabbli annwali ta' ASI u ta' AOE fl-Irlanda għall-fini ta' impostar tat-taxxa korporattiva fuq dak il-profitt skont dawk ir-regoli. Tabilħaqq, il-profitt taxxabbli annwali ta' ASI u ta' AOE fl-Irlanda, li jirriżulta mill-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, huwa ntaxxat fuq il-bażi tat-Taqsima 21(1) tat-TCA 97 bir-rata standard tat-taxxa korporattiva ta' 12,5 % għall-introjtu operatorju u ta' 25 % għall-introjtu mhux operatorju, l-istess bħall-profitt ta' kull kumpanija oħra soġġetta għat-taxxa fl-Irlanda, kemm jekk integrata jew mhux integrata, residenti jew mhux residenti. B'hekk, l-għan finali tal-eżerċizzju mwettaq għall-fini tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati huwa li jasal għal profitt taxxabbli annwali għal ASI u għal AOE li jiżgura li dawk il-kumpaniji mhux residenti jiġu ntaxxati fuq l-introjtu b'sors lokali tagħhom b'mod simili għal kumpaniji residenti mhux integrati skont ir-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv fl-Irlanda. Kif spjegat l-Irlanda stess matul il-proċedura amministrattiva: “Revenue, matul l-operazzjonijiet normali tagħha, tikkuntattja lill-kontribwenti, sabiex tipprovdi ċarezza dwar l-applikazzjoni tal-liġi tat-taxxa […]. L-objettiv huwa li jiġi żgurat li dawn il-kumpaniji jħallsu t-taxxa Irlandiża t-tajba fuq dak is-sehem tal-profitti tagħhom li jaqa' taħt l-ambitu tat-taxxa korporattiva Irlandiża, inkluż, b'rabta mal-kumpaniji mhux residenti, dak is-sehem tal-profitti tagħhom li huwa attribwibbli għall-operazzjonijiet tal-fergħat Irlandiżi tagħhom. Huwa f'dan il-kuntest li Revenue tikkuntattja lil Apple Operations Europe u lil Apple Sales International sabiex tiżgura li l-profitti attribwiti lill-fergħat Irlandiżi tagħhom kienu proporzjonati għall-attivitajiet imwettqin minn dawk il-fergħat.” (164) |
8.2.2. VANTAĠĠ SELETTIV LI JIRRIŻULTA MINN DEROGA MIR-REGOLI ORDINARJI TA' TASSAZZJONI TAL-PROFITT KORPORATTIV FL-IRLANDA LI JWASSAL GĦAL TNAQQIS TAL-BAŻI TAXXABBLI
|
(244) |
Il-funzjoni ta' deċiżjoni tat-taxxa hija li tistabbilixxi minn qabel l-applikazzjoni tas-sistema fiskali ordinarja għal każ partikolari fid-dawl tal-fatti u taċ-ċirkustanzi speċifiċi tiegħu. Madankollu, bħal kwalunkwe miżura fiskali oħra, l-għoti ta' deċiżjoni tat-taxxa jrid jirrispetta r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Meta deċiżjoni tat-taxxa tapprova riżultat li ma jirriflettix b'mod affidabbli dak li jirriżulta minn applikazzjoni normali tas-sistema fiskali ordinarja mingħajr ġustifikazzjoni, dik id-deċiżjoni tista' tagħti vantaġġ selettiv lill-benefiċjarju, safejn dak it-trattament selettiv jirriżulta fi tnaqqis tal-obbligazzjoni ta' taxxa ta' dak il-kontribwent fl-Istat Membru meta mqabbel ma' kumpaniji f'sitwazzjoni legali u fattwali simili. |
|
(245) |
Id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati japprovaw metodi għall-allokazzjoni tal-profitt ta' ASI u ta' AOE lill-fergħat Irlandiżi rispettivi tagħhom, li jippermettu lil dawk il-kumpaniji jiddeterminaw il-profitt taxxabbli tagħhom u, b'hekk, l-obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva tagħhom fl-Irlanda fuq bażi annwali għall-perjodu li matulu kienu fis-seħħ dawk id-deċiżjonijiet. Wara li jiġi determinat li r-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv fl-Irlanda, li jinkludu iżda mhumiex limitati għat-Taqsima 25 tat-TCA 97, jikkostitwixxu s-sistema ta' referenza li abbażi tagħha għandhom jiġu vvalutati d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, huwa meħtieġ li jiġi stabbilit jekk dawk id-deċiżjonijiet jikkostitwixxux deroga minn dik is-sistema ta' referenza li twassal għal trattament mhux ugwali bejn il-kumpaniji li huma f'sitwazzjoni fattwali u legali simili. Kif spjegat fil-premessa (224), il-valutazzjoni tal-Kummissjoni ta' jekk id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jidderogawx minn dik is-sistema ta' referenza se tikkoinċidi mal-identifikazzjoni minnha tal-vantaġġ ekonomiku mogħti lil ASI u lil AOE, bħala riżultat ta' dawk id-deċiżjonijiet. |
8.2.2.1. L-applikabilità tal-prinċipju ta' distakkament fl-applikazzjoni tat-Taqsimiet 21(1) u 25 tat-TCA 97
(a) It-Taqsima 25 tat-TCA 97 tesiġi l-użu ta' metodi tal-allokazzjoni tal-profitt
|
(246) |
Skont it-Taqsima 21(1) tat-TCA 97, it-taxxa korporattiva fl-Irlanda tintalab fuq il-profitt tal-kumpaniji. It-Taqsima 25 tat-TCA 97 tipprovdi li kumpanija mhux residenti fl-Irlanda li twettaq negozju permezz ta' fergħa jew ta' aġenzija fl-Irlanda hija soġġetta “għat-taxxa korporattiva fuq il-profitti taxxabbli kollha tagħha kull meta jinkisbu”. Għalhekk, sabiex tiġi ddeterminata l-obbligazzjoni ta' taxxa ta' kumpanija mhux residenti fl-Irlanda skont it-Taqsima 21(1) tat-TCA 97, l-ewwel hemm bżonn li jiġu ddeterminati l-profitti taxxabbli tagħha skont it-tifsira tat-Taqsima 25 tat-TCA 97. |
|
(247) |
Għal dan l-għan, it-Taqsima 25 tat-TCA 97 tispeċifika li profitti taxxabbli jammontaw għal “kwalunkwe introjtu operatorju li jinkiseb b'mod dirett jew indirett permezz tal-fergħa jew tal-aġenzija jew minn din, u kwalunkwe introjtu minn proprjetà jew minn drittijiet użati mill-fergħa jew mill-aġenzija jew miżmuma minn din jew għaliha, iżda dan il-paragrafu ma għandux jinkludi distribuzzjonijiet riċevuti mingħand kumpaniji residenti fl-Istat”. L-indikazzjoni tal-introjtu operatorju timplika li l-introjtu mhux operatorju, jiġifieri, dak passiv, bħal dħul mill-imgħax u dividendi, huwa eskluż mill-ambitu tagħha. Madankollu, it-Taqsima 25 tat-TCA 97 tapplika f'sitwazzjonijiet li fihom, fil-prinċipju, ma tista' tiġi stabbilita ebda sjieda separata tal-assi fuq il-bażi tal-kuntratti bejn id-diversi partijiet tal-istess kumpanija mhux residenti u fejn ir-riskji u l-funzjonijiet ma jistgħux jiġu delineati b'mod kuntrattwali sabiex jipprovdu gwida dwar il-profitt taxxabbli ta' fergħa Irlandiża meta mqabbla mal-partijiet l-oħrajn ta' dik il-kumpanija. It-Taqsima 25 tat-TCA 97 lanqas ma fiha xi referenza għal kif tiddistingwi bejn introjtu operatorju rreġistrat fil-kontijiet tal-fergħa Irlandiża (b'mod dirett jew indirett) meta mqabbel mal-introjtu li huwa ġġenerat mill-partijiet l-oħrajn tal-kumpanija barra mill-Irlanda u mhux b'mod dirett jew indirett mill-fergħa Irlandiża. |
|
(248) |
B'hekk, it-test u l-iskop tat-Taqsima 25 tat-TCA 97 juru li d-dispożizzjoni tista' tiġi applikata biss b'rabta ma' metodu għall-allokazzjoni tal-profitt. L-Irlanda stess tagħraf li t-Taqsima 25 tat-TCA 97 ma tipprovdix gwida dwar kif tiddetermina l-profitt taxxabbli ta' fergħa Irlandiża, iżda teħtieġ l-użu ta' metodi tal-allokazzjoni tal-profitt (165), u l-istess tagħmel Apple (166). Dan huwa kkonfermat ukoll mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati stess, li l-iskop tagħhom huwa li jistabbilixxu metodi tal-allokazzjoni tal-profitt sabiex il-profitti taxxabbli tal-fergħat Irlandiżi rispettivi ta' ASI u ta' AOE jkunu jistgħu jiġu ddeterminati għall-finijiet tat-Taqsima 25 tat-TCA 97 u sussegwentement jiġu ntaxxati skont ir-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv fl-Irlanda. |
(b) L-Artikolu 107(1) tat-Trattat jeħtieġ li l-metodu tal-allokazzjoni tal-profitt ikun ibbażat fuq il-prinċipju ta' distakkament
|
(249) |
Skont il-ġurisprudenza stabbilita, kwalunkwe miżura fiskali li jadotta Stat Membru, inkluża deċiżjoni dwar it-taxxa li tapprova metodi tal-allokazzjoni tal-profitt għad-determinazzjoni ta' bażi taxxabbli ta' fergħa, trid tikkonforma mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, li jorbtu lill-Istati Membri bil-liġi u jgawdu minn prevalenza fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom (167). Il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddikjarat li tnaqqis fil-bażi taxxabbli li jirriżulta minn miżura tat-taxxa li tippermetti lil kontribwent juża prezzijiet ta' trasferiment fi tranżazzjonijiet intragrupp li ma jixbhux prezzijiet li jintalbu f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ħielsa bejn intrapriżi indipendenti li jinnegozjaw f'ċirkostanzi komparabbli f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta, jagħti vantaġġ selettiv lill-kontribwent għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat (168). Dan għaliex l-obbligazzjoni ta' taxxa ta' dak il-kontribwent, stabbilita skont ir-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv, titnaqqas meta mqabbla ma' dik ta' intrapriżi indipendenti li l-profitt taxxabbli tagħhom jirrifletti prezzijiet iddeterminati fis-suq negozjati f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. |
|
(250) |
Fis-sentenza tagħha dwar ir-reġim tat-taxxa Belġjan għal ċentri ta' koordinazzjoni (169), il-Qorti tal-Ġustizzja evalwat kontestazzjoni għal deċiżjoni tal-Kummissjoni li fost l-oħrajn ikkonkludiet li l-metodu ta' determinazzjoni tal-introjtu taxxabbli skont ir-reġim ta vantaġġ selettiv lil dawk iċ-ċentri (170). Skont dak ir-reġim, ġew stabbiliti profitti taxxabbli b'rata fissa li rrappreżentaw perċentwal mill-ammont sħiħ tal-kostijiet u tal-ispejjeż operatorji, li minnhom ġew esklużi l-kostijiet tal-persunal u l-imposti finanzjarji. Skont il-Qorti, “sabiex jiġi eżaminat jekk id-determinazzjoni tad-dħul taxxabbli, kif prevista fis-sistema taċ-ċentri ta' koordinazzoni, tagħtix vantaġġ lil dawn tal-aħħar, għandu jsir paragun, […], bejn l-imsemmija sistema u dik tal-liġi ordinarja bbażata fuq id-differenza bejn id-dħul u l-ħruġ ta' impriża li teżerċita l-attivitajiet tagħha f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ħielsa.” Il-Qorti mbagħad iddeċidiet li “l-esklużjoni [tal-kostijiet tal-persunal u tal-kostijiet finanzjarji] mill-infiq użat sabiex jiġi ddeterminat id-dħul taxxabbli tal-imsemmija ċentri ma tippermettix li jiġu stabbiliti prezzijiet ta' trasferiment li jkunu qrib dawk li jintalbu f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ħielsa”, li l-Qorti sabet li “tagħti vantaġġ liċ-ċentri ta' koordinazzjoni” (171). |
|
(251) |
Għaldaqstant il-Qorti tal-Ġustizzja aċċertat li miżura fiskali li twassal lil kumpanija integrata li tappartjeni għal grupp li titlob prezzijiet ta' trasferiment mhux konformi ma' dawk li jintalbu f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ħielsa, jiġifieri prezzijiet innegozjati minn impriżi indipendenti f'ċirkustanzi simili skont il-prinċipju ta' distakkament, tagħti vantaġġ selettiv lil dik il-kumpanija billi din twassal għal tnaqqis tal-bażi taxxabbli tagħha u, allura, tal-obbligazzjoni ta' taxxa kif iddeterminata skont ir-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv. Kif diġà ġie spjegat, il-prinċipju li t-tranżazzjonijiet bejn kumpaniji integrati fi grupp għandhom jiġu rimunerati daqslilkieku kienu miftiehma minn kumpaniji awtonomi mhux integrati li jinnegozjaw f'ċirkustanzi komparabbli f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta huwa msejjaħ “prinċipju ta' distakkament”. Fis-sentenza tagħha dwar ir-reġim tat-taxxa tal-Belġju għaċ-ċentri ta' koordinazzjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja approvat il-prinċipju ta' distakkament bħala punt ta' referenza biex jiġi stabbilit jekk kumpanija integrata fi grupp tirċivix vantaġġ selettiv għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat bħala riżultat ta' miżura tat-taxxa li tiddetermina l-prezzar ta' trasferiment tagħha u, għalhekk, il-bażi taxxabbli tagħha. |
|
(252) |
L-iskop tal-prinċipju ta' distakkament huwa li jiżgura li t-tranżazzjonijiet bejn kumpaniji integrati fi grupp huma trattati għal skopijiet tat-taxxa b'referenza għall-ammont tal-profitt li kien isir li kieku l-istess tranżazzjonijiet twettqu minn kumpaniji awtonomi mhux integrati. Inkella, il-kumpaniji integrati fi grupp jibbenefikaw minn trattament favorevoli skont ir-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv fir-rigward tad-determinazzjoni tal-bażi taxxabbli tagħhom li mhijiex disponibbli għal kumpaniji awtonomi mhux integrati, li jwassal għal trattament inġust bejn kumpaniji li huma fattwalment u legalment f'sitwazzjoni simili fid-dawl tal-objettiv ta' dawk ir-regoli, li huwa li jiġu ntaxxati l-profitti tal-kumpaniji kollha li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu, billi l-profitt taxxabbli taż-żewġ kumpaniji huwa ntaxxat bl-istess rata tat-taxxa korporattiva. |
|
(253) |
L-istess prinċipju japplika għan-negozjati interni ta' partijiet differenti tal-istess kumpanija integrata, bħal fergħa li tagħmel tranżazzjonijiet ma' partijiet oħrajn tal-kumpanija li tappartjeni għaliha. Kif spjegat fil-premessi (228) sa (242), il-kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa korporattiva fl-Irlanda, kemm jekk residenti jew mhux residenti, mhux integrati jew integrati, għandhom jitqiesu li huma f'sitwazzjoni fattwali u legali simili fid-dawl tal-objettiv intrinsiku tar-regoli ordinarji tat-tassazzjoni tal-profitt korporattiv fl-Irlanda, li huwa li jintaxxaw il-profitt tal-kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa fl-Irlanda. Kif spjegat fil-premessa (230), il-profitt taxxabbli ta' kumpanija mhux integrata huwa stabbilit bi prezzijiet iddettati mis-suq għall-inputs mixtrijin u l-prodotti u s-servizzi mibjugħin minn dik il-kumpanija, kif riflessi fil-kontijiet tagħha, u huwa dak il-profitt li jifforma l-punt tat-tluq għad-determinazzjoni tal-bażi taxxabbli tagħhali fuqha tintalab it-taxxa korporattiva fl-Irlanda fuq il-bażi tat-Taqsimiet 21(1) u 26 tat-TCA 97. Konsegwentement, sabiex jiġi żgurat li l-metodu tal-allokazzjoni tal-profitt approvat minn deċiżjoni tat-taxxa ma jagħtix vantaġġ b'mod selettiv lil kumpanija mhux residenti li topera permezz ta' fergħa fl-Irlanda, dak il-metodu jrid jiżgura li l-profitt taxxabbli ta' dik il-fergħa, li fuqu tintalab it-taxxa korporattiva fuq il-bażi tat-Taqsimiet 21(1) u 25 tat-TCA 97, huwa ddeterminat b'mod li jikseb eżitu approssimattiv u affidabbli bbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament. Deċiżjoni tat-taxxa li tippermetti li kumpanija mhux residenti talloka l-profitt lill-fergħa tagħha b'tali mod li l-fergħa titħalla bi profitt taxxabbli li ma japprossimax b'mod affidabbli l-prezzijiet iddeterminati fis-suq innegozjati f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta se tagħti vantaġġ selettiv lil dik il-kumpanija skont ir-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv fl-Irlanda, li mhuwiex disponibbli għal kumpaniji mhux integrati, billi tippermetti li kumpanija tkun tista' tnaqqas il-bażi taxxabbli tagħha u, b'hekk, l-obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva Irlandiża tagħha. |
|
(254) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li, għall-finijiet ta' stabbiliment ta' jekk ingħatax vantaġġ selettiv mill-Irish Revenue lil ASI u lil AOE permezz tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, hemm bżonn li jiġi applikat il-prinċipju li t-tranżazzjonijiet f'kumpanija mhux integrata għandhom isiru daqslikieku twettqu bejn kumpaniji mhux integrati fis-suq (172). Huwa biss meta l-prezzijiet mitlubin għal tranżazzjonijiet ta' trasferiment, li jintużaw sabiex tiġi ddeterminata l-bażi taxxabbli tal-partijiet kostitwenti ta' dik il-kumpanija, japprossimaw b'mod affidabbli l-prezzijiet innegozjati f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta fis-suq, li tkun tista' tiġi eskluża l-preżenza ta' vantaġġ selettiv skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Dan għaliex huwa biss f'dak ix-xenarju li kumpaniji mhux residenti se jiġu ttrattati bl-istess mod bħal kumpaniji mhux integrati, f'dak li għandu x'jaqsam mad-determinazzjoni tal-bażi taxxabbli tagħhom u, b'hekk, tal-obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva tagħhom skont ir-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv fl-Irlanda. |
|
(255) |
Għall-kuntrarju tad-dikjarazzjonijiet tal-Irlanda (173) u ta' Apple (174), il-Kummissjoni ma tapplikax b'mod dirett l-Artikolu 7(2) u/jew l-Artikolu 9 tal-Mudell ta' Konvenzjoni Fiskali tal-OECD jew il-gwida pprovduta mill-OECD dwar l-allokazzjoni tal-profitt jew il-prezzar ta' trasferiment, kif spjegat fit-Taqsima 2.4, fil-valutazzjoni tagħha tal-għajnuna mill-Istat tad-deċiżjonijiet tat-taxxa dwar l-allokazzjoni tal-profitt u l-prezzar ta' trasferiment. Kif spjegat fil-premessa (79), il-qafas tal-OECD jikkonsisti fi gwida mhux vinkolanti dwar il-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt u tal-prezzar ta' trasferiment li ma jikkonċernawx direttament kwistjonijiet ta' għajnuna mill-Istat (175). Minflok, meta teżamina deċiżjoni tat-taxxa skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni tapplika l-Artikolu 107(1) tat-Trattat u l-prinċipju ta' distakkament, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja kif deskritt fil-premessa (250). Madankollu, filwaqt li l-qafas tal-OECD mhuwiex vinkolanti, il-Kummissjoni tqis li l-qafas sabiex tipprovdi gwida siewja lill-amministrazzjonijiet tat-taxxa u lill-intrapriżi multinazzjonali dwar kif jiżguraw li l-arranġamenti ta' prezzar ta' trasferiment u ta' allokazzjoni tal-profitt jipproduċu eżiti konformi mal-kondizzjonijiet tas-suq. Għalhekk, billi metodu tal-allokazzjoni tal-profitt jitlaq mill-gwida pprovduta minn dak il-qafas, dan jipprovdu indikazzjoni addizzjonali li l-metodu ma jirriżultax f'approssimazzjoni affidabbli ta' eżitu bbażat fuq is-suq konformi mal-prinċipju ta' distakkament. Għall-kuntrarju, deċiżjoni tat-taxxa li tapprova metodu tal-allokazzjoni tal-profitt li jikkonforma bis-sħiħ mal-gwida pprovduta mill-qafas tal-OECD, inkluża l-gwida dwar l-għażla tal-aktar metodu ta' prezzar ta' trasferiment xieraq, hija improbabbli li tagħti vantaġġ selettiv lill-benefiċjarju tagħha. |
|
(256) |
Għall-kuntrarju tas-sottomissjoni tal-Irlanda (176), il-Kummissjoni tapplika l-prinċipju ta' distakkament f'dan il-kuntest mhux bħala bażi għall-“impożizzjoni” ta' taxxi li, kieku, ma jkunux dovuti skont is-sistema ta' referenza, iżda bħala punt ta' riferiment sabiex tivverifika jekk il-profitt taxxabbli ta' fergħa, li għalih jiġu applikati r-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv, huwiex iddeterminat b'mod li jiżgura li kumpaniji integrati mhux residenti li joperaw permezz ta' fergħa fl-Irlanda ma jingħatawx trattament favorevoli skont dawk ir-regoli meta mqabblin ma' kumpaniji mhux integrati li l-profitt taxxabbli tagħhom jirrifletti l-prezzijiet iddeterminati fis-suq innegozjati f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. |
|
(257) |
Finalment, rigward l-insistenza tal-Irlanda li l-liġi Irlandiża dwar it-taxxa ma tippermettix li jiġu imposti taxxi fuq il-bażi ta' prinċipji ġenerali (177), il-Kummissjoni tfakkar li l-prinċipju ta' distakkament li tapplika ġej mill-Artikolu 107(1) tat-Trattat, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, li jorbot lill-Istati Membri u li mill-kamp ta' applikazzjoni tiegħu mhumiex esklużi regoli nazzjonali dwar it-taxxa (178). Għaldaqstant, dak il-prinċipju japplika indipendentement minn jekk l-Istat Membr u inkwistjoni inkorporax il-prinċipju ta' distakkament fis-sistema legali nazzjonali tiegħu. |
(c) Konklużjoni: l-istandard għall-valutazzjoni ta' jekk id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jagħtux vantaġġ selettiv lil ASI u lil AOE
|
(258) |
Fid-dawl tal-osservazzjonijiet imsemmijin hawn fuq, jekk jista' jintwera li l-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati mill-Irish Revenue fid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jirriżultaw fi profitt taxxabbli għal ASI u għal AOE fl-Irlanda li jitbiegħed minn approssimazzjoni kredibbli ta' eżitu bbażat fuq is-suq konformi mal-prinċipju ta' distakkament, dawk id-deċiżjonijiet għandhom jitqiesu li jagħtu vantaġġ selettiv lil dawk il-kumpaniji għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, billi jwasslu għal tnaqqis tal-obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva tagħhom skont ir-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv fl-Irlanda meta mqabbla mal-kumpaniji mhux integrati li l-bażi taxxabbli tagħhom hija ddeterminata mill-profitti li jiġġeneraw skont il-kondizzjonijiet tas-suq. |
|
(259) |
Fit-Taqsimiet 8.2.2.2 u 8.2.2.3, il-Kummissjoni se turi li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jidderogaw mir-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv fl-Irlanda għaliex il-metodu approvati minn dawk id-deċiżjonijiet jippermettu lil ASI u lil AOE jiddeterminaw il-profitt taxxabbli annwali tagħhom fl-Irlanda b'mod li jitbiegħed minn approssimazzjoni affidabbli ta' eżitu bbażat fuq is-suq konformi mal-prinċipju ta' distakkament. |
|
(260) |
Qabel kollox, il-Kummissjoni tqis li l-aċċettazzjoni mill-Irish Revenue tas-suppożizzjoni mhux sostanzjata li l-liċenzji tal-IP ta' Apple miżmuma minn ASI u minn AOE għandhom ikunu allokati barra mill-Irlanda, li fuqha huma bbażati l-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, tirriżulta fi profitt taxxabbli annwali għal ASI u għal AOE fl-Irlanda li jitbiegħed minn approssimazzjoni affidabbli ta' eżitu bbażat fuq is-suq konformi mal-prinċipju ta' distakkament (179). |
|
(261) |
B'linja ta' raġunar ta' sussidjarja, u mingħajr ħsara għall-konklużjoni fil-premessa (260), il-Kummissjoni tqis li anki jekk l-Irish Revenue kellha raġun li taċċetta s-suppożizzjoni mhux sostanzjata li l-liċenzji tal-IP ta' Apple miżmuma minn ASI u minn AOE għandhom jiġu allokati barra mill-Irlanda, xi ħaġa li l-Kummissjoni tikkontesta, il-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati xorta waħda jirriżultaw fi profitt taxxabbli annwali għal ASI u għal AOE fl-Irlanda li jitbiegħed minn approssimazzjoni affidabbli ta' eżitu bbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament, billi dawk il-metodi xorta waħda huma bbażati fuq għażliet metodoloġiċi inadatti (180). |
|
(262) |
Qabel ma tespandi fuq iż-żewġ linji ta' raġunar, il-Kummissjoni tosserva li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati nħarġu fin-nuqqas ta' rapport dwar l-allokazzjoni tal-profitt jew il-prezzar ta' trasferiment imħejji minn Apple. Id-dokumentazzjoni miġbura fit-Taqsima 2.2.3 biss kienet disponibbli għal Irish Revenue meta eżaminat it-talbiet għad-deċiżjonijiet. Il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar in-nuqqas ta' rapport dwar l-allokazzjoni tal-profitt jew il-prezzar ta' trasferiment fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ, li baqgħu ma tneħħewx. Kien biss wara li l-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni ta' Ftuħ tagħha li l-Irlanda u Apple t-tnejn ipproduċew rapporti ad hoc dwar l-allokazzjoni tal-profitt, imħejji minn PwC u [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] rispettivament, sabiex jiġġustifikaw il-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati ex post facto. Għall-fini ta' kompletezza, il-Kummissjoni se tikkunsidra wkoll l-ispjegazzjonijiet ipprovduti f'dawk ir-rapporti, safejn rilevanti, għad li ma kinux disponibbli għal Irish Revenue fiż-żmien meta kienu nħarġu dawk id-deċiżjonijiet. |
|
(263) |
Finalment, il-Kummissjoni tosserva li għad li l-Irlanda argumentat li t-Taqsima 25 tat-TCA 97 ma teħtieġx li l-Irish Revenue ssegwi l-gwida pprovduta mill-qafas tal-OECD meta toħroġ deċiżjonijiet tat-taxxa, il-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jistabbilixxu remunerazzjoni għall-attivitajiet kollha mwettqin minn dawk il-fergħat billi jibbażaw fuq l-ispejjeż operatorji tal-fergħat Irlandiżi, minflok remunerazzjoni mit-tranżazzjonijiet separati li daħlu għalihom dawk il-fergħat mal-uffiċċji prinċipali rispettivi tagħhom. Fi kliem ieħor, il-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt unilaterali approvati mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jidhru li jixbhu arranġament ta' prezzar ta' trasferiment ibbażat fuq it-TNMM bl-ispejjeż operatorji bħala indikatur tal-livell tal-profitt kif deskritt fil-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP. |
8.2.2.2. Vantaġġ selettv li jirriżulta mill-aċċettazzjoni mill-Irish Revenue tas-suppożizzjoni mhux sostanzjata li l-liċenzji tal-IP ta' Apple miżmuma minn ASI u minn AOE għandhom jiġu allokati barra mill-Irlanda.
|
(264) |
Kif spjegat fil-premessi (265) sa (321), il-Kummissjoni tqis li l-aċċettazzjoni mill-Irish Revenue tas-suppożizzjoni mhux sostanzjata li l-liċenzji tal-IP ta' Apple miżmuma minn ASI u minn AOE għandhom jiġu allokati barra mill-Irlanda, li fuqhom huma bbażati l-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt proposti minn Apple u approvati mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, tirriżulta fi profitt taxxabbli annwali għal ASI u għal AOE fl-Irlanda li jitbiegħed minn approssimazzjoni affidabbli ta' eżitu bbażat fuq is-suq konformi mal-prinċipju ta' distakkament. |
(a) L-allokazzjoni tal-profitt f'kumpanija jinvolvi l-allokazzjoni ta' assi, ta' funzjonijiet u ta' riskji bejn id-diversi partijiet ta' dik il-kumpanija
|
(265) |
Fid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, l-Irish Revenue approvat metodi tal-allokazzjoni tal-profitt unilaterali għall-allokazzjoni tal-profitt lill-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE. Dawk il-metodi huma msejsin fuq is-suppożizzjoni mhux sostanzjata li l-liċenzji tal-IP ta' Apple miżmuma minn ASI u minn AOE għandhom ikunu allokati bis-sħiħ barra mill-Irlanda (181). Fuq il-bażi ta' dik is-suppożizzjoni, il-profitt taxxabbli ta' ASI u ta' AOE fl-Irlanda huwa ddeterminat billi jintuża metodu ta' prezzar ta' trasferiment li jixbah it-TNMM, bil-fergħat Irlandiżi li huma ttrattati bħala l-“parti ttestjata” u l-profitt residwu ta' ASI u ta' AOE li jiġi allokat barra mill-Irlanda (182). |
|
(266) |
L-Irlanda targumenta li skont it-Taqsima 25 tat-TCA 97, hija għandha biss il-kompetenza li tintaxxa dak is-sehem tal-profitti tal-kumpanija li huwa proporzjonat għall-attivitajiet tal-fergħat Irlandiżi u li dan ifisser li, għall-finijiet tal-allokazzjoni tal-profitt, l-attivitajiet li jseħħu fil-fergħat Irlandiżi biss iridu jiġu kkunsidrati mill-Irish Revenue (183). Skont l-Irlanda, il-liċenzji tal-IP ta' Apple miżmuma minn ASI u minn AOE ma għandhomx jiġu allokati lill-fergħat Irlandiżi għall-finijiet tat-taxxa, billi ma hemm ebda attività maniġerjali assoċjata ma' dawk il-liċenzji f'dawk il-fergħat (184). Billi approvat metodu għall-kalkolu tal-profitt taxxabbli tal-fergħat Irlandiżi bbażata fuq il-perspettiva tal-fergħat Irlandiżi biss, l-Irlanda tiddikjara li l-Irish Revenue applikat kif suppost it-Taqsima 25 tat-TCA 97 u li ma tatx vantaġġ selettiv lil ASI jew lil AOE. |
|
(267) |
Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' dan ir-raġunar. |
|
(268) |
Kif spjegat fit-Taqsima 8.2.2.1, l-applikazzjoni tat-Taqsima 25 tat-TCA 97 teħtieġ l-użu ta' metodu tal-allokazzjoni tal-profitt imsejjes fuq il-prinċipju ta' distakkament. Meta żewġ kumpaniji jagħmlu tranżazzjonijiet ma' xulxin, il-prezz mitlub għat-tranżazzjoni jirrifletti l-funzjonijiet li kull kumpanija twettaq f'dik ir-relazzjoni, filwaqt li jitqiesu l-assi użati u r-riskji assunti minn dawk il-kumpaniji. Għalhekk, meta kumpaniji assoċjati jagħmlu tranżazzjonijiet ma' xulxin, sabiex jiġi żgurat li l-prezz ta' tranżazzjoni intragrupp issir f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta, hemm bżonn ta' tqabbil tal-assi użati, tal-funzjonijiet imwettqin u tar-riskji assunti minn kull waħda minn dawk il-kumpaniji (185). |
|
(269) |
Għall-kuntrarju tas-sitwazzjoni meta l-prezzar ta' trasferiment jintuża sabiex jiġu stabbiliti l-kondizzjonijiet kummerċjali bejn kumpaniji distinti li jappartjenu għall-istess grupp korporattiv, fil-każ tal-allokazzjoni tal-profitt bejn partijiet differenti tal-istess kumpanija, l-allokazzjoni tal-assi, tal-funzjonijiet u tar-riskji ma tkunx ċara, iżda tiġi ddeterminata hija stess permezz tal-eżerċizzju ta' allokazzjoni tal-profitt. Dan għaliex, fil-każ ta' allokazzjoni tal-profitt f'kumpanija, ebda waħda mill-partijiet kostitwenti ta' dik il-kumpanija ma jkollha personalità ġuridika separata u għalhekk, ma jistax jingħad li xi waħda minn dawk il-partijiet hija s-sid separat tal-assi jew li hija dovuta b'mod separat l-obbligazzjonijiet ta' dik il-kumpanija. Minflok, hija l-kumpanija sħiħa, imsawra mill-partijiet kostitwenti tagħha, li hija s-sid tal-assi u hija responsabbli fir-rigward tal-kredituri. Tabilħaqq, kreditur ta' kumpanija bħal dan ikollu, bħala garanzija, pretensjoni possibbli fuq l-assi kollha tal-kumpanija fil-każ tal-insolvenza tagħha, indipendentement minn jekk dawk l-assi ġewx allokati internament jew għall-finijiet tat-taxxa lill-uffiċċju prinċipali tal-kumpanija jew lil fergħa partikolari. |
|
(270) |
Barra minn hekk, f'dawn il-każijiet, is-sjieda tal-assi ma tistax tiġi osservata direttament fil-kontijiet statutorji ta' dik il-kumpanija b'mod affidabbli (186). Filwaqt li l-preżenza fiżika tal-persunal jew tal-assi f'ġurisdizzjoni partikolari, bħall-post ta' faċilità ta' impjant, tista' tipprovdi indikazzjoni għall-allokazzjoni xierqa ta' dawk l-assi f'kumpanija, assi intanġibbli li huma proprjetà tal-kumpanija jew miżmuma minnha, bħal liċenzji tal-IP, ma jistgħux jiġu osservati f'forma fiżika u, għalhekk, huwa iktar diffiċli li tallokahom għall-finijiet tat-taxxa. B'mod simili, billi ma jista' jeżisti ebda arranġament kuntrattwali bejn iż-żewġ partijiet tal-istess kumpanija, is-sjieda ta' assi (tanġibbli jew intanġibbli) f'dik il-kumpanija ma tistax tiġi ddeterminata b'mod kuntrattwali. |
|
(271) |
Konsegwentement, billi l-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE ma għandhomx personalità ġuridika separata mill-kumpanija li jappartjenu għalihom, la dawk il-fergħat u lanqas xi parti oħra ta' dawk il-kumpaniji, b'mod partikolari l-uffiċċji prinċipali rispettivi tagħhom, ma jista' jingħad li huma s-sidien separati tal-assi jew li huma dovuti b'mod separat l-obbligazzjonijiet ta' dawk il-kumpaniji. Kif xieraq, la l-uffiċċji prinċipali ta' ASI u ta' AOE u lanqas il-fergħat Irlandiżi rispettivi tagħhom ma jista' jingħad li huma d-detenturi separati tal-liċenzji tal-IP ta' Apple. Minflok, f'kull każ, hija l-kumpanija sħiħa, imsawra mid-diversi partijiet ta' dik il-kumpanija, li hija s-sid ta' dawk il-liċenzji tal-IP. |
|
(272) |
Sabiex jiġi żgurat li l-allokazzjoni tal-profitt lil fergħa tirriżulta f'approssimazzjoni affidabbli ta' eżitu bbażat fuq is-suq konformi mal-prinċipju ta' distakkament, għandu jingħata kont lill-fatt li l-assi, ir-riskji, il-kapital u d-drittijiet, u l-obbligi li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet bejn dik il-fergħa u l-partijiet l-oħrajn tal-istess kumpanija jappartjenu għall-kumpanija sħiħa, u mhux għal xi parti waħda tal-kumpanija (187). Il-profitti li jridu jiġu allokati lil fergħa mbagħad ikunu l-profitti li l-fergħa tkun iggwadanjat f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta, b'mod partikolari fin-negozjati tagħha mal-partijiet l-oħrajn tal-kumpanija, li kieku kienet intrapriża separata u indipendenti involuta fl-istess attivitajiet jew f'attivitajiet simili fl-istess kondizzjonijiet jew f'kondizzjonijiet simili, filwaqt li jitqiesu l-assi użati, il-funzjonijiet imwettqin u r-riskji assuti mill-kumpanija permezz tal-fergħa tagħha u permezz tal-partijiet l-oħrajn tal-kumpanija. |
|
(273) |
L-Irlanda tidher li tagħraf (188), bħalma tagħmel Apple (189), li l-Irish Revenue, meta tiddetermina l-profitt taxxabbli ta' kumpanija mhux residenti skont it-Taqsima 25 tat-TCA 97, għandha tqis l-assi, il-funzjonijiet u r-riskji tal-fergħa Irlandiża tagħha. B'mod simili, Apple taċċetta li l-eżerċizzju ta' allokazzjoni tal-profitt skont it-Taqsima 25 tat-TCA 97 jeħtieġ li l-fergħa titqies bħala “entità awtonoma” (190). Madankollu, għall-kuntrarju tal-approċċ issuġġerit mill-Irlanda fil-premessa (266), sabiex jiġi żgurat li metodu għall-allokazzjoni tal-profitt lil fergħa Irlandiża jirriżulta f'approssimazzjoni affidabbli ta' eżitu bbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament, kienet ir-responsabbiltà tal-Irish Revenue li tivverifika jekk l-allokazzjoni tal-liċenzji tal-IP ta' Apple barra mill-Irlanda, minflok lill-fergħat Irlandiżi rispettivi tagħhom, kinitx allokazzjoni li setgħet tkun maqbula f'kuntest ta' kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. B'mod aktar speċifiku, fid-dawl tat-talba li tivvalida l-metodi proposti minn Apple sabiex talloka l-profitt lill-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE, kienet ir-responsabbiltà tal-Irish Revenue li l-ewwel teżamina kif xieraq l-assi użati, il-funzjonijiet imwettqin u r-riskji assunti minn dawk il-kumpaniji permezz tal-fergħat Irlandiżi tagħhom u permezz tal-partijiet l-oħrajn ta' dawk il-kumpaniji. |
|
(274) |
L-Irlanda u Apple jirribattu li, f'konformità mal-prinċipju ta' territorjalità, ASI u AOE jistgħu jiġu ntaxxati biss fuq il-profitt mill-attivitajiet tagħhom fl-Irlanda. Is-setgħat ta' impożizzjoni tat-taxxa tal-Irlanda huma ristretti kif xieraq għall-introjtu b'sors Irlandiż tal-kumpanija, kif stipulat fit-Taqsima 25 tat-TCA 97 (191). Il-Kummissjoni taqbel ma' dik id-deskrizzjoni tal-prinċipju ta' territorjalità. Madankollu, il-prinċipju ta' territorjalità, li l-Kummissjoni ma tiddubitax minnu, jikkonċerna d-dritt ta' ntaxxar. Dak il-prinċipju ma jneħħix il-bżonn li amministrazzjoni tat-taxxa tiddetermina l-allokazzjoni tal-assi użati, tal-funzjonijiet imwettqin u tar-riskji assunti minn kumpanija mhux residenti permezz tal-fergħa tagħha u permezz tal-partijiet l-oħrajn tal-kumpanija, inkluża l-IP miżmuma mill-kumpanija sħiħa, għall-finijiet ta' determinazzjoni tal-ammont tat-tali introjtu mis-sors b'tali mod li tirriżulta f'approssimazzjoni affidabbli ta' eżitu bbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament. B'dan l-argument, l-Irlanda u Apple jidhru li qed iħawdu l-prinċipju ta' territorjalità ta' ntaxxar tal-introjtu mis-sors iġġenerat permezz tal-fergħat Irlandiżi ma' diliġenza li jiġbru informazzjoni fattwali dwar l-operazzjonijiet ta' ASI u ta' AOE sabiex jiżguraw allokazzjoni b'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta tal-assi, tal-funzjonijiet u tar-riskji f'dawk il-kumpniji għad-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli tagħhom fl-Irlanda. Fil-verifika ta' jekk metodu tal-allokazzjoni tal-profitt ta' kumpanija mhux residenti jirriżultax f'approssimazzjoni affidabbli ta' eżitu bbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament, ma japplika ebda limitu territorjali għall-ġbir tal-informazzjoni. |
|
(275) |
Meta jiddeskrivu jekk l-IP ta' Apple huwiex ġestit jew lil min għandhom jiġu attribwiti l-liċenzji tal-IP ta' Apple, kemm it-talba għad-deċiżjoni kif ukoll is-sottomissjonijiet aktar tard tal-Irlanda u ta' Apple fihom l-indikazzjoni li l-IP hija ġestita barra mill-Irlanda (192). Issir referenza għall-attivitajiet imwettqin mill-uffiċċji prinċipali ta' ASI u ta' AOE minn naħa, u għall-funzjonijiet u għall-attivitajiet ekonomiċi mwettqin minn Apple Inc., min-naħa l-oħra, speċjalment attivitajiet imwettqin mill-eżekuttivi ta' Apple fl-Istati Uniti. Madankollu, billi maġġoranza tal-membri tal-bord ta' ASI u ta' AOE tinsab fl-Istati Uniti u, fl-istess ħin, hija mħaddma minn Apple Inc (193)., mhuwiex ċar jekk l-attivitajiet li jsir riferiment għalihom humiex qegħdin jiġu attribwiti lill-uffiċċji prinċipali ta' ASI u ta' AOE jew lil Apple Inc. Il-Kummissjoni se teżamina l-impatt taż-żewġ xenarji fuq l-allokazzjoni tal-profitt lill-fergħat Irlandiżi rispettivi ta' ASI u ta' AOE fil-premessi (276) sa (307) u fil-premessi (308) sa (318), rispettivament. |
(b) Allokazzjoni tal-assi, tal-funzjonijiet u tar-riskji bejn fergħa b'medda ta' attivitajiet kummerċjali u uffiċċju prinċipali b'nuqqas ta' preżenza fiżika u ta' impjegati
|
(276) |
Kemm ASI kif ukoll AOE huma inkorporati fl-Irlanda. Madankollu, skont it-Taqsima 23 A tat-TCA 97, ASI u AOE ma kinux residenti tat-taxxa fl-Irlanda matul il-perjodu li fih kienu fis-seħħ id-deċiżjonijiet ikkontestati. Qabel il-modifika tagħha mill-Att Finanzjarju 2013, it-Taqsima 23 A tat-TCA 97 ippremettiet li kumpaniji inkorporati fl-Irlanda jitqiesu bħala mhux residenti tat-taxxa fl-Irlanda, diment li jkunu ssodisfati ċerti kondizzjonijiet. Billi kemm ASI kif ukoll AOE finalment huma kkontrollati minn kumpanija li hija residenti f'pajjiż ta' trattat tat-taxxa, jiġifieri Apple Inc., li hija resident tat-taxxa tal-Istati Uniti, u billi ż-żewġ kumpaniji kellhom attività kummerċjali fl-Irlanda permezz tal-fergħat rispettivi tagħhom u kienu ġestiti u kkontrollati barra mill-Irlanda, ASI u AOE tqiesu li kienu kumpaniji mhux residenti fl-Irlanda skont l-eċċezzjoni tan-negozjar tat-Taqsima 23 A tat-TCA 97 (194). F'dak ir-rigward, Apple ppreżentat ir-residenza tat-taxxa ta' ASI u ta' AOE bħala “mkien” (195), filwaqt li l-Irlanda qieset li ż-żewġ kumpaniji kienu “funzjonalment ġestiti u kkontrollati” fl-Istati Uniti (196). Kif spjegat fil-premessa (52), matul il-perjodu li fih kienu fis-seħħ id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, ASI u AOE setgħu jiġu deskritti l-aħjar bħala “apolidi” għall-finijiet tar-residenza tat-taxxa. |
|
(277) |
Għall-kuntrarju tad-dikjarazzjoni tal-Irlanda (197), l-investigazzjoni tal-Kummissjoni ma eżaminatx il-kompatibbiltà tat-Taqsima 23 A tat-TCA 97 mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, jew in-nuqqas ta' residenza tat-taxxa ta' ASI u ta' AOE li rriżulta minn applikazzjoni ta' dik id-dispożizzjoni skont dawk ir-regoli. Lanqas ma eżaminat jekk l-istruttura u l-kompożizzjoni tal-kumpaniji tal-grupp Apple fl-Irlanda jikkonformawx mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Minflok, kif spjegat fil-premessa (39), l-investigazzjoni tagħha kienet tikkonċerna d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati u jekk il-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati mill-Irish Revenue f'dawk id-deċiżjonijiet irriżultawx fl-għoti tal-għajnuna mill-Istat. |
|
(278) |
Minkejja dan, il-Kummissjoni tosserva li s-silta tal-kontijiet awditjati ta' ASI riprodotti fir-rapport annwali tagħha għall-2007, u fil-Figura 6 f'din id-Deċiżjoni, tidher li tibda mill-fatt li l-profitt kontabilistiku ġenerali ta' ASI huwa soġġett għar-rata tat-taxxa korporattiva standard Irlandiża ta'12,5 % applikabbli għall-introjtu operatorju. Barra minn hekk, in-nota spjegattiva għall-kalkolu dettaljat tal-imposta tat-taxxa ppreżentata fil-Figura 6 tiċċara li “l-imposta attwali tat-taxxa hija anqas mir-rata standard tat-taxxa fl-Irlanda. […]” (198). Fi kliem ieħor, Apple jidher li, bħala punt tat-tluq, ħadet il-profitt kontabilistiku ġenerali ta' ASI bħala l-bażi taxxabbli għall-finijiet ta' kalkolu tal-obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva tagħha fl-Irlanda, applikat il-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati bħala mezz kif tnaqqas dik il-bażi, u aċċettat li l-obbligazzjoni ta' taxxa tal-introjtu korporattiv fl-Irlanda ta' ASI kienet anqas minn dik ġeneralment applikata għal kumpaniji soġġetti għat-taxxa fl-Irlanda (199). |
|
(279) |
Apparti dan, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jagħtux vantaġġ selettiv (u b'hekk għajnuna mill-Istat) lil kumpaniji bħal ASI u AOE, irid jiġi stabbilit jekk dawk il-metodi jirriżultawx fi profitt taxxabbli annwali għal ASI u għal AOE fl-Irlanda li jitbiegħed minn approssimazzjoni affidabbli ta' eżitu bbażat fuq is-suq konformi mal-prinċipju ta' distakkament (200). Dan jiddependi minn jekk dawk il-metodi japprossimawx b'mod affidabbli l-livell ta' profitt li l-fergħat Irlandiżi ta' dawk il-kumpaniji kienu jiskbu f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta, speċjalment fin-negozjati tagħhom mal-partijiet l-oħrajn tal-kumpaniji rispettivi tagħhom, li kieku kienu intrapriżi separati u indipendenti involuti fl-istess attivitajiet jew f'attivitajiet simili fl-istess kondizzjonijiet jew f'kondizzjonijiet simili (201). Billi matul il-perjodu li fih kienu fis-seħħ id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati ASI ma kellha ebda fergħa oħra barra mill-Irlanda u l-unika fergħa l-oħra li kellha AOE barra mill-Irlanda kienet f'Singapore, iżda dik il-fergħa qatt ma kienet ippreżentata mill-Irlanda jew minn Apple bħala waħda li twettaq funzjonijiet li jiġġeneraw il-profitti kumplessivi ta' AOE, il-konsegwenza tal-aċċettazzjoni mill-Irish Revenue tas-suppożizzjoni mhux sostanzjata li l-liċenzji tal-IP ta' Apple għandhom jiġu allokati barra mill-Irlanda hija li dawn kienu allokati lill-uffiċċji prinċipali ta'ASI u ta' AOE għall-finijiet tat-taxxa. |
|
(280) |
Kif xieraq, qabel ma approvat il-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt li kienu bbażati fuq is-suppożizzjoni mhux sostanzjata li l-liċenzji tal-IP ta' Apple għandhom ikunu allokati barra mill-Irlanda, l-Irish Revenue missha eżaminat jekk l-allokazzjoni f'ASI u AOE kinitx allokazzjoni li setgħet tkun miftiehma f'kuntest ta' kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta bejn żewġ kumpaniji mhux affiljati f'sitwazzjoni simili għall-fergħat Irlandiżi u għall-uffiċċji prinċipali ta' ASI u ta' AOE. Biex tagħmel dan, kienet ir-responsabbiltà tal-Irish Revenue li tikkonferma li dawk il-liċenzji tabilħaqq ikunu allokati barra mill-Irlanda billi tqis l-assi użati, il-funzjonijiet imwettqin u r-riskji assunti minn dawk il-kumpaniji permezz tal-fergħat Irlandiżi u permezz tal-uffiċċji prinċipali rispettivi tagħhom. Kif muri fil-premessi (281) sa (293), li kieku l-Irish Revenue kienet wettqet eżaminazzjoni bħal din, missha kkonkludiet li n-nuqqas ta' attivitajiet relatati mal-IP ta' Apple fil-livell tal-uffiċċji prinċipali rispettivi kien ifisser li dawk il-liċenzji għandhom ikunu allokati lill-fergħat Irlandiżi għall-finijiet tat-taxxa, li kienet l-unika konsegwenza possibbli tan-nuqqas ta' allokazzjoni ta' dawk il-liċenzji lill-uffiċċji prinċipali. |
|
(281) |
Fuq il-bażi tal-fatti ppreżentati lill-Kummissjoni (202), jidher li matul il-perjodu li fih kienu fis-seħħ id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, l-uffiċċji prinċipali ta' ASI u ta' AOE kienu jeżistu fit-teorija biss, billi ASI u AOE ma kellhom ebda preżenza fiżika jew impjegat barra mill-Irlanda matul dak il-perjodu. Fin-nuqqas ta' impjegati, l-uniċi persuni li setgħu jwettqu l-funzjonijiet tal-uffiċċji prinċipali kienu jkunu l-bordijiet tad-direttur tagħhom. |
|
(282) |
Apple bosta drabi ddikjarat li l-bordijiet ta' ASI u ta' AOE wettqu l-funzjonijiet ta' ġestjoni tal-IP (203). Madankollu, l-unika evidenza pprovduta tal-attivitajiet imwettqin mill-bordijiet tad-diretturi ta' ASI u ta' AOE matul il-perjodu meta kienu fis-seħħ id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati hija d-deċiżjoni meħuda fil-laqgħat tal-bordijiet, li huma riflessi fil-minuti tul il-perjodu ta' żmien rilevanti, ipprovduti lill-Kummissjoni matul l-investigazzjoni u murijin fit-Table 4 u fit-Table 5 ta' din id-Deċiżjoni. Dawk il-minuti ma jurux li l-bordijiet tad-diretturi ta' ASI u ta' AOE wettqu rwoli attivi u kritiċi fir-rigward tal-ġestjoni u tal-kontroll effettiv tal-liċenzji tal-IP ta' Apple. F'sottomissjoni lill-Kummissjoni li tiddeskrivi d-diskussjonijiet f'dawk il-laqgħat tal-bordijiet, Apple stess ma identifikatx xi diskussjoni relatata mal-IP f'dawk il-minuti meta spjegat fil-qosor l-attivitajiet tal-bordijiet (204). |
|
(283) |
Ta' min jgħid ukoll li fil-minuti lanqas ma kien hemm xi diskussjoni dwar deċiżjonijiet ta' adeżjoni mas-CSA jew dwar l-emendar ta' dan. Kif spjegat fit-Taqsima 2.5.4, is-CSA ġie emendat diversi drabi mill-1991 'l hawn, b'mod partikolari fl-2009. Għall-kuntrarju tad-dikjarazzjoni li għamlet l-Irlanda li l-bordijiet ta' ASI u ta' AOE ħadu d-deċiżjonijiet kritiċi li jieħdu sehem fis-CSA u li jiffinanzjaw ukoll il-kostijiet sinifikanti li jirriżultaw mill-parteċipazzjoni f'dak il-ftehim (205) u d-dikjarazzjoni li għamlet Apple li l-bordijiet iddeċidew fuq diversi emendi għas-CSA (206), il-minuti tal-laqgħat tal-bord ma jirreġistraw ebda diskussjoni dwar l-emenda tal-2009 jew xi diskussjoni oħra rigward is-CSA jew l-IP ta' Apple (207), sakemm kienet qed tiġi diskussal-istruttura l-ġdida ta' Apple fl-Irlanda sa tmiem l-2014 (208). |
|
(284) |
Tabilħaqq, matul il-perjodu sħiħ bejn l-1980 u l-2015 li għalih ġew ipprovduti l-minuti lill-Kummissjoni, dawk il-minuti juru nuqqas assolut ta' kwalunkwe diskussjoni dwar is-CSA, sal-minuti tal-laqgħa tal-bord ta' […] f'Awwissu 2014. Dik il-laqgħa tal-bord tad-diretturi ta' […] kienet l-ewwel darba li […]. Madankollu, anki meta jirreferu għas-CSA, dawk il-minuti jsemmu l-involviment ta' individwi oħrajn li ddiskutew is-CSA f'isem ASI u AOE, li ma kinux membri tal-bordijiet tad-diretturi ta' ASI jew ta' AOE u li ma kinux preżenti matul il-laqgħa inkwistjoni (209). Xorta waħda, mill-minuti kollha analizzati mill-Kummissjoni, jidher li l-bordijiet tad-diretturi ta' ASI u ta' AOE bdew jiddiskutu s-CSA biss fi tmiem l-2014, […], u mhux meta […] kienu japplikaw id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, kien fis-seħħ (210). |
|
(285) |
Il-minuti tal-laqgħat tal-bordijiet ipprovduti lill-Kummissjoni juru li l-bordijiet ma kinux involuti f'xi diskussjoni kummerċjali dettaljata qabel id-diskussjonijiet dwar l-istruttura l-ġdida ta' Apple fl-Irlanda, li bħala riżultat tagħha, skont Apple, id-deċiżjoni tal-2007 ma baqgħatx tiġi applikata għad-determinazzjoni tal-profitti taxxabbli annwali ta' ASI u ta' AOE fl-Irlanda. Is-sommarju tal-minuti ppreżentat fit-Table 4 u fit-Table 5 juri d-diskussjonijiet tul il-perjodu bejn Jannar 2009 sa Settembru 2011 għal ASI u Diċembru 2008 sa Settembru 2011 għal AOE (211). Bl-eċċezzjoni ta' deċiżjoni kummerċjali waħda ta' trasferiment tal-assi mill-fergħa ta' Singapore ta' AOE lil kumpanija oħra tal-grupp Apple (212), dawk il-minuti juru li d-diskussjonijiet fil-bordijiet ta' ASI u ta' AOE kienu jikkonsistu primarjament f'kompiti amministrattivi, jiġifieri l-approvazzjoni tal-kontijiet u r-riċevuta ta' dividendi (213), mhux funzjonijiet attivi jew kritiċi fir-rigward tal-ġestjoni tal-liċenzji tal-IP ta' Apple. |
|
(286) |
L-Irlanda tirribatti li d-deċiżjonijiet kummerċjali ma jittiħdux fl-Irlanda (214). Madankollu, il-minuti tal-laqgħat tal-bord ta' ASI u ta' AOE jindikaw li diversi funzjonijiet, inklużi l-funzjonijiet sħaħ tal-bord, kultant ġew esternalizzati lil impjegati ta' Apple li jinsabu fl-Irlanda (215). Għalhekk, l-Irlanda ma tistax targumenta li ma twettqet ebda funzjoni importanti fl-Irlanda. Il-minuti tal-laqgħat tal-bordijiet ta' ASI u ta' AOE xorta waħda jippermettu sabiex l-attivitajiet tal-uffiċċji prinċipali jiġu traċċati u delimitati bi preċiżjoni, li mhuwiex il-każ għall-attivitajiet li jseħħu fil-fergħat Irlandiżi, li t-tnejn jimpjegaw mijiet ta' impjegati attivi f'oqsma differenti. |
|
(287) |
Apple targumenta li l-attivitajiet tal-bordijiet tad-diretturi ta' ASI u ta' AOE twettqu f'“diversi modi” (216), mingħajr ebda speċifikazzjoni oħra. Madankollu, minħabba li “diversi” tidher li f'dan il-kuntest tirreferi għal sett ta' elementi mhux definiti u illimitati li, għalhekk, ma setax jiġi vverifikat jew ċirkoskritt, metodu tal-allokazzjoni tal-profitt li jibbaża fuq it-tali elementi mhux definiti ma jistgħax jirriżulta f'eżitu bbażat fuq is-suq, billi l-valutazzjoni ta' distakkament ta' dak il-metodu ma tistax issir b'mod oġġettiv. Fi kwalunkwe każ, billi maġġoranza tal-membri tal-bord ta' ASI u ta't AOE tinsab fl-Istati Uniti u, fl-istess ħin, dwn il-membri huma impjegati minn Apple Inc., li kieku dawk l-attivitajiet kienu sostanzjali, ASI u AOE, fil-prinċipju, kienu jitqiesu li kellhom stabbiliment permanenti fl-Istati Uniti. L-istess japplika għall-attivitajiet allegati tal-uffiċċji prinċipali ta' ASI u ta' AOE barra mil-laqgħat tal-bord. Fil-każ ta' ASI, il-Kummissjoni tosserva wkoll li l-membri tal-bord tagħha ma jirċievu ebda remunerazzjoni u, bis-suppożizzjoni li l-membri tal-bord huma remunerati skont il-patti tas-suq, dak il-fatt jikkonferma li l-attività tagħhom mhijiex siewja għall-uffiċċju prinċipali ta' ASI. |
|
(288) |
Mhux talli dawk l-uffiċċji prinċipali ma jwettqux funzjonijiet attivi jew kritiċi fir-rigward tal-ġestjoni tal-liċenzji tal-IP ta' Apple, dawn lanqas ma għandhom il-kapaċità li jwettqu t-tali funzjonijiet matul il-perjodu li fih kienu fis-seħħ id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati. Tabilħaqq, l-attivitajiet maniġerjali li jridu jitwettqu b'rabta mal-IP ta' Apple, kif deskritti fil-kummenti ta' Apple (bħal x'IP għandha tiġi kkummerċjalizzata, kif jiġu mmanifatturati l-prodotti u d-disinn tal-kampanji ta' kummerċjalizzazzjoni, kif ukoll deċiżjonijiet dwar l-ammonti ta' investiment fir-RuŻ li fih għandhom ikunu involuti l-kumpaniji) (217), jeħtieġu ġestjoni attiva u ma jistgħux jiġu eżegwiti permezz ta' deċiżjonijiet okkażjonali tal-bordijiet. Għaldaqstant, dawn ma setgħux jitwettqu minn ASI u minn AOE barra mill-fergħat Irlandiżi tagħhom, billi l-uffiċċji prinċipali ma kellhomx il-kapaċità li jieħdu deċiżjonijiet maniġerjali attivi fin-nuqqas ta' kwalunkwe impjegat. |
|
(289) |
Fuq kollox, ħafna mill-funzjonijiet u mir-riskji elenkati fis-CSA, u miġburin fil-qosor fil-Figura 8 u fil-Figura 9 ta' din id-Deċiżjoni (218), setgħu jitwettqu u jiġu assunti biss mill-fergħat Irlandiżi, minflok mill-uffiċċji prinċipali. Pereżempju, il-kontroll tal-kwalità tal-prodotti ma jistax isir minn uffiċċju prinċipali mingħajr impjegati. B'mod simili, il-ġestjoni tal-faċilitajiet ta' RuŻ ma tidhirx li hija prattikabbli mingħajr impjegati. Billi dawk il-funzjonijiet u r-riskji jridu jitwettqu u jiġu assunti skont is-CSA, u ASI u AOE huma partijiet għas-CSA, is-CSA ma jistax jiġi eżegwit b'mod effettiv sakemm il-fergħat Irlandiżi jieħdu sehem fl-eżekuzzjoni tiegħu (219). |
|
(290) |
Apple targumenta fuq il-bażi tar-rapport ad hoc ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple], li wkoll jalloka l-liċenzji tal-IP ta' Apple barra mill-Irlanda, li ASI u AOE huma kapaċi jieħdu d-deċiżjonijiet strateġiċi neċessarji sabiex jimmitigaw l-iskopertura tal-kumpanija għar-riskju matul il-perkors normali tan-negozju barra mill-fergħat Irlandiżi (220). Madankollu, huwa ċar li, barra mill-fergħat Irlandiżi tagħhom, la ASI u lanqas AOE ma hija kapaċi tissorvelja r-riskju kummerċjali fin-nuqqas ta' impjegati. Parti minn kumpanija li ma hija f'ebda pożizzjoni li timmaniġġa, tikkontrolla u tissorvelja riskju ma għandhiex tkun allokata tali riskju għall-finijiet tat-taxxa (221). Dan jirrifletti r-realtà ekonomika li attur ekonomiku razzjonali ma jinkarigax riskju lil kontroparti li mhijiex kapaċi tassumi u timmaniġġa riskju bħal dan. F'dak ir-rigward, u kif spjegat ulterjorment fil-premessi minn (308) sa (318), il-Kummissjoni ma tistax taċċetta r-raġunar stipulat fir-rapport ad hoc ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] u l-istudju ad hoc ta' [it-tieni konsulent ta' Apple], it-tnejn ippreżentati minn Apple, li jinkludu funzjonijiet imwettqin minn Apple Inc. fil-valutazzjoni tal-allokazzjoni tal-profitt ta' ASI u ta' AOE. Il-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE mhumiex fergħat ta' Apple Inc., billi din tal-aħħar hija entità ġuridika separata li tirreġistra profitti separati mill-profitti ta' ASI u ta' AOE. |
|
(291) |
Fid-dawl tan-nuqqas ta' attivitajiet fil-livell tal-uffiċċji prinċipali, huma biss ir-riskji limitati li jistgħu jiġu kkontrollati permezz ta' laqgħat okkażjonali tal-bord li jistgħu jiġu allokati kif xieraq lill-uffiċċji prinċipali għall-finijiet tat-taxxa. Kif osservat fil-premessa (285), il-minuti tal-laqgħat tal-bord analizzati mill-Kummissjoni jirreferu b'mod primarju għal diskussjonijiet dwar deċiżjonijiet ta' finanzjament, bħal deċiżjonijiet dwar id-distribuzzjoni ta' dividendi u deċiżjonijiet dwar il-ġestjoni ta' flus kontanti. Fir-rigward ta' dawn tal-aħħar, iż-żewġ kumpaniji jiksbu dħul mill-imgħax mill-ġestjoni passiva tal-likwidità, li ġiet esternalizzata mill-bord tad-diretturi tagħhom lil Braeburn, kif rifless fil-minuti tal-laqgħat tal-bord (222). Billi t-tali funzjonijiet maniġerjali passivi ma jeħtiġux il-ġestjoni attiva ta' kuljum u l-ġestjoni tal-likwidità mhijiex attività ċentrali ta' ASI u ta' AOE, il-Kummissjoni taċċetta li d-dħul mill-imgħax ta' ASI u ta' AOE jinkiseb minn dik il-funzjoni maniġerjali passiva huwa allokat lill-uffiċċji prinċipali għall-finijiet tat-taxxa. |
|
(292) |
Għall-kuntrarju, l-uffiċċji prinċipali ta' ASI u ta' AOE ma misshomx ġew allokati kwalunkwe IP ġestita b'mod attiv, bħal-liċenzji tal-IP ta' Apple li ASI u AOE għandhom id-dritt li jużaw skont is-CSA, għall-kuntrarju tas-suppożizzjoni vvalidata b'mod mhux sostanzjat mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati. F'ċerti snin, ma seħħet ebda laqgħa fiżika tal-bord: il-bord adotta biss riżoluzzjonijiet bil-miktub, u dan jillimita l-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-bord u l-kapaċità tal-uffiċċji prinċipali sabiex jieħdu d-deċiżjonijiet maniġerjali attivi. Fl-okkażjonijiet mhux frekwenti li l-bord iddiskuta n-negozju ta' distribuzzjoni jew ta' manifattura ta' ASI, il-minuti jirreferu b'mod sistematiku għal diskussjonijiet preċedenti bejn ASI u partijiet oħrajn (223). |
|
(293) |
Fi ftit kliem, li kieku l-Irish Revenue kkonfermat kif xieraq jekk il-liċenzji tal-IP ta' Apple miżmuma minn ASI u minn AOE għandhomx jiġu allokati barra mill-Irlanda qabel ma approvat il-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt fuq il-bażi ta' dik is-suppożizzjoni, missha kkonkludiet li l-uffiċċji prinċipali ta' ASI u ta' AOE la kienu jikkontrollaw jew jimmaniġġaw, u lanqas ma kienu f'pożizzjoni li jikkontrollaw jew jimmaniġġaw, il-liċenzji tal-IP ta' Apple b'mod li tikseb it-tip ta' introjtu rreġistrat minn dawk il-kumpaniji. Konsegwentement, il-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE, li kieku kienu kumpaniji separati u indipendenti involuti fl-istess attivitajiet jew f'attivitajiet simili fl-istess kondizzjonijiet jew f'kondizzjonijiet simili u fid-dawl tal-assi użati, il-funzjonijiet imwettqin u r-riskji assunti minn dawk il-kumpaniji permezz tal-fergħat tagħhom u permezz tal-uffiċċji prinċipali rispettivi tagħhom, ma kinux jaċċettaw metodu tal-allokazzjoni tal-profitt ibbażat fuq dik is-suppożizzjoni, li jirriżulta fil-profitt kollu ta' ASI u ta' AOE lil hinn minn valwazzjoni pożittiva limitata fuq bażi ta' kostijiet imnaqqsa li tiġi allokata lill-uffiċċji prinċipali minflok lil dawk il-fergħat. |
|
(294) |
Kif muri fil-premessi (281) sa (292), l-informazzjoni meħtieġa sabiex jiġi stabbilit li l-konklużjoni kienet disponibbli għall-Irish Revenue jew setgħet titqiegħed għad-dispożizzjoni tagħha matul il-perjodu li fih kienu fis-seħħ id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati (224). Dik l-informazzjoni tistabbilixxi b'mod affidabbli u dirett li l-liċenzji tal-IP ta' Apple miżmumin minn ASI u minn AOE ma misshomx ġew allokati lill-uffiċċji prinċipali għall-finijiet tat-taxxa. Għall-kuntrarju tad-dikjarazzjonijiet tal-Irlanda (225), dik l-informazzjoni ma misshiex ġiet injorata meta ġew allokati l-profitti lill-fergħat Irlandiżi, billi l-informazzjoni tippermetti lill-Irish Revenue tikkonkludi b'mod aktar affidabbli dwar jekk il-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt proposti minn Apple jirriżultawx f'approssimazzjoni affidabbli ta' eżitu bbażat fuq is-suq konformi mal-prinċipju ta' distakkament, milli tibbaża sempliċiment fuq informazzjoni dwar l-attivitajiet tal-fergħat Irlandiżi. |
|
(295) |
Anki jekk jiġi aċċettat l-argument tal-Irlanda li l-eżerċizzju ta' allokazzjoni tal-profitt irid isir biss filwaqt li jitqiesu l-assi użati, il-funzjonijiet imwettqin u r-riskji assunti mill-fergħat Irlandiżi, xi ħaġa li l-Kummissjoni tikkontesta, l-Irish Revenue xorta waħda tal-anqas missha kkonfermat li l-liċenzji tal-IP ta' Apple ma għandhomx jiġu allokati lill-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE għall-finijiet tat-taxxa. Kif spjegat fil-premessi (296) sa (304), billi dawk il-fergħat ġew ippreżentati lill-Irish Revenue bħala dawk li jwettqu funzjonijiet li għalihom l-użu ta' dawk il-liċenzji kien kruċjali u billi kienu jeżistu indikazzjonijiet li dawk il-fergħat kienu jiżguraw funzjonijiet relatati mal-IP li kienu kruċjali fil-bini ta' għarfien u ta' rikonoxximent tad-ditta fir-reġjun EMEIA, kienet ir-responsabbiltà tal-Irish Revenue li, tal-anqas, tikkonferma li l-liċenzji tal-IP ta' Apple ma għandhomx jiġu allokati, bis-sħiħ jew f'parti minnhom, lill-fergħat Irlandiżi qabel ma tapprova l-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt fuq il-bażi tas-suppożizzjoni mhux sostanzjata li l-liċenzji tal-IP ta' Apple għandhom jiġu allokati barra mill-Irlanda. |
|
(296) |
Fir-rigward ta' ASI, il-fergħa Irlandiża tagħha kienet ippreżentata lill-Irish Revenue bħala waħda li teżegwixxi attivitajiet ta' akkwist, ta' bejgħ u ta' distribuzzjoni assoċjati mal-bejgħ ta' prodotti ta' Apple lil partijiet relatati u lil klijenti terzi madwar ir-reġjuni EMEIA u APAC (226). Billi l-fergħa kienet awtorizzata li tiddistribwixxi prodotti tad-ditta Apple, l-attivitajiet tagħha kienu jeħtieġu aċċess għad-ditta Apple, li ngħata lil ASI sħiħa fil-forma tal-liċenzji tal-IP ta' Apple. Konsegwentement, anki jekk l-Irish Revenue ma kinitx tqis li l-liċenzji tal-IP ta' Apple għandhom jiġu allokati lill-fergħa Irlandiża ta' ASI għall-finijiet tat-taxxa, tal-anqas missha analizzat kif l-aċċess tal-fergħa għall-IP ta' Apple, li hija kienet teħtieġ biex twettaq il-funzjonijiet tagħha, kien żgurat u stabbilit fil-kumpanija. Ma hemm ebda evidenza li qatt saret xi analiżi bħal din. |
|
(297) |
Li kieku saret analiżi bħal din, kien ikun jidher li l-fergħa Irlandiża ta' ASI, fil-kapaċità tagħha ta' eżekuzzjoni tal-attivitajiet ta' eżekuzzjoni, ta' bejgħ u ta' distribuzzjoni assoċjati mal-bejgħ ta' prodotti ta' Apple, twettaq numru ta' funzjonijiet kruċjali għall-iżvilupp u għall-manteniment tad-ditta Apple fis-suq lokali u għall-iżgurar tal-lealtà fost il-klijenti għal dik id-ditta f'dak is-suq (227). Pereżempju, il-fergħa Irlandiża ta' ASI ġarrbet kostijiet għall-kummerċjalizzazzjoni lokali direttament ma' fornituri terzi ta' servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni b'rabta mal-lokalizzazzjoni u mal-eżekuzzjoni ta' strateġiji globali ta' kummerċjalizzazzjoni. L-adattament tal-istrateġija tad-ditta għas-suq lokali kien funzjoni importanti għall-iżvilupp tad-ditta fir-reġjuni rispettivi u l-fergħa ġiet allokata l-kostijiet ta' programmi ta' reklamar madwar id-dinja u lokali sabiex teżegwixxi dik il-funzjoni (228). |
|
(298) |
Il-fergħa Irlandiża ta' ASI kienet responsabbli wkoll sabiex tiġbor u tanalizza data reġjonali sabiex tistma t-tbassir tad-domanda mistennija għall-prodotti ta' Apple (229), liema funzjoni tidher li hija indispensabbli għall-użu tal-IP ta' Apple fir-reġjun EMEIA. |
|
(299) |
Il-fergħa Irlandiża ta' ASI kienet responsabbli bis-sħiħ ukoll għall-operar tas-servizz ta' appoġġ lill-klijenti AppleCare, li jipprovdi appoġġ wara l-bejgħ u servizzi ta' tiswija għar-reġjun EMEIA sħiħ. Dik il-funzjoni tirrifletti direttament fuq l-isem tad-ditta, bl-għan li tiżgura sodisfazzjon fost il-klijenti, u tinkludi r-responsabbiltà għall-programmi ta' garanzija u ta' tiswija (230). Skont dan, riskji kbar relatati mal-prestazzjoni tal-prodotti u tat-teknoloġija kienu mġarrbin mill-fergħa Irlandiża ta' ASI. |
|
(300) |
Finalment, fl-2014 [50-60] mit-[300-400] FTE ta' ASI, li lkoll kienu jinsabu fl-Irlanda, ġew ikkategorizzati minn Apple bħala persunal tar-RuŻ (231). |
|
(301) |
Fir-rigward ta' AOE, il-fergħa Irlandiża tagħha kienet ippreżentata lill-Irish Revenue bħala waħda responsabbli għall-manifattura u għall-assemblaġġ ta' firxa speċjalizzata ta' prodotti tal-kompjuter għar-reġjun EMEIA. F'dik il-kapaċità, il-fergħa Irlandiża ta' AOE żviluppat proċessi u kompetenzi fil-manifattura speċifiċi għal Apple u wettqet il-funzjonijiet ta' garanzija tal-kwalità u ta' kontroll tal-kwalità (232), li huma meħtieġa sabiex jinżamm il-valur tad-ditta (233). |
|
(302) |
Barra minn hekk, meta Apple ppreżentat format illustrattiv tal-mili tal-kontijiet tal-fergħa Irlandiża ta' AOE lill-Irish Revenue sabiex tikseb id-deċiżjoni tal-1991, allokat il-kostijiet assoċjati mas-CSA lil dik il-fergħa u mhux lill-uffiċċju prinċipali tagħha (234). Filwaqt li ma jidhirx li l-Irish Revenue eżaminat il-patti tas-CSA meta ħarġet id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, il-fatt li l-kostijiet tas-CSA ġew allokati lill-fergħa Irlandiża ta' AOE minn Apple stess missu xeħet dawl għall-Irish Revenue fuq is-suppożizzjoni mhux sostanzjata li hija l-bażi tal-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt finalment approvati minnha li l-liċenzji tal-IP ta' Apple għandhom jiġu allokati barra mill-Irlanda. |
|
(303) |
B'mod simili, Apple stess ipproponiet li l-fergħa Irlandiża tagħha għandha tirċievi redditu għall-IP ta' Apple fit-talba għad-deċiżjoni tal-2007. Skont id-deċiżjoni tal-2007, [1-5] % tal-fatturat tal-fergħa ġie allokat lill-fergħa Irlandiża ta' AOE taħt id-denominazzjoni “redditu mill-IP” (235). Dik il-proposta missha pprovdiet indikazzjoni lill-Irish Revenue li l-fergħa Irlandiża ta' AOE kienet involuta fl-iżvilupp tal-IP jew f'xi forma ta' ġestjoni jew ta' kontroll tal-liċenzji tal-IP ta' Apple. |
|
(304) |
F'dan l-isfond, kienet ir-responsabbiltà tal-Irish Revenue, meta ppreżentata bil-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt proposti minn Apple għad-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli ta' ASI u ta' AOE fl-Irlanda, li tal-anqas tikkonferma li l-fergħat Irlandiżi ta' dawk il-kumpaniji ma għandhomx jiġu allokati l-liċenzji tal-IP ta' Apple, minflok ma taċċetta s-suppożizzjoni mhux sostanzjata li dawk il-liċenzji għandhom jiġu allokati barra mill-Irlanda. Fid-dawl tal-involviment tal-fergħat Irlandiżi fl-IP ta' Apple, l-Irish Revenue ma misshiex injorat kwalunkwe profitt derivat mill-użu tal-liċenzji tal-IP ta' Apple u l-kostijiet imġarrbin skont is-CSA għall-fergħat Irlandiżi. |
|
(305) |
Fid-dawl tar-raġunijiet kollha msemmijin hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-allokazzjoni tal-liċenzji tal-IP ta' Apple barra mill-Irlanda ma kinitx allokazzjoni li kienet taqbel magħha f'kuntest ta' kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta bejn żewġ kumpaniji mhux affiljati. Fid-dawl tan-nuqqas ta' funzjonijiet imwettqin mill-uffiċċji prinċipali u/jew ta' funzjonijiet imwettqin mill-fergħat Irlandiżi, il-liċenzji tal-IP ta' Apple għall-akkwist, għall-manifattura, għall-bejgħ u għad-distribuzzjoni tal-prodotti ta' Apple barra mill-Amerki misshom ġew allokati lill-fergħat Irlandiżi għall-finijiet tat-taxxa. |
|
(306) |
Fid-dawl ta' dik il-konklużjoni, id-dikjarazzjoni tal-Irlanda li, billi l-IP ta' Apple tiġġenera l-profitti rreġistrati minn ASI u minn AOE tinsab barra mill-Irlanda, il-profitti derivati minn dik l-IP għandhom jitnaqqsu mill-profitti taxxabbli fl-Irlanda f'konformità mal-prinċipju ta' territorjalità, għandha tiġi miċħuda wkoll (236). L-introjtu rreġistrat minn ASI u minn AOE xorta waħda mhuwiex introjtu mir-royalties, iżda introjtu mill-bejgħ li għalih ma ġiet individwata ebda remunerazzjoni mill-IP fir-rapporti finanzjarji tal-kumpaniji. Tabilħaqq, l-introjtu rreġistrat minn ASI u minn AOE huwa indikat bħala introjtu operatorju fir-rapporti finanzjarji ta' dawk il-kumpaniji (237) u ġie ddikjarat bħala tali lill-Irish Revenue (bit-tnaqqis tad-dħul mill-imgħax). Barra minn hekk, kif spjegat fil-premessa (278), l-introjtu sħiħ taż-żewġ kumpaniji (bl-eċċezzjoni tad-dħul mill-imgħax) ġie rrapportat fil-kontijiet annwali ta' ASI u ta' AOE mill-2004 sal-2008 bħala taxxabbli bi 12,5 % li, skont il-klassifikazzjoni pprovduta mill-Irlanda, ikun jikkorrispondi għal introjtu operatorju (238). Kif spjegat ulterjorment f'dik il-premessa, ladarba obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva teorika tiġi kkalkolata għall-introjtu sħiħ taż-żewġ kumpaniji bl-applikazzjoni tar-rata ta' 12,5 % għall-introjtu operatorju, li ġiet applikata tnaqqisa għall-“introjtu ntaxxat b'rati anqas”, li naqqset l-obbligazzjoni ta' taxxa effettiva ta' dawk il-kumpaniji fl-Irlanda. Dan il-fatt jikkonferma li l-introjtu inkwistjoni tqies minn Apple li jikkostitwixxi introjtu operatorju u mhux introjtu minn royalties (239). |
|
(307) |
Billi la ASI u lanqas AOE ma għandhom xi preżenza fiżika jew attività ekonomika barra mill-fergħat Irlandiżi tagħhom (240), l-attività li tikkonsisti fl-akkwist, fil-bejgħ u fid-distribuzzjoni tal-prodotti ta' Apple barra mill-Amerki mwettqa minn ASI U l-attività li tikkonsisti fil-manifattura ta' prodotti tal-kompjuter għas-swieq barra mill-Amerki mwettqa minn AOE jridu jitqiesu li huma kompletament imwettqin mill-fergħat Irlandiżi rispettivi tagħhom. Għaldaqstant, l-introjtu ta' ASI u ta' AOE jirrappreżenta l-introjtu operatorju attiv li jirriżulta mill-attività tal-fergħa, billi ma hemm ebda impjegat li jista' jiġġenera t-tali introjtu barra mill-Irlanda (241). Fi kliem ieħor, għalhekk, l-introjtu, bħall-introjtu operatorju rreġistrat minn ASI u minn AOE, ma missux ġie allokat lill-uffiċċji prinċipali ta' dawk il-kumpaniji la b'mod sħiħ u lanqas f'parti minnu. Madankollu, anki jekk xi parti minn dak l-introjtu tista' titqies li tikkostitwixxi introjtu mill-IP, l-Irish Revenue xorta waħda naqset milli teżamina liema sehem mill-profitt residwu li rriżulta ttrasferit lill-uffiċċji prinċipali, jekk jeżistu, seta' jiġi attribwit lil introjtu tat-tip royalty. |
(c) Il-kontribuzzjonijiet minn Apple Inc. fir-RuŻ u fil-ġestjoni tal-liċenzji tal-IP ta' Apple miżmuma minn ASI u minn AOE ma jistgħux jinfluwenzaw l-allokazzjoni tal-profitti f'ASI u AOE
|
(308) |
Kif spjegat fil-premessa (275), l-Irlanda u Apple jargumentaw ukoll li r-RuŻ u l-ġestjoni tal-IP ta' Apple huma ffokati fil-kwartieri ġenerali ta' Apple fl-Istati Uniti u amministrati minnhom. Skont l-Irlanda u Apple, huma dawk il-kontribuzzjonijiet mill-impjegati ta' Apple Inc. li jixprunaw il-profittabilità ta' ASI u ta' AOE, u għalhekk l-Irish Revenue kellha raġun li teskludi l-profitt li jirriżulta minn dawk il-kontribuzzjonijiet fil-profitt taxxabbli tal-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE (242). |
|
(309) |
Il-Kummissjoni ma taqbilx ma' dak ir-raġunament għar-raġunijiet stipulati fil-premessi (310) sa (318). |
|
(310) |
Filwaqt li ASI, AOE u Apple Inc. jagħmlu parti mill-istess grupp korporattiv, hemm tliet entitajiet ġuridiċi distinti, u għalhekk kwalunkwe tranżazzjoni intragrupp bejn dawk l-entitajiet hija soġġetta għal arranġamenti ta' prezzar ta' trasferiment (243). Pereżempju, ir-remunerazzjoni ta' Apple Inc. minn ASI u minn AOE għall-iżvilupp tal-IP ta' Apple ġiet stabbilita fis-CSA (244), filwaqt li r-remunerazzjoni ta' Apple Inc. minn ASI u minn AOE għas-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni ġiet stabbilita fil-Ftehim dwar is-Servizzi ta' Kummerċjalizzazzjoni (245). Madankollu, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati ma jkoprux dawk it-tranżazzjonijiet intragrupp jew oħrajn li ASI u AOE, minn naħa, u Apple Inc., min-naħa l-oħra, daħlu għalihom. Fi kliem ieħor, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati ma jindirizzawx il-kwistjoni ta' jekk is-CSA jew il-Ftehim dwar is-Servizz ta' Kummerċjalizzazzjoni twettaqx f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta, iżda minflok jieħdu l-patti u l-kondizzjonijiet ta' dawk il-ftehimiet bħala evidenti, jiġifieri li ebda arranġament ta' prezzar ta' traseriment bejn dawk it-tliet entitajiet għal, pereżempju, ir-RuŻ u l-ġestjoni tal-IP ta' Apple jew is-servizzi ta' kummerċjalizzazzjoni, ma huwa approvat minn dawk id-deċiżjonijiet. Id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jikkonċernaw biss l-allokazzjoni tal-profitt ta' ASI u ta' AOE għall-fergħat Irlandiżi rispettivi tagħhom. |
|
(311) |
Skont il-patti tas-CSA, ASI u AOE (246) jħallsu lil Apple Inc. għall-attivitajiet ta' RuŻ imwettqin minn Apple Inc. (jew kumpaniji oħrajn fil-grupp) b'rabta mal-IP ta' Apple. Għalhekk, huwa s-CSA, li ASI u AOE, minn naħa, u Apple Inc., min-naħa l-oħra, daħlu għalih, li jiddetermina s-sehem tal-kostijiet u tad-dħul għall-iżvilupp tal-IP ta' Apple għal kull parti għal dak il-ftehim. Skont is-CSA, il-kostijiet tar-RuŻ għall-prodotti ta' Apple jinqasmu bejn Apple Inc., ASI u AOE fuq il-bażi tal-perċentwal ta' bejgħ ta' prodotti li jseħħ fit-territorji rispettivi tagħhom (247). Tabilħaqq, skont il-kontijiet ta' ASI, il-komponent “Riċerka u żvilupp” huwa l-akbar komponent tal-ispiża operatorja tagħha (248). Pereżempju, fis-snin 2013 u 2014, ASI ħallset USD [2,0-2,5] biljun u USD [4,0-4,5] biljun, rispettivament, għall-iżvilupp tal-IP ta' Apple (249). Mill-2010 sal-2014, ASI u AOE flimkien iffinanzjaw aktar minn nofs il-kostijiet tar-RuŻ għall-IP ta' Apple, filwaqt li Apple Inc. iffinanzjat anqas minn nofs dawk il-kostijiet tul l-istess perjodu. Fi kliem ieħor, ASI u AOE jirremuneraw lil Apple Inc. għall-iżvilupp tal-IP ta' Apple permezz tas-CSA, li l-kost tiegħu jħalli impatt fuq il-profittabilità kumplessiva ta' ASI u ta' AOE. |
|
(312) |
Fi kliem ieħor, għalhekk, Apple ddeċidiet u implimentat kif il-valur tal-attivitajiet imwettqin minn Apple Inc., minn naħa, u ASI u AOE, min-naħa l-oħra, b'rabta mal-IP ta' Apple u l-kontribuzzjoni tagħhom għall-valur ta' dak l-IP. Dan huwa l-eżitu tas-CSA, li fih kull kumpanija tieħu sehem fil-kostijiet kumplessivi mġarrbin għall-iżvilupp tal-IP ta' Apple fuq il-bażi tal-kriterji ta' attribuzzjoni deċiżi b'mod awtonomu minn Apple. Il-kriterju magħżul kien li jiġi attribwit il-kost tal-IP ta' Apple b'mod proporzjonat għall-fatturat ta' kull kumpanija, li wassal sabiex ASI u AOE jġarrbu ħafna mill-kostijiet tal-iżvilupp relatati mar-RuŻ. Għalhekk, ir-remunerazzjoni tal-attivitajiet ta' RuŻ imwettqin minn Apple Inc. b'rabta mal-IP ta' Apple diġà ġiet kontabilizzata bl-attribuzzjoni tal-kostijiet tal-iżvilupp fuq il-bażi tal-bejgħ rilevanti ta' kull parti għas-CSA, billi din kienet il-bażi magħżula minn Apple għall-allokazzjoni tas-sehem tal-IP ta' Apple lil kull kumpanija. Konsegwentement, il-profitt ta' kull kumpanija — Apple Inc., ASI u AOE — huwa d-differenza bejn il-bejgħ u l-kostijiet rilevanti kollha, inklużi l-pagamenti annwali għall-iżvilupp tal-IP ta' Apple kif stabbilit fis-CSA. |
|
(313) |
Għalhekk, b'riferiment għall-attivitajiet imwettqin fl-Istati Uniti b'rabta mar-RuŻ u mal-ġestjoni tal-IP ta' Apple, l-Irlanda u Apple jidher li qed jirreferu għall-eżistenza ta' kontribuzzjonijiet mhux remunerati li saru minn Apple Inc. għall-benefiċċju ta' ASI u ta' AOE lil hinn mill-attivitajiet remunerati mwettqin minn Apple Inc. fil-kuntest tas-CSA u tal-Ftehim dwar is-Servizz ta' Kummerċjalizzazzjoni, billi ma hemm ebda traċċa oħra ta' Apple Inc. li qed tiġi remunerata b'mod addizzjonali għar-RuŻ u għall-ġestjoni tal-IP ta' Apple fil-kontijiet ta' ASI jew ta' AOE. Madankollu, l-eżistenza tat-tali kontribuzzjonijiet mhux remunerati ma tistax tinfluwenza l-allokazzjoni tal-profitt f'ASI u AOE. Kif spjegat fil-premessa (271), l-uffiċċji prinċipali ta' ASI u ta' AOE, minn naħa, u l-fergħat Irlandiżi rispettivi tagħhom, min-naħa l-oħra, ma għandhomx personalitajiet ġuridiċi separati. Minflok, jagħmlu parti mill-istess entità ġuridika, li hija d-detentur tal-liċenzja tal-IP ta' Apple, u li hija dik l-entità li għaliha Apple Inc. eżegwiet dawk l-allegati kontribuzzjonijiet mhux remunerati sħaħ. Skont dan, filwaqt li r-remunerazzjoni ta' Apple Inc. minn ASI u minn AOE għall-kontribuzzjoni ta' dik imsemmija l-ewwel b'rabta mar-RuŻ u l-ġestjoni tal-IP ta' Apple tista', u timpatta l-profittabilità kumplessiva ta' ASI u ta' AOE, din ma tistax timpatta l-allokazzjoni sussegwenti ta' dak il-profitt f'ASI u AOE u, b'hekk, l-allokazzjoni tal-profitt lill-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE. |
|
(314) |
Fi kliem ieħor, filwaqt li t-tali kontribuzzjonijiet addizzjonali jistgħu jinfluwenzaw il-profittabilità kumplessiva ta' ASI u ta' AOE, li kieku dawn tassew twettqu u ġew ipprezzati b'mod effettiv, li ma kinux, dawn ma jistgħux jimpattaw l-allokazzjoni sussegwenti tal-profitti fl-ASI u AOE. Dan għaliex il-kostijiet imħallsin għal dawk il-kontribuzzjonijiet minn ASI u minn AOE kienu jiġġarrbu mill-kumpanija sħiħa (u mhux biss mill-uffiċċji prinċipali jew mill-fergħat Irlandiżi) u, għalhekk, kieku jnaqqsu l-profitt kumplessiv tal-kumpaniji. Madankollu, huwa biss wara li dawk il-kostijiet tnaqqsu minn dak il-profitt li l-profitt li jifdal ta' ASI u ta' AOE jkollu jiġi allokat bejn l-uffiċċji prinċipali u l-fergħat Irlandiżi rispettivi tagħhom għall-finijiet tat-taxxa. Fuq l-istess nota, il-fatt li Apple Inc. twettaq ir-RuŻ u l-kampanji ta' kummerċjalizzazzjoni tad-disinji għall-benefiċċju ta' ASI u ta' AOE skont is-CSA u l-Ftehim dwar is-Servizz ta' Kummerċjalizzazzjoni, rispettivament, iħalli impatt fuq il-profittabilità kumplessiva ta' ASI u ta' AOE, iżda mhuwiex pertinenti għall-finijiet tal-allokazzjoni tal-profitt irreġistrat minn ASI u minn AOE bejn l-uffiċċji prinċipali tagħhom u l-fergħat Irlandiżi rispettivi tagħhom. L-argument tal-Irlanda li l-valur iġġenerat mill-prodotti ta' Apple jista' jeħtieġ investimenti li jiswew ħafna flus jista' jkun korrett (250), iżda, fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet ta' ASI u ta' AOE għal dawk l-investimenti, dawn huma koperti mis-CSA u mill-Ftehim dwar is-Servizz ta' Kummerċjalizzazzjoni, li ma jistgħux jimpattaw l-allokazzjoni tal-profitt f'dawk il-kumpaniji. |
|
(315) |
Billi ma hemm ebda traċċa fil-kontijiet ta' ASI jew ta' AOE li Apple Inc. ġiet remunerata għar-RuŻ u għall-ġestjoni tal-IP ta' Apple apparti s-CSA (251), l-argument li l-kontribuzzjonijiet minn Apple Inc. fir-RuŻ u fil-ġestjoni tal-IP ta' Apple jinfluwenzaw l-allokazzjoni tal-profitti f'ASI u AOE xorta waħda jibqa' infondat. L-Irlanda u Apple jidhru li ma jippreżentaw xejn aktar minn dikjarazzjoni astratta minn Apple Inc. dwar il-profitti tal-entitajiet ġuridiċi l-oħrajn (ASI u AOE), li tmur lil hinn mill-arranġamenti kuntrattwali skont is-CSA jew il-Ftehim dwar is-Servizz ta' Kummerċjalizzazzjoni u li hija lil hinn mill-kamp ta' applikazzjoni ta' eżerċizzju ta' allokazzjoni tal-profitt. |
|
(316) |
L-Irlanda targumenta li l-pagamenti li saru minn ASI u minn AOE għall-kontribuzzjonijiet minn Apple Inc. huma attribwibbli għall-uffiċċji prinċipali u, f'dan ir-rigward, tindika l-pagamenti skont is-CSA u l-Ftehim dwar is-Servizz ta' Kummerċjalizzazzjoni (252). Anki jekk jiġi assunt li l-pagamenti skont is-CSA u l-Ftehim dwar is-Servizz ta' Kummerċjalizzazzjoni jistgħu jinfluwenzaw l-allokazzjoni tal-profitt f'ASI u AOE, xi ħaġa li l-Kummissjoni tikkontesta (253), ma hemm ebda raġuni ovvja sabiex dawk il-pagamenti jiġu allokati lill-uffiċċji prinċipali minflok lill-fergħat Irlandiżi. Fir-rigward tas-CSA u l-Ftehim dwar is-Servizz ta' Kummerċjalizzazzjoni, il-patti ta' dawk il-ftehimiet ma jagħmlu ebda distinzjoni bejn l-uffiċċji prinċipali u l-fergħat Irlandiżi. Din hija xi ħaġa li wieħed għandu jistenna, billi minn perspettiva kuntrattwali dawn jifformaw parti mill-istess entità ġuridika. Madankollu, fejn huwa pprovdut indirizz għal ASI u għal AOE f'dawk il-ftehimiet, dan huwa konsistentement dak tal-fergħat Irlandiżi (254). Minkejja dan, anki li kieku jiġi aċċettat li l-kontribuzzjonijiet li saru minn Apple Inc. għall-benefiċċju ta' ASI u ta' AOE jistgħu jinfluwenzaw l-allokazzjoni tal-profitt f'ASI u AOE, ma hemm ebda indikazzjoni li, fin-nuqqas tal-uffiċċji prinċipali, Apple Inc. ma kinitx tagħmel l-istess kontribuzzjonijiet għall-benefiċċju tal-fergħat Irlandiżi, speċjalment fid-dawl tal-fatt li l-uffiċċji prinċipali ma jidhrux li jiksbu xi benefiċċju minn dawk il-kontribuzzjonijiet fid-dawl tal-fatt li ma jeżistux fiżikament u ma għandhom ebda impjegat. Fil-premessi (281) sa (290) ġie stabbilit li l-uffiċċji prinċipali, permezz tal-attività limitata tagħhom fil-forma tal-laqgħat tal-bordijiet, mhumiex u ma jistgħux ikunu involuti fir-RuŻ. Tabilħaqq, dan ikun impossibbli, billi l-uffiċċji prinċipali la għandhom preżenza fiżika, u lanqas impjegati. Għall-kuntrarju, kif osservat fil-premessi minn (295) sa (304), il-fergħat Irlandiżi jidhru li huma involuti f'attivitajiet li b'mod dirett jew indirett jappoġġaw l-IP ta' Apple u Apple ttrattathom bħala tali fl-imgħoddi. Konsegwentement, anki jekk jiġi aċċettat li kien hemm kontribuzzjonijiet mhux remunerati li saru minn Apple Inc. għall-benefiċċju ta' ASI u ta' AOE u li dawk il-kontribuzzjonijiet mhux remunerati setgħu jitqiesu li jinfluwenzaw l-allokazzjoni tal-profitt f'ASI u AOE, dawk il-kontribuzzjonijiet misshom ġew allokati lill-fergħat Irlandiżi. |
|
(317) |
L-Irlanda u Apple jiddikjaraw ukoll li r-riskju huwa assunt u limitat għal ASI u għal AOE permezz tal-politiki tal-grupp, żviluppati fl-Istati Uniti. Madankollu, il-politiki tal-grupp għandhom l-għan li jillimitaw riskji speċifiċi għall-grupp u li jistabbilixxu proċeduri ta' koordinazzjoni, jiġifieri li l-grupp stess jista' jkun jeħtieġ it-tali politiki tal-grupp mis-sussidjarji tiegħu, minflok ma s-sussidjarji jibbenefikaw mit-tali politiki. Barra minn hekk, politika, kemm jekk fil-forma ta' dokument miktub, proċess jew softwer kummerċjali, ma tistax tiġi ppreżentata bħala waħda li tassumi riskju tan-negozju fin-nuqqas ta' kwalunkwe persunal. Tabilħaqq, kif spjegat fil-premessa (290), entità li mhijiex f'pożizzjoni li timmaniġġa, tikkontrolla u tissorvelja funzjoni jew riskju ma għandhiex tiġi allokata dak ir-riskju għall-finijiet tat-taxxa. |
|
(318) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni ma tistax taċċetta l-argument tal-Irlanda u ta' Apple li l-profitt ta' ASI u ta' AOE derivat mill-kontribuzzjonijiet imwettqin mill-impjegati ta' Apple Inc. għandu jkun esklużi mill-profitt taxxabbli tal-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE, billi l-kontribuzzjonijiet allegati mill-impjegati ta' Apple Inc. fir-RuŻ u fil-ġestjoni tal-liċenzji tal-IP ta' Apple miżmumin minn ASI u minn AOE ma jistgħux jinfluwenzaw l-allokazzjoni tal-profitt f'ASI u AOE. |
(d) Konklużjoni: id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jwasslu għal tbaxxija tal-obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva ta' ASI u ta' AOE fl-Irlanda
|
(319) |
Kif konkluż fil-premessa (305), il-liċenzji tal-IP ta' Apple miżmumin minn ASI u minn AOE ma misshomx ġew allokati barra mill-Irlanda, iżda lill-fergħat Irlandiżi. Konsegwentement, il-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE, li kieku kienu kumpaniji separati u indipendenti involuti fl-istess attivitajiet jew f'attivitajiet simili fl-istess kondizzjonijiet jew f'kondizzjonijiet simili, ma kinux jaċċettaw mill-perspettiva tal-profittabilità tagħhom stess li l-profitt kollu ta' ASI u ta' AOE lil hinn minn valwazzjoni pożittiva limitata fuq bażi tal-kostijiet imnaqqsa jiġi allokat barra mill-Irlanda. Minflok, il-profitt kollu mill-attivitajiet ta' bejgħ, apparti d-dħul mill-imgħax miksub minn ASI u minn AOE f'ċirkustanzi normali tas-suq (255), missu ġie allokat lill-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE. |
|
(320) |
Il-konsegwenza tal-aċċettazzjoni mill-Irish Revenue tas-suppożizzjoni mhux sostanzjata li l-liċenzji tal-IP ta' Apple miżmumin minn ASI u minn AOE għandhom jiġu allokati barra mill-Irlanda hija tnaqqis sinifikanti tal-profitt taxxabbli annwali ta' ASI u ta' AOE fl-Irlanda, li jikkostitwixxi l-bażi taxxabbli li fuqu tiġi imposta t-taxxa korporattiva skont ir-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv fl-Irlanda. Għaldaqstant, ma jistax jingħad li l-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jirriżultaw f'approssimazzjoni affidabbli ta' eżitu bbażat fuq is-suq konformi mal-prinċipju ta' distakkament. |
|
(321) |
Bħala konklużjoni, billi approvat il-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt fuq il-bażi ta' dik is-suppożizzjoni mhux sostanzjata, l-Irish Revenue tat vantaġġ lil ASI u lil AOE għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, fil-forma ta' tnaqqis tal-profitt taxxabbli annwali rispettiv tagħhom. Dak il-vantaġġ kien ta' xorta selettiva, billi wassal għal tnaqqis fl-obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva ta' ASI u ta' AOE skont ir-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv fl-Irlanda meta mqabblin ma' kumpaniji mhux integrati li l-profitt taxxabbli tagħhom jirrifletti l-prezzijiet iddeterminati fis-suq innegozjati f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta u li l-profitt taxxabbli tagħhom imbagħad jiġi ntaxxat bl-istess rata tat-taxxa korporattiva standard bħall-profitt b'sors lokali ta' ASI u ta' AOE. |
|
(322) |
Tintlaħaq konklużjoni simili skont l-Approċċ Awtorizzat tal-OECD għall-allokazzjoni tal-profitt lil stabbiliment permanenti (256). Għad li r-Rapport tal-2010 tal-OECD dwar l-Attribuzzjoni tal-Profitt ġie approvat mill-Kunsill tal-OECD wara li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati kienu nħarġu fl-1991 u fl-2007, il-Kummissjoni sempliċiment tinvoka li d-dokument ta' gwida mhux vinkolanti, kif spjegat fil-premessa (255), bħala indikazzjoni ulterjuri li l-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati minn dawk id-deċiżjonijiet jipproduċu eżitu li jitbiegħed minn approssimazzjoni affidabbli ta' eżitu bbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament. Tabilħaqq, ma hemm ebda analiżi alternattiva dettaljata u komprensiva oħra dwar il-metodi tal-attribuzzjoni tal-profitti disponibbli għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa u għall-intrapriżi multinazzjonali sabiex tassistihom fl-istabbiliment tal-kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta għal negozjati intragrupp u bejn kumpaniji. Dik il-gwida xorta waħda diġà kienet disponibbli f'forma simili fl-2008 (257), gwida inizjali ppubblikata mill-OECD dwar l-attribuzzjoni tal-profitt lil stabbilimenti permanenti datata mill-1993 (258), u l-kunsiderazzjonijiet ippreżentati fir-Rapport tal-2010 tal-OECD dwar l-Attribuzzjoni tal-Profitt huma relatati mal-applikazzjoni tal-Artikolu 7 tal-Mudell ta' Konvenzjoni Fiskali tal-OECD għal sitwazzjonijiet konkreti. |
|
(323) |
Skont l-Approċċ Awtorizzat tal-OECD, bħala l-ewwel pass tal-proċess ta' allokazzjoni tal-profitt, missu sar rikors għall-preżenza fiżika tal-impjegati jew tan-nies li jwettqu funzjonijiet f'isem l-intrapriża fl-uffiċċju prinċipali u fl-istabbiliment permanenti bħala mezz oġġettiv kif jiġu allokati l-assi użati, il-funzjonijiet imwettqin u r-riskji assunti bejn uffiċċju prinċipali u l-istabbiliment permanenti tiegħu. Dan huwa ġġustifikat mill-fatt li ftit li xejn hemm ambigwità dwar il-preżenza fiżika tal-impjegati jew tan-nies li jwettqu l-funzjonijiet f'isem l-intrapriża. Fil-każ ta' ASI u ta' AOE, l-assi, il-funzjonijiet u r-riskji kollha, inklużi l-liċenzji tal-IP għall-akkwist, għall-manifattura, għall-bejgħ u għad-distribuzzjoni tal-prodotti ta' Apple barra mill-Amerki, għandhom jiġu allokati lill-fergħat Irlandiżi skont l-ewwel stadju, billi dawk il-kumpaniji ma għandhomx impjegati jew persuni li jwettqu funzjonijiet f'isem dawk il-kumpaniji barra dawk il-fergħat ħlief għall-ġestjoni passiva tal-likwidità esternalizata mill-bord tad-diretturi lil Breaburn. Barra minn hekk, ir-Rapport tal-2010 tal-OECD dwar l-Attribuzzjoni tal-Profitt, fil-kunsiderazzjonijiet tiegħu speċifiċi għall-intanġibbli, jispeċifika li, dwar is-sjieda ekonomika tal-intanġibbli, hija d-deċiżjoni attiva meħuda f'livell taħt dak tal-maniġment superjuri li hija determinanti għall-allokazzjoni tas-sjieda (259). L-uffiċċji prinċipali ta' ASI u ta' AOE ma għandhom ebda impjegat f'livell inferjuri għal dak tal-maniġment superjuri. |
|
(324) |
Fir-rigward tat-tieni rapport ad hoc ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] (260), li Apple ssottomettiet bħala rappreżentazzjoni tal-applikazzjoni tal-Approċċ Awtorizzat tal-OECD għal dan il-każ, iż-żewġ stadji ta' dan l-approċċ kif ippreżentat minn [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] ma jikkorrispondux għaż-żewġ stadji tal-Approċċ Awtorizzat tal-OECD kif spjegat fil-premessi (86) sa (89). B'mod partikolari, dak ir-rapport, bħad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, ma jixħitx dubju fuq l-allokazzjoni tal-liċenzji tal-IP ta' Apple lill-uffiċċji prinċipali ta' ASI u ta' AOE. Minflok, l-istadju 1 ta' dak l-approċċ huwa ppreżentat minn [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] bħala analiżi relatata ma' medda ta' distakkament, minflok għall-allokazzjoni tal-assi, tal-funzjonijiet u tar-riskji bejn l-uffiċċji prinċipali ta' ASI u ta' AOE u l-fergħat Irlandiżi rispettivi tagħhom, kif meħtieġ skont l-Approċċ Awtorizzat tal-OECD (261). Miżinterpretazzjoni simili tal-Approċċ Awtorizzat tal-OECD hija mressqa mir-rapport ad hoc ta' PwC, li jippreżenta l-ewwel stadju ta' dak l-approċċ bħala analiżi funzjonali, iżda ma jqisx l-allokazzjoni tal-assi u tar-riskji bħala rilevanti jew meħtieġa f'dak l-ewwel stadju. |
8.2.2.3. Linja sussidjarja ta' raġunar: Is-sottovalutazzjoni tal-profitt taxxabbli ta' ASI u ta' AOE dovut għall-għażliet metodoloġiċi inadatti li fuqhom huma bbażati l-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt unilaterali approvati mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati
|
(325) |
Mingħajr ħsara għall-valutazzjoni fit-Taqsima 8.2.2.2, il-Kummissjoni tqis, permezz ta' linja sussidjarja ta' raġunar, li anki jekk l-Irish Revenue kellha raġun li taċċetta s-suppożizzjoni mhux sostanzjata li l-liċenzji tal-IP ta' Apple miżmumin minn ASI u minn AOE għandhom jiġu allokati barra mill-Irlanda, xi ħaġa li l-Kummissjoni tikkontesta, il-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati fid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, li huma bbażati fuq dik is-suppożizzjoni, xorta waħda jipproduċu eżitu li jitbiegħed minn approssimazzjoni affidabbli ta' eżitu bbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament. B'mod partikolari, il-Kummissjoni tqis li dawk il-metodi jissottovalutaw il-profitt taxxabbli annwali ta' ASI u ta' AOE fl-Irlanda, billi huma bbażati fuq għażliet metodoloġiċi inadatti. Dawk l-għażliet inadatti jirriżultaw fi tbaxxija tal-obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva Irlandiża ta' dawk il-kumpaniji meta mqabblin ma' kumpaniji mhux integrati li l-profitt taxxabbli tagħhom jirrifletti l-prezzijiet stabbiliti fis-suq f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. |
|
(326) |
L-iskop tal-valutazzjoni mwettqa fil-premessi (327) sa (360) mhuwiex li tiddetermina r-rimunerazzjoni f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta għall-funzjonijiet imwettqin mill-fergħat Irlandiżi. Fid-dawl tar-raġunar stabbilit fit-Taqsima 8.2.2.2, il-Kummissjoni ma tqisx li l-Irish Revenue kellha raġun li taċċetta s-suppożizzjoni mhux sostanzjata li l-liċenzji tal-IP ta' Apple miżmumin minn ASI u minn AOE għandhom jiġu allokati barra mill-Irlanda, li hija s-suppożizzjoni li fuqha huma bbażati l-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati. Minflok, l-iskop ta' dik il-valutazzjoni huwa li turi li, anki li kieku l-Irish Revenue kellha raġun li taċċetta dik is-suppożizzjoni mhux sostanzjata, ħafna mill-għażliet metodoloġiċi li fuqhom huma bbażati dawk il-metodi xorta waħda jirriżultaw fi profitt taxxabbli għal ASI u għal AOE fl-Irlanda li jitbiegħed minn approssimazzjoni affidabbli ta' eżitu bbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament. Fi kliem ieħor, billi approvaw dawk il-metodi, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati xorta waħda għandhom jitqiesu li jagħtu vantaġġ selettiv lil ASI u lil AOE għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat anki skont din il-linja sussidjarja ta' raġunar. |
|
(327) |
B'mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni tqis li l-għażliet metodoloġiċi li ġejjin, li fuqhom huma bbażati l-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt unilaterali approvati mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, jitbiegħdu minn eżitu bbażat fuq is-suq: (i) l-għażla tal-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE bħala l-fokus tal-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt unilaterali, (ii) l-għażla tal-ispiża operatorja bħala indikatur tal-livell tal-profitt, u (iii) il-livelli ta' redditi aċċettati. |
(a) L-għażla mhux iġġustifikata tal-fergħat Irlandiżi bħala l-fokus tal-metodu tal-allokazzjoni tal-profitt unilaterali
|
(328) |
Meta jintużaw metodi ta' prezzar ta' trasferiment diretti, bħall-metodu CUP, sabiex jiġi stabbilit il-prezz ta' tranżazzjoni intragrupp, l-eżitu jiġi rifless bl-istess mod għaż-żewġ partijiet għal dik it-tranżazzjoni. Għall-kuntrarju, meta jintużaw metodi ta' prezzar ta' trasferiment indiretti unilaterali, bħat-TNMM, l-analiżi tal-prezzar ta' trasferiment tiffoka biss fuq l-attivitajiet imwettqin minn parti għat-tranżazzjoni kkontrollata (il-“parti ttestjata”) u r-remunerazzjoni għal dawk l-attivitajiet, minflok fuq tranżazzjonijiet identifikabbli separati u l-prezzijiet tagħhom. Għalhekk, meta jiġi applikat it-TNMM, hemm bżonn li tingħażel il-parti ttestjata li għaliha huwa possibbli li jittieħed marġni nett ta' riferiment miksub minn dik il-parti fit-tranżazzjoni kkontrollata kontra l-marġni nett miksub minn kumpaniji indipendenti komparabbli fi tranżazzjonijiet ikkontrollati (262). Għaldaqstant, sabiex jiġi żgurat li l-istima tar-remunerazzjoni f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta għal dik it-tranżazzjoni hija affidabbli, hemm bżonn li l-għażla tal-parti ttestjata tkun l-aħjar għażla possibbli. |
|
(329) |
Fil-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt unilaterali approvati mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, li jixbhu lit-TNMM, huma biss l-attivitajiet tal-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE li jiġu kkunsidrati (263). B'hekk, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jaċċettaw l-għażla tal-fergħat Irlandiżi bħala l-“parti ttestjata”. B'mod simili, il-fergħat Irlandiżi huma identifikati bħala l-parti ttestjata kemm fir-rapport ad hoc ta' PwC kif ukoll f'dak ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple]. L-għażla tal-fergħat Irlandiżi bħala l-“parti ttestjata” hija msejsa fuq is-suppożizzjoni mhux sostanzjata li l-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE jwettqu l-“anqas funzjoni kumplessa” meta mqabblin mal-uffiċċji prinċipali rispettivi tagħhom, billi l-liċenzji tal-IP ta' Apple kienu ġew allokati lil dawn tal-aħħar għall-finijiet tat-taxxa. Il-fatt li l-fergħat Irlandiżi ntgħażlu bħala l-parti ttestjata jimplika wkoll li l-attivitajiet tal-uffiċċji prinċipali huma meqjusin li huma aktar kumplessi. |
|
(330) |
Fl-applikazzjoni tat-TNMM, l-entitajiet li huma, pereżempju, skoperti għar-riskju jew li huma s-sidien ta' proprjetà intanġibbli, spiss jintgħażlu bħala l-aktar funzjoni kumplessa (264). F'dan ir-rigward, ta' min jiċċara li s-sempliċi fatt li entità hija s-sid ta' assi intanġibbli mhux bilfors ifisser li s-sid tal-assi intanġibbli jwettaq funzjoni kumplessa. Għalhekk, anki jekk il-liċenzji tal-IP ta' Apple miżmumin minn ASI u minn AOE kellhom jiġu allokati barra mill-Irlanda, xi ħaġa li l-Kummissjoni tikkontesta, l-għażla tal-fergħat Irlandiżi bħala l-anqas funzjoni kumplessa għandha tkun ibbażata fuq tqabbil tal-funzjonijiet imwettqin minn dawk il-fergħat meta mqabblin mal-uffiċċji prinċipali rispettivi tagħhom u mhux fuq dik is-sempliċi suppożizzjoni. |
|
(331) |
Kif spjegat fil-premessa (281), l-attivitajiet tal-uffiċċji prinċipali huma limitati għal-laqgħat tal-bordijiet taż-żewġ kumpaniji. Il-laqgħat tal-bordijiet taż-żewġ kumpaniji huma rreġistrati fil-minuti u, kif evidenzjat mis-sommarji ta' dawk il-minuti pprovduti fit-Table 4 u fit-Table 5 u mid-deskrizzjonijiet ipprovduti fil-premessi (127) u (129), dawk il-minuti ma juru ebda attività kumplessa li sseħħ fil-livell tal-uffiċċji prinċipali ta' ASI u ta' AOE. Skont dawk il-minuti, il-laqgħat tal-bordijiet jikkonċernaw l-aktar il-ġestjoni finanzjarja, bħar-riċevuta jew il-ħlas ta' dividendi. B'mod partikolari, l-uffiċċji prinċipali ma jidhirx li jaqdu, u lanqas ma jidher li huma kapaċi jaqdu, xi rwol attiv u kritiku fir-rigward tar-RuŻ jew tal-ġestjoni tal-IP ta' Apple, kif spjegat fil-premessi minn (281) sa (293). |
|
(332) |
Għall-kuntrarju, kif spjegat fil-premessi (296) sa (304), il-funzjonijiet tal-fergħat Irlandiżi kif ippreżentati lill-Irish Revenue kkonsistew f'funzjonijiet li għalihom l-użu ta' dawk il-liċenzji kien kruċjali u kienu jeżistu indikazzjonijiet li dawk il-fergħat iwettqu funzjonijiet relatati mal-IP li kienu kruċjali fil-bini ta' għarfien u ta' rikonoxximent tad-ditta fir-reġjun EMEIA. |
|
(333) |
Minħabba l-kapaċità limitata tal-uffiċċji prinċipali sabiex jikkontrollaw kwalunkwe riskju meta mqabbla mal-kamp ta' applikazzjoni tal-attivitajiet tal-fergħat Irlandiżi rispettivi tagħhom, l-għażla tal-fergħat Irlandiżi bħala l-parti ttestjata u anqas kumplessa għat-tranżazzjoni tirriżulta fi profitt taxxabbli annwali għal ASI u għal AOE fl-Irlanda li jitbiegħed minn approssimazzjoni affidabbli ta' eżitu bbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament. Konsegwentement, l-aċċettazzjoni mill-Irish Revenue tal-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt fuq il-bażi ta' dik l-għażla tbaxxi l-obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva annwali Irlandiża ta' ASI u ta' AOE meta mqabblin ma' kumpaniji mhux integrati li l-profitt taxxabbli tagħhom jirrifletti l-prezzijiet iddeterminati fis-suq f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. Għal dik ir-raġuni, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati għandhom jitqiesu li jagħtu vantaġġ selettiv lil ASI u lil AOE għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
(b) Għażla inadatta tal-indikatur tal-livell ta' profitt
|
(334) |
Anki li kieku l-fergħat Irlandiżi tqiesu kif xieraq li huma l-“anqas funzjoni kumplessa” u b'hekk kieku ntgħażlu kif xieraq bħala l-parti ttestjata għall-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt unilaterali approvati mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, xi ħaġa li l-Kummissjoni tikkontesta, l-indikaturi tal-livell tal-profitt magħżulin għal dawk il-metodi ma jirriżultawx f'approprjazzjoni affidabbli ta' eżitu bbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament. |
|
(335) |
L-indikatur tal-livell tal-profitt magħżul għall-applikazzjoni tal-metodu ta' prezzar ta' trasferiment unilaterali, bħat-TNMM, suppost li jirrifletti l-funzjonijiet imwettqin mill-parti ttestjata fit-tranżazzjoni kkontrollata, li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jaċċettaw li hija l-fergħat Irlandiżi. L-indikatur tal-livell tal-profitt propost minn Apple u approvat mill-Irish Revenue kemm fid-deċiżjonijiet tat-taxxa tal-1991 kif ukoll tal-2007 għad-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli ta' ASI u ta' AOE għall-funzjonijiet li jwettqu huwa l-ispejjeż operatorji, li għal AOE ġew kombinati ma' perċentwal tal-fatturat wara d-deċiżjoni tal-2007. Billi ż-żewġ fergħat iwettqu funzjonijiet differenti, il-Kummissjoni se tanalizza l-funzjonijiet ta' kull fergħa b'mod separat sabiex tikkonkludi jekk l-għażla tal-ispejjeż operatorji bħala indikatur tal-livell tal-profitt kinitx xierqa f'kull każ. |
|
(336) |
Il-fergħa Irlandiża ta' ASI ġiet ippreżentata minn Apple lill-Irish Revenue bħala waħda li twettaq primarjament attivitajiet ta' akkwist, ta' bejgħ u ta' distribuzzjoni. L-għażla tal-ispejjeż operatorji bħala indikatur tal-livell tal-profitt ġeneralment tkun assoċjata ma' distributuri b'riskju baxx (265). Madankollu, għar-raġunijiet stabbiliti fil-premessi (337), (338) u (339), il-fergħa Irlandiża ta' ASI ma tistax titqies li hija distributur b'riskju baxx. |
|
(337) |
L-ewwel nett, ASI ġġarrab riskju għall-fatturat, li fl-2014 kien ilaħħaq mas-USD [67,5-68] biljun. Billi l-uffiċċju prinċipali ta' ASI ma għandux preżenza fiżika jew impjegati u, għalhekk, ma jistax iġorr xi riskju tal-prodotti, irid jiġi assunt li hija l-fergħa Irlandiża ta' ASI li ġġarrab ir-riskji inkwistjoni. L-użu tal-ispiża operatorja bħala indikatur tal-livell tal-profitt ma jirriflettix dak ir-riskju, billi l-ispiża operatorja tal-fergħa Irlandiża ta' ASI baqgħet relattivament stabbli tul il-perjodu li matulu kienu fis-seħħ id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati. Għall-kuntrarju, il-bejgħ ta' ASI żdied b'mod sostanzjali tul dak l-istess perjodu. Din id-dekorrelazzjoni bejn l-ispiża operatorja u l-bejgħ tixħet f'dubju l-idoneità tal-ispiża operatorja bħala indikatur tal-livell tal-profitt għad-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli ta' ASI (266). |
|
(338) |
It-tieni, ASI tipprovdi garanziji għall-oġġetti kollha mibjugħin madwar ir-reġjun EMEIA. Dawk il-garanziji jikkostitwixxu l-aktar obbligazzjoni sinifikanti fit-trasferiment tal-assi u tal-obbligazzjonijiet minn ASI lil ADI b'rabta ma' dak ir-reġjun (267). Billi l-uffiċċju prinċipali ta' ASI ma għandux preżenza fiżika jew impjegati u, għalhekk, ma jistax iġarrab xi riskju tal-prodotti, il-fergħa Irlandiża ta' ASI trid titqies li hija d-detentur ta' dik l-obbligazzjoni. Madankollu, l-għażla tal-ispiża operatorja bħala indikatur tal-livell tal-profitt ma tirriflettix dak il-livell ta' riskju billi, kif spjegat fil-premessa (336), l-użu tal-ispiża operatorja bħala indikatur tal-livell tal-profitt ġeneralment ikun assoċjat ma' distributuri b'riskju baxx (268). |
|
(339) |
It-tielet, ASI sistematikament tibbaża fuq kuntratturi terzi (269) sabiex twettaq il-funzjoni ta' distribuzzjoni tagħha. Tabilħaqq, il-fatturat iġġenerat minn ASI huwa msawwar fil-parti l-kbira tiegħu minn oġġetti li qatt ma kienu fiżikament fl-Irlanda. Ir-riskju mġarrab fir-rigward tal-prodotti li mhumiex fl-Irlanda jkun kopert aħjar fil-bejgħ totali milli fl-ispiża operatorja, għaliex għad li l-pagamenti għal servizzi esternalizzati jistgħu jkunu riflessi fl-ispiża operatorja tal-fergħa, dan l-ammont ikun jinkludi remunerazzjoni għall-parti terza fil-forniment tas-servizzi u ma jirriflettix l-kostijiet iġġenerati mill-attivitajiet bħala tali. Madankollu, il-grad ta' dettall disponibbli fuq l-ispiża operatorja ta' ASI mhuwiex biżżejjed sabiex jidentifika l-komponenti tal-ispiża operatorja, bħall-pagament għal kostijiet esternalizzati u l-kostijiet tal-persunal (270). |
|
(340) |
Għar-raġunijiet stipulati fil-premessi (337), (338) u (339), l-għażla tal-ispejjeż operatorji bħala indikatur tal-livell tal-profitt, minflok il-bejgħ, ma tirriflettix kif suppost ir-riskji mġarrbin u l-attivitajiet sinifikanti mwettqin mill-fergħa Irlandiża ta' ASI. Dawk ir-raġunijiet huma validi bl-istess mod għall-użu tal-proporzjon Berry fiż-żewġ rapporti ad hoc imħejjin minn PwC u minn [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple]. Il-proporzjon Berry jintuża wkoll bħala proporzjon finanzjarju sabiex tiġi stmata r-remunerazzjoni f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta għal distributuri b'riskju limitat (271). Il-proporzjon Berry jirrappreżenta redditu fuq il-funzjonijiet ta' valur miżjud ta' kumpanija u jassumi li dawk il-funzjonijiet huma koperti fl-ispejjeż operatorji tagħha. Billi d-denominatur użat fil-proporzjon Berry huwa l-ispiża operatorja, l-użu tal-ispiża operatorja fl-applikazzjoni tat-TNMM u l-użu tal-proporzjon Berry, fil-prattika, ma huma xejn ħlief differenza ta' preżentazzjoni. Il-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP xorta waħda jiddeskrivu xenarji li fihom il-proporzjon Berry jista' jkun siewi, iżda dawk ix-xenarji huma differenti mix-xenarji li fihom topera ASI (272). |
|
(341) |
Bħala konklużjoni, la l-għażla tal-ispiża operatorja bħala indikatur tal-livell tal-profitt fid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, u lanqas l-użu tal-proporzjon Berry fir-rapporti ad hoc, ma huma xierqa sabiex tiġi ddeterminata remunerazzjoni f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta għall-funzjonijiet imwettqin mill-fergħa Irlandiża ta' ASI. L-għażla tal-ispiża operatorja bħala indikatur tal-livell tal-profitt minflok il-bejgħ tbaxxi b'mod inadatt il-profitt taxxabbli annwali ta' ASI fl-Irlanda, billi l-bejgħ huwa indikatur tal-livell tal-profitt usa' mill-ispiża operatorja u, fil-każ ta' ASI, il-bejgħ żdied b'mod sostanzjali matul il-perjodu li matulu kienu fis-seħħ id-deċiżjonijiet ikkontestati, filwaqt li l-ispiża operatorja ta' ASI baqgħet relattivament stabbli (273). B'mod partikolari, tirriżulta f'bażi taxxabbli baxxa ħafna u stabbli għall-fergħa Irlandiża ta' ASI (274), li ma tirriflettix kif suppost ir-riskji assunti minn dik il-fergħa, kif deskritt fil-premessi (337), (338) u (339). Għaldaqstant, dik l-għażla tirriżulta f'remunerazzjoni baxxa għal dik il-fergħa milli għal kumpanija indipendenti li l-profitt taxxabbli tagħha jirrifletti prezzijiet iddeterminati fis-suq negozjati f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. Ma hemmx tħassib simili meta l-bejgħ jintuża bħala indikatur tal-livell tal-profitt għad-determinazzjoni tar-remunerazzjoni għall-funzjonijiet imwettqin mill-fergħa Irlandiża ta' ASI. |
|
(342) |
Il-fatt li l-għażla tal-ispiża operatorja bħala indikatur tal-livell tal-profitt għal kumpanija li twettaq attivitajiet ta' akkwist, ta' bejgħ u ta' distribuzzjoni tista' ma tirriżultax f'approssimazzjoni affidabbli ta' eżitu bbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament huwa appoġġat ulterjorment mill-gwida pprovduta mil-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP. Dawk il-Linji Gwida jissuġġerixxu remunerazzjoni bbażata fuq il-bejgħ milli fuq spiża operatorja għal kumpaniji li jwettqu funzjonijiet bħal dawn (275). Tħassib simili huwa indirizzat ukoll fil-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP rigward l-użu tal-proporzjon Berry (276). L-għażla possibbli tal-kostijiet totali bħala indikatur tal-livell tal-profitt, li huma bażi usa' mill-ispiża operatorja (277), xorta waħda qatt ma ġiet ikkunsidrata għall-fergħa Irlandiża ta' ASI u dik l-għażla kienet iżżid ukoll il-profitt taxxabbli annwali ta' ASI fl-Irlanda. |
|
(343) |
Rigward AOE, Apple ppreżentat il-fergħa Irlandiża tagħha lill-Irish Revenue bħala waħda responsabbli għall-manifattura u għall-assemblaġġ ta' firxa speċjalizzata ta' prodotti tal-kompjuter. AOE hija s-sid tal-inventarji (278) u jidher li għandha kontroll u ġġarrab ir-riskju għal tal-inqas parti mill-kostijiet relatati ma' dawk l-inventarji (279). Billi l-uffiċċju prinċipali tagħha mhuwiex f'pożizzjoni li jġarrab b'mod effettiv dak ir-riskju fin-nuqqas ta' preżenza fiżika jew ta' impjegati li jistgħu jikkontrollaw dak ir-riskju, il-fergħa Irlandiża ta' AOE għandha titqies li ġġarrab ir-riskju sħiħ tal-inventarji. F'dawn iċ-ċirkustanzi, indikatur tal-livell tal-profitt li jinkludi l-kostijiet totali huwa aktar xieraq minn spejjeż operatorji għal kumpanija tal-manifattura bħal AOE. Il-kostijiet totali huma bażi usa' mill-ispiża operatorja, billi din tal-aħħar teskludi kostijiet relatati ma' materja prima, filwaqt li l-kostijiet totali jinkludu l-komponent varjabbli ewlieni tal-kostijiet, li fil-prinċipju huma kostijiet tal-oġġetti mibjugħin għal kumpanija tal-manifattura bħal AOE. F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni tosserva li kemm ir-rapport ad hoc ta' PwC kif ukoll dak ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] jipproponu valwazzjoni pożittiva fuq il-kostijiet totali bħala indikatur tal-livell tal-profitt (280). |
|
(344) |
Billi taċċetta metodu tal-allokazzjoni tal-profitt bi spiża operatorja u mhux b'kostijiet totali bħala indikatur tal-livell tal-profitt, l-Irish Revenue tat vantaġġ selettiv lil AOE meta mqabbla ma' kumpaniji mhux integrati li l-profitt taxxabbli tagħhom jirrifletti l-prezzijiet determinati fis-suq negozjati f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. L-esklużjoni ta' ċerti kostijiet, bħall-kost tal-oġġetti mibjugħin, mill-indikatur tal-livell tal-profitt li ġie approvat mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati għall-fergħa Irlandiża ta' AOE, tbaxxi b'mod inadatt il-profitt taxxabbli annwali ta' dik il-kumpanija fl-Irlanda, billi l-kostijiet totali huma indikatur tal-livell tal-profitt usa' minn spiża operatorja u, b'hekk, tista' tbaxxi l-obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva Irlandiża tagħha. |
|
(345) |
Bħala konklużjoni, l-aċċettazzjoni mill-Irish Revenue tal-ispiża operatorja bħala indikatur tal-livell tal-profitt fil-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, minflok il-bejgħ għall-fergħa Irlandiża ta' ASI u l-kostijiet totali għall-fergħa Irlandiża ta' AOE, tbaxxi b'mod inadatt il-profitt taxxabbli annwali taż-żewġ kumpaniji fl-Irlanda meta mqabbla ma' kumpaniji mhux integrati li l-profitt taxxabbli tagħhom jirrifletti prezzijiet determinati fis-suq negozjati f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. Għalhekk, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati għandhom jitqiesu li jagħtu vantaġġ selettiv lil ASI u lil AOE għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
(c) Il-livelli ta' redditu aċċettati huma baxxi wisq
|
(346) |
Fid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, l-Irish Revenue aċċettat livelli differenti ta' redditu għall-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE. Fir-rigward ta' ASI, id-deċiżjoni tal-1991 taċċetta marġni ta' 12,5 % fuq l-ispiża operatorja tal-fergħa, filwaqt li d-deċiżjoni tal-2007 taċċetta marġni ta' [10-15] %. Fir-rigward ta' AOE, id-deċiżjoni tal-1991 taċċetta marġni ta' 65 % fuq l-ispiża operatorja tal-fergħa sa USD [60-70] miljun u marġni ta' 20 % fuq dak l-ammont, filwaqt li d-deċiżjoni tal-2007 taċċetta marġni ta' [10-15] % fuq l-ispiża operatorja tal-fergħa b'redditu mill-IP ta' [1-5] % tal-fatturat tal-fergħa fir-rigward tat-“teknoloġija akkumulata tal-proċess tal-manifattura” (281) tal-fergħa Irlandiża. Billi Apple ma ħejjiet ebda rapport dwar l-allokazzjoni tal-profitt meta talbet id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, ma teżisti ebda spjegazzjoni kontemporanja sabiex tissostanzja l-għażla ta' dawk il-livelli ta' redditu fl-1991 u fl-2007. |
|
(347) |
Fir-rigward tad-deċiżjoni tal-1991, is-sistema ta' limitu maqbula għal AOE ta' 65 % tal-ispiża operatorja, li tonqos għal 20 % f'livelli ogħla minn USD [60-70] miljun, tidher li nkisbet permezz ta' negozjati u li kienet tiddependi minn kunsiderazzjonijiet relatati mal-impjiegi, kif muri mis-siltiet riprodotti fit-Taqsima 2.2.3 u b'mod partikolari r-referenza għall-ħtieġa “li ma tkunx ipprojbita l-espansjoni tal-operazzjonijiet fl-Irlanda” f'dawk is-siltiet (282). F'dan ir-rigward, il-Qorti ddikjarat li jekk amministrazzjoni tat-taxxa jkollha diskrezzjoni wiesgħa sabiex tiddetermina l-benefiċjarji jew il-kondizzjonijiet li fihom jingħata ħelsien mit-taxxa fuq il-bażi ta' kriterji mhux relatati mas-sistema tat-taxxa, bħal kunsiderazzjonijiet relatati mal-impjiegi, l-eżerċizzju ta' dik id-diskrezzjoni jrid jitqies bħala wieħed li jwassal għal vantaġġ selettiv. |
|
(348) |
Il-Kummissjoni ma taqbilx mal-interpretazzjoni tal-Irlanda ta' dik ir-referenza (283), li skont din ma tkunx xi ħaġa mhux raġonevoli għal manifattur b'kuntratt li jaċċetta valwazzjoni pożittiva anqas fuq il-kostijiet tiegħu wara li jkun ġie kkumpensat b'mod ġeneruż. L-objettiv ta' attur ekonomiku razzjonali huwa li jimmassimizza l-profitti fid-dawl ta' livell ta' riskju u attur ekonomiku razzjonali ma jaċċettax redditi inferjuri u jitlef profitti għaliex irċieva redditi suffiċjenti b'xi mod ieħor. Il-Kummissjoni lanqas ma tara mertu fil-qari proposti minn Apple ta' dik ir-referenza (284), li, skont Apple, għandha tinftiehem fid-dawl tal-fatt li l-investiment fiss inkrimentali neċessarju għall-espansjoni aktarx li ma jkunx kbir daqs l-investimenti fissi inizjali (285). B'mod partikolari, l-argument ta' Apple, ippreżentat fl-istudju ad hoc imħejji minn [it-tieni konsulent ta' Apple] (286), li l-profitti li jiġu mill-effiċjenzi għandhom jiġu ntaxxati anqas, ma jistax jiġi aċċettat. Skont dak ir-rapport, perċentwal anqas ta' tassazzjoni fuq il-profitti lil hinn minn limitu jirrifletti l-ekonomiji ta' skala sottostanti. Madankollu, il-Kummissjoni ma tista' ssib ebda raġuni ekonomika għaliex kumpanija għandha taċċetta profitti anqas meta ġġarrab kostijiet inferjuri. B'mod simili, tnaqqis fit-tassazzjoni fil-każ ta' kumpaniji kbar li jibbenefikaw minn ekonomiji ta' skala jmur kontra l-loġika tas-sistema fiskali. B'mod aktar speċifiku, li kieku l-profitt iġġenerat minn ekonomiji ta' skala kellu jiġi ntaxxat anqas minn profitt iġġenerat minn negozji żgħar, kumpaniji kbar jibbenefikaw minn vantaġġ doppju: kumpaniji kbar li huma aktar effiċjenti mill-kumpaniji iżgħar minnhom jibbenefikaw mill-ġenerazzjoni ta' profitti akbar u, billi t-tassazzjoni tinkiseb bħala perċentwal tal-profitti, mill-fatt li jkunu soġġetti għal rata orħos tat-taxxa fuq dak il-profitt. Vantaġġ addizzjonali bħal dan imur kontra l-loġika tas-sistema fiskali, li hija li jiġi ntaxxat il-profitt tal-kumpaniji kollha soġġetti għat-tassazzjoni fl-Irlanda, indipendentement mid-daqs u mill-pożizzjoni fis-suq tagħhom. Finalment, jista' jkun konformi mal-loġika kummerċjali li jiġi aċċettat marġni ta' profitt inferjuri għal kull unità ta' oġġetti mibjugħa meta tiżdied il-kwantità mibjugħa lil klijent speċifiku. Madankollu, dan mhux bilfors li jikkorrispondi għal anqas profitti fir-rigward tal-kont ta' dak il-klijent, billi fil-prinċipju l-marġini ta' profitt imnaqqsin għal kull unità jistgħu jiġu kkumpensati bil-kbir mill-volumi akbar mibjugħin lil dan il-klijent. L-Irlanda ma għandha ebda indikazzjoni dwar strateġija ta' prezzar sottostanti minn Apple li tkun tikkorrispondi għal xejra ta' profittabilità simili. Inċentivi simili għal rifużjonijiet fuq ir-rati effettivi ta' tassazzjoni mmirati sabiex jattiraw aktar attività u impjiegi xorta waħda mhumiex fil-loġika tas-sistema fiskali. |
|
(349) |
Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni tista' taċċetta l-ispjegazzjonijiet tal-Irlanda (287) u ta' Apple (288) rigward il-provvediment ta' kapital maqbul fid-deċiżjoni tal-1991 li fuqhom il-Kummissjoni kienet esprimiet dubji fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ. Fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ, il-Kummissjoni qieset il-qbil tal-Irish Revenue li l-ammont ta' provvedimenti ta' kapital jiġi ristrett għal USD [1-10] miljun aktar mis-somma mitluba għad-deprezzament fil-kontijiet bħala wieħed mhux sostanzjat minn xi metodu jew iġġustifikat minn xi nefqa attwali, iżda minflok jidher li huwa r-riżultat tan-negozjati. L-Irlanda u Apple argumentaw li, fuq dak il-punt, id-deċiżjoni tal-1991 tillimita tnaqqisa tat-taxxa. B'mod partikolari, l-Irlanda spjegat li ASI u AOE kienu qed japplikaw limitu annwali minn jeddhom fuq il-prelevament tagħhom ta' provvedimenti kapitali, għad li ASI u AOE kienu jkunu intitolati jagħmlu pretensjonijiet ogħla għal dawk il-provvedimenti fuq numru iżgħar ta' snin (289), u għalhekk dan l-element tad-deċiżjoni ma jidhirx li jiffavorixxi b'mod selettiv lil dawk il-kumpaniji meta vvalutati b'mod individwali u b'mod separat minn elementi oħrajn tad-deċiżjoni. |
|
(350) |
Rigward id-deċiżjoni tal-2007, raġunament ex post jingħata fir-rapporti ad hoc imħejjin minn PwC u minn [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] għal-livelli ta' redditu maqbulin għall-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE. Iż-żewġ rapporti huma bbażati fuq studju tal-komparabilità, iżda filwaqt li r-rapport ta' PwC jippreżenta l-kumpaniji kollha li l-konsulent tat-taxxa qies bħala komparabbli għall-istima ta' redditu allegat f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta għaż-żewġ fergħat, ir-rapport ad hoc ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] ma jiddivulgax il-komparabbli użati. Ir-rapport ad hoc ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] jindika problemi ta' komparabilità, b'mod partikolari differenzi materjali f'dak ir-rapport (290), iżda xorta waħda jipproċedi b'tiftixa f'database ta' komparabbli. |
|
(351) |
Bħala kwistjoni preliminari, il-Kummissjoni tqis l-użu ta' studju ta' komparabilità, li huwa bbażat fuq tiftixa f'database ta' komparabbli, li mezz inadatt għall-istima ta' profitt f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta għall-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE. Sabiex studju bħal dan jipproduċi approssimazzjoni affidabbli ta' eżitu bbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament, il-prodotti mibjugħin mill-partijiet terzi inklużi fl-istudju ta' komparabilità jridu jkunu komparabbli mal-oġġetti mibjugħin minn ASI u l-oġġetti mmanifatturati minn AOE. Madankollu, il-kriterji ta' eliminazzjoni użati minn PwC u minn [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] għall-għażla tal-komparabbli ma jinkludux xi kunsiderazzjoni tal-fatt li Apple tbigħ oġġetti tad-ditta ta' kwalità għolja u tqiegħed il-prodotti tagħha fis-suq bħala tali, filwaqt li l-kumpaniji magħżulin jistgħu jippożizzjonaw irwieħhom fis-suq b'mod differenti. Redditu f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta għal distributur bħal ASI ma jistax jiġi vvalutat fin-nuqqas ta' kunsiderazzjoni bħal din, speċjalment billi ASI hija responsabbli għal garanziji fuq il-prodotti mibjugħin, kif spjegat fil-premessa (338), li fil-każ ta' oġġetti tad-ditta ta' kwalità jippreżentaw riskju mhux negliġibbli (291), u ASI ġġarrab riskju konsiderevoli għal oġġetti ta' kwalità għolja li ma jkunux preżenti fiżikament fil-fergħa Irlandiża, kif spjegat fil-premessa (339), li fil-prinċipju mhuwiex il-każ tal-komparabbli magħżulin. Barra minn hekk, differenza sinifikanti bejn l-intensità tal-ispejjeż varjabbli tista' tkun intopp għall-komparabilità billi l-kostijiet operatorji ta' ASI jirrappreżentaw frazzjoni limitata ħafna mill-bejgħ tagħha. |
|
(352) |
Fid-dawl ta' dan it-tħassib ġenerali dwar l-użu ta' studju ta' komparabilità f'dan il-każ, il-Kummissjoni ssemmi b'mod partikolari l-fatt li tal-anqas tlieta mit-52 kumpanija magħżulin minn PwC bħala komparabbli huma f'likwidazzjoni (292). Fil-prinċipju, kumpaniji li ma għandhomx mudell kummerċjali sostenibbli ma jistgħux jikkostitwixxu komparaturi affidabbli meta jiġi stabbilit livell xieraq ta' remunerazzjoni. Billi l-istatus ta' likwidazzjoni ta' sehem sinifikanti tal-kampjun juri li s-sostenibbiltà tal-mudell kummerċjali ma kienx fattur ikkunsidrat biżżejjed fl-għażla, ma tistax tiġi stabbilita r-rappreżentattività tal-komparabbli ġenerali. |
|
(353) |
Minkejja dan it-tħassib ġenerali u speċifiku dwar l-istudji ta' komparabilità mwettqin fir-rapporti ad hoc, il-Kummissjoni eżaminat, għall-fini ta' kompletezza, xi jkun livell xieraq ta' redditu għal ASI jekk jintuża l-bejgħ u għal AOE jekk jintużaw il-kostijiet totali, minflok l-ispiża operatorja, bħala indikatur tal-livell tal-profitt. Il-Kummissjoni tfakkar li ma tagħmilx din l-analiżi sabiex tiddetermina remunerazzjoni f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta għall-funzjonijiet imwettqin mill-fergħat Irlandiżi (293), iżda sabiex turi li, anki jekk l-Irish Revenue kellha raġun meta aċċettat is-suppożizzjoni mhux sostanzjata li l-liċenzji tal-IP ta' Apple miżmumin minn ASI u minn AOE għandhom jiġu allokati barra mill-Irlanda, xi ħaġa li l-Kummissjoni tikkontesta, l-għażla inadatta tal-ispiża operatorja u l-livelli baxxi b'mod inadatt ta' redditu aċċettati mill-Irish Revenue fl-applikazzjoni tal-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt unilaterali approvati mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jirriżultaw fi profitt taxxabbli annwali għal ASI u għal AOE fl-Irlanda li xorta waħda jitbiegħed minn approssimazzjoni kredibbli ta' eżitu bbażat fuq is-suq għall-fergħat Irlandiżi rispettivi tagħhom. |
|
(354) |
Fir-rigward ta' ASI, fil-Figura 13 hija ppreżentata analiżi ta' redditu medjan fuq il-bejgħ (294) tul l-istess perjodu tal-analiżi mwettqa minn PwC bl-użu tal-istess komparabbli. Figura 13 Valwazzjoni pożittiva tal-profitt operatorju fuq il-fatturat tat-52 kumpanija magħżulin minn PwC
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(355) |
Billi tuża l-komparabbli magħżulin minn PwC bil-fergħa Irlandiża ta' ASI bħala l-parti ttestjata u l-bejgħ bħala indikatur tal-livell tal-profitt, l-analiżi fil-Figura 13 tirriżulta f'redditu medjan fuq il-bejgħ ta' 3 % b'medda interkwartili (295) ta' 1,3 % sa 4,5 %. Fuq il-bażi tal-informazzjoni finanzjarja fit-Table 1 ta' din id-Deċiżjoni u fuq l-informazzjoni pprovduta fil-premessa (105) fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa, l-introjtu operatorju tal-fergħa Irlandiża ta' ASI ntaxxat bir-rata tat-taxxa korporattiva standard Irlandiża ta' 12,5 % kien ta' madwar USD [40-50] miljun fl-2012, li jirrappreżenta madwar [0,0-0,5] % tal-fatturat tal-2012 ta' ASI. Dak l-ammont huwa kważi 20 darba anqas mill-ammont li kien jirriżulta mill-applikazzjoni tal-wieħed minn erbgħa inferjuri tal-analiżi fil-Figura 13, li huwa bbażat fuq l-analiżi tal-komparabilità kkoreġuta ta' PwC. |
|
(356) |
Bħala konklużjoni, anki jekk l-Irish Revenue kellha raġun li taċċetta metodu tal-allokazzjoni tal-profitt bbażat fuq metodu tal-allokazzjoni tal-profitt unilaterali bil-fergħa Irlandiża ta' ASI magħżula bħala l-parti ttestjata, xi ħaġa li l-Kummissjoni tikkontesta, il-profitt taxxabbli għal ASI fl-Irlanda li jirriżulta minn applikazzjoni tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jitbiegħed minn approssimazzjoni affidabbli ta' eżitu bbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament. Dak it-tbegħid iwassal għal tnaqqis sinifikanti tal-obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva ta' ASI fl-Irlanda meta mqabbla ma' kumpaniji mhux integrati li l-profitt taxxabbli tagħhom jirrifletti prezzijiet determinati fis-suq negozjati f'kundizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. Għalhekk, dawk id-deċiżjonijiet għandhom jitqiesu li jagħtu vantaġġ selettiv lil ASI għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
|
(357) |
Fir-rigward ta' AOE, il-profitt taxxabbli għal dik il-kumpanija fl-2012 jikkorrispondi għal madwar [1-5] % tal-kostijiet totali. Dak il-perċentwal jaqa' mal-medda inkerkwartili ppreżentata fir-rapporti ad hoc ta' PwC u ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] u huwa qrib il-25 perċentil, li huwa kkunsidrat mill-konsulent tat-taxxa bħala wieħed li jikkostitwixxi l-lat inferjuri ta' medda f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. Skont [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple], għall-perjodu 2009 sal-2011 (296), il-valwazzjoni pożittiva tal-wieħed minn erbgħa inferjuri fuq il-kostijiet totali jkun ta' [4,5-5,0] % (b'medjan ta' [5-10] %) u, skont PwC, għall-perjodu 2007-2011 (297), ikun ta' [3,0-3,5] % (b'medjan ta' [5-10] %). |
|
(358) |
Madankollu, il-komparabilità ta' kull kumpanija mal-fergħa Irlandiża ta' AOE fir-rapport ad hoc ta' PwC hija stabbilita fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli minn database kummerċjali biss u ma hemm ebda ġustifikazzjoni f'dak ir-rapport dwar għaliex, fin-nuqqas ta' analiżi dettaljata tal-komparabilità tal-istruttura tan-negozju u tal-kostijiet ta' kull kumpanija, il-25 perċentil huwa aċċettat bħala l-lat inferjuri tal-medda minflok ma tintalab medda aktar ristretta sabiex jiġi indirizzat it-tħassib dwar il-komparabilità (298). |
|
(359) |
Barra minn hekk, l-eżitu tar-rapport ad hoc ta' PwC hija bbażata fuq tqabbil mal-kumpaniji tal-manifattura biss, filwaqt li r-rapport jiddikjara li l-fergħa Irlandiża ta' AOE tipprovdi wkoll servizzi kondiviżi lil kumpaniji oħrajn tal-grupp Apple fir-reġjun EMEIA, bħal attivitajiet tal-finanzi (servizzi kontabilistiċi, tal-pagi u tal-pagabbli tal-kontijiet), tas-sistemi ta' informazzjoni u tat-teknoloġija u tar-riżorsi umani (299). L-ebda waħda minn dawk il-funzjonijiet ma hija kkalkolata fl-analiżi tar-rapport ad hoc ta' PwC u, għalhekk, dak ir-rapport ma jistax jintuża biex jiġi ġġustifikat ex post li r-remunerazzjoni ta' dawk il-funzjonijiet kienet f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. |
(d) Konklużjoni dwar l-applikazzjoni żbaljata tal-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt unilaterali fid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati
|
(360) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni tqis li anki jekk l-Irish Revenue kellha raġun li taċċetta s-suppożizzjoni mhux sostanzjata li l-liċenzji tal-IP ta' Apple miżmumin minn ASI u minn AOE għandhom jiġu allokati barra mill-Irlanda, xi ħaġa li l-Kummissjoni tikkontesta (300), il-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati fid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati xorta jipproduċu eżitu li jitbiegħed minn approssimazzjoni affidabbli ta' eżitu bbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament. Dawk id-deċiżjonijiet japprovaw remunerazzjoni tat-taxxa li l-fergħat Irlandiżi ma kinux jaċċettaw, mill-perspettiva tal-profittabilità tagħhom stess, li kieku kienu kumpaniji separati u indipendenti involuti fl-istess attivitajiet jew f'attivitajiet simili fl-istess kondizzjonijiet jew f'kondizzjonijiet simili. Billi dawk il-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt jbaxxu l-obbligazzjoni ta' taxxa ta' ASI u ta' AOE skont ir-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv fl-Irlanda meta mqabblin ma' kumpaniji mhux integrati li l-profitt taxxabbli tagħhom skont dik is-sistema huwa stabbilit bi prezzijiet negozjati f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta fis-suq, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, billi approvaw dawk il-metodi, jagħtu vantaġġ selettiv lil ASI u lil AOE għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
8.2.2.4. Konklużjoni dwar l-eżistenza ta' vantaġġ selettiv li rriżulta minn deroga mir-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv fl-Irlanda
|
(361) |
Skont iż-żewġ linji ta' raġunar, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jirriżultaw fi tbaxxija tal-obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva ta' ASI u ta' AOE skont ir-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv fl-Irlanda meta mqabblin ma' kumpaniji mhux integrati li l-profitt taxxabbli tagħhom jirrifletti prezzijiet determinati fis-suq negozjati f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li dawk id-deċiżjonijiet jagħtu vantaġġ selettiv lil ASI u lil AOE għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
|
(362) |
Dik il-konklużjoni hija kkonfermata wkoll minn żewġ fatturi oħrajn, li jissuġġerixxu li l-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati ma jipproduċux eżitu li jirriżulta f'approssimazzjoni affidabbli ta' eżitu bbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament. |
|
(363) |
L-ewwel nett, kif osservat fil-premessa (262), id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati nħarġu fin-nuqqas ta' rapport dwar l-allokazzjoni tal-profitt. Kif spjegat fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ, il-fatt li fiż-żmien li fih ingħataw id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, Apple ma kienet issottomettiet ebda rapport dwar l-allokazzjoni tal-profitt sabiex issostni l-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt li pproponiet lill-Irish Revenue, għandu tendenza li jindika li l-metodi approvati minn dawk id-deċiżjonijiet ma jipproduċux eżitu li jirriżulta f'approssimazzjoni affidabbli ta' eżitu bbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament. |
|
(364) |
It-tieni, id-deċiżjoni tal-1991 kienet waħda miftuħa mingħajr ebda klawsola ta' reviżjoni u effettivament applikat għal 15-il sena, sakemm inħarġet id-deċiżjoni tal-2007. Id-deċiżjoni tal-2007, li kellha klawsola ta' reviżjoni, ukoll kienet miftuħa u applikata, skont Apple, għal tmien snin, sakemm ġiet implimentata l-istruttura korporattiva l-ġdida ta' Apple fl-Irlanda. Ftehim bejn amministrazzjoni tat-taxxa u kontribwent li ma għandu ebda data ta' tmiem jagħmel it-tbassir tal-kondizzjonijiet futuri li fuqhom huwa bbażat dak il-ftehim anqas preċiż, u b'hekk jixħet dubju fuq l-affidabilità tal-metodu approvat mill-ftehim (301). Dan japplika a priori għal deċiżjoni miftuħa. |
|
(365) |
L-Irlanda targumenta li, minkejja d-durata tad-deċiżjoni tal-1991, id-dikjarazzjoni ta' kull sena kienet “eżerċizzju ġdid” u ma kienx ikun possibbli li tintuża l-bażi tal-attribuzzjoni tal-profitt tal-fergħa stabbilita fid-deċiżjoni “fejn it-tibdiliet fil-fatti u fiċ-ċirkustanzi jrendu dik il-bażi inaffidabbli” (302). Madankollu, mhuwiex ċar kif l-Irish Revenue setgħet tkun taf bi kwalunkwe tibdil fil-fatti u fiċ-ċirkustanzi. Apple setgħet sempliċiment tippreżenta d-dikjarazzjoni tat-taxxa annwali tagħha fuq il-bażi tad-deċiżjoni tal-1991, mingħajr ebda obbligu li tinforma lill-Irish Revenue dwar xi tibdil kbir (303). Tabilħaqq, għall-kuntrarju tad-deċiżjoni tal-2007, id-deċiżjoni tal-1991 ma fiha ebda klawsola ta' reviżjoni li tiddetermina li d-deċiżjoni mhijiex se tibqa' tapplika jekk ikun hemm tibdil kbir fin-natura tal-attivitajiet imwettqin. |
|
(366) |
Barra minn hekk, mhuwiex ċar liema tibdiliet kienu jiġġustifikaw is-sostituzzjoni tad-deċiżjoni tal-1991 mad-deċiżjoni tal-2007. Fil-prinċipju, Ftehim Avvanzat ta' Prezzar jibqa' validu diment li jkunu fis-seħħ is-suppożizzjonijiet kritiċi vvalidati fid-deċiżjoni (304). Id-deċiżjonijiet ikkontestati ma jidentifikawx is-suppożizzjonijiet kritiċi. Fl-2007, lanqas ma huwa ċar x'tibdil fis-suppożizzjonijiet kritiċi, jekk kien hemm, wasslu għat-talba għat-tibdiliet fil-ftehim tal-1991. |
|
(367) |
Rigward id-deċiżjoni tal-2007, huwa maqbul ukoll li jekk Apple tiddeċiedi li tirristruttura n-negozju tas-sussidjarji tagħha fl-Irlanda, billi żżid kumpaniji Irlandiżi ġodda mal-istruttura jew billi tgħaqqad kumpaniji eżistenti flimkien, il-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati fid-deċiżjoni tal-2007 ikomplu japplikaw għal kwalunkwe entità ġdida jew fuża diment li dawk il-kumpaniji “jibqgħu jwettqu ġeneralment l-istess tipi ta' negozju” bħal ASI u AOE. Filwaqt li huwa minnu li d-deċiżjoni tal-2007 fiha klawsola ta' reviżjoni li tistabbilixxi li d-deċiżjoni mhijiex se tkompli tapplika jekk ikun hemm tibdil kbir fin-natura tal-attivitajiet imwettqin, mhuwiex ċar x'jinvolvi tibdil kbir u dan ma ġiex spjegat mill-Irlanda, u lanqas ma ġie speċifikat aktar fid-deċiżjoni. Fuq il-bażi tad-deskrizzjoni limitata ħafna tal-attivitajiet tal-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE fid-deċiżjonijiet, diffiċli li jiġi stabbilit jekk bidla fil-funzjonijiet imwettqin jew ir-riskji mmaniġġati mill-fergħat Irlandiżi tikkwalifikax bħala bidla kbira. Billi milli jidher lanqas ristrutturar ta' negozju ma jikkwalifika bħala “bidla kbira fin-natura tal-attivitajiet”, jidher li Apple tista' tapplika t-trattament tat-taxxa favorevoli pprovdut mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati b'restrizzjonijiet limitati biss skont id-deċiżjoni tal-2007. |
|
(368) |
Anki li kieku l-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati kienu jikkorrispondu għal metodi li jipproduċu approssimazzjoni affidabbli ta' eżitu bbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament meta nħarġu, li ma għamlux, id-durata miftuħa ta' dawk id-deċiżjonijiet xorta waħda tixħet dubju dwar l-idoneità tal-allokazzjoni tal-profitt, fid-dawl tat-tibdiliet possibbli fl-ambjent ekonomiku u regolatorju fis-snin koperti mid-deċiżjonijiet (305). |
8.2.3. LINJA ALTERNATTIVA TA' RAĠUNAR: VANTAĠĠ SELETTIV SKONT IS-SISTEMA TA' REFERENZA LIMITATA TAT-TAQSIMA 25 TAT-TCA 97 BISS
8.2.3.1. Vantaġġ selettiv li jirriżulta minn deroga mit-Taqsima 25 tat-TCA 97 li twassal għal tnaqqis tal-bażi taxxabbli
|
(369) |
L-Irlanda u Apple jargumentaw li s-sistema ta' referenza xierqa għandha tkun it-Taqsima 25 tat-TCA 97 biss u li d-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli ta' ASI u ta' AOE kien konsistenti għalkollox mal-prattika amministrattiva normali skont dik id-dispożizzjoni (306). Kif spjegat fit-Taqsima 8.2.1.2 ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni ma tqisx li s-sistema ta' referenza f'dan il-każ hija ristretta għat-Taqsima 25 tat-TCA 97 biss, iżda li d-dispożizzjoni tagħmel parti integrali u neċessarja mis-sistema ta' referenza identifikata fit-Taqsima 8.2.1.1 — ir-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv fl-Irlanda — li għandha l-objettiv intrinsiku li tintaxxa l-profitt tal-kumpaniji kollha soġġetti għat-taxxa fl-Irlanda. |
|
(370) |
Mingħajr ħsara għal dik il-konklużjoni, il-Kummissjoni tqis, permezz ta' linja alternattiva ta' raġunar, li anki li kieku t-Taqsima 25 tat-TCA 97 biss kellha tikkostitwixxi s-sistema ta' referenza xierqa f'dan il-każ, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jagħtu vantaġġ selettiv lil ASI u lil AOE fil-forma ta' tnaqqis tal-profitt taxxabbli tagħhom li fuqu hija imposta t-taxxa korporattiva skont dik id-dispożizzjoni. |
|
(371) |
L-Irlanda tagħraf li t-Taqsima 25 tat-TCA 97 ma tipprovdix gwida dwar kif tiddetermina l-profitt taxxabbli ta' fergħa, kif tiddikjara wkoll Apple (307). Madankollu, l-Irlanda tiddikjara li l-applikazzjoni tat-Taqsima 25 tat-TCA 97 mhijiex irregolata mill-prinċipju ta' distakkament, iżda minflok teħtieġ li l-Irish Revenue teżerċita ġudizzju billi tqis il-fatti u ċ-ċirkustanzi partikolari ta' kull każ li jistgħu jinkludu “l-funzjonijiet imwettqin minn kwalunkwe fergħa, l-interess tagħha (jekk jeżisti) fl-assi tal-kumpanija, in-natura u l-livell ta' kwalunkwe riskju assunt mill-fergħa, u l-kontribuzzjoni ġenerali magħmula mill-fergħa għall-profitti tal-kumpanija” (308). Il-Kummissjoni tosserva li l-kriterji elenkati mill-Irlanda għad-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli ta' fergħa — il-funzjonijiet imwettqin, l-assi użati u r-riskji assunti mill-fergħa — huma essenzjalment l-istess kriterji stabbiliti fl-Artikolu 7(2) tal-Mudell ta' Konvenzjoni Fiskali tal-OECD għall-allokazzjoni tal-profitt lill-istabbiliment permanenti ta' kumpanija integrata mhux residenti (309). Fi kliem ieħor, l-Irlanda ma pproponietx, u l-Kummissjoni ma rnexxilhiex issib, xi standard oġġettiv ieħor apparti l-prinċipju ta' distakkament li jiżgura li t-Taqsima 25 tat-TCA 97 tiġi applikata b'mod konsistenti li jiżgura li l-kumpaniji mhux residenti integrati kollha jiġu ttrattati bl-istess mod skont dik id-dispożizzjoni. |
|
(372) |
Barra minn hekk, għad li l-Irlanda ma introduċietx b'mod formali l-prinċipju ta' distakkament fis-sistema ġuridika nazzjonali tagħha qabel l-Att Finanzjarju tal-2010, b'effett mill-1 ta' Jannar 2011, u dik il-leġiżlazzjoni teskludi arranġamenti li daħlu fihom fergħa u l-uffiċċju prinċipali mhux residenti tagħha (310), analiżi tal-prattika deċiżjonali tal-Irish Revenue dwar l-allokazzjoni tal-profitt lill-fergħat Irlandiżi tal-kumpaniji mhux residenti, għall-applikazzjoni sussegwenti tat-Taqsima 25 tat-TCA 97, turi li l-prinċipju ta' distakkament huwa l-bażi tal-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati mill-Irish Revenue f'numru ta' dawk id-deċiżjonijiet (311). |
|
(373) |
Pereżempju, fil-każ tal-Kumpanija [B] (312), issir referenza estensiva għall-prinċipju ta' distakkament fl-ittra mill-konsulent tat-taxxa tagħha lill-Irish Revenue. Il-Kumpanija [B] hija residenti tat-taxxa fi […], għandha fergħa Irlandiża u hija parti minn grupp korporattiv multinazzjonali […] [il-maġġoranza tal-kumpaniji elenkati fil-premessi (2) u (6) hija parti minn gruppi korporattivi multinazzjonali fl-Istati Uniti]. Għall-fini tal-allokazzjoni tal-profitt lill-fergħa, il-konsulent tat-taxxa tagħha jipproponi li l-uffiċċju prinċipali tal-Kumpanija [B] u l-fergħa Irlandiża tiegħu jitqiesu bħala żewġ entitajiet ġuridiċi separati li jinnegozjaw ma' xulxin f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta, b'riferiment għall-Mudell ta' Konvenzjoni Fiskali tal-OECD. Fir-rigward tal-prinċipju ta' distakkament, l-ittra tiddikjara li “għad li l-Irlanda ma għandha ebda trattat ta' taxxa doppja ma' […], il-Mudell tal-OECD jistabbilixxi l-linji gwida għall-kalkolu tal-profitti tal-fergħat li jistgħu jintużaw bħala punt ta' riferiment xieraq”. F'deċiżjoni mill-1998, l-Irish Revenue kkunsidrat l-użu tal-prinċipju ta' distakkament aċċettabbli għall-allokazzjoni tal-profitti lill-fergħa Irlandiża. |
|
(374) |
F'deċiżjoni tat-taxxa mill-2003 rigward il-Kumpanija [A] (313), l-Irish Revenue dwar allokazzjoni tal-profitt bejn dik il-kumpanija mhux residenti u l-fergħa Irlandiża tagħha fuq il-bażi tal-prinċipju ta' distakkament. Il-Kumpanija [A] hija inkorporata fi […], b'fergħat fil-ġurisdizzjonijiet ta' […], inkluża l-Irlanda, u hija parti minn grupp korporattiv multinazzjonali ta' […]. Fit-talba għad-deċiżjoni li tispjega s-sitwazzjoni tal-kumpanija, il-konsulent tat-taxxa jagħmel referenza għat-Taqsima 25 tat-TCA 97, billi jiddikjara li, qabel kollox, id-dispożizzjoni ma tagħti ebda gwida ulterjuri dwar kif għandu jiġi ddeterminat l-introjtu operatorju u, it-tieni, li siewi li wieħed iħares lejn l-approċċ meħud mill-Mudell ta' Konvenzjoni Fiskali tal-OECD u l-prinċipju ta' distakkament. Skont il-konsulent tat-taxxa, “l-approċċ adottat fil-Mudell tal-OECD huwa konsistenti mal-liġi domestika Irlandiża u, fil-fatt, huwa ftit aktar minn ridikjarazzjoni tal-pożizzjoni skont il-liġi domestika”, It-talba għal deċiżjoni tipproponi l-metodu ta' qsim tal-profitti, li bih 12,5 % tal-profitti kollha tal-Kumpanija [A] jiġu allokati lill-fergħa Irlandiża. Dak l-approċċ kien aċċettat mill-Irish Revenue u ntuża bħala bażi għall-allokazzjoni tal-profitti fil-każ tal-fergħa Irlandiża tal-Kumpanija [A]. |
|
(375) |
F'deċiżjoni tat-taxxa mill-2006 dwar il-Kumpanija [F] (314), l-Irish Revenue qablet dwar il-metodu propost minn dik il-kumpanija għall-allokazzjoni tal-profitt lill-fergħa Irlandiża futura tagħha. Il-Kumpanija [F] hija resident tat-taxxa fi […], għandha fergħa Irlandiża u hija parti minn grupp korporattiv multinazzjonali ta' […]. Bħala bażi għall-metodu tal-allokazzjoni tal-profitt propost mill-Kumpanija [F], il-konsulent tagħha uża l-prinċipju ta' distakkament tal-OECD li “jeħtieġ li essenzjalment il-profitt tal-fergħa jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-kunsiderazzjoni tal-fergħa bħala entità separata kemm jista' jkun mill-uffiċċju prinċipali tagħha u li kwalunkwe diskussjoni jew negozjar mill-fergħa mal-uffiċċju prinċipali għandhom jitqiesu bħala b'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta f'termini tad-determinazzjoni tal-profittabilità tal-fergħa”. |
|
(376) |
Finalment, f'deċiżjoni tat-taxxa dwar il-Kumpanija [M] (315), il-konsulent tat-taxxa jitlob il-qbl tal-awtoritajiet Irlandiżi dwar “allokazzjoni tal-profitti bejn l-HO [l-uffiċċju prinċipali] ta' [il-Kumpanija [M]] u l-fergħa Irlandiża [li] se jirrifletti l-fatt li r-riskji tal-Fergħa Irlandiża ser ikunu limitati […]”. It-talba tiċċara wkoll li “l-Fergħa Irlandiża se topera bħala manifattur toll għall-HO [l-uffiċċju prinċipali] ta' [il-Kumpanija [M]] […], billi tirċievi remunerazzjoni f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta”. |
|
(377) |
Konsegwentement, għad li l-prinċipju ta' distakkament ma kienx stabbilit b'mod espliċitu fil-leġiżlazzjoni Irlandiża sal-2011 (316), fin-nuqqas ta' kwalunkwe standard oġġettiv ieħor propost mill-Irlanda u fid-dawl tal-fatt li l-prinċipju jidher li ntuża fil-prattika ta' deċiżjonijiet tat-taxxa tal-Irish Revenue sa mis-snin disgħin bħala l-bażi għad-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli ta' kumpanija integrata mhux residenti skont it-Taqsima 25 tat-TCA 97, il-Kummissjoni tissottometti li l-prinċipju ta' distakkament huwa inerenti fl-applikazzjoni tat-Taqsima 25 tat-TCA 97. |
|
(378) |
Fit-Taqsima 8.2.2.2 u fit-Taqsima 8.2.2.3, il-Kummissjoni diġà wriet li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati japprovaw metodi tal-allokazzjoni tal-profitt li jipproduċu eżiti li jitbiegħdu minn approssimazzjoni affidabbli ta' eżitu bbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament, u b'hekk jirriżultaw fi tnaqqis tal-profitt taxxabbli ta' ASI u ta' AOE għall-finijiet tat-taxxa korporattiva Irlandiża u f'vantaġġ ekonomiku għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Fuq il-bażi tar-raġunar li jinsab f'dawk it-Taqsimiet, il-Kummissjoni tqis ukoll li dawk id-deċiżjonijiet tat-taxxa jagħtu vantaġġ selettiv lil ASI u lil AOE skont is-sistema ta' referenza aktar limitata tat-Taqsima 25 tat-TCA 97, billi jirriżultaw fi tbaxxija tal-profitti taxxabbli ta' ASI u ta' AOE skont dik id-dispożizzjoni u, b'hekk, tal-obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva tagħhom fl-Irlanda meta mqabblin ma' kumpaniji mhux residenti oħrajn li wkoll huma ntaxxati skont dik id-dispożizzjoni. |
8.2.3.2. Il-vantaġġ selettiv jirriżulta mill-eżerċizzju tad-diskrezzjoni mill-Irish Revenue fin-nuqqas ta' kriterji oġġettivi relatati mas-sistema fiskali.
|
(379) |
Anki jekk jiġu supponut li l-applikazzjoni tat-Taqsima 25 tat-TCA 97 mhijiex irregolata mill-prinċipju ta' distakkament, xi ħaġa li l-Kummissjoni tikkontesta, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati xorta waħda għandhom jitqiesu li jagħtu vantaġġ selettiv lil ASI u lil AOE għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, billi mbagħad dawn ikunu r-riżultat tad-diskrezzjoni eżerċitata mill-Irish Revenue fin-nuqqas ta' kriterji oġġettivi relatati mas-sistema fiskali. |
|
(380) |
Filwaqt li l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jridu jingħataw ċerta diskrezzjoni sabiex tingħata kunsiderazzjoni lid-differenzi bejn il-kontribwenti meta jiġu applikati d-dispożizzjonijiet tat-taxxa nazzjonali tagħhom, amministrazzjoni tat-taxxa għandha diskrezzjoni wiesgħa sabiex tiddetermina l-benefiċjarji jew il-kondizzjonijiet li fihom il-leġiżlazzjoni tiġi applikata fuq il-bażi tal-kriterji mhux relatati mas-sistema fiskali, l-eżerċizzju ta' dik id-diskrezzjoni jrid jitqies li jiffavorixxi lil ċerti intrapriżi jew lill-produzzjoni ta' ċerti oġġetti meta mqabblin ma' oħrajn li, fid-dawl tal-objettiv fil-mira, huma f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli (317). Fi kliem ieħor, fil-prinċipju, deċiżjonijiet li fihom sempliċiment interpretazzjoni korretta tad-dispożizzjoni rilevanti dwar it-taxxa nazzjonali, mingħajr ma jitbiegħdu minn prattika amministrattiva konsistenti, jagħtu vantaġġ selettiv. Għall-kuntrarju, deċiżjonijiet li fihom l-amministrazzjonijiet tat-taxxa jeżerċitaw diskrezzjoni li mhijiex ibbażata fuq kriterji oġġettivi relatati mas-sistema fiskali, iwasslu għall-presuppożizzjoni ta' vantaġġ selettiv. |
|
(381) |
Il-Kummissjoni u l-Irlanda jaqblu li t-Taqsima 25 tat-TCA 97 ma tistabbilixxi ebda kriterju oġġettiv għall-allokazzjoni tal-profitt bejn diversi partijiet tal-istess kumpanija mhux residenti (318). Madankollu, l-Irlanda ma taqbilx mal-Kummissjoni li t-Taqsima 25 tat-TCA 97 hija rregolata mill-prinċipju ta' distakkament. Jekk wieħed jassumi li s-suppożizzjoni tal-Irlanda hija korretta u, billi l-Irlanda naqset milli tipproponi kwalunkwe standard oġġettiv ieħor għall-allokazzjoni tal-profitt ta' kumpanija mhux residenti għall-fini tal-applikazzjoni tat-Taqsima 25 tat-TCA 97, dan ikun ifisser li d-diskrezzjoni tal-Irish Revenue fl-applikazzjoni ta' dik id-dispożizzjoni mhijiex ibbażata fuq kriterji oġġettivi relatati mas-sistema fiskali, xi ħaġa li twassal għal presuppożizzjoni ta' vantaġġ selettiv. Fit-Taqsima 8.2.2.2 u fit-Taqsima 8.2.2.3, il-Kummissjoni diġà wriet li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati japprovaw metodi tal-allokazzjoni tal-profitt li jirriżultaw fi tnaqqis tal-profitt taxxabbli ta' ASI u ta' AOE għall-finijiet tat-taxxa korporattiva Irlandiża u f'vantaġġ ekonomiku għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Fuq il-bażi tar-raġunar li jinsab f'dawk it-Taqsimiet, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati għandhom jitqiesu wkoll li jagħtu vantaġġ selettiv lil ASI u lil AOE għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat billi nħarġu fuq il-bażi tad-diskrezzjoni tal-Irish Revenue skont it-Taqsima 25 tat-TCA 97, eżerċitata fin-nuqqas ta' kriterji oġġettivi relatati mas-sistema fiskali. |
|
(382) |
Finalment, l-Irlanda u Apple jargumentaw li l-Kummissjoni trid turi li Apple ġiet ittrattata b'mod favorevoli meta mqabbla ma' kumpaniji mhux residenti oħrajn li ngħataw deċiżjonijiet tat-taxxa mill-Irish Revenue għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-Taqsima 25 tat-TCA 97. Skont din il-linja ta' raġunar, l-Irlanda u Apple jidhru li qed jargumentaw li s-sistema ta' referenza xierqa mhijiex it-Taqsima 25 tat-TCA 97 stess, iżda l-prattika ta' deċiżjonijiet tat-taxxa tal-Irish Revenue b'rabta ma' kumpaniji mhux residenti. |
|
(383) |
Minn eżaminazzjoni tad-deċiżjonijiet tat-taxxa li l-Irlanda ssottomettiet lill-Kummissjoni rigward l-allokazzjoni tal-profitti lill-fergħat Irlandiżi ta' kumpaniji mhux residenti (319), li jistgħu jitqiesu li jkopru l-prattika sħiħa tad-deċiżjonijiet Irlandiżi b'rabta mal-allokazzjoni tal-profitt lil fergħa (320), il-Kummissjoni ma rnexxilhiex tidentifika xi sett konsistenti ta' regoli li ġeneralment japplika fuq il-bażi tal-kriterji oġġettivi għall-kumpaniji mhux residenti kollha li joperaw permezz ta' fergħa fl-Irlanda. Fi kliem ieħor, il-prattika ta' deċiżjonijiet dwar l-allokazzjoni tal-profitt tal-Irish Revenue hija inkonsistenti wisq sabiex tikkostitwixxi sistema ta' referenza xierqa li fuq il-bażi tagħha jistgħu jiġu eżaminati d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati għad-determinazzjoni ta' jekk ASI u AOE rċivewx vantaġġ selettiv permezz tad-deċiżjonijiet. |
|
(384) |
Diversi minn fost dawk id-deċiżjonijiet huma deskritti fil-premessi minn (385) sa (395) (321). |
|
(385) |
Deċiżjoni ta' Frar 1998 — il-fergħa Irlandiża tal-Kumpanija [B]: Il-Kumpanija [B] hija parti minn grupp korporattiv multinazzjonali ta' […] (322). Il-fergħa Irlandiża ta' dik il-kumpanija twettaq il-manifattura ta' […], l-organizzazzjoni tal-proċess ta' tlestija u l-monitoraġġ u l-amministrazzjoni tal-kunsinna tal-oġġetti lill-klijenti. Skont it-talba għad-deċiżjoni, il-manifattura ta' […] hija, b'mod ġenerali, bil-bosta l-aktar attività kumplessa fil-katina tal-produzzjoni (323). Ir-remunerazzjoni li trid tiġi allokata lill-fergħa Irlandiża għall-finijiet tat-taxxa, proposta mill-konsulent tat-taxxa tal-kumpanija u maqbula mill-Irish Revenue, hija ta' 117 % tal-kostijiet totali tal-fergħa Irlandiża (324), komposti b'mod partikolari minn kostijiet relatati mal-bejgħ u minn spejjeż ġenerali. |
|
(386) |
Deċiżjoni ta' Mejju 2001 — il-fergħa Irlandiża tal-Kumpanija [C2]: Il-Kumpanija [C2] hija kumpanija […] li tappartjeni għall-grupp […] multinazzjonali […] [C]. Id-deċiżjoni tapprova allokazzjoni tal-profitt lill-fergħa Irlandiża ta' dik il-kumpanija, fuq il-bażi tat-talba tal-kontribwent, li skont din il-profitt għall-attivitajiet deskritti fid-deċiżjoni bħala “xirja teknika u l-bejgħ mill-ġdid tal-prodotti fil-kuntest tas-servizz ta' rifatturar” mhuwiex ser ikun ogħla minn 9 % tal-kostijiet taċ-ċentru tas-servizzi kondiviżi amministrattivi li se jiġi allokat fl-Irlanda. |
|
(387) |
Deċiżjoni ta' Mejju 2003 — il-fergħa Irlandiża tal-Kumpanija [A]: Il-Kumpanija [A] hija parti mill-grupp multinazzjonali […] […] (325). Il-fergħa Irlandiża ta' dik il-kumpanija hija deskritta fit-talba għad-deċiżjoni bħala waħda involuta fil-produzzjoni ta' […], u twettaq ukoll funzjonijiet kontabilistiċi għall-kumpanija sħiħa li hija parti minnha. Fit-talba għad-deċiżjoni, il-konsulent tat-taxxa tal-Kumpanija [A] jagħmel referenza għall-Mudell ta' Konvenzjoni Fiskali tal-OECD sabiex jipproponi allokazzjoni tal-profitt lill-fergħa. Skont it-talba għad-deċiżjoni, għad li l-kontroll fuq il-bejgħ ta' […], l-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni, is-sjieda tal-IP u l-funzjonijiet tat-teżor ilkoll jinsabu barra mill-Irlanda, il-Kumpanija [A] ma tqisx li l-fergħa Irlandiża hija “manifattur b'kuntratt” pur, billi l-Irlanda hija meqjusa bħala lok importanti fid-dinja għall-provvista a' […]. Għalhekk hija proposta allokazzjoni tal-profitt ibbażata fuq il-metodu ta' qsim tal-profitt li fih 12,5 % (326) tal-profitti kollha tal-Kumpanija [A] jiġu allokati lill-fergħa Irlandiża, minflok metodu “cost plus”, għad li dan tal-aħħar kien inaqqas il-profitti taxxabbli tal-Kumpanija [A] fl-Irlanda. |
|
(388) |
Deċiżjoni ta' Settembru 2003 — il-fergħa Irlandiża tal-Kumpanija [N]: Il-Kumpanija [N] hija kumpanija mhux residenti inkorporata fl-Irlanda li hija parti minn grupp multinazzjonali […]. Skont it-talba għad-deċiżjoni, l-attivitajiet tal-fergħa Irlandiża tal-Kumpanija [N] se jikkonsistu fil-manifattura ta' […] u fil-forniment ta' servizzi relatati oħrajn, bħall-ħżin u t-trasport marittimu. IP relatata ma' dawk il-prodotti tiġi allokata lill-uffiċċju prinċipali tal-Kumpanija [N] barra mill-Irlanda u l-fergħa Irlandiża tkun topera bħala manifattur “toll” jew b'kuntratt. Il-fergħa Irlandiża ma ġġarrab ebda riskju relatat mal-kummerċjalizzazzjoni, mar-RuŻ, mal-kontroll tal-kwalità, mar-responsabbiltà għall-prodotti u mal-inventarju. Id-deċiżjoni taqbel fuq allokazzjoni tal-profitti lill-fergħa Irlandiża sabiex twassal għall-istess profitt operatorju fl-Irlanda li kien jirriżulta li kieku l-fergħa Irlandiża kienet inkorporata bħala sussidjarja tal-Kumpanija [N]. Ir-remunerazzjoni maqbula fid-deċiżjoni għall-attivitajiet tal-fergħa Irlandiża hija valwazzjoni pożittiva ta' bejn 25 u 30 % fuq il-kostijiet tal-fergħa Irlandiża tal-manifattura. Dik il-valwazzjoni pożittiva hija applikata għall-kostijiet operatorji tal-fergħa. Id-deċiżjoni tikkonferma wkoll li ma tkun tapplika ebda taxxa Irlandiża fuq il-qligħ kapitali f'każ ta' bejgħ ta' xi IP proprjetà tal-Kumpanija [N], billi l-fergħa Irlandiża ma jkollha ebda interess proprjetarju fl-IP proprjetà tal-Kumpanija [N]. |
|
(389) |
Deċiżjoni ta' Ġunju 2004 — il-fergħa Irlandiża tal-Kumpanija [I]: Il-Kumpanija [I] hija inkorporata fl-Irlanda, iżda hija residenti fi […]. Il-kumpanija, attiva fi […], titlob li s-servizzi amministrattivi pprovduti mill-fergħa Irlandiża tagħha jiġu stabbiliti b'kost b'addenda ta' 10 %. Skont it-talba għad-deċiżjoni, virtwalment id-drittijiet tal-IP kollha jinsabu barra mill-Irlanda. It-talba għad-deċiżjoni ma tispeċifikax x'kostijiet huma kkonċernati, iżda tikkonferma li l-profitti tal-fergħa tal-kumpanija, soġġetti għat-taxxa korporattiva Irlandiża, ser ikunu limitati għal dawk attribwibbli għall-attivitajiet propji mwettqin fl-Irlanda mill-impjegati tal-fergħa. |
|
(390) |
Deċiżjoni ta' Jannar 2005 — il-fergħa Irlandiża tal-Kumpanija [E]: Il-Kumpanija [E] hija reġistrata fi […] u hija parti minn grupp korporattiv multinazzjonali […]. Skont it-talba għad-deċiżjoni, il-fergħa Irlandiża tipproduċi […]. Il-Kumpanija [E] għandha aċċess għal privattivi u għal drittijiet relatati tal-IP tal-ftehimiet ta' liċenzjar ma' kumpaniji relatati tal-grupp biss. Il-Kumpanija [E] topera bħala “manifattur b'kuntratt” fl-Irlanda. It-talba tindika li l-bażi taxxabbli tal-fergħa Irlandiża ma għandhiex tibqa' tinkludi profitt imprenditorjali, kif kien il-każ fl-imgħoddi. It-talba tiddeskrivi l-possibbiltà li l-manifattura attwali tittieħed f'lok ieħor barra mill-Irlanda u tindika li deċiżjoni bħal din ikollha konsegwenzi serji għall-operazzjonijiet Irlandiżi. F'ristrutturar previst, id-drittijiet tal-IP li kienu jinżammu mill-Kumpanija [E] (327) jiġu ttrasferiti lil kumpanija maħluqa ġdida msejħa “Newco”, li se tkun inkorporata fl-Irlanda iżda residenti tat-taxxa barra mill-Irlanda. Fl-istruttura l-ġdida, il-fergħa Irlandiża tkompli bl-attivitajiet tal-manifattura tagħha f'isem il-kumpanija maħluqa ġdida msejħa Newco fuq bażi tal-manifattura b'kuntratt. Il-kumpanija titlob il-konferma mingħand l-Irish Revenue li t-trasferiment tal-IP ma jwassalx għal taxxa fuq il-qligħ kapitali fl-Irlanda u li Newco mhuwiex ser ikollha preżenza taxxabbli fl-Irlanda. Il-Kumpanija [E] se twettaq funzjonijiet oħrajn ukoll, b'mod partikolari l-fatturat għan-nom u f'isem Newco. Titolu ieħor fuq il-bejgħ ta' prodotti mill-Kumpanija [E] lill-klijenti tagħha jingħadda mill-Irlanda. Għal dawk il-funzjonijiet u għall-funzjonijiet tal-manifattura mwettqin mill-fergħa, ir-remunerazzjoni maqbula għall-finijiet tat-taxxa ġiet stabbilita bil-kostijiet operatorji tal-attività tal-manifattura miżjuda b'100 %. |
|
(391) |
Deċiżjoni ta' Diċembru 2005 — il-fergħa Irlandiża tal-Kumpanija [M]: Il-Kumpanija [M] hija inkorporata fl-Irlanda, iżda hija residenti tat-taxxa barra mill-Irlanda, u hija parti minn grupp korporattiv multinazzjonali […]. Il-Kumpanija [M] tbigħ […] kif ukoll oġġetti lesti. It-talba għad-deċiżjoni tindika li sabiex tiżgura kontinwazzjoni tal-livell attwali ta' attività u ta' impjiegi fil-fergħa Irlandiża, […], il-grupp qed jikkunsidra l-Irlanda bħala post għal […] ġdid, żviluppat minn kumpanija […] tal-grupp. Fl-istruttura l-ġdida deskritta fit-talba, il-Kumpanija [M] u l-fergħa Irlandiża tagħha joperaw daqslikieku kienu żewġ entitajiet ġuridiċi separati għall-finijiet kontabilistiċi. L-introjtu jkun allokat permezz tat-tariffa ta' distakkament tal-manifattura b'tali mod li l-fergħa Irlandiża tiggwadanja l-istess livell ta' profitt operatorju bħalma kienet tikseb li kieku l-attività tal-manifattura tal-fergħa Irlandiża twettqet minn sussidjarja tal-Kumpanija [M]. L-uffiċċju prinċipali tal-Kumpanija [M] jilliċenzja l-IP minn kumpanija […] tal-grupp u l-fergħa Irlandiża topera bħala manifattur “toll”. Bħala manifattur “toll”, tipproduċi oġġetti lesti skont l-ispeċifikazzjoni tal-uffiċċju prinċipali billi tuża materja prima li hija proprjetà tal-uffiċċju prinċipali tal-Kumpanija [M]. Il-fergħa Irlandiża ma ġġarrab ebda riskju relatat mal-kummerċjalizzazzjoni, mar-RuŻ, mal-kontroll tal-kwalità, mar-responsabbiltà għall-prodotti u mal-inventarju. Minbarra l-manifattura, il-fergħa Irlandiża tista' tassisti fil-fatturar u fil-ġbir, u fl-attivitajiet relatati mal-manifattura bħall-ħżin u t-trasport marittimu. Ir-remunerazzjoni maqbula fid-deċiżjoni għal dawk l-attivitajiet hija valwazzjoni pożittiva ta' 10 % applikata fuq il-kostijiet operatorji tal-fergħa Irlandiża. |
|
(392) |
Deċiżjoni ta' Lulju 2006 — il-fergħa Irlandiża tal-Kumpanija [F]: Il-Kumpanija [F] hija residenti tat-taxxa fi […] u hija parti minn grupp korporattiv multinazzjonali […]. Id-deċiżjoni testendi ftehim mill-1997 li skont dan 15 % tal-profitt tal-Kumpanija [F] jiġi allokat lill-fergħa Irlandiża għall-finijiet tat-taxxa. Dak l-arranġament irid jiġi rivedut fl-2025. Il-fergħa Irlandiża hija l-kwartieri ġenerali globali għal […]; hija responsabbli għall-ippjanar strateġiku ta' […] u għax-xiri u għall-koordinazzjoni u għas-superviżjoni ta' […], inkluża l-loġistika. Il-bord tad-diretturi tal-Kumpanija [F], ibbażat fl-uffiċċju prinċipali ta' […], jinkludi l-maniġment prinċipali tal-grupp. Skont il-konsulent tat-taxxa tal-Kumpanija [F], id-deċiżjoni tal-1997 irrikonoxxiet li l-IP kien jappartjeni għall-uffiċċju prinċipali ta' […] u mhux għall-fergħa Irlandiża. It-talba għad-deċiżjoni fiha ċifri dwar l-impjiegi tal-Kumpanija [F] fl-Irlanda u l-ammont tat-taxxa mħallas tul it-tmien snin preċedenti, iżda ma fiha ebda data kontabilistika jew projjezzjoni finanzjarja għall-kumpanija. |
|
(393) |
Deċiżjoni ta' Diċembru 2006 — il-fergħa Irlandiża tal-Kumpanija [C1]: Il-Kumpanija [C1] hija kumpanija […] li hija parti minn grupp […] multinazzjonali […]. Il-fergħa timmanifattura […]. L-oqsma kummerċjali tal-fergħa jinkludu […], il-produzzjoni, ir-riżorsi umani, il-lobbjar, il-finanzi, l-akkwist, eċċ. It-talba għad-deċiżjoni ma tirreferix għall-eżistenza tal-IP użata mill-fergħa Irlandiża, li hija allokata barra mill-Irlanda. Ir-remunerazzjoni taxxabbli tal-fergħa, kif maqbula fid-deċiżjoni, tikkonsisti f'valwazzjoni pożittiva ta' 18 % fuq kostijiet operatorji li jinsabu fl-Irlanda, “redditu mill-IP” ta' 1,6 % fuq il-fatturat annwali tal-kumpanija […] li għaliha tappartjeni l-fergħa, derivat mill-prodotti mmanifatturati mill-fergħa Irlandiża, u provvediment ta' kapital għall-impjant u għall-bini. |
|
(394) |
Deċiżjoni ta' Diċembru 2007 — is-sussidjarji Irlandiżi tal-grupp [G]: Il-grupp [G] huwa grupp korporattiv multinazzjonali […] bi tliet sussidjarji Irlandiżi. Għalhekk, id-deċiżjoni tidher li għandha x'taqsam mal-allokazzjoni tal-profitt bejn kumpaniji, u mhux mal-allokazzjoni tal-profitt lil fergħa. Intlaħaq qbil dwar id-deċiżjoni għal perjodu ta' ħames snin, mill-2008 'l hemm. It-talba għad-deċiżjoni tindika li l-funzjonijiet imwettqin mis-sussidjarji Irlandiżi jikkonsistu fil-manifattura ta' […], il-bejgħ ta' […] u l-prodotti assoċjati, in-negozjar fi […], ċentru kondiviż għas-servizzi għall-affiljati tal-grupp minn madwar id-dinja u r-RuŻ. La t-talba għad-deċiżjoni u lanqas xi wieħed mill-materjali ta' appoġġ sottomessi mill-Irlanda ma jirreferu għall-eżistenza tal-IP użata mis-sussidjarji Irlandiżi, li hija allokata barra mill-Irlanda. Għal waħda mit-tliet sussidjarji, deskritta bħala entità tal-manifattura, id-deċiżjoni taqbel dwar il-kalkolu tal-bażi taxxabbli fl-Irlanda bħala s-somma ta' 15 % tal-kostijiet operatorji fl-Irlanda (il-kostijiet inklużi huma elenkati fit-talba għad-deċiżjoni), “redditu mill-IP” ta' 0,8 % tal-fatturat annwali derivat mill-prodotti mmanifatturati fl-Irlanda u provvediment ta' kapital għall-impjant u għall-bini. Għaż-żewġ sussidjarji l-oħrajn, id-deċiżjoni taqbel fuq bażi taxxabbli ta' 15 % tal-kostijiet operatorji (il-kostijiet inklużi huma elenkati fit-talba għad-deċiżjoni). |
|
(395) |
Deċiżjoni ta' Settembru 2010 — il-fergħa Irlandiża tal-kumpanija [D]: Il-kumpanija [D] hija kumpanija […] residenti […] li hija parti minn grupp multinazzjonali […]. Skont it-talba għad-deċiżjoni, il-grupp irid […] u qed jikkunsidra l-Irlanda bħala post xieraq għal din l-attività, b'kunsiderazzjoni tal-kostijiet tat-taxxa antiċipati. Fergħa Irlandiża tipprovdi servizzi ta' ġestjoni ċentralizzata ta' livell għoli fil-grupp u […]. Ir-remunerazzjoni maqbula fid-deċiżjoni għall-funzjoni ta' ġestjoni ċentralizzata hija valwazzjoni pożittiva ta' 10 % fuq il-kostijiet totali mġarrbin fil-fergħa. Il-valwazzjoni pożittiva ta' 10 % hija bbażata fuq analiżi ta' benchmarking imwettqa mill-konsulent tat-taxxa tal-kumpanija. Il-profitt li jrid jiġi allokat għall-funzjoni […] ma' partijiet terzi huwa ddeterminat bħala d-differenza bejn l-ammonti riċevibbli mingħand partijiet terzi u l-aggregat tal-kostijiet attribwibbli mġarrbin fl-Irlanda, l-ispejjeż tal-uffiċċju prinċipali allokati lil […] u l-valur f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta tas-servizzi pprovduti minn affiljati oħrajn tal-grupp. |
|
(396) |
Il-Kummissjoni tosserva numru ta' diskrepanzi f'dawk id-deċiżjonijiet. |
|
(397) |
L-ewwel nett, l-għażla tal-metodi mhijiex sistematika anki meta l-attivitajiet deskritti jkunu simili. Pereżempju, il-fergħat tal-Kumpanija [A] u ta' AOE huma rrappreżentati bħala prodotti tal-manifattura li jużaw IP miżmuma mill-kumpanija li mhijiex allokata lill-fergħa Irlandiża. It-talba għad-deċiżjoni tal-Kumpanija [A] tikkonkludi li l-fergħa Irlandiża tal-Kumpanija [A] mhijiex manifattur b'kuntratt, filwaqt li fid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati AOE hija aċċettata bħala manifattur b'kuntratt. Skont dan, fid-deċiżjoni mogħtija lill-Kumpanija [A], il-metodu ta' qsim tal-profitt kif deskritt fil-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP ġie approvat (328), għall-kuntrarju tal-metodu “cost plus”/TNMM approvat għal AOE, għad li l-attivitajiet deskritti fit-talba għad-deċiżjoni tal-Kumpanija [A] jidhru li jixbhu lil dawk deskritti fit-talba għad-deċiżjoni ta' AOE. Madankollu, li kieku ntgħażel il-metodu ta' qsim tal-profitt għal AOE, il-profitt kollu ta' dik il-kumpanija kien ikollu jiġi allokat lill-fergħat Irlandiżi tagħha, billi l-profitti operatorji ta' dik il-fergħa jirrappreżentaw il-kostijiet operatorji totali tal-kumpanija. |
|
(398) |
B'mod simili, fit-talba għad-deċiżjoni għall-Kumpanija [A], il-kumpanija titlob lill-Irish Revenue għal konferma li l-allokazzjoni tal-profitt lill-impjant tal-manifattura tagħha għandha tiġi kkalkolata b'metodu ta' qsim tal-profitt ibbażat fuq is-sehem tal-kostijiettotali tal-kumpanija rrappreżentata mill-kostijiet tal-fergħa Irlandiża tagħha. Il-metodu ta' qsim tal-profitt huwa propost sabiex jiġu kkalkolati l-profitti tal-fergħa Irlandiża, minflok metodu “cost plus”, għad li dan tal-aħħar kien inaqqas il-profitt taxxabbli tal-fergħa, skont il-Kumpanija [A]. Dan huwa f'kuntrast mal-approċċ aċċettat mill-Irish Revenue fid-deċiżjonijiet maħruġin lill-Kumpaniji [B], [C2], [N], [I], [E], [M], u [D], fejn il-bażi taxxabbli tal-fergħat Irlandiżi ta' dawk il-kumpaniji kienet ikkalkolata bħala perċentwal tal-kostijiet, għall-kuntrarju ta' perċentwal tal-profitti totali tal-kumpanija (329). |
|
(399) |
Il-metodu ta' qsim tal-profitt kien aċċettat ukoll fil-każ tal-Kumpanija [F], fejn 15 % tal-profitti totali tal-kumpanija ġew allokati lill-fergħa Irlandiża. Madankollu, filwaqt li d-deskrizzjoni tal-funzjonijiet tal-fergħa fil-każ tal-Kumpanija [F] tikkontrasta mad-deskrizzjoni tal-funzjonijiet tal-fergħa Irlandiża tal-Kumpanija [A] — hekk kif il-Kumpanija [A] ippreżentat l-operazzjonijiet Irlandiżi tagħha bħala tal-manifattura li tuża IP bi sjieda barra mill-Irlanda (330), filwaqt li l-Kumpanija [F] ippreżentat l-operazzjonijiet Irlandiżi tagħha bħala l-kwartieri ġenerali globali għall-operazzjonijiet ta' […] tal-kumpanija — ir-remunerazzjonijiet maqbulin huma bbażati fuq l-istess metodu ta' prezzar ta' trasferiment, il-metodu ta' qsim tal-profitt, u l-perċentwal miżmum ma jvarjax b'mod sinifikanti (15 % għall-Kumpanija [F] u 12,5 % għall-Kumpanija [A]) minkejja l-fatt li, fil-każ imsemmi l-ewwel, l-operazzjonijiet huma deskritti bħala operazzjonijiet li jinvolvu kumplessità u riskju tan-negozju u, fl-aħħar każ, huma mnaqqsin għal operazzjonijiet ta' rutina ta' riskju. |
|
(400) |
Barra minn hekk, ħafna mid-deċiżjonijiet jallokaw profitti fuq il-bażi tal-kostijiet, billi japplikaw it-TNMM b'mod effettiv, fejn l-indikatur tal-livell tal-profitt magħżul huwa l-kostijiet. Madankollu, f'xi każijiet, il-kostijiet meħudin bħala referenza huma l-kostijiet operatorji tal-fergħa, filwaqt li f'każijiet oħrajn, pereżempju fil-każ tal-Kumpanija [B], il-bażi tal-kostijiet użata għall-finijiet ta' allokazzjoni tal-profitt tinkludi l-kostijiet tal-bejgħ. Din il-varjazzjoni fil-bażi tal-kostijiet użata bħala referenza fid-deċiżjonijiet ma tidhirx li ssegwi xi raġunar speċifiku rigward l-idoneità ta' bażi tal-kostijiet akbar jew iżgħar. |
|
(401) |
Differenza apparenti oħra fit-trattament ta' sitwazzjonijiet komparabbli hija osservata fit-tqabbil tat-trattament mill-Irish Revenue tal-fergħat Irlandiżi tal-Kumpanija [M] u tal-Kumpanija [E]. Iż-żewġ kumpaniji kisbu deċiżjoni fl-2005 u l-fergħat Irlandiżi taż-żewġ kumpaniji jimmanifatturaw […]. Iż-żewġ fergħat huma ppreżentati bħala li jġarrbu riskju limitat — fil-każ tal-Kumpanija [E], il-fergħa hija ppreżentata bħala manifattur b'kuntratt, filwaqt li fil-każ tal-Kumpanija [M], il-fergħa hija ppreżentata bħala manifattur “toll”, li essenzjalment huwa l-istess attività — u t-talbiet għad-deċiżjoni jispeċifikaw li l-materja prima użata tkun proprjetà tal-uffiċċju prinċipali. Billi l-fergħat huma l-manifatturi, ma hemm ebda mezz kuntrattwali sabiex tiġi allokata t-tali sjieda lill-uffiċċju prinċipali jew lill-fergħa billi huma l-istess entità ġuridika. Għalhekk, il-fergħat tal-Kumpanija [E] u tal-Kumpanija [M] huma, fil-verità, deskritti bħala kumpaniji li jġarrbu riskji simili ħafna u li jipprovdu funzjonijiet simili ħafna u ż-żewġ fergħat huma involuti fil-fatturar. Fil-każ taż-żewġ deċiżjonijiet, il-bażi taxxabbli tal-fergħa hija ddeterminata bħala valwazzjoni pożittiva fuq il-kostijiet operatorji tal-fergħat Irlandiżi tal-kumpaniji (331). Madankollu, fil-każ tal-fergħa tal-Kumpanija [E], ir-remunerazzjoni maqbula mill-Irish Revenue hija valwazzjoni pożittiva ta' 100 % tal-kostijiet operatorji, filwaqt li fil-każ tal-Kumpanija [M], il-valwazzjoni pożittiva maqbula mill-Irish Revenue hija għaxar darbiet anqas, ta' 10 % tal-kostijiet operatorji. Ma hemm ebda spjegazzjoni inkluża f'waħda mid-deċiżjonijiet li tista' tiġġustifika dawk il-livelli differenti ta' remunerazzjoni, indipendentement minn jekk il-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati minn dawk id-deċiżjonijiet japprossimawx b'mod affidabbli eżitu bbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament. |
|
(402) |
Finalment, fid-deċiżjonijiet ipprovduti għall-Grupp [G] u għall-Kumpanija [C1], huwa aċċettat metodu għar-remunerazzjoni li jixbah il-metodu għar-remunerazzjoni aċċettat fid-deċiżjoni kkontestata tal-2007 rigward AOE. Dak il-metodu huwa msejjes fuq taħlita ta' perċentwal tal-fatturat, imsejjaħ “redditu mill-IP” fit-talbiet għad-deċiżjoni rispettivi, b'perċentwal ta' kostijiet operatorji. Dak il-metodu ma jikkorrispondix għal metodu ppreżentat fil-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP. It-tliet deċiżjonijiet jikkonċernaw il-manifattura f'setturi differenti: […] għall-Kumpanija [G], […] għall-Kumpanija [C1] u kompjuters personali għal AOE. Il-fergħa Irlandiża tal-Kumpanija [G] hija deskritta bħala waħda li twettaq funzjoni ta' distribuzzjoni, filwaqt li l-fergħat Irlandiżi tal-Kumpanija [C1] u ta' AOE ma jidhrux li jwettqu funzjoni bħal din. Minkejja dan, ir-remunerazzjoni aċċettata għall-Kumpanija [G] f'termini tal-perċentwal tal-fatturat, immarkat bħala “redditu mill-IP”, hija fl-anqas livell, b'0,8 %, meta mqabbla ma' 1,6 % għall-fergħa Irlandiża tal-Kumpanija [C1] u [1-5] % għall-Fergħa Irlandiża ta' AOE. Il-perċentwal tal-kostijiet miżmumin għall-kalkolu tal-bażi tat-taxxa tal-fergħa Irlandiża tal-Kumpanija [G] ta' 15 % tal-kostijiet operatorji huwa anqas mill-perċentwal ta' 18 % tal-kostijiet operatorji aċċettati għall-Kumpanija [C1] ukoll. Għalhekk, il-metodu ta' remunerazzjoni u l-parametri maqbulin għall-fergħa Irlandiża tal-Kumpanija [G] jirriżultaw b'mod sistematiku f'bażi taxxabbli inferjuri għall-fergħa Irlandiża, mill-metodu ta' remunerazzjoni u mill-parametri maqbulin mill-Irish Revenue mal-Kumpanija [C1], minkejja l-fatt li l-fergħa Irlandiża tal-Kumpanija [G] tidher li twettaq aktar funzjonijiet mill-fergħa Irlandiża tal-Kumpanija [C1]. Din id-differenza ma tistax tkun spjegata mid-deskrizzjonijiet ipprovduti fit-talbiet għad-deċiżjoni rispettivi. B'mod partikolari, il-parametri 0,8 %, 1,6 % u [1-5] % għar-redditi mill-IP, kif ukoll il-perċentwali tal-kostijiet operatorji ppreżentati fit-talbiet għad-deċiżjoni tal-Kumpanija [G], tal-Kumpanija [C1] u ta' AOE mhumiex sostanzjati minn xi kalkoli. |
|
(403) |
Bħala konklużjoni, eżaminazzjoni tal-prattika deċiżjonali dwar l-allokazzjoni tal-profitt tal-Irish Revenue turi li ma huwa applikat ebda kriterju konsistenti għad-determinazzjoni tal-allokazzjoni tal-profitti lill-fergħat Irlandiżi tal-kumpaniji mhux residenti għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-Taqsima 25 tat-TCA 97. Dik l-eżaminazzjoni tikkonferma wkoll li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati nħarġu fuq il-bażi tad-diskrezzjoni tal-Irish Revenue fin-nuqqas ta' kriterji oġġettivi relatati mas-sistema fiskali u li, għalhekk, dawk id-deċiżjonijiet għandhom jitqiesu li jagħtu vantaġġ selettiv lil ASI u lil AOE għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat (332). |
8.2.4. NUQQAS TA' ĠUSTIFIKAZZJONI MIN-NATURA U MILL-ISKEMA ĠENERALI TAS-SISTEMA FISKALI
|
(404) |
Miżura li tidderoga mis-sistema ta' referenza xorta waħda tista' titqies li mhijiex selettiva jekk tkun iġġustifikata min-natura jew mill-iskema ġenerali ta' dik is-sistema. Dan ikun il-każ meta miżura tirriżulta direttament mill-prinċipji bażiċi jew ta' gwida intrinsiċi tas-sistema ta' referenza jew meta din tkun ir-riżultat ta' mekkaniżmi inerenti neċessarji għall-funzjonament u għall-effikaċja tas-sistema (333). |
|
(405) |
La l-Irlanda u lanqas Apple ma pproponew xi ġustifikazzjoni konklużiva għall-għoti tal-vantaġġ selettiv permezz tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, għad li l-oneru tal-provi f'dak ir-rigward jaqa' fuq l-Istat Membru. Tabilħaqq, l-Irlanda ma pproponiet ebda ġustifikazzjoni affattu għat-trattament selettiv, filwaqt li Apple targumenta li l-eżerċizzju tad-diskrezzjoni huwa intrinsiku għas-sistema tat-taxxa korporattiva Irlandiża u li d-deċiżjonijiet ikkontribwew għall-effikaċja tas-sistema u kienu proporzjonati kif suppost (334). |
|
(406) |
Il-Kummissjoni ma tqisx li dawk l-argumenti jiġġustifikaw it-trattament selettiv ta' ASI u ta' AOE f'dan il-każ. |
|
(407) |
L-ewwel nett, l-eżerċizzju tad-diskrezzjoni minn amministrazzjonijiet tat-taxxa, anki jekk huwa inerenti fl-applikazzjoni ta' ċerti regoli fiskali, ma jistax minnu nnifsu jiġġustifika diskriminazzjoni bejn kontribwenti li jkunu f'sitwazzjoni fattwali u legali simili. Hekk kif iddikjarat il-Qorti tal-Ġustizzja (335), l-eżerċizzju tad-diskrezzjoni minn amministrazzjoni tat-taxxa fl-applikazzjoni tar-regoli fiskali tagħha li mhuwiex ibbażat fuq kriterji oġġettivi relatati mas-sistema fiskali, iwassal għal presuppożizzjoni ta' selettività u Apple ma rnexxilhiex turi li d-diskrezzjoni tal-Irish Revenue fl-għoti tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati hija bbażata fuq kriterji oġġettivi relatati mas-sistema fiskali. |
|
(408) |
Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni tfakkar li skont il-linja ta' raġunar primarja (336) u dik sussidjarja (337) tagħha kif ukoll skont l-ewwel linja alternattiva ta' raġunar tagħha (338), mhuwiex l-eżerċizzju tad-diskrezzjoni mill-Irish Revenue li jwassal għall-għoti ta' vantaġġ selettiv favur ASI u AOE, iżda l-fatt li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jagħtu lil ASI u lil AOE tnaqqis fil-bażi taxxabbli tagħhom u, b'hekk, fl-obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva tagħhom, li mhuwiex disponibbli għal atturi ekonomiċi f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli. B'dawk il-linji ta' raġunar, hija l-approvazzjoni mill-Irish Revenue tal-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt proposti minn Apple għad-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli ta' ASI u ta' AOE fl-Irlanda li twassal għal vantaġġ selettiv, u mhux l-eżerċizzju tad-diskrezzjoni per se fl-approvazzjoni ta' dawk il-metodi. Li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jagħtu wkoll vantaġġ selettiv lil ASI u lil AOE minħabba l-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tal-Irish Revenue f'dak il-kuntest li mhuwiex ibbażat fuq kriterji oġġettivi relatati mas-sistema fiskali huwa linja alternattiva oħra ta' raġunar li tappoġġa s-sejbien ta' vantaġġ selettiv f'dan il-każ (339). Dik il-linja ta' raġunar hija żviluppata sabiex tindirizza d-dikjarazzjoni li għamlu l-Irlanda u Apple li t-Taqsima 25 tat-TCA 97 mhijiex irregolata mill-prinċipju ta' distakkament u li l-wiri ta' vantaġġ selettiv irid isir bit-tqabbil tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati mal-prattika amministrattiva tal-Irish Revenue. Skont dan, b'eċċezzjoni ta' dik il-linja finali ta' raġunar, il-konklużjoni tal-Kummissjoni li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jagħtu vantaġġ selettiv lil ASI u lil AOE ma tiddependix minn jekk id-diskrezzjoni mogħtija lill-Irish Revenue fil-ħruġ ta' dawk id-deċiżjonijiet hijiex eċċessiva jew kif l-Irish Revenue eżerċitat dik id-diskrezzjoni, iżda ssegwi mill-fatt li dawk id-deċiżjonijiet inaqqsu b'mod selettiv l-obbligazzjoni ta'taxxa korporattiva Irlandiża ta' ASI u ta' AOE meta mqabblin ma' atturi ekonomiċi f'sitwazzjoni fattwali u legali komparabbli. |
|
(409) |
It-tieni, anki li kieku s-sejbien mill-Kummissjoni ta' vantaġġ selettiv kien ibbażat fuq l-eżerċizzju tad-diskrezzjoni mill-Irish Revenue, l-argument li għamlet Apple li “[id-deċiżjonijiet tat-taxxa] ġejjin mill-prinċipji intrinsiċi tat-taqsima 25 tat-TCA97” (340), mingħajr ma kompliet tispjega kif dan huwa mifhum jew kif dan jista' jiġġustifika t-trattament selettiv, mhuwiex biżżejjed sabiex jiġġustifika t-trattament selettiv f'dan il-każ. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, vantaġġ mogħti lil intrapriża ma jridx ikun konsistenti biss mal-karatteristiċi inerenti tas-sistema fiskali inkwistjoni, iżda anki fir-rigward tal-mod li bih hija implimentata dik is-sistema (341). Għalhekk, anki jekk il-prattika amministrattiva tal-Irish Revenue skont it-Taqsima 25 tat-TCA 97 kienet is-sistema ta' referenza t-tajba, xi ħaġa li l-Kummissjoni tikkontesta, il-mod li bih l-Irish Revenue implimentat it-Taqsima 25 tat-TCA 97 permezz tal-għoti ta' deċiżjonijiet tat-taxxa individwali juri li l-eżerċizzju ta' diskrezzjoni tagħha mhuwiex ibbażat fuq kriterji oġġettivi. Għalhekk, trattament bħal dan favur ASI u AOE jista' ma jkunx iġġustifikat mil-loġika jew min-natura ġenerali tas-sistema fiskali. |
|
(410) |
It-tielet, referenza ġenerali għall-“effikaċja tas-sistema fiskali” (342) li għaliha allegatament ikkontribwew id-deċiżjonijiet tat-taxxa, ma tistax tiġġustifika trattament selettiv ta' ċerti intrapriżi skont dik is-sistema. Huwa minnu li d-deċiżjonijiet tat-taxxa b'mod ġenerali huma mezz validu u użat spiss mill-amministrazzjonijiet tat-taxxa sabiex jipprovdu ċertezza tad-dritt, iżda dan il-fatt ma jeżentax lid-deċiżjonijiet tat-taxxa minn skrutinju skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. |
|
(411) |
Bħala konklużjoni, it-trattament selettiv offrut lil ASI u lil AOE skont id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati mhuwiex iġġustifikat min-natura u mill-iskema ġenerali tas-sistema fiskali. |
8.2.5. KONKLUŻJONI DWAR L-EŻISTENZA TA' VANTAĠĠ SELETTIV
|
(412) |
Billi approvaw metodi għall-allokazzjoni tal-profitt lill-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE li jitbiegħdu minn eżitu bbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jirriżultaw fi tbaxxija tal-bażi taxxabbli ta' ASI u ta' AOE meta mqabblin ma' kumpaniji mhux integrati li l-profitt taxxabbli tagħhom jirrifletti prezzijiet determinati fis-suq negozjati f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. Għalhekk, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jirriżultaw fi tnaqqis tal-obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva ta' ASI u ta' AOE kif iddeterminat skont ir-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv fl-Irlanda, u b'hekk jagħtu vantaġġ selettiv lil dawk il-kumpaniji għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat (343). |
|
(413) |
Inkella, billi approvaw il-metodi għall-allokazzjoni tal-profitt lill-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE li jitbiegħdu minn eżitu bbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jirriżultaw fi tnaqqis tal-bażi taxxabbli ta' ASI u ta' AOE meta mqabblin ma' kumpaniji mhux residenti oħrajn li joperaw permezz ta' fergħa fl-Irlanda. Għalhekk, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jirriżultaw fi tnaqqis tal-obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva ta' ASI u ta' AOE skont it-Taqsima 25 tat-TCA 97, u b'hekk jagħtu vantaġġ selettiv lil dawk il-kumpaniji għall-finijiet tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat (344). |
8.3. KONKLUŻJONI DWAR L-EŻISTENZA TAL-GĦAJNUNA
|
(414) |
Fid-dawl ta' dan li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati maħruġin mill-Irish Revenue favur ASI u AOE jagħtu vantaġġ selettiv lil dawk il-kumpaniji li huwa imputabbli lill-Irlanda u ffinanzjat b'riżorsi tal-Istat, li jfixkel jew li jhedded li jfixkel il-kompetizzjoni u li jista' jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. Għaldaqstant, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. |
|
(415) |
Billi d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jwasslu għal tnaqqis tal-imposti li normalment għandhom jiġġarrbu minn ASI u minn AOE matul l-operazzjonijiet tan-negozju tagħhom, id-deċiżjoni tat-taxxa kkontestata għandha titqies li tagħti għajnuna operatorja lil ASI u lil AOE. |
8.4. IL-BENEFIĊJARJI TAL-MIŻURA KKONTESTATA
|
(416) |
Id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jagħtu għajnuna mill-Istat lil ASI u lil AOE skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Madankollu, ASI u AOE jagħmlu parti minn grupp korporattiv multinazzjonali, jiġifieri l-grupp Apple, li huwa kompost minn diversi kumpaniji, li lkoll finalment huma kkontrollati minn Apple Inc. Entitajiet ġuridiċi separati jistgħu jitqiesu li jifformaw unità ekonomika waħda għall-fini tal-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Imbagħad, dik l-unità ekonomika titqies li hija l-impriża rilevanti li qed tibbenefika mill-miżura ta' għajnuna. Kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet, “fil-liġi tal-kompetizzjoni, it-terminu” impriża “għandu jinftiehem li jkopri unità ekonomika […] anki jekk fil-liġi dik l-unità ekonomika tikkonsisti f'bosta persuni, fiżiċi jew ġuridiċi” (345). Biex jiġi ddeterminat jekk diversi entitajiet jifformawx unità ekonomika, il-Qorti tal-Ġustizzja tħares lejn l-eżistenza ta' sehem li jagħti kontroll jew ta' rabtiet funzjonali, ekonomiċi jew organiċi (346). F'dan il-każ, ASI u AOE huma finalment taħt is-sjieda totali ta' Apple Inc (347). u l-maġġoranza tal-membri tal-bordijiet ta' ASI u ta' AOE huma impjegati ta' Apple Inc. (348) u, għalhekk, Apple Inc., li hija l-entità li tikkontrolla l-Grupp Apple, tista' titqies ukoll li tikkontrolla lil ASI u lil AOE permezz ta' rabtiet funzjonali, ekonomiċi u organiċi. |
|
(417) |
Barra minn hekk, huwa l-Grupp Apple li ħa d-deċiżjoni li jinkorpora lil ASI u lil AOE fl-Irlanda u l-Grupp Apple li ddeċieda fuq l-istruttura li fiha ASI u AOE jiġu inkorporati fl-Irlanda u l-preżenza ta' dawk il-kumpaniji fl-Irlanda tkun limitata għal fergħa waħda kull waħda. Għalhekk, huwa l-Grupp Apple sħiħ li jibbenefika mill-għajnuna mill-Istat li l-Irlanda tat lil ASI u lil AOE permezz tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, billi kwalunkwe trattament tat-taxxa favorevoli mogħti lil ASI u lil AOE mill-Irish Revenue finalment jibbenefika lill-grupp Apple sħiħ billi jillibera riżorsi finanzjarji addizzjonali li jistgħu jintużaw għall-benefiċċju tal-grupp korporattiv sħiħ. |
|
(418) |
Bħala konklużjoni, minkejja l-fatt li l-Grupp Apple huwa organizzat f'personalitajiet ġuridiċi differenti, dak il-grupp xorta waħda għandu jitqies bħala unità ekonomika waħda li tibbenefika mill-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Irlanda permezz tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati (349). |
8.5. KOMPATIBBILTÀ TAL-MIŻURI KKONTESTATI
|
(419) |
Għajnuna mill-Istat titqies kompatibbli mas-suq intern jekk taqa' f'waħda mir-raġunijiet elenkati fl-Artikolu 107(2) tat-Trattat (350) u tista' titqies kompatibbli mas-suq intern jekk tinstab mill-Kummissjoni bħala waħda li taqa' taħt xi waħda mir-raġunijiet elenkati fl-Artikolu 107(3) tat-Trattat (351). Madankollu, huwa l-Istat Membru li jagħti l-għajnuna li għandu l-oneru li jagħti prova li l-għajnuna mill-Istat mogħtija minnu hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(2) jew (3) tat-Trattat (352). |
|
(420) |
L-Irlanda ma invokat l-ebda waħda mir-raġunijiet għal sejbien ta' kompatibilità f'xi waħda minn dawk id-dispożizzjonijiet għall-għajnuna mill-Istat li hija tat permezz tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati. |
|
(421) |
Barra minn hekk, kif osservat fil-premessi (222) u (415), id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati għandhom jitqiesu li jagħtu għajnuna operatorja lil ASI, lil AOE u lill-grupp Apple sħiħ. B'mod partikolari, normalment tali għajnuna ma tistax titqies bħala waħda kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat fis-sens li ma tiffaċilitax l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet jew ta' ċerti oqsma ekonomiċi, u l-inċentivi fiskali inkwistjoni lanqas ma huma limitati fiż-żmien, digressivi jew proporzjonati għal dak li huwa meħtieġ sabiex jiġi rrimedjat żvantaġġ ekonomiku speċifiku fl-oqsma kkonċernati. |
|
(422) |
Konsegwentement, l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Irlanda permezz tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati hija inkompatibbli mas-suq intern. |
9. ILLEGALITÀ TAL-GĦAJNUNA
|
(423) |
Skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat, l-Istati Membri huma obbligati jinformaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe pjan li jagħtu l-għajnuna (obbligu ta' notifika) u ma jistgħux idaħħlu fis-seħħ xi miżura ta' għajnuna proposta qabel ma l-Kummissjoni tkun ħadet pożizzjoni finali dwar l-għajnuna inkwistjoni (obbligu ta' sospensjoni). L-obbligu ta' notifika huwa mtenni fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (353), u l-obbligu ta' sospensjoni fl-Artikolu 3 ta' dak ir-regolament. L-Artikolu 1(f) ta dak ir-regolament jiddefinixxi għajnuna ġdida mdaħħla fis-seħħ bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat bħala għajnuna illegali. |
|
(424) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Irlanda ma nnotifikax lill-Kummissjoni b'xi pjan li toħroġ id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, u lanqas ma rrispettat l-obbligu ta' sospensjoni. Għalhekk, f'konformità mal-Artikolu 1(f) tar-Regolament (UE) 2015/1589, id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jikkostitwixxu għajnuna illegali, imdaħħla fis-seħħ bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat. |
10. IRREGOLARITAJIET PROĊEDURALI ALLEGATI
|
(425) |
Kemm l-Irlanda kif ukoll Apple jiddikjaraw li l-Kummissjoni kisritilhom id-dritt tagħhom li jinstemgħu, billi l-enfasi tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni allegatament kien inbidel mindu ġiet adottata d-Deċiżjoni ta' Ftuħ, kif evidenzjat bl-ittra tas-17 ta' April 2015, u allegatament huma ma ngħatawx l-opportunità li jiddikjaraw dak li jaħsbu kif xieraq dwar il-pożizzjoni espressa mill-Kummissjoni f'dik l-ittra. Konsegwentement, l-Irlanda u Apple jargumentaw li l-Kummissjoni missha estendiet id-Deċiżjoni ta' Ftuħ jew adottat deċiżjoni ġdida li tiftaħ il-proċedura ta' investigazzjoni formali, u fiha tistabbilixxi l-allegata enfasi ġdida tal-investigazzjoni. |
|
(426) |
Il-Kummissjoni tqis li d-drittijiet proċedurali tal-Irlanda u ta' Apple ġew irrispettati bis-sħiħ f'dan il-każ. |
|
(427) |
L-ewwel u qabel kollox, il-Kummissjoni tosserva li l-kamp ta' applikazzjoni tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna mill-Istat baqgħet l-istess bejn id-Deċiżjoni ta' Ftuħ u l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Iż-żewġ Deċiżjonijiet jikkonċernaw l-istess miżuri (id-deċiżjonijiet tat-taxxa tal-1991 u tal-2007 maħruġin mill-Irish Revenue), l-istess benefiċjarji (ASI, AOE u l-Grupp Apple) u l-istess tħassib dwar l-għajnuna mill-Istat (jekk il-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati minn dawk id-deċiżjonijiet jirriżultawx f'allokazzjoni xierqa tal-profitti lill-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE jew jagħtux vantaġġ selettiv lil dawk il-kumpanija billi jippermettulhom jiddeterminaw il-profitt taxxabbli tagħhom b'mod li jitbiegħed minn eżitu ta' kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta). |
|
(428) |
Fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ, il-Kummissjoni esprimiet id-dubji inizjali tagħha dwar il-konformità tal-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, b'mod partikolari mal-prinċipju ta' distakkament skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. L-iskop ta' fażi ta' investigazzjoni fil-fond wara Deċiżjoni ta' Ftuħ huwa li tiġbed l-attenzjoni tal-Kummissjoni lejn elementi addizzjonali tal-fatt u tal-liġi. Dawk l-elementi jistgħu jkomplu jiżviluppaw jew jindirizzaw id-dubji inizjali tal-Kummissjoni kif stipulati f'deċiżjoni ta' ftuħ. Skont dan, fi tmiem dik il-proċedura, l-analiżi tal-Kummissjoni setgħet inbidlet, xi ħaġa li timplika li d-deċiżjoni finali tista' tvarja xi ftit mid-deċiżjoni ta' ftuħ, mingħajr ma dawk id-differenzi jaffettwaw il-legalità tad-deċiżjoni finali (354). |
|
(429) |
Huwa b'konsegwenza tas-sottomissjonijiet estensivi bil-miktub li ġew ipprovduti mill-Irlanda u minn Apple dwar it-tħassib relatat mal-għajnuna mill-Istat imqajjem mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ li l-analiżi tal-Kummissjoni elaborat aktar f'dan il-każ. Bħala tweġiba għal talba mill-Irlanda li tkompli tiċċara l-valutazzjoni tagħha tal-għajnuna mill-Istat fid-dawl ta' dawk l-elementi u fid-dawl tal-allegazzjoni li għamlet l-Irlanda li l-valutazzjoni tal-Kummissjoni tidher li hija bbażata fuq fehim ħażin mill-Kummissjoni tal-liġi nazzjonali applikabbli, għall-fini ta' trasparenza s-servizzi tal-Kummissjoni bagħtu l-ittra tas-17 ta' April 2015 lill-Irlanda, li din tal-aħħar għaddiet lil Apple. Madankollu, mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ, is-suġġett tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni fl-għajnuna mill-Istat qatt ma nbidel (il-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati), u lanqas id-dubji ewlenin dwar il-konformità tal-miżuri kkontestati mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (jekk dawk il-metodu pproduċewx profitt taxxabbli għal ASI u għal AOE li jikkonforma mal-prinċipju ta' distakkament). |
|
(430) |
Wara l-ittra tas-17 ta' April 2015, l-Irlanda xorta waħda ngħatat ħafna opportunitajiet sabiex taqsam il-fehmiet tagħha mal-Kummissjoni dwar il-pożizzjoni espressa f'dik l-ittra u hija għamlet użu effettiv minn dik l-opportunità diversi drabi, kemm bil-miktub kif ukoll oralment (355). Rigward Apple, il-Kummissjoni tfakkar li, bħala parti interessata, hija għandha biss id-dritt li tippreżenta l-kummenti bħala tweġiba għad-Deċiżjoni ta' Ftuħ. Minkejja dan, Apple ngħatat l-opportunità, li hija sfruttat b'mod effettiv, li tippreżenta l-kummenti tagħha lill-Kummissjoni f'diversi drabi, kemm bil-miktub kif ukoll oralment, mindu ngħadditilha l-ittra tas-17 ta' April 2015 (356). |
|
(431) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni tqis li d-drittijiet proċedurali tal-Irlanda u ta' Apple ġew irrispettati f'dan il-każ. |
11. RKUPRU
11.1. L-OBBLIGU TA' RKUPRU
|
(432) |
L-Artikolu 16(1) tar-Regolament (UE) 2015/1589 jistabbilixxi obbligu fuq il-Kummissjoni biex tordna l-irkupru ta' għajnuna illegali u inkompatibbli. Dik id-dispożizzjoni tipprovdi wkoll li l-Istat Membru kkonċernat irid jieħu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jirkupra l-għajnuna llegali li tinstab li hija inkompatibbli mas-suq intern. L-Artikolu 16(2) tal-istess Regolament (UE) 2015/1589 jistabbilixxi li l-għajnuna li għandha tiġi rkuprata għandha tinkludi mgħax pagabbli mid-data li fiha l-għajnuna kontra l-liġi kienet disponibbli għall-benefiċjarju sad-data li fiha tiġi rkuprata. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 (357) jistabbilixxi l-metodi li għandhom jintużaw għall-kalkolu tal-imgħax ta' rkupru. Finalment, l-Artikolu 16(3) tar-Regolament (UE) 2015/1589 isostni li l-“irkupru għandu jsir mingħajr dewmien u f'konformità mal-proċeduri tal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, sakemm jippermettu li l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni ssir b'mod immedjat u effettiv”. |
11.2. GĦAJNUNA ĠDIDA
|
(433) |
Skont l-Artikolu 1(c) tar-Regolament (UE) 2015/1589 “‘għajnuna ġdida’ tfisser kull għajnuna, jiġifieri, skemi ta' għajnuna u għajnuna individwali, li ma jkunux għajnuna eżistenti, inkluż tibdil fl-għajnuna eżistenti”. |
|
(434) |
Skont l-Artikolu 17 Regolament (UE) 2015/1589, is-setgħa tal-Kummissjoni sabiex tirkupra l-għajnuna hija soġġetta għal perjodu ta' limitazzjoni ta' 10 snin. Il-perjodu ta' limitazzjoni jibda dakinhar li fih l-għajnuna kontra l-liġi tingħata lill-benefiċarju bħala għajnuna individwali jew bħala għajnuna taħt skema ta' għajnuna. Kull azzjoni meħudha mill-Kummissjoni jew minn Stat Membru, li jaġixxi fuq talba tal-Kummissjoni, fir-rigward tal-għajnuna illegali għandha tinterrompi l-perjodu ta' limitazzjoni. Ma' kull interruzzjoni l-perjodu ta' limitazzjoni jerġa' jibda jiddekorri mill-bidu. Il-perjodu ta' limitazzjoni huwa sospiż sakemm deċiżjoni tal-Kummissjoni tkun is-suġġett tal-proċeduri pendenti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja. L-ewwel nett, kull għajnuna li fir-rigward tagħha jkun skada l-perjodu ta' limitazzjoni hija meqjusa li hija għajnuna eżistenti. |
|
(435) |
Id-deċiżjoni tat-taxxa tal-1991 inħarġet aktar minn 10 snin ilu. F'dan il-każ, il-perjodu ta' limitazzjoni stabbilit mill-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2015/1589 ġie interrott fit-12 ta' Ġunju 2013, id-data li fiha l-Kummissjoni bagħtet ittra lill-Irlanda li fiha talbet li tipprovdi lill-Kummissjoni b'informazzjoni dwar il-prattika tagħha ta' deċiżjonijiet tat-taxxa u, b'mod partikolari, informazzjoni dwar kwalunkwe deċiżjoni maħruġa mill-Irlanda favur AOI, ASI u AOE (358). Dan ifisser li kwalunkwe għajnuna mogħtija skont id-deċiżjoni tat-taxxa tal-1991 qabel it-12 ta' Ġunju 2003 trid titqies li hija għajnuna “eżistenti” skont it-tifsira tal-Artikolu 1(b)(iv) tar-Regolament (UE) 2015/1589. Għall-kuntrarju, kwalunkwe għajnuna mogħtija wara dik id-data, jew skont id-deċiżjoni tat-taxxa tal-1991 jew skont id-deċiżjoni tat-taxxa tal-2007 tikkostitwixxi għajnuna “ġdida” skont it-tifsira tal-Artikolu 1(c) tar-Regolament (UE) 2015/1589. |
|
(436) |
L-Irlanda targumenta li kwalunkwe għajnuna mogħtija f'dan il-każ tista' tkun għajnuna eżistenti biss, billi tirriżulta min-nuqqas min-naħa tal-Irish Revenue milli tapplika l-prinċipju ta' distakkament, li ma kienx applikabbli fl-Irlanda meta ssieħbet fl-Unjoni fl-1 ta' Jannar 1973, u qatt ma kien applikabbli minn dak iż-żmien 'l hawn. Skont l-Irlanda, it-Taqsima 25 tat-TCA 97 sempliċiment ittenni t-Taqsima 201 tal-Att tal-1967 dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu, li kienet fis-seħħ fiż-żmien li fih l-Irlanda daħlet fl-Unjoni, u l-ebda dispożizzjoni ma tirreferi għall-prinċipju ta' distakkament jew għall-qafas tal-OECD. B'hekk, billi l-bażi ġuridika għall-allokazzjoni tal-profitt lil fergħa Irlandiża ma nbidlitx b'mod sostanzjali mindu l-Irlanda daħlet fl-Unjoni, il-miżura, jekk tammonta għal għajnuna mill-Istat, tikkostitwixxi għajnuna eżistenti skont it-tifsira tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament (UE) 2015/1589 (359). |
|
(437) |
Dak l-argument ma jistax jiġi aċċettat, billi l-għajnuna mogħtija f'dan il-każ hija għajnuna individwali mogħtija lil ASI, lil AOE u lill-grupp Apple fil-forma tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, li japprovaw il-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt li jagħtu lil ASI u lil AOE tnaqqis fil-bażi taxxabbli tagħhom għall-finijiet tat-taxxa korporattiva Irlandiża, u mhux, kif donnha tiddikjara l-Irlanda, skema ta' għajnuna bbażata fuq it-Taqsima 25 tat-TCA 97 u t-Taqsima 201 tal-Att tal-1967 dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu. Fi kliem ieħor, il-miżura ta' għajnuna li tagħti l-għajnuna hija d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati kif applikati minn ASI u minn AOE fuq bażi annwali sabiex tiddetermina l-profitt taxxabbli ta' dawk il-kumpaniji għall-finijiet tat-taxxa korporattiva Irlandiża u, fuq il-bażi ta' dik id-determinazzjoni, l-obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva annwali tagħhom. Fi kliem ieħor, l-għajnuna mogħtija minn dawk id-deċiżjonijiet tingħata ta' kull sena, meta tiġi biex titħallas it-taxxa korporattiva minn ASI u minn AOE u dawk il-kumpaniji jibbażaw fuq il-metodi tal-allokazzjoni tal-profitt approvati minn dawk id-deċiżjonijiet sabiex jikkalkolaw l-ammont tat-taxxa dovuta. Għalhekk, l-għajnuna mogħtija lil ASI, lil AOE u lill-grupp Apple permezz tad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati tikkostitwixxi għajnuna ġdida, mogħtija ta' kull sena (360). |
11.3. ĊERTEZZA TAD-DRITT U ASPETTATTIVI LEĠITTIMI
|
(438) |
L-Artikolu 16(1) tar-Regolament 2015/1589 jipprovdi li l-Kummissjoni ma tistax teħtieġ l-irkupru tal-għajnuna jekk dan imur kontra prinċipju ġenerali tal-liġi. |
|
(439) |
Kemm l-Irlanda kif ukoll Apple jqajmu l-argument li billi tiftaħ il-proċedura ta' investigazzjoni formali u tixħet f'dubju, 22 sena wara, il-konformità mal-għajnuna mill-Istat taż-żewġ deċiżjonijiet tat-taxxa, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta' ċertezza tad-dritt. Skont l-Irlanda, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat iridu jkunu prevedibbli u l-Kummissjoni mhijiex intitolata tiżviluppa d-dritt tal-Unjoni billi testendi l-limiti ta' dawk ir-regoli b'mod ġdid jew b'referenza għal żviluppi internazzjonali bħall-qafas tal-OECD (361). Billi tapplika l-prinċipju ta' distakkament u l-qafas tal-OECD, b'mod partikolari l-gwida tal-2010 tal-OECD, il-Kummissjoni qed timponi b'mod retrospettiv qafas ta' referenza estern li ma kienx parti mil-liġi domestika tal-Irlanda dak iż-żmien (362). Finalment, l-Irlanda targumenta li l-applikazzjoni retrospettiva tal-prinċipji tal-lum mill-Kummissjoni tfisser li l-Irlanda qed tinżamm ma' standard li hija (u Apple) ma setgħatx tantiċipa meta nħarġu d-deċiżjonijiet (363). |
|
(440) |
Skont il-ġurisprudenza, il-prinċipju fundamentali ta' ċertezza tad-dritt għandu l-effett li jipprevjeni lill-Kummissjoni milli tittardja b'mod indefinit l-eżerċizzju tas-setgħat tagħha (364). Madankollu, sabiex ikun japplika l-prinċipju ta' ċertezza tad-dritt, irid ikun hemm nuqqas ta' azzjoni għal żmien twil min-naħa tal-Kummissjoni mill-mument li fih saret taf bl-għajnuna u sitwazzjoni ta' inċertezza. Perjodu ta' żmien twil minnu nnifsu mhuwiex biżżejjed sabiex tiġi ddikjarata ċertezza tad-dritt u d-dewmien jista' jiġu imputat lill-Kummissjoni biss minn meta saret taf bl-eżistenza tal-għajnuna. F'dan il-każ, billi d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati qatt ma ġew innotifikati lill-Kummissjoni mill-Irlanda, u lanqas ma kienu pubblikament disponibbli b'xi mod ieħor, il-Kummissjoni setgħet issir taf bl-eżistenza ta' dawk id-deċiżjonijiet biss meta l-eżistenza tagħhom ġiet żvelata pubblikament, xi ħaġa li ġrat għall-ewwel darba matul is-smigħ tas-Senat tal-Istati Uniti. Dak is-smigħ seħħ fil-21 ta' Mejju 2013, u wara l-Kummissjoni bagħtet talba għal informazzjoni lill-Irlanda fit-12 ta' Ġunju 2013. Għalhekk, il-Kummissjoni ma tistax tiġi akkużata li kisret il-prinċipju ta' ċertezza tad-dritt minħabba nuqqas ta' azzjoni għal żmien twil billi, mindu l-Kummissjoni saret taf bid-deċiżjonijiet (fil-21 ta' Mejju 2013), ħadet azzjoni f'anqas minn xahar (fit-12 ta' Ġunju 2013). |
|
(441) |
Rigward l-argument tal-Irlanda li l-prinċipju ta' ċertezza tad-dritt inkiser għaliex il-Kummissjoni qed taġixxi kontra l-prattika deċiżjonali tagħha li għaliha l-unika punt ta' referenza validu huwa s-sistema fiskali nazzjonali, il-Kummissjoni tfakkar li s-sistema ta' referenza li fl-isfond tagħha tivvaluta l-eżistenza ta' vantaġġ selettiv f'dan il-każ hija r-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv fl-Irlanda. Tfakkar ukoll li, filwaqt li l-Istati Membri jgawdu minn awtonomija fiskali fil-qasam tat-tassazzjoni diretta, kwalunkwe miżura fiskali li jadotta Stat Membru trid tikkonforma mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni, li jorbtu lill-Istati Membri u jgawdu minn prevalenza fuq il-leġiżlazzjoni domestika tagħhom (365). F'dak ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li l-Artikolu 107(1) tat-Trattat, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja, (366) jipprojbixxi miżura fiskali li tippermetti sabiex kumpanija integrata tiddetermina l-profitt taxxabbli tagħha b'mod li ma jirriflettix profitt li kien jirriżulta f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta, jiġifieri fuq il-bażi ta' prezzijiet negozjati minn intrapriżi indipendenti li jinnegozjaw f'ċirkustanzi komparabbli f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. Meta tadotta din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni qed tapplika l-Artikolu 107(1) tat-Trattat għad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, li l-Kummissjoni sabet li jipproduċu eżitu li jitbiegħed mir-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv fl-Irlanda billi jippermettu lil ASI u lil AOE jiddeterminaw il-profitt taxxabbli tagħhom b'mod li ma jirriflettix profitt f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta. Fir-rigward tal-argument tal-Irlanda li l-Kummissjoni qed timponi standards internazzjonali u tapplika gwida mill-2010 għal deċiżjonijiet maħruġin qabel dik id-data, il-Kummissjoni tfakkar li l-konklużjoni tagħha f'din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq ksur tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat, li ilu parti mill-ordinament ġuridiku tal-Irlanda mill-1973, u mhux fuq il-qafas tal-OECD. Meta l-Kummissjoni tirreferi għall-qafas tal-OECD f'din id-Deċiżjoni, hija tagħmel dan għaliex dak il-qafas jipprovdi gwida siewja dwar jekk metodu għad-determinazzjoni tal-profitt taxxabbli ta' fergħa jipproduċix approssimazzjoni affidabbli ta' eżitu bbażat fuq is-suq f'konformità mal-prinċipju ta' distakkament, billi huwa r-riżultat ta' diskussjonijiet bejn esperti fil-kuntest tal-OECD u jelabora fuq tekniki mmirati sabiex jindirizzaw sfidi komuni fit-tassazzjoni internazzjonali. |
|
(442) |
Finalment, bħala tweġiba għall-Preżentazzjoni Konġunta ffirmata minn diversi korpi kummerċjali, l-Irlanda semmiet il-prinċipju ta' aspettattivi leġittimi bħala ostaklu għall-irkupru f'dan il-każ. Irreferiet ukoll għad-deċiżjoni France Télécom (367) fil-kummenti tagħha meta argumentat li l-ammont tal-għajnuna mogħtija mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jkun diffiċli li jiġi kkwantifikat f'dan il-każ (368). Madankollu, Stat Membru li l-awtoritajiet tiegħu taw għajnuna bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat ma jistax jiddikjara l-aspettattivi leġittimi ta' benefiċjarju sabiex jiġġustifika nuqqas ta' konformità mal-obbligu li jieħu l-passi neċessarji sabiex jimplimenta deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordnalu jirkupra l-għajnuna. Kieku dan kellu jkun possibbli, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE jsiru nulli, minħabba li l-awtoritajiet nazzjonali jkunu jistgħu jibbażaw fuq l-imġiba illegali tagħhom sabiex jeliminaw l-effikaċja ta' deċiżjonijiet li tieħu l-Kummissjoni skont dawn id-dispożizzjonijiet tat-TFUE (369). Għalhekk, ma għandux ikun l-Istat Membru kkonċernat, iżda l-intrapriża benefiċjarja, li tinvoka l-eżistenza taċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li setgħu ġġustifikaw l-aspettattivi leġittimi tagħha biex topponi għall-ħlas lura tal-għajnuna illegali (370). Billi Apple ma invokatx dak il-prinċipju fl-ebda wieħed mill-kummenti tagħha sottomessi lill-Kummissjoni, l-ibbażar mill-Irlanda fuq l-aspettattivi leġittimi huwa, għal dik ir-raġuni, infondat. Meta l-għajnuna tiġi implimentata mingħajr notifika minn qabel lill-Kummissjoni, il-benefiċjarju tal-għajnuna xorta waħda ma jistax ikollu aspettattiva leġittima li l-għajnuna hija legali, fin-nuqqas ta' ċirkustanzi speċjali (371). |
|
(443) |
Rigward l-argument imqajjem fil-Preżentazzjoni Konġunta dwar l-approċċ allegatament ġdid f'dan il-każ li wassal għal ksur tal-prinċipju ta' aspettattivi leġittimi, u li b'hekk jipprevjeni l-irkupru (372), il-Kummissjoni tfakkar li l-prinċipju ta' aspettattivi leġittimi jista' japplika biss għal individwu f'sitwazzjoni li fiha istituzzjoni tal-Unjoni, billi tagħti lil dik il-persuna garanziji preċiżi, wasslet sabiex ikollu aspettattivi fondati sew (373). La l-Irlanda, u lanqas il-Preżentazzjoni Konġunta ma juru li l-Kummissjoni qatt tat garanzija preċiża li d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati kienu konformi mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, jew li l-Artikolu 107(1) tat-Trattat ma japplikax għal deċiżjonijiet tat-taxxa jew xi miżura fiskali simili li tapprova metodu li jippermetti sabiex kumpanija integrata tiddetermina l-profitt taxxabbli tagħha. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni identifikat id-deċiżjonijiet tat-taxxa bħala miżuri fiskali li kapaċi jwasslu għal għajnuna mill-Istat fin-Notifika tagħha tal-1998 dwar l-Applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri relatati mat-tassazzjoni diretta tan-negozji (374) u applikat ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għal miżuri fiskali li jippermettu lil kumpaniji integrati jiddeterminaw il-profitt taxxabbli tagħhom f'sensiela ta' deċiżjonijiet minn dak iż-żmien 'il hawn (375). Għalhekk, ma hemm ebda bażi sabiex l-Irlanda tinvoka l-prinċipju ta' aspettattivi leġittimi sabiex tipprevjeni l-irkupru. |
|
(444) |
Rigward id-diffikultà allegata fil-kwantifikazzjoni tal-ammont tal-għajnuna, dan il-każ jikkonċerna sitwazzjoni relattivament sempliċi li fiha miżura fiskali tagħti lill-benefiċjarju tagħha tnaqqis fil-bażi taxxabbli tiegħu u, b'hekk, fl-obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva tiegħu. Il-Kummissjoni ma tista' ssib ebda diffikultà fid-determinazzjoni tal-ammont li jrid jiġi rkuprat f'sitwazzjoni bħal din, u ma tara ebda parallel mal-miżura ta' għajnuna identifikata fid-deċiżjoni France Telecom, li kienet tikkonċerna sitwazzjoni li fiha l-għajnuna kienet ingħatat fuq il-bażi ta' akkwist pubbliku minn Ministru tal-gvern li kellu l-effett li jżid l-affidabbiltà kreditizja ta' dik il-kumpanija fis-suq. |
11.4. METODU GĦALL-IRKUPRU
|
(445) |
L-obbligu fuq Stat li jabolixxi l-għajnuna meqjusa mill-Kummissjoni bħala inkompattibbli mas-suq intern huwa mfassal biex jistabbilixxi mill-ġdid is-sitwazzjoni kompetittiva kif kienet qabel fis-suq. F'dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li dak l-objettiv jintlaħaq meta l-benefiċjarju jkun ħallas lura l-ammonti mogħtija bħala għajnuna llegali, u b'hekk jitlef il-vantaġġ li jkun ibbenefika minnu għall-kuntrarju tal-kompetituri tiegħu fis-suq, u tkun ġiet irkuprata s-sitwazzjoni ta' qabel il-ħlas tal-għajnuna. |
|
(446) |
L-ebda dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni ma tirrikjedi lill-Kummissjoni, meta tordna l-irkupru ta' għajnuna ddikjarata inkompatibbli mas-suq intern, biex tikkwantifika l-ammont eżatt tal-għajnuna li trid tiġi rkuprata (376). Minflok, huwa biżżejjed li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tinkludi informazzjoni li tagħti s-setgħa lid-destinatarju tad-deċiżjoni biex jikkalkola l-ammont huwa stess mingħajr wisq diffikultà (377). Id-dritt tal-Unjoni sempliċiment jeħtieġ l-irkupru tal-għajnuna illegali sabiex terġa' tinkiseb il-pożizzjoni għall-istatus quo ante u li dak ir-ripagament isir skont ir-regoli tal-liġi nazzjonali (378). Għalhekk, il-Kummissjoni tista' tillimita lilha nfisha għad-dikjarazzjoni li hemm obbligu ta' ħlas lura tal-għajnuna inkwistjoni u tħalli f'idejn l-awtoritajiet nazzjonali sabiex jikkalkolaw l-ammont eżatt tal-għajnuna li jrid jitħallas lura (379). |
|
(447) |
Fir-rigward tal-għajnuna illegali mill-Istat fil-forma ta' miżuri tat-taxxa, l-ammont li għandu jiġi rkuprat għandu jiġi kkalkolat fuq il-bażi ta' tqabbil bejn it-taxxa mħallsa u l-ammont li kellu jitħallas li kieku ġiet applikata r-regola ġeneralment applikabbli. Kif konkluż fit-Taqsima 8.2.2.2 u b'mod partikolari fil-premessa (319), allokazzjoni korretta tal-assi, tal-funzjonijiet u tar-riskji mill-Irish Revenue fiż-żmien li fih inħarġu d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati missha kienet konklużiva dwar l-allokazzjoni tal-profitt f'ASI u AOE, b'tali mod li l-profitti kollha mill-attivitajiet tal-bejgħ ta' dawk il-kumpaniji misshom ġew allokati lill-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE meta kienu fis-seħħ id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati. Fid-dawl tal-perjodu ta' limitazzjoni ta' 10 snin stabbilit mill-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2015/1589, l-irkupru għandu jinkludi għajnuna mogħtija mit-12 ta' Ġunju 2003 'il quddiem u, billi skont Apple is-sena tat-taxxa tal-2014 hija l-aħħar sena li għaliha ġiet applikata d-deċiżjoni tal-2007 minn ASI u minn AOE sabiex jikkalkolaw il-profitt taxxabbli tagħhom fl-Irlanda, dan għandu jkompli sas-27 ta' Settembru 2014, li hija d-data li fiha ntemmet is-sena tat-taxxa 2014 ta' ASI u ta' AOE. Għalhekk, bħala punt tat-tluq, il-profitti kollha mill-attivitajiet kummerċjali ta' ASI u ta' AOE għandhom jiġu allokati lill-fergħat Irlandiżi rispettivi tagħhom għall-perjodu bejn it-12 ta' Ġunju 2003 u s-27 ta' Settembru 2014 għall-finijiet ta' kalkolu tal-obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva ta' ASI u ta' AOE skont ir-regoli ordinarji ta' tassazzjoni tal-profitt korporattiv fl-Irlanda. Barra minn hekk, id-dħul mill-imgħax mill-proprjetà tal-fergħat Irlandiżi li ġie identifikat minn Apple u mill-Irlanda fil-kontijiet statutorji (380) għandu jiġi allokat lill-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE. |
|
(448) |
Apple tista' tiddikjara, fejn ikun hemm biżżejjed evidenza, it-tnaqqisiet li ġejjin mill-profitt li jrid jiġi allokat lill-fergħat Irlandiżi ta' ASI u ta' AOE:
|
|
(449) |
Il-profitti operatorji li għandhom ikunu soġġetti għal tassazzjoni fl-Irlanda jistgħu jiġu aġġustati wkoll wara ridikjarazzjoni effettiva tal-kontijiet statutorji jew tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ta' ASI u ta' AOE wara l-pagamenti u l-aġġustamenti korrispondenti fil-kontijiet statutorji tal-kumpaniji tal-grupp Apple, f'konformità mar-regoli ġenerali applikabbli fl-Irlanda għar-ridikjarazzjoni retroattiva tal-kontijiet finanzjarji jew tad-dikjarazzjonijiet tat-taxxa u diment li Apple tkun kapaċi turi b'biżżejjed evidenza kwalunkwe obbligazzjoni effettiva lejn Apple Inc. jew lejn kumpaniji oħrajn tal-grupp Apple f'ġurisdizzjonijiet oħrajn, għal attivitajiet imwettqin jew għal servizzi forniti, bħar-RuŻ u attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni. |
|
(450) |
Ridikjarazzjoni bħal din tista' tirriżulta minn modifika retroattiva tas-CSA jew tal-ftehim dwar is-Servizz ta' Kummerċjalizzazzjoni. Il-patti ta' dawk il-ftehimiet ma ġewx eżaminati mill-Irish Revenue fil-kuntest tad-deċiżjonijiet ikkontestati u, jekk il-kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-kostijiet tar-RuŻ jew ta' kummerċjalizzazzjoni mġarrbin minn ASI u minn AOE skont dawk il-ftehimiet ma kinux konformi ma' livell ta' kontribuzzjoni li jkun miftiehem bejn kumpaniji indipendenti li jinnegozjaw f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta, pereżempju għaliex l-impjegati ta' Apple Inc. wettqu attivitajiet għall-benefiċċju ta' ASI u ta' AOE lil hinn mill-kontribuzzjonijiet remunerati koperti mis-CSA u mill-Ftehim dwar is-Servizz ta' Kummerċjalizzazzjoni, l-eżistenza tat-tali attivitajiet, jekk iddokumentata kif xieraq, tista' tiġġustifika modifika retroattiva tas-CSA u/jew tal-ftehim dwar is-Servizzi ta' Kummerċjalizzazzjoni u twassal għal pagamenti ex post akbar mingħand ASI u AOE lil Apple Inc., diment li t-tali pagamenti jkunu konformi mal-prinċipju ta' distakkament. |
|
(451) |
Ridikjarazzjoni bħal din tista' tirriżulta wkoll minn modifika retroattiva tal-ġurisdizzjoni li fiha jiġi rreġistrat il-bejgħ fl-EMEIA ta' ASI meta Apple tqis li dak il-bejgħ irreġistrat ma kienx ifisser teħid ta' riskju effettiv fid-distribuzzjoni tal-prodotti ta' Apple u li t-tali riskji ġġarrbu b'mod effettiv f'ġurisdizzjonijiet fejn kienet qed isseħħ attività ekonomika aktar sostanzjali milli fl-Irlanda. Dan jista' jkun il-każ, pereżempju, ta' kwalunkwe wieħed mill-profitti ta' ASI soġġett għat-taxxa korporattiva Taljana (385), diment li l-valutazzjoni tal-amministrazzjoni tat-taxxa Taljana tkun irreġistrata minn ASI fl-ammonti rispettivi fil-kontijiet statutorji ridikjarati tal-kumpanija u li l-profitti soġġetti għat-tassazzjoni fl-Irlanda ma jitnaqqsux b'mod aktar minn dak proporzjonat għall-ammonti korrispondenti ta' profitti soġġetti għat-tassazzjoni fl-Italja. |
11.5. KONKLUŻJONI
|
(452) |
Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni ssib li l-Irlanda, billi ħarġet deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati li ppermettew lil ASI u lil AOE jiddeterminaw l-obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva annwali tagħhom fl-Irlanda fis-snin li fihom kienu fis-seħħ dawk id-deċiżjonijiet, tat lil ASI, lil AOE u lill-grupp Apple għajnuna mill-Istat illegali bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, li l-Irlanda hija meħtieġa tirkupra skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2015/1589 mingħand ASI u AOE. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Id-deċiżjonijiet tat-taxxa maħruġin mill-Irlanda fid-29 ta' Jannar 1991 u fit-23 ta' Mejju 2007 favur Apple Sales International, li jippermettu lil din tal-aħħar tiddetermina l-obbligazzjoni ta' taxxa tagħha fl-Irlanda fuq bażi annwali, jikkostitwixxu għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Dik l-għajnuna ddaħħlet fis-seħħ mill-Irlanda b'mod illegali bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat u hija inkompatibbli mas-suq intern.
2. Id-deċiżjonijiet tat-taxxa maħruġin mill-Irlanda fid-29 ta' Jannar 1991 u fit-23 ta' Mejju 2007 favur Apple Operations Europe International, li jippermettu lil din tal-aħħar tiddetermina l-obbligazzjoni ta' taxxa tagħha fl-Irlanda fuq bażi annwali, jikkostitwixxu għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat. Dik l-għajnuna ddaħħlet fis-seħħ mill-Irlanda b'mod illegali bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat u hija inkompatibbli mas-suq intern.
Artikolu 2
1. L-Irlanda tirkupra l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(1) mingħand Apple Sales International.
2. L-Irlanda tirkupra l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1(2) mingħand Apple Operations Europe.
3. L-ammonti li għandhom jiġu rkuprati jinkludu l-imgħaxijiet akkumulati mid-data li fiha dawn l-ammonti tqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-benefiċjarju sad-data tal-irkupru effettiv tagħhom.
4. L-imgħax għandu jiġi kkalkolat fuq bażi komposta skont il-Kapitolu V tar-Regolament (KE) Nru 794/2004.
Artikolu 3
1. L-irkupru tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1 huwa immedjat u effettiv.
2. L-Irlanda għandha tiżgura li din id-Deċiżjoni tiġi implimentata fi żmien erba' xhur wara d-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 4
1. Fi żmien xahrejn wara n-notifika ta' din id-Deċiżjoni, l-Irlanda tissottometti informazzjoni lill-Kummissjoni rigward il-metodu li tuża sabiex tikkalkola l-ammont eżatt tal-għajnuna.
2. L-Irlanda għandha żżomm lill-Kummissjoni informata dwar il-progress tal-miżuri nazzjonali li ttieħdu sabiex tiġi implimentata din id-Deċiżjoni sakemm tiġi rkuprata l-għajnuna msemmija fl-Artikolu 1. Fuq sempliċi talba tal-Kummissjoni, għandha tissottometti minnufih informazzjoni dwar il-miżuri diġà meħudin u dawk ippjanati sabiex tikkonforma ma' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Irlanda.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Awwissu 2016.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 369, 17.10.2014, p. 22.
(2) L-Irlanda tirreferi għal “opinjonijiet avvanzati” minflok “deċiżjonijiet tat-taxxa” fis-sottomissjonijiet tagħha. Għall-fini ta' din id-deċiżjoni u sabiex tiżgura konsistenza mad-Deċiżjoni ta' Ftuħ, il-Kummissjoni se tuża l-kunċett ta' “deċiżjonijiet tat-taxxa”. Fis-sustanza tagħhom, iż-żewġ kunċetti jfissru l-istess.
(*1) Partijiet minn dan it-test tneħħew sabiex ma tinkixifx informazzjoni kunfidenzjali; dawk il-partijiet huma magħluqin f'parentesi kwadri.
(3) Billi wħud mid-deċiżjonijiet ipprovduti kienu indirizzati lil kumpaniji tal-istess grupp, id-disa' kumpaniji elenkati fil-premessa (2) u l-għaxar kumpaniji elenkati fil-premessa (6) jappartjenu għal 14-il grupp multinazzjonali differenti.
(4) ĠU C 369, 17.10.2014, p. 22.
(5) Il-korp kummerċjali u tal-impjegaturi għall-organizzazzjonijiet ibbażati l-Irlanda.
(6) Dawn il-korpi kummerċjali u l-firmatarji tal-ittra konġunta huma: Information Technology Industry Council (ITI), National Foreign Trade Council (NFTC), Semiconductor Industry Association (SIA), Silicon Valley Tax Directors Group (SVTDG), Software Coalition, Software Finance and Tax Executives Council (SoFTEC), Tech America, TechNet.
(7) Is-segment tal-Ewropa jinkludi l-pajjiżi Ewropej, kif ukoll il-Lvant Nofsani, l-Indja u l-Afrika, flimkien imsejħin: ir-“reġjun EMEIA”.
(8) Is-sena kontabilistika u s-sena tat-taxxa jintemmu fis-26 ta' Settembru 2015. Is-sena tat-taxxa ta' Apple hija l-perjodu ta' 52 jew 53 ġimgħa li jintemm fl-aħħar Sibt ta' Settembru.
(9) Il-kontijiet finanzjarji pubbliċi ta' Apple Inc. ma jispeċifikawx liema sussidjarji jżommu dawn il-flus, l-ekwivalenti ta' flus u t-titoli kummerċjabbli.
(10) Ara n-Nota 5 għar-Rapport annwali tal-2015 ta' Apple (K-10 Securities and Exchange Commission public filling), li skont din “Sostanzjalment, il-qligħ internazzjonali mhux distribwit kollu ta' [Apple] ppjanat sabiex jerġa' jiġi investit b'mod indefinit f'operazzjonijiet barra mill-Istati Uniti kien iġġenerat minn sussidjarji organizzati l-Irlanda.” Apple fasslet dispożizzjoni fil-kontijiet tagħha għal tassazzjoni futura possibbli ta' parti minn dawn il-profitti.
(11) Fl-2006, Apple inkorporat lil Baldwin Holdings Unlimited (minn hawn 'il quddiem: “Baldwin”), kumpanija residenti fil-Gżejjer Verġni Brittaniċi. Baldwin Holdings Unlimited hija d-detentur ta' sehem wieħed bħala azzjonist nominat f'AOI, f'ASI, f'AOE u f'ADI. Skont Apple, Baldwin kienet ifformata sabiex tkun id-detentur ta' sehem wieħed fis-sussidjarji Irlandiżi minħabba li l-liġi Irlandiża kienet teħtieġ li kumpanija b'responsabbiltà illimitata jkollha tal-anqas żewġ azzjonisti. Skont Apple, Baldwin kienet inkorporata fil-Gżejjer Verġni Brittaniċi għaliex kumpanija b'responsabbiltà illimitata b'azzjonist li huwa kumpanija b'responsabbiltà illimitata rregolata mil-liġijiet ta' Stat li mhuwiex Membru tal-UE mhijiex obbligata turi pubblikament ir-rapporti finanzjarji tagħha.
(12) It-Taqsima 23 A tat-TCA97 kienet tipprovdi fis-subtaqsima 2 tagħha: “Soġġetta għas-subtaqsimiet (3) u (4), kumpanija li hija inkorporata fl-Istat għandha titqies, għall-finijiet tal-Atti dwar it-Taxxa u l-Atti dwar it-Taxxa fuq il-Qligħ Kapitali, bħala resident fl-Istat.” Is-subtaqsima (3) kienet tgħid: “Is-subtaqsima (2) ma għandhiex tapplika għal kumpanija inkorporata fl-Istat jekk il-kumpanija hija kumpanija rilevanti u (a) twettaq negozju fl-Istat, jew (b) hija relatata ma' kumpanija li twettaq negozju fl-Istat.” It-Taqsima 23 A ġiet riveduta mill-Att Finanzjarju tal-2013. Skont l-iterazzjoni l-ġdida tagħha, ma għadux possibbli li kumpanija inkorporata fl-Irlanda ma jkollhiex residenza tat-taxxa għaliex kumpanija li hija inkorporata fl-Irlanda se titqies bħala resident tat-taxxa jekk il-kumpanija ma titqiesx bħala resident tat-taxxa f'xi ġurisdizzjoni tat-taxxa oħra. It-Taqsima 23 A, fl-iterazzjoni l-ġdida tagħha, bdiet tapplika mill-1 ta' Jannar 2015. L-Att Finanzjarju tal-2014 introduċa emenda oħra għat-Taqsima 23 A, li biha l-kumpaniji kollha inkorporati fl-Irlanda jitqiesu li huma residenti tat-taxxa fl-Irlanda, ħlief meta l-kumpanija tkun residenti tat-taxxa f'ġurisdizzjoni oħra skont l-applikazzjoni tat-Trattat Kontra t-Taxxa Doppja. Anki din ir-regola bdiet tapplika mill-1 ta' Jannar 2015. Madankollu, għal kumpaniji inkorporati qabel l-1 ta' Jannar 2015, japplika perjodu tranżitorju sal-31 ta' Diċembru 2020.
(13) Skont Apple, u kif aċċettat l-Irish Revenue, iż-żewġ kumpaniji huma ġestiti ċentralment u kkontrollati barra mill-Irlanda.
(14) Bl-eċċezzjoni tal-fergħa ta' Singapore ta' AOE, ara l-premessa (111).
(15) Fil-kuntest tas-smigħ quddiem is-Senat tal-Istati Uniti, Apple indikat li ASI ma kellha ebda residenza tat-taxxa la fl-Irlanda u lanqas fl-Istati Uniti, ara l-Esibiti tas-smigħ tal-Qlib tal-Profitti Offshore u l-Parti 2 tal-Kodiċi tat-Taxxa tal-Istati Uniti (Apple Inc.) tas-Sottokumitat Permanenti dwar l-Investigazzjonijiet tas-Senat tal-Istati Uniti, 21 ta' Mejju 2013, p. 24.
(16) Fil-punt 12 tal-kummenti tagħha għad-Deċiżjoni ta' Ftuħ, l-Irlanda kkummentat li “d-deċiżjonijiet kummerċjali strateġiċi ewlenin kollha relatati ma' AOE u ma' ASI jittieħdu barra mill-Irlanda u […] iż-żewġ kumpaniji kienu funzjonalment ġestiti u kkontrollati fl-Istati Uniti”. Ara wkoll l-opinjoni ta' Cooke li tiddikjara: “Fil-fehma tiegħi huwa inkontestabbli fuq il-bażi tad-deskrizzjoni fattwali pprovduta lili dwar l-operazzjonijiet tagħhom fl-Irlanda, li fil-każijiet ta' ASI u ta' AOE, il-ġestjoni ċentrali u l-kontroll isiru fl-Istati Uniti mill-maniġers tal-grupp prinċipali li waħedhom jieħdu d-deċiżjonijiet strateġiċi kollha dwar kif se jitwettqu l-attivitajiet Irlandiżi: pereżempju, liema kuntratti se jikkonkludu, ma' min u b'liema patti.”
(17) Skont Apple, “il-profitti minn sorsi Irlandiżi ta' fergħa huma ddeterminati b'referenza għall-attivitajiet imwettqin minn dik il-fergħa”. Ittra ta' Apple fl-4 ta' Mejju 2015, p. 5.
(18) Il-partijiet relatati huma ddefiniti għal termini kontabilistiċi bħala entitajiet li finalment huma kkontrollati mill-istess persuna jew entità, jew li fuqhom l-istess entità jew persuna teżerċita influwenza sinifikanti, ara IAS 24.
(19) EMEIA tirreferi għall-Ewropa, għall-Lvant Nofsani, għall-Indja u għall-Afrika. APAC tirreferi għall-Asja-Paċifiku.
(20) Il-fergħa Irlandiża ta' ASI tixtri prodotti ta' Apple mingħand manifatturi predeterminati […]. Il-fergħa Irlandiża ta' ASI tistma l-previżjoni mistennija tad-domanda billi tiġbor u tanalizza data reġjonali u billi ddaħħal lil din fil-proċess ta' tbassir tad-domanda globali tal-bejgħ ġestit mill-Istati Uniti.
(21) Dawn il-partijiet relatati jistgħu jkunu entitajiet lokali ta' distribuzzjoni jew entitajiet lokali tal-pajjiż ta' ħwienet tal-bejgħ bl-imnut. Il-fergħa Irlandiża ta' ASI taqdi l-ordnijiet ta' xiri mqegħdin minn dawn il-partijiet relatati u torganizza l-attivitajiet ta' distribuzzjoni għall-esportazzjoni jew għall-konsenja tal-prodott lil dawk l-entitajiet.
(22) L-erba' rotot ewlenin tal-partijiet terzi għas-suq huma: operaturi kummerċjali, tal-bejgħ bl-imnut, tal-edukazzjoni u tat-telefown (flimkien magħrufin bħala klijenti tal-kanali tal-bejgħi). Il-kuntratti tal-fergħa Irlandiża ta' ASI ma' entitajiet oħrajn ta' partijiet relatati għall-appoġġ tal-bejgħ, għall-kummerċjalizzazzjoni u għal servizzi oħrajn ta' appoġġ fir-rigward tal-klijenti tal-kanali tal-bejgħ fis-swieq lokali tal-EMEIA. Bil-kontribut u bis-servizzi ta' appoġġ ipprovduti mill-entitajiet ta' Apple fis-suq lokali, l-ASI tikkuntratta lis-sħab tal-kanali tal-bejgħ u taċċetta u taqdi ordnijiet tal-bejgħ wara li tevalwa fatturi inklużi d-disponibbiltà fl-istokk, id-domanda għall-bejgħ madwar il-pajjiżi kollha u r-riskju ta' kreditu fuq il-bażi tal-linji gwida dinjin ta' Apple.
(23) L-attivitajiet relatati kemm mal-bejgħ lil partijiet relatati kif ukoll lil partijiet terzi jinkludu l-ġestjoni tal-proċess ta' qadi lill-klijenti sabiex jiġu mmassimizzati l-effiċjenzi fl-attivitajiet ta' distribuzzjoni tal-fergħa Irlandiża ta' ASI, l-allokazzjoni tal-prodotti u l-ġestjoni tal-ordnijiet, l-eżekuzzjoni tal-bejgħ u l-ġestjoni ta' kontijiet ta' klijenti terzi ewlenin sabiex tiddiskuti r-rekwiżiti tal-ordnijiet.
(24) It-timijiet tal-bejgħ u tad-distribuzzjoni jiffokaw ukoll fuq il-bejgħ dirett permezz tal-ħwienet online u minn dawn. L-attivitajiet tat-timijiet ta' bejgħ u ta' distribuzzjoni b'rabta mal-ħwienet online jinkludu l-iffaċilitar tal-proċess ta' bejgħ u ta' ordni għall-konsumaturi, għan-negozji żgħar u medji u għall-klijenti mill-qasam tal-edukazzjoni.
(25) Dan jinkludi prodotti tat-trasport primarjament minn manifatturi terzi fiċ-Ċina lejn is-swieq ta' destinazzjoni madwar ir-reġjun EMEIA. L-attivitajiet tal-funzjoni loġistika jinkludu l-ġestjoni tal-merkanzija 'l barra tal-prodotti ta' Apple ddestinata lil klijenti tal-kanali tal-bejgħ, lil klijenti tal-ħanut online u lil partijiet relatati. Ċerti attivitajiet tal-operazzjonijiet loġistiċi jsiru minn partijiet relatati b'kuntratti ta' servizzi mal-fergħa Irlandiża ta' ASI.
(26) Skont ir-rapport ad hoc ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple], il-prodotti mmanifatturati mill-fergħa Irlandiża ta' AOE jirrappreżentaw biss perċentwal żgħir mill-volum ta' bejgħ totali ta' Apple fir-reġjun EMEIA.
(27) Din il-funzjoni twettaq l-attivitajiet fil-forza tax-xogħol u l-flussi tal-proċess tal-manifattura għaż-żamma ta' użu regolari u effiċjenti tar-riżorsi u tal-livell mistenni ta' produzzjoni.
(28) L-inġinerija tal-proċessi hija relatata mal-operazzjoni, mal-kontroll u mal-ottimizzazzjoni tal-proċessi fl-attivitajiet tal-manifattura. It-tim jistabbilixxi u jtejjeb il-proċessi effiċjenti għal prodotti attwali u ġodda.
(29) L-attivitajiet jinkludu l-proċessi kollha meħtieġa sabiex id-diversi komponenti jiġu ttrasformati fl-oġġetti lesti skont l-istandards stabbiliti minn Apple Inc. fl-Istati Uniti.
(30) Il-funzjoni tal-assigurazzjoni tal-kwalità u tal-kontroll tal-kwalità tinvolvi l-attivitajiet kollha li bihom il-fergħa Irlandiża ta' AOE tanalizza l-kwalità tal-fatturi kollha involuti fil-produzzjoni.
(31) Din tikkonċerna prodotti li ġew ritornati lil Apple għal diversi raġunijiet. Il-fergħa Irlandiża ta' Apple tiżgura li qabel ma prodott restawrat ta' Apple jerġa' jinbiegħ, jgħaddi minn proċess ta' restawr sabiex jiġi żgurat li dan jissodisfa l-istandards tal-kwalità ta' Apple.
(32) […].
(33) Wieħed mill-kompiti ewlenin tat-tim ta' lokalizzazzjoni kien li jadatta prodotti u servizzi għal lingwi differenti, għal differenzi reġjonali u għar-rekwiżiti tekniċi tas-swieq lokali.
(34) L-istabbiliment permanenti jirreferi għal preżenza taxxabbli f'ġurisdizzjoni.
(35) Ittra mill-Irlanda tal-15 ta' April 2015, l-Appendiċi, p. 19.
(36) Ir-rapport ad hoc ta' PwC, l-Appendiċi 1 “Apple Sales International (ASI) Branch”, p. 11.
(37) Ittra mingħand Apple tat-22 ta' April 2016, p. 12 u t-Tabella 10.
(38) Id-deċiżjoni tal-1991 tirreferi għall-“kostijiet operatorji” fir-rigward ta' ASI u għall-“ispejjeż operatorji” fir-rigward ta' AOE, għad li ż-żewġ termini jirreferu għall-istess kategorija ta' imposti.
(39) Ara l-fax tal-24 ta' Jannar 1991 mingħand il-[konsulent tat-taxxa ta' Apple] dwar l-allokazzjoni ta' kapital.
(40) Nota f'qiegħ il-paġna miżjuda: punt tirreferi għall-munita Irlandiża f'dak iż-żmien tad-deċiżjoni, il-lira Irlandiża.
(41) Nota f'qiegħ il-paġna miżjuda: tkagħbir bl-użu jirreferi għad-deprezzament ta' oġġetti materjali.
(42) L-introjtu tal-Iskeda C jikkonċerna profitti li jirriżultaw mid-dividend tad-dħul pubbliku pagabbli fl-Irlanda (it-Taqsima 17 tat-TCA 97), l-introjtu tal-iskeda D huwa sottodiviż f'ħames Każijiet; (i) profitti operatorji; (ii) profitti mill-eżerċizzju ta' professjonijiet; (iii) imgħax mhux intaxxat u introjtu minn barra l-pajjiż; (iv) kwalunkwe introjtu jew profitt ieħor mhux taxxabbli b'xi mod ieħor; (v) introjtu mill-kiri tal-art fl-Irlanda (it-Taqsima 18 tat-TCA 97), l-iskeda E tikkonċerna l-introjtu minn uffiċċji pubbliċi, minn impjiegi, minn annwalitajiet u minn pensjoni (it-Taqsima 19 tat-TCA 97) u l-iskeda F tikkonċerna dividendi minn kumpaniji Irlandiżi (it-Taqsima 20 tat-TCA 97).
(43) It-Taqsima 21(1). Eżempji ta' tali eżenzjonijiet speċifiċi huma profitti ta' kumpanija mhux residenti li ma jistgħux jiġu allokati lil fergħa, ara t-Taqsima 25 tat-TCA 97 jew ħafna mid-distribuzzjonijiet riċevuti minn kumpaniji oħrajn residenti l-Irlanda, ara t-Taqsima 129 tat-TCA 97.
(44) Taqsima 76 A tat-TCA 97.
(45) Pereżempju, skont it-Taqsima 81(2) tat-TCA 97, l-ispejjeż ġeneralment ikunu deduċibbli għat-taxxa jekk ma jkunux ta' xorta kapitali u jiġġarrbu kompletament u esklussivament għall-finijiet tan-negozju.
(46) Taqsima 307 u 308 tat-TCA 97.
(47) Taqsima 27(1), (2) tat-TCA 97.
(48) Taqsima 18, paragrafu 1 u 2(a) tat-TCA 1997 b'rabta mat-Taqsima 21(1) tat-TCA 97.
(49) It-Taqsima 3(1) tiddeskrivi “attivitajiet operatorji” bħala attivitajiet li jinkludu “kull kummerċ, manifattura, avventura jew negozju fin-natura tal-kummerċ”.
(50) Skont it-Taqsima 21 A tat-TCA 97, rata tat-taxxa ta' 25 % tapplika għall-introjtu taxxabbli skont l-Iskeda D, każijiet III, IV u V. Dawn il-każijiet jinkludu fost l-oħrajn introjtu passiv bħall-imgħax, ir-royalties u l-introjtu mill-kiri.
(51) Irish Revenue, Guidance on revenue opinions on classification of activities as trading, jinsab fuq: http://www.revenue.ie/en/tax/ct/basis-charge.html
(52) Guidance on revenue opinions on classification of activities as trading, p. 3.
(53) Ara t-Taqsima 129 tat-TCA 97.
(54) Notes for Guidance — Taxes Consolidation Act 1997 — Finance Act 2014 Edition — Part 2, paġna 24.
(55) Kumpanija mhux residenti li ma twettaqx negozju fl-Istat permezz ta' fergħa jew ta' aġenzija hija dovuta tħallas it-taxxa fuq l-introjtu fir-rigward ta' introjtu li jiġi minn sorsi fl-Istat. Meta kumpanija mhux residenti jkollha fergħa jew aġenzija fl-Istat, trid tkun dovuta tħallas it-taxxa fuq l-introjtu u mhux it-taxxa korporattiva fuq l-introjtu mhux attribwibbli għall-fergħa jew għall-aġenzija. B'mod simili, it-taxxa fuq il-qligħ kapitali hija imposta fuq il-qligħ taxxabbli ta' kumpanija mhux residenti meta ma jkollha ebda fergħa jew aġenzija fl-Istat jew fejn, jekk ikollha fergħa jew aġenzija fl-Istat, il-qligħ ma jkunx attribwibbli għall-fergħa jew għall-aġenzija.
(56) L-Irlanda ilha Membru tal-OECD mis-17 ta' Awwissu 1961.
(57) L-amministrazzjonijiet tat-taxxa u l-leġiżlaturi huma konxji ta' din il-problema u l-leġiżlazzjoni tat-taxxa ġeneralment tippermetti lill-amministazzjoni tat-taxxa tikkoreġi d-dikjarazzjonijiet tat-taxxa ta' kumpaniji intergrati li b'mod żbaljat japplikaw prezzijiet ta' trasferiment, billi jissotitwixxu prezzijiet li jikkorrispondu għal approssimazzjoni affidabbli ta' dawk miftehmin minn kumpaniji indipendenti li jinnegozjaw f'ċirkostanzi komparabbli f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta.
(58) Ara Transfer Pricing Guidelines for Multinational Enterprises and Tax Administrations, OECD, 22 ta' Lulju 2010. Verżjoni preċedenti ta' dawn il-linji gwida ġiet approvata mill-Kunsill tal-OECD fit-13 ta' Lulju 1995 (minn hawn 'il quddiem: il-“Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP”).
(59) Ara 2010 Report on the Attribution of Profits to Permanent Establishments, approvat mill-Kunsill tal-OECD tat-22 ta' Lulju 2010.
(60) Il-punt 14 tat-taqsima B-3 (i), p. 14 tar-Rapport tal-2010 tal-OECD dwar l-Attribuzzjoni tal-Profitt.
(61) Il-paragrafu 1.42 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP jiddikjara: “Fi tranżazzjonijiet bejn żewġ intrapriżi indipendenti, il-kumpens normalment se jirrifletti l-funzjonijiet li twettaq kull intrapriża (filwaqt li jitqiesu l-assi użati u r-riskji supponuti). Għalhekk, fid-determinazzjoni ta' jekk tranżazzjonijiet jew l-entitajiet ikkontrollati u mhux ikkontrollati humiex komparabbli, hemm bżonn li ssir analiżi funzjonali. Din l-analiżi funzjonali tfittex li tidentifika u tqabbel l-attivitajiet ekonomikament sinifikanti u r-responsabbiltajiet meħudin, l-assi użati u r-riskji assunti mill-partijiet għat-tranżazzjonijiet.” Ara l-punt 1.20 tal-Linji Gwida tal-1995 dwar it-TIP “F'negozjati bejn żewġ intrapriżi indipendenti, il-kumpens normalment se jirrifletti l-funzjonijiet li twettaq kull intrapriża (filwaqt li jitqiesu l-assi użati u r-riskji supponuti). Għalhekk, fid-determinazzjoni ta' jekk tranżazzjonijiet jew l-entitajiet ikkontrollati u mhux ikkontrollati humiex komparabbli, hemm bżonn li jsir tqabbil tal-funzjonijiet imwettqin mill-partijiet. Dan it-tqabbil huwa bbażat fuq analiżi funzjonali, li tfittex li tidentifika u tqabbel l-attivitajiet ekonomikament sinifikanti u r-responsabbiltajiet meħudin jew li se jittieħdu mill-intrapriżi indipendenti u assoċjati.” (enfasi miżjuda)
(62) Il-punt 15 tat-taqsima B-3 (i), p. 14 tar-Rapport tal-2010 tal-OECD dwar l-Attribuzzjoni tal-Profitt.
(63) Il-punt 13 tat-taqsima B-3 (i), p. 14 tar-Rapport tal-2010 tal-OECD dwar l-Attribuzzjoni tal-Profitt.
(64) Il-punt 15 tat-taqsima B-3 (i), p. 14 tar-Rapport tal-2010 tal-OECD dwar l-Attribuzzjoni tal-Profitt.
(65) Il-punt 17 tat-taqsima B-3 (i), p. 14 tar-Rapport tal-2010 tal-OECD dwar l-Attribuzzjoni tal-Profitt.
(66) Rigward il-kummerċjalizzazzjoni tal-intanġibbli, il-punt 97 ta' D-2(iii)(c)(3)A(iii) tar-Rapport tal-2010 tal-OECD dwar l-Attribuzzjoni tal-Profitt indika li “il-prinċipji fundamentali fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni tal-intanġibbli huma l-istess bħal dawk tal-intanġibbli kummerċjali.”
(67) Il-paragrafu 2.3 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP jiddikjara: “Bħala riżultat, fejn, fid-dawl tal-kriterji deskritti fil-paragrafu 2.2, metodu tradizzjonali bbażat fuq it-tranżazzjonijiet u metodu tranżazzjonali bbażat fuq il-profitt jistgħu jiġu applikati b'mod daqstant affidabbli, il-metodu ta' tranżazzjoni tradizzjonali huwa ppreferut aktar mill-metodu tranżazzjonali bbażat fuq il-profitt.” Il-paragrafu 3.49 tal-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP jiddikjara: “Il-metodi tradizzjonali bbażati fuq it-tranżazzjonijiet għandhom jiġu preferuti aktar minn metodi tranżazzjonali bbażati fuq il-profitt bħala mezz biex jiġi stabbilit jekk il-prezz ta' trasferiment ikunx f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta, jiġifieri jekk hemmx kondizzjoni speċjali li taffettwa l-livell ta' profitti bejn l-intrapriżi assoċjati. Sal-lum, l-esperjenza prattika wriet li fil-maġġoranza tal-każijiet, huwa possibbli li jiġu applikati metodi tradizzjonali bbażati fuq it-tranżazzjonijiet.”
(68) Fid-dettall, il-paragrafu 3.18 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP jipprovdi għar-rakkomandazzjoni li ġejja: “Meta jiġi applikat metodu “cost plus”, ta' prezz għall-bejgħ mill-ġdid jew ta' marġni tranżazzjonali nett kif deskritt fil-Kapitolu II, huwa meħtieġ li tintgħażel il-parti għat-tranżazzjoni li għaliha jiġi ttestajt indikatur finanzjarju (valwazzjoni pożittiva fuq il-kostijiet, marġni gross, jew indikatur tal-profitt nett). L-għażla tal-parti ttestjata għandha tkun konsistenti mal-analiżi funzjonali tat-tranżazzjoni. Bħala regola ġenerali, il-parti ttestjata hija dik li għaliha jista' jiġi applikat metodu tal-ipprezzar ta' trasferiment fl-aktar manjiera affidabbli u li għaliha jistgħu jinstabu l-aktar prodotti simili affidabbli, jiġifieri ħafna drabi tkun dik li jkollha l-anqas analiżi funzjonali kumplessa.” Il-paragrafu 3.43 tal-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP fih deskrizzjoni komparabbli.
(69) Ara l-parti operazzjonali tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ (Taqsima 4).
(*2) Divulgazzjoni: fl-2006 huwa inkluż dividend ta' USD 1 250 miljun imħallas minn ASI lil AOE u minn AOE lil AOI, fl-2010, fl-2011, fl-2012, fl-2013 u fl-2014, l-introjtu mill-intrapriżi tal-grupp ammonta għal USD 6 575 miljun, għal USD 6 253 miljun, għal USD [14 500 — 15 000] miljun, għal USD [5 000 — 5 500] miljun u għal USD [1 500 — 2 000] miljun rispettivament.
(70) Iċ-ċifri tal-fatturat tul l-2008 ġew iddikjarati mill-ġdid mill-fatturat ta' USD 116 696 u s-COGS (USD 19 587) għall-fatturat ta' USD 411 802 u s-COGS (USD 314 693).
(71) Ara l-ittra tal-Kummissjoni tal-11 ta' Novembru 2015, premessa (27).
(72) It-taxxa li għaliha ASI kienet obbligata tħallas lill-awtoritajiet tat-taxxa Irlandiżi kienet stabbilita f'euro u ammontat għal madwar EUR 4,8 miljun fl-2009, EUR 4,8 miljun fl-2010, EUR 7,3 miljun fl-2011, EUR [1-10] miljun fl-2012, EUR [0,7-0,8] miljun fl-2013 u EUR [0,9-1] miljun fl-2014, ara l-ittra ta' Apple datata t-22 ta' April 2016, p. 8-9.
(73) Li tammonta għal madwar […] u […] għall-2013 u għall-2014 rispettivament, ara l-ittra ta' Apple datata t-22 ta' April 2016, p. 10.
(74) L-obbligu tat-taxxa korporattiva Taljana li rriżulta għal ASI kien jammonta għal madwar EUR [20-30] miljun fl-2009, EUR [40-50] miljun fl-2010, EUR [50-60] miljun fl-2011 u EUR [30-40] miljun fl-2012, ara l-ittra ta' Apple datata t-22 ta' April 2016, p. 10. Madankollu, dawn l-ammonti ma ġewx irreġistrati fil-kontijiet ta' ASI ppreżentati fit-Table 1, billi l-kontijiet kienu nħarġu qabel il-valutazzjoni mill-awtoritajiet tat-taxxa tal-Italja. L-Irlanda baqgħet ma għarrfitx lill-Kummissjoni dwar ir-ridikjarazzjoni tal-kontijiet ta' ASI sa dak iż-żmien.
(75) L-obbligu tat-taxxa fuq l-introjtu korporattiv ta' AOE f'Singapore kien jammonta għal SGD 42 136, għal SGD 1 810 u għal SGD 535 għas-snin 2009, 2010 u 2011, rispettivament, ara l-ittra ta' Apple datata t-22 ta' April 2016, p. 10.
(76) Dan il-komponent jammonta għal USD [20-30] elf għal AOE tul il-perjodu 2003-2013, ara l-ittra mill-Irlanda datata l-15 ta' April 2015, p. 4. Fir-rigward ta' ASI, dan il-komponent tad-dħul mill-imgħax mill-proprjetà tal-fergħa Irlandiża jammonta għal USD [70-80] miljun tul il-perjodu 2003-2013, ara l-ittra mill-Irlanda bid-data tal-15 ta' April 2015, p. 2 u l-kummenti mill-Irlanda għad-Deċiżjoni ta' Ftuħ tal-5 ta' Settembru 2014, Folder 3. L-ammonti rispettivi għall-2014 kienu għadhom ma ġewx stabbiliti skont l-Irlanda fid-data tal-ittra Irlandiża tal-15 ta' April 2015.
(77) L-ittra mill-Irlanda tal-15 ta' April 2015, p. 3.
(78) Jistgħu jiġu osservati differenzi żgħar bejn it-taxxa rrapportata fil-kontijiet, ippreżentati fit-Tabella 1 u fit-Tabella 2 u fid-dikjarazzjonijiet tat-taxxa, u dawn jistgħu jkunu dovuti għal ċaqliq fil-muniti jewgħal varjazzjonijiet tal-perjodi ta' żmien fir-rapportar.
(79) Apple tiddefinixxi sħab tal-kanali tal-bejgħ bħala distributuri u bejjegħa bl-imnut li huma partijiet terzi u li jixtru prodotti ta' Apple sabiex jerġgħu jbigħuhom.
(80) Ara l-ħarsa ġenerali lejn il-minuti tal-laqgħat tal-Bord li saru matul id-Direttorat ta' Tim Cook, kif iddikjarat Apple lis-subkumitat permanenti tas-Senat tal-Istati Uniti dwar l-investigazzjonijiet matul is-smigħ dwar Apple, APL-PSI-000342/000343.
(81) Ekwivalenti ta' Ingaġġ Full-Time (FTE) hija s-sigħat maħdumin minn impjegat fuq bażi full-time, u tindika n-numru ta' impjegati, filwaqt li tgħodd l-impjegati part-time b'mod proporzjonat għas-sigħat li ħadmu.
(82) Skont l-informazzjoni ppreżentata minn Apple lis-Sottokumitat Permanenti tas-Senat tal-Istati Uniti, l-attività ewlenija tal-fergħa ta' Singapore u tal-predeċessuri tagħha sal-2003 kienet il-manifattura ta' mikrokompjuters, ta' komponenti tal-kompjuter u ta' apparati periferali. Il-Fergħa ta' Singapore kienet parti għas-CSA sabiex tikseb u żżomm id-drittijiet għall-manifattura u għad-distribuzzjoni tal-prodotti ta' Apple. Wara l-2003 u sal-2009, il-Fergħa ta' Singapore aġixxiet bħala fornitur ta' servizz lil affiljati ta' Apple fir-reġjun APAC. Dawn is-servizzi kienu jinkludu appoġġ finanzjarju, appoġġ fis-sistemi ta' informazzjoni u fit-teknoloġija, u ġestjoni tal-katina ta' provvista u loġistika, ara APL-PSI-000234.
(83) L-ittra tal-Irlanda tal-4 ta' Mejju 2015.
(84) L-ittra ta' Apple tal-4 ta' Mejju 2015.
(85) L-ittra ta' Apple tal-4 ta' Mejju 2015.
(86) L-ittra ta' Apple tal-4 ta' Mejju 2015.
(87) Nota 6, 7 jew 8 għall-Kontijiet Annwali ta' ASI għall-FY 2004-2013.
(88) Fil-5 ta' Settembru 2014, l-Irlanda pprovdiet is-CSA bejn Apple Inc, ASI u AOE effettiv mit-30 ta' Settembru 2007.
(89) Taqsima B.5 tal-Ftehim għas-Sottotrasferiment ta' Proprjetà Intanġibbli tal-1 ta' Diċembru 1980.
(90) Taqsima 1.7 tas-CSA tat-30 ta' Settembru 2007.
(91) Taqsima 1.12 tas-CSA tat-30 ta' Settembru 2007.
(92) Ara l-premessa F tas-CSA tas-26 ta' Settembru 1999 u l-premessa G tas-CSA tat-30 ta' Settembru 2007.
(93) It-Taqsima IV (A) tas-CSAs tas-26 ta' Settembru 1992 u 1999.
(94) It-Taqsima 5.2 u 5.3 tas-CSA tat-30 ta' Settembru 2007, tal-5 ta' Jannar 2009 u tad-29 ta' Settembru 2013.
(95) Esibit B għas-CSA tal-2009 u Esibit B għas-CSA tal-2013.
(96) Ittra minn Apple tat-22 ta' April 2016, p. 15-16.
(97) Apple indikat li, skont it-Taqsima 5.4 tas-CSA tal-2007 u dispożizzjonijiet simili ta' CSAs oħrajn, Apple Inc. żammet id-dritt u r-responsabbiltà uniċi li tikkontrolla l-azzjonijiet kollha sabiex tipproteġi l-IP ta' Apple. Għalhekk, l-azzjonijiet kollha fir-rigward tal-protezzjoni tal-IP huma mnedijin, ġestiti u eżegwiti mill-Istati Uniti (ara l-ittra ta' Apple tat-22 ta' April 2016, p. 7). Fid-dawl ta' dan il-fatt, mhuwiex ċar għaliex il-bordijiet ta' ASI u ta' AOE kienu qed jagħtu l-prokura fir-rigward tal-protezzjoni tal-IP, billi skont is-CSA dawn iż-żewġ kumpaniji xorta waħda ma jkollhom ebda dritt f'dan ir-rigward.
(98) Il-bord tad-diretturi ta' AOE qabel li jaderixxi mas-CSA tal-2013 fil-laqgħa ta' […]. Awwissu 2014, li saret fuq it-telefown.
(99) Is-snin finanzjarji ta' ASI u ta' AOE jintemmu f'Settembru ta' kull sena.
(100) USD [100-200] miljun fl-2011, USD [10-20] miljun fl-2010 u USD [1 000-10 000] fl-2009, ara l-kontijiet statutorji ta' ADI għall-perjodi rispettivi.
(101) Sottomissjoni tal-Irlanda tad-29 ta' Jannar 2016, p. 8-9.
(102) Skont l-Irlanda, l-allokazzjoni ssir fuq bażi ta' distakkament skont l-istatuti u r-regolamenti tal-Istati Uniti dwar il-Prezzar ta' Trasferiment, ara s-sottomissjoni tal-Irlanda tad-29 ta' Jannar 2016, p. 3. Skont il-Ftehim tas-Servizz ta' Kummerċjalizzazzjoni, it-tariffa tas-servizzi pagabbli minn ASI lil Apple Inc. skont il-ftehim hija fil-prinċipju ta' [100-150] % tal-“kostijiet raġonevoli mġarrbin” u f'xi każijiet ta' [50-100] % tat-tali kostijiet, ara l-Ftehim tas-Servizz tal-Kummerċjalizzazzjoni p. 3.
(103) Sottomissjoni tal-Irlanda tad-29 ta' Jannar 2016, p. 3.
(104) Il-Prepagamenti u Introjtu Dovut tal-Garanzija […] L-appoġġ huwa entrata tal-karta bilanċjali kbira oħra [....].
(105) Ara l-premessa (12).
(106) Ara t-Taqsima 39 tal-Att Finanzjarju (Nru 2) 2013 tat-18 ta' Diċembru 2013, Emenda tat-taqsima 23 A tal-Att Prinċipali (residenza tal-kumpaniji).
(107) Ara l-premessa (12).
(108) Ara l-premessa (13).
(109) Ara l-premessa (27).
(110) Ara l-premessa (138).
(111) Il-prestazzjoni u l-profittabilità spiss jitkejlu bl-użu ta' proporzjonijiet ippreżentati bħala “marġini” jew “valwazzjonijiet pożittivi”. Il-metodu maqbul fid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati huwa spjegat mill-Irlanda bħala wieħed li jikkonsisti f'“valwazzjoni pożittiva” fuq il-kostijiet operatorji, li fih il-bażi għat-taxxa hija daqs il-perċentwal maqbul. Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, Apple tirreferi għal “marġni” fuq il-kostijiet operatorji minflok għal “valwazzjoni pożittiva”. Iż-żewġ termini jintużaw b'mod interkambjabbli f'din id-Deċiżjoni, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor.
(112) Il-Proporzjon Barry huwa ddefinit bħala l-proporzjon tal-profitt gross għall-ispejjeż operazzjonali totali. Il-konsulent tat-taxxa jagħmel referenza għall-paragrafi 2.100-2.102 tal-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP. Fil-każ ta' distributur li jbigħ oġġetti lil distributuri oħrajn ta' partijiet relatati, l-unika funzjoni li żżid il-valur hija l-loġistika tad-distribuzzjoni tal-oġġetti; il-kost tal-oġġetti sempliċiment jingħadda lix-xerrej sussegwenti tal-prodott. Il-kost tat-twettiq tad-distribuzzjoni għandu jkun l-ispejjeż operatorji tal-kumpanija. F'dan il-każ, kumpanija għandha tiġi remunerata għal dik in-nefqa biss. Essenzjalment, l-użu tal-Proporzjon Berry b'dan il-mod jagħti lid-distributur redditu abbażi tal-kost b'addenda fuq il-kostijiet tad-distribuzzjoni (il-kostijiet li jżidu l-valur) tan-negozju.
(113) Skont ir-rapport, ma kienx hemm database affidabbli biżżejjed għas-snin preċedenti li tippermetti li ssir l-analiżi meħtieġa skont il-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP.
(114) Deċiżjoni ta' Ftuħ, paragrafu 67.
(115) Deċiżjoni ta' Ftuħ, paragrafu 63.
(116) Ara l-premessi minn (162) sa (164).
(117) Ir-rapport ad hoc ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] huwa msemmi mill-Irlanda fis-sottomissjoni tagħha tat-18 ta' Frar 2016, li fiha l-Irlanda bagħtet rapport ad hoc ta' PwC lill-Kummissjoni. Skont l-ittra mill-Irlanda fis-“ 17 ta' Novembru 2014, Apple bagħtet analiżi minn [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] […]. Safejn taf l-Irlanda, il-Kummissjoni qatt ma kellha problema b'dik l-analiżi jew esprimiet xi nuqqas ta' qbil magħha.”
(118) Il-Kawża C-446/03 Marks & Spencer vs Halsey EU:C:2005:763.
(119) [1988] IR 258.
(120) Ir-rapport jikkonkludi li “fuq il-bażi tal-funzjonijiet mhux tal-fergħat imwettqin tal-funzjonijiet tal-persuni sinifikanti permezz tal-Bordijiet ta' AOE u ta' ASI li jaġixxu barra mill-Irlanda relatati mal-parteċipazzjoni fis-CSA, mal-iżvilupp ta' IP, mal-ġestjoni ta' IP, ma' introduzzjonijiet ta' prodotti ġodda, mal-prezzar, mal-ikkuntrattar, mat-tiġrib u mal-finanzjament ta' riskji kummerċjali ewlenin, u mas-sjieda u mal-finanzjament ta' proprjetà intanġibbli siewja sinifikanti, xieraq li l-Funzjonijiet Mhux tal-Fergħat ta' AOE u ta' ASI jiġu kkaratterizzati bħala l-imprenditur u s-sid benefiċjarju tal-IP ta' Apple barra mill-Amerki”.
(121) Iż-żewġ passi kif deskritti mir-rapport ad hoc ta' PwC mhumiex l-istess bħall-approċċ b'żewġ passi ppreżentat fir-Rapport tal-OECD dwar l-Attribuzzjoni tal-Profitt, minkejja r-referenza li għamel il-konsulent tat-taxxa tal-Approċċ Awtorizzat tal-OECD.
(122) L-analiżi funzjonali mwettqa ma tidentifikax il-funzjoni tan-nies sinifikanti fl-uffiċċji prinċipali ta' ASI u ta' AOE jew tal-fergħat Irlandiżi. Minflok, tirreferi għall-eżekuttivi superjuri li jinsabu fl-Istati Uniti.
(123) Il-lista sħiħa ta' 52 kumpanija magħżulin minn PwC għat-tqabbil hija din li ġejja: IRES — S.P.A., ACTIVA DISTRIBUCIO D'ELECTRODOMESTICS, SA, AVESTA, ELECTRODOMESTICS CANDELSA, SA, ELETTROLAZIO S.P.A., B2BIRES S.R.L., M HERMIDA INFORMATICA SA, TEDUIN SA, PROFESSIONNAL KOMPJUTER ASSOCIES FRANCE, EUROP KOMPJUTER PERFORMANCE, DACOM S.P.A., COM 2 NETWORKS, ALLNET.ITALIA S.P.A., RECO S.P.A., INFOWORK TECNOLOGY SL, LINEA 2000, COMPONENTES ELECTRICOS MERCALUZ SA, ΕΝΑΡΞΙΣ ΔΥΝΑΜΙΚΑ ΜΕΣΑ Ε.Π.Ε., SIAM S.R.L., COMERCIANTES DE ELECTRODOMESTICOS CORDOBESES SA, EARPRO SA, REMLE, SA, CONFIG, INTERDAS S.P.A., SANGHA FRANCE, SUMELEC NAVARRA SL, APRA S.P.A., COMERCIANTES DE ELECTRODOMESTICOS DE VALENCIA SA, VERE 85 SA, APLICACIONES TECNOLOGICAS SA, DIGIT ACCESS, AMSTESO ELECTRIC LIMITED, OLISYS, TECNOTEL ITALIA S.R.L. IN LIQUIDAZIONE, TRANS AUDIO VIDEO S.R.L., KONTORLAND AS, CONNECT DATA, FRIGO 2000 S.R.L., NEO TECHNOLOGY, DUWIN SRL, IPOH S.R.L., GIGALOGIE, MIELCO S.P.A. IN LIQUIDAZIONE, FERNANDO CRISTINO, LDA, MOBIMAQUE II — EQUIPAMENTOS DE TELECOMUNICAÇÕES, LDA, INTERPONTO — COMÉRCIO INTERNACIONAL DE EQUIPAMENTOS DE INFORMÁTICA, LDA, TELSERVICE S.R.L., K1 ELECTRONIC GMBH, MT COMPONENTS LIMITED, TULSI IMPORT EXPORT LTD, MEMTEC IBERICA, LAZANAS — XAPAPADAKOU EISAGOGIKI A.E.E.
(124) Ara l-Kawża C-399/08 P Il-Kummissjoni vs Deutsche Post EU:C:2010:481, paragrafu 38 u l-ġurisprudenza ċċitata fiha.
(125) Ara l-Kawża C-399/08 P Il-Kummissjoni vs Deutsche Post EU:C:2010:481, paragrafu 39 u l-ġurisprudenza ċċitata fiha.
(126) Ara l-Kawżi Magħquda C-106/09 P u C-107/09 P Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Gvern ta' Ġibiltà u r-Renju Unit EU:C:2011:732, paragrafu 72 u l-ġurisprudenza ċitata fih.
(127) Ara l-Kawża C-169/08 Presidente del Consiglio dei Ministri EU:C:2009:709, paragrafu 58.
(128) Ara l-Kawża 730/79 Phillip Morris EU:C:1980:209, paragrafu 11; u l-Kawżi Magħquda T-298/97, T-312/97 eċċ. Alzetta EU:T:2000:151, paragrafu 80.
(129) Il-Kawża C-172/03 Heiser EU:C:2005:130, paragrafu 55 (enfasi miżjuda). Ara wkoll il-Kawża C-494/06 P Il-Kummissjoni vs L-Italja u Wam EU:C:2009:272, paragrafu 54 u l-ġurisprudenza ċċitata u C-271/13 P Rousse Industry vs Il-Kummissjoni EU:C:2014:175, paragrafu 44. Il-Kawżi Magħquda C-71/09 P, C-73/09 P u C-76/09 P Comitato “Venezia vuole vivere” u Oħrajn vs Il-Kummissjoni EU:C:2011:368, paragrafu 136. Ara wkoll il-Kawża C-156/98 Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni EU:C:2000:467, paragrafu 30, u l-ġurisprudenza ċċitata.
(130) Il-Kawża C-39/94 SFEI u Oħrajn EU:C:1996:285, paragrafu 60; il-Kawża C-342/96 Spanja vs Il-Kummissjoni EU:C:1999:210, paragrafu 41.
(131) Ara l-Kawża 173/73 L-Italja vs Il-Kummissjoni, EU:C:1974:71, paragrafu 13.
(132) Ara, pereżempju, il-Kawża C-387/92 Banco Exterior de España EU:C:1994:100.
(133) Ara l-Kawża C-66/02 L-Italja vs Il-Kummissjoni EU:C:2005:768, paragrafu 78; il-Kawża C-222/04 Cassa di Risparmio di Firenze u Oħrajn EU:C:2006:8, paragrafu 132; il-Kawża C-522/13 Ministerio de Defensa u Navantia EU:C:2014:2262, paragrafi minn 21 sa 31. Ara wkoll il-punt 9 tal-Avviż tal-Kummissjoni fuq l-applikazzjoni tar-regoli ta' għajnuna tal-istat għall-miżuri relatati mat-tassazzjoni tan-negozju dirett ĠU C 384, 10.12.1998, p. 3.
(134) Ara l-Kawża C-270/15 P Il-Belġju vs Il-Kummissjoni EU:C:2016:489, paragrafu 49 u l-Kawża C-15/14 P Il-Kummissjoni vs MOL EU:C:2015:362, paragrafu 60.
(135) Ara l-Kawża T-385/12 Orange vs Il-Kummissjoni EU:T:2015:117, paragrafu 53.
(136) Fil-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, Apple targumenta li l-kundizzjonijiet ta' vantaġġ u ta' selettività għas-sejbien ta' għajnuna mill-Istat għandhom jiġu vvalutati b'mod separat, għaliex huma relatati ma' żewġ aspetti differenti tal-kunċett ta' għajnuna mill-Istat. Madankollu, fid-dawl tal-fatt li din id-deċiżjoni tikkonċerna miżura ta' għajnuna individwali u billi s-separazzjoni ta' dawk il-kondizzjonijiet tkun twassal għal xogħol doppju għalxejn, il-Kummissjoni ddeċidiet li tivvaluta l-preżenza ta' vantaġġ flimkien mat-tieni stadju tal-analiżi tas-selettività.
(137) Ara C-172/03 Heiser EU:C:2005:130, paragrafu 40.
(138) Il-Kawżi Magħquda minn C-78/08 sa C-80/08 Paint Graphos u Oħrajn EU:C:2011:550.
(139) Ara l-Kawżi Magħquda minn C-78/08 sa C-80/08 Paint Graphos u Oħrajn EU:C:2011:550, paragrafu 65.
(140) Ara wkoll il-Kawżi Magħquda minn C-78/08 sa C-80/08 Paint Graphos u Oħrajn EU:C:2011:550, paragrafu 50.
(141) Ara l-premessa (69).
(142) Ara l-premessa (70).
(143) Ara l-premessa (72).
(144) Ara l-premessa (73).
(145) Ara l-premessa (76).
(146) Ara l-premessa (71).
(147) Dan huwa l-każ għal ASI u għal AOE, fejn il-profitti taż-żewġ kumpaniji jridu jiġu attribwiti bejn il-fergħat, ir-residenti tat-taxxa fl-Irlanda u l-uffiċċji prinċipali, li mhumiex residenti tat-taxxa fl-Irlanda, għad li fil-każ speċifiku ta' ASI u ta' AOE, ma hija involuta ebda ġurisdizzjoni oħra, billi l-uffiċċji prinċipali mhumiex residenti tat-taxxa ta' xi mkien.
(148) Il-kummenti ta' Apple dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, paragrafu 209.
(149) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/809/KE tat-8 ta' Lulju 2009 dwar l-iskema Groepsrentebox li n-Netherlands qiegħed jippjana li jimplimenta (C 4/07 (ex N 465/06)) (ĠU L 288, 4.11.2009, p. 26) (minn hawn 'il quddiem “id-deċiżjoni Groepsrentebox ”).
(150) Ara l-Kawża C-100/15 P Netherlands Maritime Technology Association vs Il-Kummissjoni EU:C:2016:254, paragrafu 110 u l-Kawża C-138/09 Todaro Nunziatina & C. EU:C:2010:291, paragrafu 21.
(151) L-iskema pprovdiet li l-bilanċ pożittiv bejn l-imgħax riċevut fuq self tal-grupp u l-imgħax imħallas fil-kuntest ta' tranżazzjonijiet ta' finanzjament intragrupp ma kienx intaxxat bir-rata standard tat-taxxa fuq il-kumpaniji ta' 25,5 % dak iż-żmien iżda kien intaxxat f'“pakkett ta' mgħax tal-grupp” bir-rata ta' 5 %.
(152) Id-Deċiżjoni Groepsrentebox, premessa 85.
(153) Id-Deċiżjoni Groepsrentebox, premessa 101.
(154) Id-Deċiżjoni Groepsrentebox, premessa 107.
(155) Ara l-premessa (251).
(156) Ara l-ittra mill-Irlanda tal-4 ta' Mejju 2015, p. 3.
(157) Il-kummenti ta' Apple dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, paragrafi 137, 210.
(158) Ara, b'mod partikolari, it-Taqsima 21(1) tat-TCA 97.
(159) Huwa biss fil-każ ta' introjtu ieħor, jiġifieri l-introjtu fil-forma ta' dividendi jew ta' mgħax, li l-kumpaniji residenti jiġu ntaxxati fuq l-introjtu dinji tagħhom, filwaqt li — konsegwentement — kumpaniji mhux residenti mhux se jiġu ntaxxati affattu.
(160) Il-Kawża C-311/97 Royal Bank of Scotland EU:C:1999:2664, paragrafu 29.
(161) Il-Kawża C-253/03 CLT-UFA EU:C:2006:129, paragrafu 29.
(162) Ara, pereżempju, l-ittra mill-Irlanda tas-17 ta' Lulju 2015, paragrafi 32 u 33.
(163) F'dan ir-rigward, ara l-Kawża C-253/03 CLT-UFA EU:C:2006:129, paragrafu 33: “[…] hemm lok li tiġi applikata rata ta' tassazzjoni fuq il-profitti ta' fergħa ekwivalenti għar-rata ta' tassazzjoni totali li kienet tiġi applikata fl-istess ċirkustanzi f'każ ta' distribuzzjoni tal-profitti ta' kumpannija sussidjarja lill-kumpannija prinċipali tagħha.” Ara wkoll il-Kawżi Magħquda minn C-78/08 sa C-80/08 Paint Graphos u Oħrajn EU:C:2011:550, paragrafu 50.
(164) Ittra mill-Irlanda tad-9 ta' Lulju 2013, Anness 1, p. 9.
(165) Il-kummenti tal-Irlanda dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, paragrafu 21.
(166) Il-kummenti ta' Apple dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, paragrafi 154 u 155: “It-Taqsima 25 tat-TCA teħtieġ l-attribuzzjoni tal-profitti għall-fergħa”
(167) Ara l-Kawżi Magħquda C-182/03 u C-217/03, Il-Belġju u Forum 187 ASBL vs Il-Kummissjoni, EU:C:2006:416, paragrafu 81; il-Kawżi Magħquda C-106/09 P u C-107/09 P Il-Kummissjoni vs Il-Gvern ta' Ġibiltà u tar-Renju Unit, EU:C:2011:732; il-Kawża C-417/10 3M Italia EU:C:2012:184, paragrafu 25, u l-Ordni fil-Kawża C-529/10 Safilo EU:C:2012:188, paragrafu 18; ara wkoll il-Kawża T-538/11 Il-Belġju vs Il-Kummissjoni EU:T:2015:188, paragrafu 66.
(168) Ara l-Kawżi Magħquda C-182/03 u C-217/03 Il-Belġju u Forum 187 ASBL vs Il-Kummissjoni EU:C:2006:416.
(169) Ara l-Kawżi Magħquda C-182/03 u C-217/03 Il-Belġju u Forum 187 ASBL vs Il-Kummissjoni EU:C:2006:416.
(170) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/757/KE tas-17 ta' Frar 2003 dwar skema ta' għajnuna mill-Istat implimentata mill-Belġju għal ċentri ta' koordinazzjoni stabbiliti fil-Belġju (ĠU L 282, 30.10.2003, p. 25).
(171) Ara l-Kawżi Magħquda C-182/03 u C-217/03 Il-Belġju u Forum 187 ASBL vs Il-Kummissjoni EU:C:2006:416, paragrafi 96 u 97.
(172) Fil-preżentazzjoni tagħha ta' kummenti dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, fil-paragrafi 154 u 155 Apple tiddikjara b'mod simili li l-eżerċizzju ta' attribuzzjoni tal-profitt skont it-Taqsima 25 tat-TCA 97 jeħtieġ li l-fergħa titqies bħala “ entità awtonoma ”.
(173) Il-kummenti tal-Irlanda dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, paragrafi 38 et seq.
(174) Il-kummenti ta' Apple dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, paragrafi 228 et seq.
(175) Il-Kummissjoni diġà għamlitha ċara fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ li ma kinitx tapplika l-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP bħala sors tal-liġi, iżda minflok kienet tibbaża fuq dawk il-linji gwida bħala dokument ta' referenza, filwaqt li fl-istess ħin tirreferi għall-prinċipju ta' distakkament kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja. Wara li tiddeskrivi l-Linji Gwida tal-OECD dwar it-TP u l-prinċipju ta' distakkament, il-Kummissjoni tkompli fil-premessa (57) sabiex tiddikjara li “huwa fid-dawl ta' dawn il-kummenti ġenerali li l-Kummissjoni se teżamina jekk id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati jikkonformawx mal-prinċipju ta' distakkament”.
(176) Il-kummenti tal-Irlanda dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, paragrafu 43.
(177) Kummenti tal-Irlanda dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, paragrafu 42, li jagħmel referenza għal sentenza tal-Qorti Suprema Irlandiża li tgħid: “Hija ġurisprudenza stabbilita li ċittadin ma għandux jiġi ntaxxat sakemm il-lingwa tal-istatut ma timponix l-obbligu b'mod ċar.” (Texaco (Ireland) Ltd v. Murphy (Inspector of Taxes) [1991] 2 Irish Reports 449 at 454 (Supreme Court).
(178) Ara l-Kawżi Magħquda C-182/03 u C-217/03 Il-Belġju u Forum 187 ASBL vs Il-Kummissjoni EU:C:2006:416, paragrafu 81.
(179) Ara t-Taqsima 8.2.2.2.
(180) Ara t-Taqsima 8.2.2.3.
(181) Ara, pereżempju, il-kummenti tal-Irlanda dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, p. 7, li skont din “[Il-maniġer tar-Revenue li qabel fuq il-bażi tal-attribuzzjoni tal-profitt tal-1991] ta importanza kritika lill-fatt li l-fergħat Irlandiżi ma kellhom ebda dritt għall-proprjetà intellettwali (IP) ta' Apple, jew interess fiha, li kienet sors sinifikanti tal-introjtu tal-kumpanija.”. Ara wkoll silta mill-intervista tat-30 ta' Novembru 1990, riprodotta fil-premessa (64), li tiddikjara li “fil-fehma ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple], il-profitt huwa derivat minn tliet sorsi: it-teknoloġija, il-kummerċjalizzazzjoni u l-manifattura. L-element tal-manifattura biss huwa relatat mal-fergħa Irlandiża.”
(182) Ara l-premessa (329).
(183) Ara l-premessi (159) u (200).
(184) Ara l-premessi (113), (185), (195) u (213).
(185) Ara l-Paragrafu 1.42 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP, riprodott fin-nota 61 f'qiegħ il-paġna.
(186) Xorta waħda jistgħu jiġu stabbiliti kontijiet separati għall-finijiet ta' rapportar intern, għad li dawn ma jikkostitwixxux delimitazzjoni legalment vinkolanti tal-pretensjonijiet possibbli fuq l-assi u t-tali kontijiet ma għandhomx bżonn jiġu awditjati jew ivverifikati esternament. Madankollu, f'dan il-każ, anki delimitazzjoni indikattiva u interna bħal din jew ma kinitx teżisti jew inkella ma kinitx ipprovduta lill-Irlanda fiż-żmien meta ntalbu d-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati. Il-fatt li ASI ma rrapportatx kontijiet separati lill-Irish Revenue għall-uffiċċju prinċipali u l-fergħa kien ikkonfermat mill-Irlanda. Dan kien ukoll il-każ għal AOE. Ara l-premessa (101).
(187) Ara wkoll il-Punt 14 tat-Taqsima B-3 (i), p. 14 tar-Rapport tal-2010 tal-OECD dwar l-Attribuzzjoni tal-Profitt: “Bħal bejn intrapriżi mhux relatati, id-determinazzjoni ta' liema intrapriża hija s-sid tal-assi u liema ġġarrab ir-riskju hija stabbilita b'kuntratti legalment vinkolanti jew b'arranġamenti legali aċċertabbli oħrajn. Japplikaw kunsiderazzjonijiet simli għal intrapriżi assoċjati diment li dawk il-kuntratti jew l-arranġamenti legali jirriflettu r-realtà sottostanti […]. B'mod simili, f'kuntest ta' intrapriża separata, ġeneralment ma tirriżulta ebda kwistjoni fuq id-determinazzjoni ta' liema intrapriża hija s-sid tal-kapital. Min-naħa l-oħra, il-pożizzjoni fattwali u ġuridika f'kuntest ta' PE hija li ma hemm ebda parti waħda ta' intrapriża li hija s-sid legali tal-assi, tassumi r-riskji, hija s-sid tal-kapital jew tikkuntratta mal-intrapriżi separati. Għalhekk, il-pożizzjoni ġuridika ma tgħinx f'kuntest ta' PE, billi l-Artikolu 7(2) jeħtieġ li PE tiġi ttrattata daqslikieku kienet intrapriża separata u indipendenti, li twettaq il-funzjonijiet tagħha stess, tassumi r-riskju tagħha stess u li hija s-sid tal-assi jew tuża l-assi għaliha. Għaldaqstant, skont il-prinċipju ta' distakkament tal-Artikolu 7, hemm bżonn li jiġi żviluppat mekkaniżmu għall-attribuzzjoni tar-riskji, tas-sjieda ekonomika tal-assi u tal-kapital għall-PE ipotetikament separata u indipendenti għall-assoċjazzjoni mal-PE ipotetikament separata u indipendenti tad-drittijiet u tal-obbligi li jirriżultaw mit-tranżazzjonijiet bejn intrapriżi separati u l-intrapriża li l-PE hija parti minnha u għar-rikonoxximent u għad-determinazzjoni tan-natura tan-negozjati (jiġifieri l-ekwivalenti fl-intrapriżi ta' tranżazzjonijiet tal-intrapriżi separati) bejn il-PE ipotetikament separata u l-partijiet l-oħrajn tal-intrapriża li l-PE hija parti minnha.”, p. 14.
(188) L-Irlanda spjegat li l-applikazzjoni tat-Taqsima 25 tat-TCA 97 teħtieġ li l-Irish Revenue teżerċita ġudizzju billi tqis il-fatti u ċ-ċirkustanzi partikolari ta' kull każ li jistgħu jinkludu “l-funzjonijiet imwettqin minn kwalunkwe fergħa, l-interess tagħha (jekk jeżisti) fl-assi tal-kumpanija, in-natura u l-livell ta' kwalunkwe riskju assunt mill-fergħa, u l-kontribuzzjoni kumplessiva li tkun għamlet il-fergħa għall-profitti tal-kumpanija.” Il-kummenti tal-Irlanda dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, paragrafu 21.
(189) Fil-kummenti tagħha fil-paragrafi 154 u 155 dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, Apple tistqarr li l-eżerċizzju ta' attribuzzjoni tal-profitt skont it-Taqsima 25 tat-TCA 97 isir fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin: “(i) l-attivitajiet tal-fergħa (b'mod partikolari l-funzjonijiet imwettqin, l-assi miżmumin u r-riskji mġarrba mill-fergħa), (ii) il-valur iġġenerat minn dawk l-attivitajiet u l-kostijiet attwali mġarrbin mill-fergħa, u (iii) tqabbil ma' kumpaniji oħrajn f'settur jew f'industrija komparabbli.” Skont Apple, dawn il-prinċipji ewlenin iddeterminaw l-applikazzjoni tat-Taqsima 25 tat-TCA 97 fi żmien id-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati u għadhom japplikaw sal-lum. Ara wkoll l-opinjoni ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple], kif deskritt fil-premessa (204).
(190) Il-kummenti ta' Apple fil-paragrafi 154 u 155 dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ.
(191) Ittra mill-Irlanda tal-4 ta' Mejju 2015, p. 4.
(192) Ara, pereżempju, il-premessi (113), (163), (185), (188), (195), (204), (205), (209) u (210).
(193) Ara l-premessa (114).
(194) Ara l-premessa (50). Fir-rieżami tagħha tal-prattika deċiżjonali tal-Irlanda dwar l-allokazzjoni tal-profitt lill-fergħa ta' kumpanija mhux residenti (ara l-premessi minn (384) sa (396)), il-Kummissjoni identifikat sitwazzjonijiet ta' kumpaniji oħrajn inkorporati iżda mhux residenti tat-taxxa fl-Irlanda, iżda fil-ġurisdizzjoni fejn dawk il-kumpaniji kienu jkunu ġestiti u kkontrollati. Ir-residenza tat-taxxa ta' kumpaniji inkorporati fl-Irlanda kienet ippreżentata bħala, pereżempju, fi […] (ara l-Kumpanija [I]) u fi […] (Ara l-Kumpanija [D]). F'numru ta' każijiet, ir-residenza tat-taxxa ma kinitx speċifikata fit-talbiet għad-deċiżjonijiet.
(195) Is-CEO ta' Apple ddikjara “Safejn naf jien ma hemmx residenza tat-taxxa għal xi waħda mit-tliet sussidjarji li għadek kif semmejt [AOI, ASI u AEO]” fis-Smigħ tal-Qlib tal-Profitti Offshore u l-Kodiċi tat-Taxxa tal-Istati Uniti, Parti 2 (Apple Inc.) tas-Sottokumitat Permanenti dwar l-Investigazzjonijiet tas-Senat tal-Istati Uniti, il-21 ta' Mejju 2013.p.45. Ara wkoll il-Figura 7 ta' din id-Deċiżjoni, li tirriproduċi silta tar-rapport annwali tal-2012 ta' ASI, li tiddikjara “[i]l-kumpanija mhijiex residenti tat-taxxa f'xi ġurisdizzjoni”.
(196) Ara l-premessi (51), (112) u (200). Ara wkoll id-Dikjarazzjonijiet ta' Tim Cook, CEO ta' Apple, u ta' Phillip Bullock, Kap tal-Operazzjonijiet tat-Taxxa, Apple Inc., fi: Smigħ tal-Qlib tal-Profitti Offshore u l-Kodiċi tat-Taxxa tal-Istati Uniti, Parti 2 (Apple Inc.) tas-Sottokumitat Permanenti dwar l-Investigazzjonijiet tas-Senat tal-Istati Uniti, il-21 ta' Mejju 2013. p. 41.
(197) Ara l-premessi (199) u (200).
(198) Meta tippreżenta l-kalkolu tal-imposta tat-taxxa, Apple tibda billi tieħu l-profitt kontabilistiku ġenerali ta' ASI (fis-sena tat-taxxa 2007 madwar USD 1 844 miljun) u tapplika r-rata tat-taxxa Irlandiża ta' 12,5 % għall-introjtu operatorju għall-profitt kumplessiv sabiex tasal għal obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva teorika għal ASI fl-Irlanda (madwar USD 230 miljun). Imbagħad ma' dak l-ammont iżżid l-imposta tat-taxxa relatata mad-dħul mill-imgħax mitlub bir-rata ta' 25 %. Mill-ammont teoriku li jirriżulta ta' taxxa dovuta skont ir-rata tat-taxxa standard fl-Irlanda, Apple tnaqqas ammont stabbilit b'tali mod li jnaqqas l-ammont teoriku tal-imposta tat-taxxa għal-livell tal-imposta tat-taxxa approvat mid-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati għall-fergħa Irlandiża ta' ASI (madwar USD 8,9 miljun). Dan it-tnaqqis ta' ammont ta' madwar USD 224 miljun huwa ppreżentat bħala aġġustament għal “introjtu ntaxxat b'rati orħos”.
(199) Huwa segwit proċess simili biex tinkiseb l-obbligazzjoni ta' taxxa korporattiva tal-fergħa Irlandiża ta' ASI fil-Figura 7, ħlief li Apple tapplika rata tat-taxxa korporattiva ta' [1-5] % għall-profitt kontabilistiku kumplessiv ta' ASI. Iċ-ċifra ta' [1-5] % hija ppreżentata bħala r-rata medja tat-taxxa għall-ġurisdizzjonijiet kollha li fihom topera ASI. Ma huma pprovduti ebda dettall jew kjarifika ulterjuri dwar kif il-[1-5] % ġiet prodotta minn Apple. Ma jidhirx li huwa possibbli li l-[1-5] % tiġi rrikonċiljata ma' xi medja ta' taxxi applikabbli fil-ġurisdizzjonijiet fejn topera ASI, billi ASI kellha preżenza taxxabbli fl-Irlanda biss.
(200) Ara l-premessa (258).
(201) Ara l-premessa (272).
(202) It-tali nuqqas ta' impjegati, in-nuqqas ta' stabbiliment permanenti u n-nuqqas ta' referenza għal kwalunkwe faċilità ta' uffiċini distinta minn Apple Inc.
(203) Ara l-premessi (113), (163), (189), (205) u (210).
(204) Apple spjegat l-opinjoni ta' [il-konsulent ta' Apple] dwar l-attivitajiet tal-laqgħat tal-bordijiet kif ġej: “Il-minuti tal-bordijiet ta' AOE/ASI (…) juru t-teħid ta' deċiżjonijiet ta' importanza strateġika kritika għal AOE/ASI inkluż l-indirizzar ta' (i) kwistjonijiet finanzjarji bħal deċiżjonijiet dwar investimenti, kwistjonijiet relatati mal-awtorità tal-kontijiet tal-bank u mal-manteniment tal-kapital; (ii) il-kunsderazzjoni u l-approvazzjoni tar-rapporti finanzjarji; u (iii) id-delega tal-awtorità f'ċerti parametri fir-rigward tal-attivitajiet kummerċjali, li lkoll iseħħu fl-Istati Uniti u mhux fl-Irlanda.” Sottomissjoni tas-7 ta' Settembru 2015, p. 7; ara l-premessa (205).
(205) Ara l-ittra mill-Irlanda tal-4 ta' Mejju 2015, p. 3.
(206) Ara l-premessa (113).
(207) Id-diskussjonijiet fil-laqgħat tal-bord ta' ASI u ta' AOE ta' Awwissu 2013 fejn kienet tingħata l-prokura rigward id-difiża tal-IP, jikkonċernaw attività rigward l-IP li, skont is-CSA, la ASI u lanqas AOE ma setgħu jiżguraw. Għalhekk, fil-prinċipju d-delegar tat-tali attivitajiet lil impjegati fl-Istati Uniti tal-grupp ma kienx neċessarju, billi Apple Inc. biss kienet awtorizzata tiddefendi l-IP skont is-CSA, anki fin-nuqqas ta' kwalunkwe delega. Ara l-premessa (127).
(208) Ara t-Taqsima 2.5.7.
(209) Il-minuti jiddikjaraw li […]. Ara l-Minuti tal-laqgħa tal-bord ta' ASI fi […] Awwissu 2014, p. 7.
(210) Ara l-premessa (136).
(211) It-tabella ta' ħarsa ġenerali pprovduta mill-Irlanda fit-22 ta' April 2016 telenka 57 laqgħa tal-bord ta' ASI li saru mill-ewwel laqgħa tal-bord ta' ASI fil-5 ta' April 1990 sa tmiem il-perjodu kontabilistiku tal-2014 (27 ta' Settembru 2014 skont il-kontijiet statutorji). Barra minn hekk, Apple ma pprovdietx is-sommarji tal-laqgħat tal-bord ipprovduti lis-Senat tal-Istati Uniti, miżmuma mill-2006 sal-2012. Apple rreferiet għas-sommarju fis-sottomissjoni tal-15 ta' April 2015 (ara l-ittra ta' Apple tat-22 ta' April p. 18). Tabilħaqq, il-ħarsa ġenerali pprovduta mill-Irlanda fil-forma ta' tabella ma telenkax 30 laqgħa tal-bord għall-perjodu 2006 sal-2012 li għalihom l-Irlanda pprovdiet il-minuti dakinhar stess, fit-22 ta' April 2016. Minuti ta' 3 laqgħat oħrajn tal-bord li seħħew matul dan il-perjodu ġew ipprovduti mill-Irlanda fl-24 ta' Mejju 2016. Finalment, it-tabella tal-laqgħat tal-bord tad-diretturi ta' ASI ppreżentata minn Apple lis-Senat tal-Istati Uniti u ppreżentata mill-Irlanda lill-Kummissjoni fil-15 ta' April 2015 telenka 5 laqgħat tal-bord ta' ASI oħrajn li seħħew bejn l-2006 u l-2010, li għalihom l-Irlanda ma pprovdietx minuti lill-Kummissjoni. Għalhekk, in-numru totali tal-laqgħat tal-bord huwa ta' 90 fuq il-bażi tal-minuti pprovduti lill-Kummissjoni u ta' 92 jekk effettivament seħħew il-laqgħat kollha tal-bord elenkati fis-sottomissjoni lis-Senat tal-Istati Uniti (ma ġewx ipprovduti minuti għal-laqgħat ta' Jannar 2008 u ta' Ottubru 2009 elenkati fis-sottomissjoni lis-Senat tal-Istati Uniti). Fiż-żewġ każijiet, in-numru ta' laqgħat tal-bord fis-sena għall-perjodu 1990 sa tmiem Settembru 2014 għandu medja ta' anqas minn erbgħa fis-sena. Barra minn hekk, fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata mill-Irlanda fit-22 ta' April 2016 għas-snin 1993 sal-1997, ma seħħet ebda laqgħa tal-bord tad-diretturi, id-deċiżjonijiet ġew adottati biss permezz tar-riżoluzzjonijiet miktubin tal-bord tad-diretturi. Dan kien ikun ukoll il-każ għas-sena 2008 fuq il-bażi tal-informazzjoni ppreżentata fit-22 ta' April 2016.
(212) Madankollu, ir-referenza għal din id-deċiżjoni kummerċjali tidher li tirreġistra biss it-trasferiment bħala tali, li mhuwiex relatat mal-ġestjoni tal-IP, iżda jikkostitwixxi sempliċi riorganizzazzjoni tal-attivitajiet, u ma jidher li seħħet ebda diskussjoni fil-bord dwar il-prezz jew il-kondizzjonijiet tat-trasferiment.
(213) Dan huwa kkonfermat mill-opinjoni ta' [il-konsulent ta' Apple], ara l-premessa (205).
(214) Ara l-punt 12 tal-kummenti tal-Irlanda fid-Deċiżjoni ta' Ftuħ tal-5 ta' Settembru 2014.
(215) Ara, pereżempju, il-laqgħa tat-22 ta' Ġunju 2010 tal-bord ta' ASI, u laqgħa tal-20 ta' Lulju 2009 ta' AOE, it-Tabella 4 u t-Tabella 5 rispettivament. Fiż-żewġ laqgħat, il-prokuri ġew delegati lil C. Kearney u lil M. O'Sullivan, li huma impjegati ta' Apple bbażati fl-Irlanda, skont l-informazzjoni fil-kontijiet statutorji tas-sussidjarji ta' Apple bbażati fl-Irlanda. Ara wkoll il-minuti tal-laqgħa tal-15 ta' Novembru 2010 tal-bord ta' AOE li jiddikjaraw li “David O'Connell, il-maniġer tal-faċilitajiet ta' Apple Cork, kien qed jinnegozja f'isem il-Kumpanija [AOE] flimkien mal-konsulenti legali tat-trasferimenti lokali għall-Kumpanija [AOE], […], b'rabta mal-lokazzjoni ta' spazju ta' mħażen addizzjonali konvenjenti għall-faċilità f'Apple Cork […] sabiex tiġi ffaċilitata espansjoni fil-produzzjoni.”
(216) Ara l-premessa (113).
(217) Ara l-premessa (163).
(218) Ara l-premessa (122).
(219) Skont Apple, it-tabelli fl-Eżibit għas-CSA ma elenkawx attivitajiet li kull parteċipant wettaq iżda l-attivitajiet li kull parteċipant kien awtorizzat iwettaq, ara l-premessa (124). Din l-interpretazzjoni ex post minn Apple tas-CSA mhijiex ikkonfermata mit-test tas-CSA, li ma fih ebda kwalifikatur jew limitazzjoni bħal dawn.
(220) Ara l-premessa (167).
(221) Kif inhu spjegat ukoll fil-paragrafu 1.49 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP “fattur li jrid jiġi kkunsidrat fl-eżaminazzjoni tas-sustanza ekonomika ta' allokazzjoni allegata tar-riskju huwa l-konsegwenza tat-tali allokazzjoni fi tranżazzjonijiet distakkati. Fi tranżazzjonijiet distakkati, ġeneralment jagħmel sens li jiġi allokat sehem akbar ta' dawk ir-riskji li fuqhom għandhom relattivament aktar kontroll.”
(222) Ara l-premessa (108).
(223) Ara l-premessa (284) rigward l-unika diskussjoni dwar is-CSA fil-livell tal-bord, li seħħet fl-2014 fil-kuntest tal-istruttura korporattiva l-ġdida ta' Apple fl-Irlanda. Fis-27 ta' Marzu 2012, saret diskussjoni fil-livell tal-bord tad-diretturi ta' ASI rigward it-territorji ta' distribuzzjoni ta' ADI. Il-minuti ta' dik il-laqgħa jirreġistraw li “kien irrapportat lil-Laqgħa tal-[bord tad-diretturi] li kienu qed isiru diskussjonijiet bejn il-Kumpanija [ASI] u Apple Distribution International (“ADI”) fir-rigward tal-ħatra proposta ta' ADI bħala distributur għall-Ewropa […]”. Dik id-dikjarazzjoni tindika li l-bord tad-diretturi ta' ASI ma kellu ebda involviment attiv fid-diskussjonijiet li kienu rrapportati lilu, iżda minflok kien hemm nies oħrajn li jirrappreżentaw lil ASI li kienu involuti f'dawk id-diskussjonijiet.
(224) Fid-dawl tal-informazzjoni dwar in-nuqqas ta' kapaċità operattiva tal-uffiċċji prinċipali li setgħet kienet disponibbli għall-Irlanda, kien ikun diliġenti mill-Irlanda li titlob informazzjoni dwar l-attivitajiet propji tal-bordijiet fuq l-applikazzjoni tad-deċiżjonijiet ikkontestati, sabiex tikkonferma s-suppożizzjoni li d-deċiżjonijiet kienu jivvalidaw li l-IP kellha tiġi allokata barra mill-Irlanda.
(225) Ara l-premessi (266) u (274).
(226) Ara l-premessa (54).
(227) Appendiċi 1 għar-rapport ad hoc ta' PwC p. 8.
(228) Appendiċi 1 għar-rapport ad hoc ta' PwC p. 8.
(229) Appendiċi 1 għar-rapport ad hoc ta' PwC p. 10.
(230) Appendiċi 1 għar-rapport ad hoc ta' PwC p. 10-11.
(231) Il-grupp funzjonali ta' dawk l-impjegati kien “Lokalizzazzjoni u ttestjar tal-prodotti”. Apple indikat li għad li l-impjegati huma kkategorizzati bħala RuŻ, mhumiex involuti fil-ħolqien, fil-ġestjoni, fl-iskjerament jew fid-direzzjoni strateġika tal-IP, ara l-ittra mill-Irlanda tad-29 ta' Jannar 2016, p. 27.
(232) Ir-rapport ad hoc ta' PwC p. 13.
(233) Il-fergħa Irlandiża ta' AOE kienet qiegħda ġġarrab ukoll ir-riskju tal-manifattura u tal-inventarju, rapport ad hoc ta' PwC, p. 13.
(234) Ara l-ittra ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] tas-16 ta' Jannar 1991, premessa (66). Dik l-ittra fiha appendiċi intitolat “Apple Kompjuter Ltd Irish Branch Filing Format Illustrative Figuras” li, bħala l-aktar kost importanti fir-rapport tal-introjtu tal-fergħa, jelenka “Technology/Marketing Intangibles” (“Intanġibbli tat-Teknoloġija/tal-Kummerċjalizzazzjoni”).
(235) Ara l-premessa (62).
(236) Ara, pereżempju, l-opinjoni ta' Cooke, il-premessa (194).
(237) Ara l-premessa (96).
(238) Ara l-premessa (103) u l-Figura 6, 12,5 % hija ppreżentata fil-kontijiet bħala r-“rata standard tat-taxxa fl-Irlanda”.
(239) Għad li mill-2008 'il quddiem l-obbligazzjoni ta' taxxa teorika ma baqgħetx tiġi kkalkolata bl-applikazzjoni tar-rata tat-taxxa korporattiva ta' 12,5 % iżda, minflok, bl-applikazzjoni ta' rata ta' [1-5] %, imbagħad tnaqqas aġġustament għall-“introjtu ntaxxat b'rati anqas” mill-obbligazzjoni ta' taxxa teorika tal-kumpaniji sabiex tinkiseb l-obbligazzjoni ta' taxxa effettiva ta' dawk il-kumpaniji fl-Irlanda, bħal fil-perjodi ta' qabel l-2008. Ir-rata tat-taxxa ta' [1-5] % hija spjegata fil-kontijiet bit-termini li ġejjin “Ir-rata medja tat-taxxa għall-ġurisdizzjonijiet kollha li fihom [ASI] topera hija ta' madwar [1-5] %”. Ara Figura 7. Kif spjegat fin-nota f'qiegħ il-paġna 199, ma huma pprovduti ebda dettall jew kjarifika oħrajn dwar kif Apple waslet għal rata medja tat-taxxa ta' [1-5] % għal ASI. Ma jidhirx possibbli li r-rata tat-taxxa ta' [1-5] % tiġi rrikonċiljata ma' kwalunkwe medja ta' taxxi applikabbli fil-ġurisdizzjonijiet fejn topera ASI, billi ASI topera biss fl-Irlanda.
(240) Ara l-premessi (281) et seq.
(241) Ara l-premessa (112).
(242) Ara, pereżempju, l-ittra mill-Irlanda tad-29 ta' Jannar 2016, p. 25; ittra minn Apple tal-4 ta' Mejju 2015, p. 5; u ittra minn Apple tat-18 ta' Frar 2016, p. 5.
(243) Bl-istess mod, ir-remunerazzjoni ta' ADI għas-servizzi ta' distribuzzjoni pprovduti minnha lil ASI hija stabbilita fil-ftehim ta' distribuzzjoni bejn dawk iż-żewġ kumpaniji assoċjati fil-grupp; ara l-premessa (134).
(244) Ara t-Taqsima 2.5.4 ta' din id-Deċiżjoni.
(245) Ara l-premessa (133).
(246) Flimkien imsejħin “il-Parteċipant InternazzjonalI” fis-CSA, ara l-premessa (122).
(247) Ara l-premessa (121).
(248) Ara Figura 4.
(249) Ara l-premessa (121).
(250) Ara l-premessa (201).
(251) Ara l-premessa (313).
(252) Ara l-premessa (133).
(253) Ara l-premessa (314).
(254) Meta jiġi pprovdut indirizz postali għal ASI u għal AOE fil-verżjonijiet differenti tas-CSA, dejjem ikun indirizz fl-Irlanda. Fil-Ftehim dwar is-Servizzi ta' Kummerċjalizzazzjoni, huwa pprovdut dan li ġej: “l-avviżi, l-elezzjonijiet, l-offerti, l-aċċettazzjonijiet u t-talbiet awtorizzati jew mitlubin sabiex isiru skont dan il-Ftehim għandhom isiru bil-miktub (…) lill-parti, indirizzata kif ġej:
|
Apple Inc. |
|
1 Infinite Loop |
|
Cupertino, CA 95014 |
|
Attention: Legal Department |
|
Apple Sales International |
|
Hollyhill Industrial Estate |
|
Hollyhill Cork, Ireland |
|
Attention: Controller” |
Ara l-Ftehim dwar is-Servizz ta' Kummerċjalizzazzjoni p. 6.
(255) Ara l-premessa (291).
(256) Ara l-premessi minn (86) sa (89).
(257) Ara 2008 Report on the Attribution of Profits to Permanent Establishments, approvat mill-Kunsill tal-OECD tas-17 ta' Lulju 2008.
(258) Ara Attribution of Income to Permanent Establishments, Issues in International Taxation No. 5, OECD, Pariġi, 1994; riprodott fil-Volum II tal-verżjoni “loose-leaf” tal-Mudell ta' Konvenzjoni Fiskali tal-OECD fil-paġna R(13)-1, approvat mill-Kunsill tal-OECD tas-26 ta' Novembru 1993.
(259) Ara l-premessi (90) u (91).
(260) Ara l-premessa (210).
(261) Ir-rapport jidher li fih impreċiżjonijiet oħrajn: jiddikjara li l-fergħa Irlandiża ma twettaq ebda attività ta' kummerċjalizzazzjoni, xi ħaġa li jidher li kkontradixxew l-Irlanda u Apple.
(262) F'dan il-kuntest ara l-paragrafu 3.18 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP: “L-għażla tal-parti ttestjata għandha tkun konsistenti mal-analiżi funzjonali tat-tranżazzjoni. Bħala regola ġenerali, il-parti ttestjata hija dik li għaliha jista' jiġi applikat metodu tal-prezzar ta' trasferiment bl-aktar manjiera affidabbli u li għaliha jistgħu jinstabu l-aktar prodotti simili affidabbli, jiġifieri ħafna drabi tkun dik li jkollha l-anqas analiżi funzjonali kumplessa.”
(263) L-Irlanda targumenta li dan isegwi mill-applikazzjoni tat-Taqsima 25 tat-TCA 97, li skont din l-attivitajiet li jseħħu fil-fergħat Irlandiżi biss iridu jiġu kkunsidrati.
(264) Ara l-premessa (94).
(265) Ir-rapport ad hoc ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] jidher li jqis li l-bejgħ mhuwiex indikatur tal-livell tal-profitt xieraq għall-attivitajiet ta' distribuzzjoni. Skont dak ir-rapport, il-bejgħ jista' jkun xieraq biss f'dan il-każ għall-attivitajiet ta' distribuzzjoni limitati għal-loġistika, filwaqt li ASI għandha funzjonijiet importanti ta' appoġġ lill-klijenti u tipprovdi garanziji għall-oġġetti kollha mibjugħin. Ara Transactional profits transfer pricing methods, Comments on a series of draft issues notes, [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple], 30 ta' April 2008, fejn il-konsulent tat-taxxa ta' Apple jiddikjara “[il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] jemmen li jista' jitqies validu l-użu ta' proporzjon Berry f'ċerti każijiet fi gruppi ferm integrati li fihom il-”bejgħ “jitwettaq b'mod predominanti f'livell reġjonali jew globali u l-funzjoni tal-kumpanija tal-bejgħ tkun fil-parti l-kbira tagħha loġistika.” Ara wkoll Transactional profits transfer pricing methods, Comments on a series of draft issues notes, [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple], 30 ta' April 2008, fejn il-konsulent tat-taxxa ta' Apple jiddikjara “[il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] josserva l-fehma tal-Grupp ta' Ħidma tal-[OECD] li l-proporzjon Berry għandu jintuża biss għall-ippremjar tal-attivitajiet ta' bejgħ; u li indikatur relatat mal-bejgħ ikun aktar xieraq ħlief f'sitwazzjonijiet komparabbli li fihom partijiet indipendenti li joperaw f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta jaqblu fuq mod ieħor.” Il-Grupp ta' Ħidma tal-OECD huwa d-deżinjazzjoni tal-gruppi ta' ħidma fl-OECD imsawrin primarjament minn rappreżentanti tal-Istati Membri u ddedikati għal kwistjonijiet speċifiċi bħal, pereżempju, il-prezzar ta' trasferiment.
(266) premessa (67) tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ: “Fil-fatt, […] l-introjtu mill-bejgħ ta' ASI żdied b'415 % tul it-tliet snin 2009-2012 għal USD 63,9 biljun. Għall-istess perjodu, il-kostijiet operatorji kif riflessi mill-introjtu taxxabbli […] żdiedu bi [15-20] %.”
(267) Ara l-premessa (135).
(268) F'dan il-kuntest, ara l-paragrafu 2.87 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP li jiddikjara: “Id-denominatur għandu jkun iffokat fuq l-indikatur(i) rilevanti tal-valur tal-funzjonijiet imwettqin mill-parti ttestjata fit-tranżazzjoni li qed tiġi eżaminata, b'kunsiderazzjoni tal-assi tagħha użati u r-riskji assunti minnha.”
(269) Ara, pereżempju, il-premessa (55).
(270) Ara Figura 4.
(271) Ara, pereżempju, it-tabella dwar l-użu tal-indikatur tal-livell tal-profitt fi Transfer Pricing Rules and Compliance Handbook, Marc M. Levey, Steven C. Wrappe, Kerwin Chung, 2006.
|
Redditu fuq l-Assi (RoA) |
Formula: Profitt Operatorju/Assi Operatorji Spiss Użati Għall-Ittestjar ta': Manifatturi |
|
Marġni Operatorju |
Formula: Profitt Operatorju/Bejgħ Nett Spiss Użati Għall-Ittestjar ta': Distributuri |
|
Proporzjon Berry |
Formula: Profitt Gross/Spejjeż Operatorji Spiss Użati Għall-Ittestjar ta': Distributuri b'Funzjonijiet ta' Livell Baxx |
|
Kost Nett B'Addenda |
Formula: Profitt Operatorju/Kostijiet Totali Spiss Użati Għall-Ittestjar ta': Fornituri ta' Servizzi u Manifatturi b'Kuntratti |
(272) Ara l-paragrafu 2.101 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP.
(273) Ara l-premessa (337).
(274) Dan il-prinċipju huwa spjegat b'referenza għar-ristrutturar tan-negozju fil-paragrafu 9.10 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP li jiddikjara: “Ir-ristrutturar tan-negozju spiss jirriżulta fil-konverżjoni tal-operazzjonijiet lokali f'operazzjonijiet b'riskju baxx (eż. “distributuri b'riskju baxx”, jew “manifatturi b'kuntratt b'riskju baxx”) u fl-allokazzjoni ta' redditi relattivament baxxi (iżda ġeneralment stabbli) lil dawn fuq il-bażi tal-fatt li r-riskji imprenditorjali jiġġarrbu minn parti oħra li lilha jiġi allokat il-profitt residwu.”
(275) F'dan il-kuntest ara l-paragrafu 2.87 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP: “Tipikament, u soġġetti għal rieżami tal-fatti u taċ-ċirkustanzi tal-każ, l-ispejjeż operatorji ta' bejgħ jew ta' distribuzzjoni jistgħu jkunu bażi xierqa għall-attivitajiet ta' distribuzzjoni, il-kostijiet sħaħ jew l-ispejjeż operatorji jistgħu jkunu bażi xierqa għal servizz jew għal attività tal-manifattura, u l-assi operatorji jistgħu jkunu bażi xierqa għal attivitajiet intensivi fl-użu tal-kapital bħal ċerti attivitajiet tal-manifattura jew utilitajiet.”
(276) F'dan il-kuntest ara l-paragrafu 2.101 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP: “il-kwistjonijiet (…) relatati mal-kostijiet pass-through jirriżultaw ukoll fl-applikazzjoni tal-proporzjonijiet Berry. Sabiex proporzjon Berry jkun xieraq għall-ittestjar tar-remunerazzjoni ta' tranżazzjoni kkontrollata (eż. li tikkonsisti fid-distribuzzjoni tal-prodotti), hemm bżonn li:
|
— |
Il-valur tal-funzjonijiet imwettqin fit-tranżazzjoni kkontrollata (b'kunsiderazzjoni tal-assi użati u tar-riskjia ssunti) ikun proporzjonat għall-ispejjeż operatorji” |
|
— |
Il-valur tal-funzjonijiet imwettqin fit-tranżazzjoni kkontrollata (b'kunsiderazzjoni tal-assi użati u tar-riskjia ssunti) ma jkunx affettwat b'mod materjali mill-valur tal-prodotti distribwiti, jiġifieri ma jkunx proporzjonat għall-bejgħ, u |
|
— |
Il-kontribwent ma jwettaqx, fit-tranżazzjonijiet ikkontrollati, xi funzjoni sinifikanti oħra (eż. funzjoni ta' manifattura) li għandha tiġi remunerata bl-użu ta' metodu jew ta' indikatur finanzjarju ieħor. |
(277) Ara l-paragrafu 2.47 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP.
(278) Skont il-kontijiet finanzjarji ta' AOE, AOE hija s-sod kemm ta' stokk ta' “materja prima” kif ukoll ta' “oġġetti fil-proċess u lesti”.
(279) F'dan il-kuntest ara l-paragrafu 2.93 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP: “Fl-applikazzjoni ta' metodu ta' marġni nett tranżazzjonali bbażat fuq il-kostijiet, spiss jintużaw kostijiet mgħobbijin bis-sħiħ, inklużi l-kostijiet diretti u indiretti kollha attribwibbli għall-attività jew għat-tranżazzjoni, flimkien ma' allokazzjoni xierqa fir-rigward tal-ispejjeż ġenerali tan-negozju.. Tista' tqum il-kwistjoni ta' jekk huwiex aċċettabbli, u kemm, li f'kondizzjonijiet ta' kompetizzjoni ġusta sehem sinifikanti tal-kostijiet tal-kontribwenti jiġi ttrattati bħala kostijiet pass-through li għalihom ma jiġi attribwit ebda element tal-profitt (jiġifieri bħala kostijiet li huma potenzjalment eskludibbli mid-denominatur tal-indikatur tal-profitt nett). Dan jiddependi minn kemm parti indipendenti f'ċirkustanzi komparabbli taqbel li ma tiggwadanjax valwazzjoni pożittiva fuq sehem mill-kostijiet li ġġarrab.”
(280) Ara l-premessi (167) u (214).
(281) Ara t-talba għal deċiżjoni tas-16 ta' Mejju 2007, li hija l-bażi tad-deċiżjoni tal-2007, p. 1.
(282) Il-kummenti tal-Irlanda dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, paragrafu 119. Ara l-premessa (65).
(283) Il-Kawża C-6/12 P Oy EU:C:2013:525, paragrafi minn 25 sa 28 u l-ġurisprudenza ċċitata.
(284) Ara l-premessa (65).
(285) Ara l-kummenti ta' Apple dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, paragrafu 112.
(286) Ara l-premessa (170).
(287) Il-kummenti tal-Irlanda dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, paragrafu 121 et seq.
(288) Il-kummenti ta' Apple dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, paragrafi 115 et seq.
(289) Il-kummenti tal-Irlanda dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, paragrafu 127.
(290) Ara r-rapport ad hoc dwar it-TP ta' [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple], p. 13: “is-swieq ġeografiċi involuti, il-patti kuntrattwali, il-firxa ta' prodotti u l-volumi tal-prodotti fir-rigward tad-distributuri terzi huma materjalment differenti meta mqabblin ma' dawk rilevanti għall-attivitajiet tal-Fergħa Irlandiża ta' ASI”.
(291) Ir-riskju tal-garanzija jikber mal-prezz tal-oġġetti sottstanti, u għalhekk oġġetti tad-ditta ta' kwalità jippreżentaw garanzija minħabba l-prezz relattivament għoli tagħhom, inkluż il-kost tal-komponenti. F'dan il-kuntest ara l-paragrafu 3.37 tal-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP li juri l-eżempju li ġej: “Assumi, pereżempju, li kontribwent ibigħ reġistraturi tal-każettijiet tal-vidjo ta' kwalità għolja ħafna lil intrapriża assoċjata, u l-unika informazzjoni dwar il-profitt disponibbli fuq l-attivitajiet tan-negozju komparabbli hija dwar il-bejgħ ta' VCR ġeneriċi ta' kwalità medja. Assumi li s-suq tal-VCR ta' kwalità għolja qiegħed jikber fil-bejgħ tiegħu, għandu ostaklu għad-dħul għoli, għandu numru żgħir ta' kompetituri, u għandu opportunitajiet kbar ta' differenzjazzjoni tal-prodotti. Id-differenzi kollha aktarx li jkollhom effett materjali fuq il-profittabilità tal-attivitajiet eżaminati u tal-attivitajiet imqabblin, u f'dan il-każ ikunu jeħtieġu aġġustament. Bħal b'metodi oħrajn, l-affidabilità tal-aġġustamenti neċessarji se taffettwa l-affidabilità tal-analiżi. Ta' min jgħid li anki jekk żewġ intrapriżi jkunu fl-istess industrija eżatt, il-profittabilità tista' tvarja skont l-ishma mis-suq tagħhom, il-pożizzjonijiet kompetittivi tagħhom, eċċ”. Dan l-eżempju ma nżammx aktar fil-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP.
(292) Id-database ta' Bureau Van Dijk użata minn PwC tindika, fir-rigward tal-kumpaniji TECNOTEL ITALIA S.P.A. u MIELCO SPA, li dawn il-kumpaniji huma f'likwidazzjoni, u, apparti minn hekk, skont sorsi pubbliċi, il-kumpanija MEMTEC IBERICA SL hija f'likwidazzjoni wkoll.
(293) Ara l-premessa (326).
(294) Il-fatturat (jew id-dħul operatorju) jinżamm fit-tiftixa fid-database.
(295) Il-medda interkwartili hija msejħa minn PwC u minn [il-konsulent tat-taxxa ta' Apple] bħala l-medda ta' distakkament.
(296) Ara Figura 10.
(297) Ara l-premessa (217).
(298) F'dan ir-rigward, il-paragrafu 3.57 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP jiddikjara: “Jista' jkun ukoll il-każ li, filwaqt li ttieħed kull sforz sabiex jiġu esklużi punti li għandhom grad anqas ta' komparabilità, dak li jinkiseb huwa medda ta' ċifri li għalihom huwa kkunsidrat, fid-dawl tal-proċess użat għall-għażla tal-komparabbli u l-limitazzjonijiet fl-informazzjoni disponibbli fuq il-komparabbli, li għad hemm xi difetti fil-komparabilità li ma jistgħux jiġu identifikati u/jew ikkwantifikati, u li għalhekk mhumiex aġġustati. F'każijiet bħal dawn, jekk il-medda tinkludi numru mdaqqas ta' osservazzjonijiet, għodod statistiċi li jqisu t-tendenza ċentrali biex titnaqqas il-medda (eż. il-medda interkwartili jew perċentili oħrajn) jistgħu jgħinu biex titjieb l-affidabilità tal-analiżi.”
(299) Ir-rapport ad hoc ta' PwC p. 12.
(300) Taqsima 8.2.2.2.
(301) Ara l-Punt 51 tal-Anness għall-Kapitolu IV tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP u tal-Anness dwar il-Linji Gwida għat-Twettiq ta' Arranġamenti Avvanzati ta' Prezzar skont il-Proċedura ta' Ftehim Reċiproku (“MAP APAs”) tal-Linji Gwida tal-1995 tal-OECD dwar it-TP.
(302) Il-kummenti tal-Irlanda dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, paragrafu 130.
(303) Fil-paragrafu 72 tal-kummenti tagħha dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, Apple tiddikjara li bejn l-1991 u l-2006 kellha interazzjonijiet kontinwi mal-Irish Revenue dwar l-istruttura organizzazzjonali u l-attivitajiet ewlenin tal-fergħat Irlandiżi fuq il-bażi tas-setgħa ġenerali tal-Irish Revenue li tissorvelja l-konformità mar-regoli Irlandiżi dwar it-taxxa. Madankollu, dan ma jikkumpensax għall-fatt li, wara ċertu numru ta' snin, l-awtorità tat-taxxa għandha terġa' tivvaluta jekk il-ftehim għadux validu jew jeħtieġx reviżjoni, speċjalment fid-dawl tal-fatt li n-negozju ta' Apple żviluppa b'mod sinifikanti matul dan il-perjodu. Barra minn hekk, ma jidher li hemm ebda rekord ta' dawk l-allegati interazzjonijiet kontinwi, billi l-Kummissjoni kienet talbet lill-Irlanda, fl-ittra tagħha tat-8 ta' Ottubru 2013, sabiex, flimkien mad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati, tipprovdi l-elementi essenzjali kollha għar-raġunar wara dawk id-deċiżjonijiet tat-taxxa.
(304) Il-Paragrafu 4.142 tal-Linji Gwida tal-2010 tal-OECD dwar it-TP: “Billi huma ssodisfati s-suppożizzjonijiet kritiċi, APA jista' jipprovdi lill-kontribwenti involuti b'ċertezza fit-trattament tat-taxxa tal-kwistjonijiet relatati mal-prezzar ta' trasferiment koperti mill-APA għal perjodu speċifikat ta' żmien.”
(305) Il-premessa (65) tad-Deċiżjoni ta' Ftuħ.
(306) Il-kummenti ta' Apple dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, paragrafi 159, 160 u 171. Il-kummenti tal-Irlanda dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, paragrafu 27. Madankollu, la l-Irlanda u lanqas Apple ma pprovdew xi eżempji tal-“prattiki amministrattivi normali” sabiex juru l-konsistenza allegata fil-prattika deċiżjonali tal-Irish Revenue.
(307) Ara l-premessa (248).
(308) Il-kummenti tal-Irlanda dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, paragrafu 21. Ara wkoll il-kummenti ta' Apple dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, paragrafi 154 u 155. Iż-żewġ kummenti huma riprodotti fin-noti f'qiegħ il-paġna 188 u 189, rispettivament.
(309) Ara l-premessa (84).
(310) Ara l-premessa (78).
(311) L-Irlanda pprovdiet seba' deċiżjonijiet dwar l-attribuzzjoni tal-profitti lill-fergħat Irlandiżi ta' disa' kumpaniji mhux residenti bħala tweġiba għat-talba sabiex jipprovdu deċiżjonijiet dwar l-attivitajiet fl-Irlanda li jinvolvu l-istess tip ta' kwistjoni tat-taxxa bħad-deċiżjonijiet tat-taxxa kkontestati. Bħala tweġiba għal talba ulterjuri mill-Kummissjoni sabiex tipprovdi d-deċiżjonijiet kollha dwar l-allokazzjoni tal-profitt maħruġin mill-2004 u, apparti minn dawn, id-deċiżjonijiet kollha maħruġin qabel dik id-data u li għadhom fis-seħħ, l-Irlanda pprovdiet għaxar deċiżjonijiet addizzjonali, inklużi erba' deċiżjonijiet li dehru li jikkonċernaw l-allokazzjoni tal-profitt lil fergħa (ara l-premessi (3) u (6)). Għalhekk, dawk iż-żewġ sottomissjonijiet jitqiesu li jkopru l-prattika deċiżjonali kollha tal-Irish Revenue b'rabta mal-allokazzjoni tal-profitt lil fergħa ta' kumpaniji mhux residenti integrati.
(312) Ara l-premessa (385).
(313) Ara l-premessa (387).
(314) Ara l-premessa (392).
(315) Ara l-premessa (391).
(316) Mhuwiex imsemmi fit-Taqsima 25 tat-TCA 97.
(317) Il-Kawża C-6/12 P Oy EU:C:2013:525, paragrafu 27.
(318) Ara l-premessa (248).
(319) Ara l-premessi (2) u (6).
(320) Id-Deċiżjoni ma tippreġudikax xi konklużjoni dwar in-natura illegali u inkompatibbli possibbli skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat ta' kwalunwke waħda mid-deċiżjonijiet deskritti f'din id-Deċiżjoni ħlief għad-deċiżjonijiet mogħtijin lil ASI u lil AOE.
(321) Meta d-durata tad-deċiżjoni ma tissemmiex fid-deskrizzjoni, dan ifisser li d-deċiżjoni nfisha ma fiha ebda klawsola ta' reviżjoni jew xi referenza oħra għad-durata tal-validità tagħha.
(322) Ara l-premessa (373).
(323) Attivitajiet oħrajn tal-fergħa Irlandiża jinkludu wkoll […]. Anki kemm tintuża l-faċilità fl-Irlanda jiġi ddeterminat barra mill-Irlanda. Skont it-talba għad-deċiżjoni, l-uffiċċju prinċipali ta' […] tal-Kumpanija [B] huwa lliċenzjat mill-kumpanija prinċipali […] sabiex ibigħ u jimmanifattura […].
(324) Dan il-livell ta' 117 % ġie kkalkolat mill-konsulent tat-taxxa sabiex iħalli lill-uffiċċju prinċipali redditu xieraq għad-drittijiet li huwa d-detentur tagħhom li, skont il-konsulent tat-taxxa, huwa ta' 20 % tal-fatturat, fuq il-bażi tal-livelli tar-rata standard ta' royalties għal […]. Dawn il-livelli ġew ikkalkolati fuq il-bażi ta' projjezzjonijiet u mhux fuq ċifri storiċi. Madankollu, it-talba għad-deċiżjoni ma tipprovdi ebda kjarifika ulterjuri dwar il-metodu użat u lanqas ma tipprovdi xi indikazzjoni ta' rieżami “ex post”.
(325) Ara l-premessa (374).
(326) Il-marġni ta' 12,5 % jinkiseb billi tiġi kkalkolata l-medja tal-proporzjon tal-kostijiet tal-fergħa Irlandiża mill-kostijiet totali. Mhuwiex speċifikat x'bażi tal-kostijiet hija meħuda bħala referenza, il-kostijiet rilevanti huma msemmijin fit-talba għad-deċiżjoni bħala “kostijiet imġarrbin fl-operazzjonijiet”.
(327) Minkejja l-fatt li l-Kumpanija [E] ikollha biss aċċess għal privattivi u għal drittijiet ta' proprjetà intellettwali permezz ta' ftehimiet ta' liċenzjar minn kumpaniji relatati, it-talba għad-deċiżjoni tirreferi għad-drittijiet ta' proprjetà intellettwali miżmuma mill-Kumpanija [E] qabel ir-ristrutturar previst.
(328) Dan jikkorrispondi għall-ħames metodu tal-OECD minflok għat-TNMM.
(329) Id-determinazzjoni tal-bażi tat-taxxa tal-fergħat Irlandiżi hija stabbilita bħala perċentwal tal-kostijiet f'dawn il-każijiet, indipendentement minn jekk il-kumpanija indikatx li IP għandhiex tiġi kkunsidrata għall-valutazzjoni, billi fit-talba mill-Kumpanija [A] huwa ppreżentat li IP tiġi allokata barra mill-Irlanda, kif ukoll fil-każ tal-Kumpanija [I], pereżempju, filwaqt li f'każ minnhom jinżamm il-metodu ta' qsim tal-profitti mentri fl-ieħor le.
(330) It-talba għad-deċiżjoni tiddikjara li “[il-grupp] […] ma jqisx li l-attivitajiet ta' [il-Kumpanija A]] fl-Irlanda huma dawk ta' sempliċi” manifattur b'kuntratt“. Filwaqt li l-analiżi funzjonali […] uriet biċ-ċar li l-essenza tal-attivitajiet imwettqin fl-Irlanda hija l-manifattura […]”.
(331) Dan huwa wkoll, pereżempju, il-metodu maqbul għal ASI fid-deċiżjoni tal-2007.
(332) Ara l-premessa (381).
(333) Ara, pereżempju, il-Kawżi Magħquda minn C-78/08 sa C-80/08 Paint Graphos u Oħrajn EU:C:2011:550, paragrafu 69.
(334) Kummenti ta' Apple dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, paragrafi 216 et seq.
(335) Il-Kawża C-6/12 P Oy EU:C:2013:525, paragrafu 27.
(336) It-Taqsima 8.2.2.2.
(337) It-Taqsima 8.2.2.3.
(338) It-Taqsima 8.2.3.1.
(339) It-Taqsima 8.2.3.2.
(340) Kummenti ta' Apple dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, paragrafu 218.
(341) Il-Kawżi Magħquda minn C-78/08 sa C-80/08 Paint Graphos u oħrajn EU:C:2011:550, paragrafu 73.
(342) Kummenti ta' Apple dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, paragrafu 219.
(343) It-Taqsima 8.2.2.
(344) It-Taqsima 8.2.3.
(345) Il-Kawża C-170/83 Hydrotherm EU:C:1984:271, paragrafu 11. Il-Kawża T-137/02 Pollmeier Malchow vs il-Kummissjoni EU:T:2004:304, paragrafu 50.
(346) Il-Kawża C-480/09 P Acea Electrabel Produzione vs il-Kummissjoni EU:C:2010:787 paragrafi minn 47 sa 55; il-Kawża C-222/04 Cassa di Risparmio di Firenze SpA u Oħrajn EU:C:2006:8, paragrafu 112.
(347) Ara l-premessa (47).
(348) Ara l-premessa (114).
(349) Ara, b'analoġija, il-Kawża 323/82 Intermills ECLI:EU:C:1984:345: paragrafu 11 “Huwa ċar li mill-informazzjoni pprovduta mill-applikanti nsfushom li wara r-ristrutturar kemm SA Intermills kif ukoll it-tliet kumpaniji ta' manifattura huma kkontrollati mill-eżekuttiv reġjonali tal-Wallonja u li, wara t-trasferiment tal-impjant lejn it-tliet kumpaniji li għadhom kemm inbnew, SA Intermills għad għandha interess f'dawk il-kumpaniji. Għalhekk, għandu jiġi aċċettat li, minkejja l-fatt li t-tliet kumpaniji ta' manifattura lkoll għandhom personalità ġuridika separata mill-eks SA Intermills, dawk l-impriżi kollha flimkien jiffurmaw grupp wieħed, mill-inqas safejn hija kkonċernata l-għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani […]”. Ara wkoll il-Kawżi Magħquda C-182/03 u C-217/03 Il-Belġju u Forum 187 ASBL vs Il-Kummissjoni EU:C:2006:416, paragrafu 102: “il-Kummissjoni għalhekk kienet iġġustifikata meta qieset li r-regoli dwar id-determinazzjoni tad-dħul taxxabbli kienu jikkostitwixxu vantaġġ għaċ-ċentri ta' koordinazzjoni u għall-gruppi li huma jagħmlu parti minnhom.”
(350) L-eċċezzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 107(2) tat-Trattat jikkonċernaw: (a) għajnuna ta' karattru soċjali mogħtija lil konsumaturi individwali; (b) għajnuna li tagħmel tajjeb għall-ħsara li jikkawżaw diżastri naturali jew avvenimenti eċċezzjonali; u (c) għajnuna mogħtija lil ċerti żoni tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja.
(351) L-eċċezzjonijiet ipprovduti fl-Artikolu 107(3) tat-Trattat jikkonċernaw: (a) għajnuna għall-promozzjoni tal-iżvilupp ta' ċerti żoni; (b) għajnuna għal ċerti proġetti importanti ta' interess Ewropew komuni jew sabiex jiġi rrimedjat taqlib serju fl-ekonomija tal-Istat Membru; (c) għajnuna għall-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet jew oqsma ekonomiċi; (d) għajnuna għall-promozzjoni tal-kultura u għall-perservazzjoni tal-wirt storiku; u (e) għajnuna speċifikata b'deċiżjoni tal-Kunsill.
(352) Il-Kawża T-68/03 Olympiaki Aeroporia Ypiresies vs Il-Kummissjoni EU:T:2007:253 paragrafu 34.
(353) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta' Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).
(354) Il-Kawża T-424/05 L-Italja vs Il-Kummissjoni EU:T:2009:49, paragrafu 69; u l-Kawżi T-231/06 u T-237/06 In-Netherlands u NOS vs Il-Kummissjoni EU:T:2010:525, paragrafu 50. Ara wkoll il-Kawża T-242/12 (SNCF) vs Il-Kummissjoni EU:T:2015:1003, paragrafi minn 345 sa 367.
(355) Ara l-iskambju ta' kummenti bejn l-Irlanda u l-Kummissjoni deskritt fit-Taqsimiet 7.1, 7.2, 7.4 u 7.5
(356) Ara l-iskambju ta' kummenti bejn Apple u l-Kummissjoni deskritt fit-Taqsimiet 7.1, 7.2 u 7.3.
(357) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta' April 2004 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 140, 30.4.2004, p.1).
(358) Ara l-premessa (1). L-ewwel tweġiba mill-Irlanda għat-talba għal informazzjoni tal-Kummissjoni li kienet tikkonċerna l-prattika tad-deċiżjonijiet tat-taxxa tal-Irlanda, minn naħa, u kienet tinkludi mistoqsijiet speċifiċi dwar ASI u AOE, min-naħa l-oħra, hija datata d-9 ta' Lulju 2013.
(359) Il-kummenti tal-Irlanda għad-Deċiżjoni ta' Ftuħ, paragrafi 141 et seq.
(360) Il-Kawżi Magħquda C-182/03 u C-217/03, Il-Belġju u Forum 187 ASBL vs Il-Kummissjoni EU:C:2006:416. Il-Qorti Ġenerali applikat l-istess raġunar fil-Kawżi Magħquda T-427/04 u T-17/05 Franza u France Telecom vs Il-Kummissjoni EU:T:2009:474, meta France Telecom ibbenefikat minn eżenzjoni mit-taxxa u l-Kummissjoni kkonkludiet li l-għajnuna ngħatat ta' kull sena, jiġifieri d-differenxjal tat-taxxa dovuta u eżentata ġie kkalkolat fuq bażi annwali u kien jiddependi, fost l-oħrajn, fuq il-livell ta' rati tat-taxxa vvotat ta' kull sena mill-awtoritajiet lokali, liema konklużjoni ġiet ikkonfermata mill-Qorti Ġenerali.
(361) Il-kummenti tal-Irlanda dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, paragrafu 90.
(362) Il-kummenti tal-Irlanda dwar il-kummenti tat-terzi persuni, paragrafi minn 22 sa 41.
(363) Il-kummenti ta' Apple dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, paragrafu 300.
(364) Il-Kawża C-74/00 P u C-75/00 P Falck u Acciaierie di Bolzano vs Il-Kummissjoni EU:C:2002:524, paragrafu 140.
(365) Ara l-Kawżi Magħquda C-182/03 u C-217/03 Il-Belġju u Forum 187 ASBL vs Il-Kummissjoni EU:C:2006:416, paragrafu 81; il-Kawżi Magħquda C-106/09 P u C-107/09 P Il-Kummissjoni vs Il-Gvern ta' Ġibiltà u r-Renju Unit EU:C:2011:732; il-Kawża C-417/10 3M Italia EU:C:2012:184, paragrafu 25, u l-Ordni fil-Kawża C-529/10 Safilo EU:C:2012:188, paragrafu 18; ara wkoll il-Kawża T-538/11 Il-Belġju vs Il-Kummissjoni EU:T:2015:188, paragrafu 66.
(366) Ara l-Kawżi Magħquda C-182/03 u C-217/03 Il-Belġju u Forum 187 ASBL vs Il-Kummissjoni EU:C:2006:416, paragrafi minn 95 sa 97.
(367) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/621/KE tat-2 ta' Awwissu 2004 dwar l-għajnuna mill-Istat implimentata minn Franza għal France Télécom (ĠU L 257, 20.9.2006, p. 11).
(368) Il-kummenti tal-Irlanda dwar id-Deċiżjoni ta' Ftuħ, paragrafi 155 u 156.
(369) Ara l-Kawża C-5/89 Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja EU:C:1990:320, paragrafu 17, u l-Kawża C-310/99 L-Italja vs Il-Kummissjoni EU:C:2002:143, paragrafu 104.
(370) Ara l-Kawża T-67/94 Ladbroke Racing vs Il-Kummissjoni EU:T:1998:7, paragrafu 183; ara wkoll il-Kawżi Magħquda T-116/01 u T-118/01, P&O European Ferries (Vizcaya) SA u Diputacion Floral de Vizcaya vs Il-Kummissjoni EU:T:2003:217, paragrafu 203.
(371) Il-Kawżi Magħquda C-183/02 P u C-187/02 P Demesa u Territorio Histórico de Álava vs Il-Kummissjoni EU:C:2004:701, paragrafu 45.
(372) Preżentazzjoni Konġunta, paragrafu 16.
(373) Ara l-Kawża 265/85 Van den Bergh en Jurgens u Van Dijk Food Products (Lopik) vs Il-Kummissjoni EU:C:1987:121 paragrafu 44, u l-Kawża C 537/08 P Kahla Thüringen Porzellan vs Il-Kummissjoni EU:C:2010:769, paragrafu 63.
(374) ĠU C 147, 20.6.2002, p. 2.
(375) Ara, pereżempju, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/381/KE tat-22 ta' Awwissu 2002 dwar l-iskema ta' għajnuna implimentata minn Spanja favur iċ-ċentri ta' koordinazzjoni f'Vizcaya C 48/2001 (ex NN 43/2000) (ĠU L 31, 6.2.2003, p. 26) (mhux disponibbli bil-Malti); Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/512/KE tal-5 ta' Settembru 2002 dwar l-iskema ta' għajnuna mill-Ġermanja għal ċentri ta' kontroll u ta' koordinazzjoni (ĠU L 177, 16.7.2003, p. 17) (mhux disponibbli bil-Malti); Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/501/KE tas-16 ta' Ottubru 2002 dwar l-iskema ta' għajnuna mill-Istat C 49/2001 (ex NN 46/2000) -Ċentri ta' Koordinazzjoni — implimentata mil-Lussemburgu (ĠU L 170, 9.7.2003,p. 20), paragrafu 53 (mhux disponibbli bil-Malti); u d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/755/KE tas-17 ta' Frar 2003 dwar skema ta' għajnuna implimentata mill-Belġju għal ċentri ta' koordinazzjoni stabbiliti fil-Belġju (ĠU L 282, 30.10.2003, p. 25) (mhux disponibbli bil-Malti).
(376) Għad li fil-kuntest ta' “impossibbiltà ta' rkupru” u mhux f'“diffikultà ta' kwantifikazzjoni tal-ammont tal-għajnuna”.
(377) Ara l-Kawża C-441/06 Il-Kummissjoni vs Franza EU:C:2007:616, paragrafu 29 u l-ġurisprudenza ċċitata.
(378) Il-Kawżi Magħquda T-427/04 u T17/05 Franza u France Télécom vs Il-Kummissjoni EU:T:2009:474, paragrafu 297.
(379) Il-Kawżi Magħquda T-427/04 u T17/05 Franza u France Télécom vs Il-Kummissjoni EU:T:2009:474, paragrafu 299.
(380) Ara l-premessa (100).
(381) Ara l-premessi (108) u (291).
(382) Ara l-premessa (100).
(383) Ara l-premessa (349).
(384) Ara n-nota 75 f'qiegħ il-paġna.
(385) Ara n-nota 74 f'qiegħ il-paġna.