31981R0348



Official Journal L 039 , 12/02/1981 P. 0001 - 0003
Finnish special edition: Chapter 15 Volume 3 P. 0114
Spanish special edition: Chapter 15 Volume 3 P. 0003
Swedish special edition: Chapter 15 Volume 3 P. 0114
Portuguese special edition Chapter 15 Volume 3 P. 0003


Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 348/81

ta' l-20 ta' Jannar 1981

dwar ir-regoli komuni għall-importazzjoni ta' prodotti miċ-ċetaċej

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 235 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru 136/66/KEE tat-22 ta' Settembru 1966 dwar l-istabbiliment ta' organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żjut u tax-xaħmijiet [1], kif emendat l-aħħar mir-Regolament (KEE) Nru 1917/80 [2], u partikolarment l-Artikolu 3(1) tieghu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 827/68 tat-28 ta' Ġunju 1968 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' ċerti prodotti elenkati fl-Anness II tat-Trattat [3], kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1117/78 [4], u partikolarment l-Artikolu 4(3) tieghu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni [5],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [6],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [7],

Billi l-konservazzjoni ta' l-ispeċi taċ-ċetaċej titlob miżuri li jirrestrinġu l-kummerċ internazzjonali; billi dawn għandhom ikunu miżuri fuq livell Komunitarju u għandhom fl-istess waqt jirrispettaw l-obbligi internazzjonali tal-Komunità;

Billi, waqt li tkun għadha pendenti l-adozzjoni fuq livell Komunitarju ta' aktar miżuri ġenerali li jirrigwardaw is-sorveljanza tal-kummerċ fl-ispeċi ta' fawna u flora salvaġġa, l-importazzjoni tal-prodotti prinċipali mill-balieni u ċetaċej oħra għandha tkun suġġetta, fi stadju inizjali, għal permessi tal-importazzjoni, waqt li l-possibbiltà li tiġi estiża l-lista ta' dawn il-prodotti hija wkoll riservata; billi, sabiex tiġi iċċarata s-sitwazzjoni, jista’ jkun utili li wieħed jinnota li, sakemm il-possibilità ta' din l-estenzjoni tkun għadha pendenti, l-Istati Membri jibqgħu kompetenti sabiex jieħdu, fl-osservanza tat-Trattat, miżuri għall-ħarsien ta' l-ispeċi li għandhom x'jaqsmu ma’ l-importazzjoni ta' prodotti li mhumiex koperti minn dan ir-Regolament; billi l-awtoritajiet kompetenti m'għandhomx joħorġu dawn il-permessi sakemm ma jkunux aċċertaw ruħhom li l-prodotti f'dak il-każ ma jkunux sejrin jintużaw għal skopijiet kummerċjali,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

L-Artikolu 1

1. Mill-1 ta' Jannar 1982 l-introduzzjoni fil-Komunità tal-prodotti elenkati fl-Anness għandhom ikunu suġġetti għall-produzjoni ta' liċenzja tal-importazzjoni. L-ebda liċenzja bħal din m'għandha tinħareġ għal prodotti li jkunu sejrin jintużaw għal skopijiet kummerċjali.

2. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Lulju 1981 bl-ismijiet u l-indirizzi ta' l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu l-liċenzji ta' l-importazzjoni msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra dwar dan minnufih.

L-Artikolu 2

1. Kumitat dwar il-Prodotti Ċetaċej, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ "il-Kumitat" qiegħed jiġi stabbilit, u dan jikkonsisti f'rappreżentanti ta' l-Istati Membri b'rappreżentant tal-Kummissjoni bħala President.

Il-Kumitat għandu jadotta r-regoli tal-proċedura tiegħu.

Jista’ jeżamina kull kwistjoni li għandha x'taqsam ma’ l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluża l-kwistjoni tal-kontroll, sottomessa lilu mill-Presidenti tiegħu jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba mir-rappreżentant ta' Stat Membru.

Il- proċedura li ġejja għandha tiġi adottata għall-implementazzjoni ta' dan ir-Regolament:

(a) ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-Kumitat abbozz tad-dispożizzjonijiet li jridu jiġu adottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz fi żmien iffissat mill-President li jikkunsidra l-urġenza tal-każ. Id-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'maġġoranza ta' 45 vot, u l-voti tal-Istati Membri għandhom ikunu peżati skond kif stabbilit fl-Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-President m'għandux jivvota.

(b) Il-Kummissjoni għandha tadotta d-dispożizzjonijiet previsti jekk dawn ikunu skond l-opinjoni tal-Kumitat.

(ċ) Jekk il-miżuri previsti ma jkunux skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk l-ebda opinjoni ma tkun ingħatat, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien, tissottometti lill-Kunsill proposta fir-rigward tal-miżuri li għandhom jiġu adottati. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata. Jekk, fi żmien tliet xhur minn meta l-proposta tkun ġiet sottomessa lilu, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, id-dispożizzjonijiet proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.

L-Artikolu 3

1. Kemm jista’ jkun malajr, il-Kunsill għandu jissottometti lill-Kunsill rapport dwar jekk il-lista ta' prodotti fl-Anness ta' dan ir-Regolament għandhiex tiġi estiża, u dwar il-possibbiltajiet ta' sorveljanza tal-ħarsien tad-dispożizzjonijiet tiegħu, flimkien mal-proposti, skond ma jkun il-każ.

2. Il-Kunsill, permezz ta' maġġoranza kwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni jista’ jiddeċiedi li jestendi l-lista msemmija fil-paragrafu 1.

3. Sakemm tittieħed din id-deċiżjoni, l-Istati Membri jistgħu jieħdu, b'mod konformi mat-Trattat, miżuri li jirrigwardaw prodotti oħra taċ-ċetaċej li ma jaqgħux taħt dan ir-Regolament għall-ħarsien ta' l-ispeċi.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, fis-26 ta' Jannar 1981.

Għall-Kunsill

Il-President

Ch. A. van der Klaauw

[1] ĠU 172, tat- 30.9.1966, p. 3025/66.

[2] ĠU L 186, tad-19.7.1980, p. 1.

[3] ĠU L 151, tat-30.6.1968, p. 16.

[4] ĠU L 142, tat-30.5.1978, p. 1.

[5] ĠU C 121, ta' l-20.5.1980, p. 5.

[6] ĠU C 291, ta' l-10.11.1980, p. 46.

[7] ĠU C 300, tat-18.11.1980, p. 13.

--------------------------------------------------

L-ANNESS

CCT intestatura Nru | Deskrizzjoni |

ex 02.04 C | Laħam u ġewwieni tal-laħam taċ-ċetaċej, friski, imkessħin jew friżati |

ex 02.06 C | Laħam u ġewwieni tal-laħam taċ-ċetaċej, immelħin, fl-ilma mielaħ jew fumigati |

ex 05.09 | Għadam tal-balieni u affarijiet ta' din ix-xorta, mhux maħduma jew preparati b'mod sempliċi imma mhux maqtugħa għal xi forma, u xagħar u xemgħa ta' dawn il-prodotti |

ex 05.15 B | Laħam u ġewwieni tal-laħam taċ-ċetaċej, li mhumiex tajbin għall-konsum tal-bniedem |

ex 15.04 | Żjut u xaħmijiet taċ-ċetaċej, kemm jekk irfinati u kemm jekk le |

ex 15.08 | Żjut u xaħmijiet taċ-ċetaċej, idroġenati jew issolidifikati jew imwebbsa totalment jew parzjalment permezz ta' xi proċess ieħor |

ex 15.12 | Żjut taċ-ċetaċej, mgħollija, ossidizzati, deidrati, sulfurizzati, minfuħa jew polimerizzati bis-sħana f'vakum jew f'gass inattiv, jew immodifikati b'xi mod ieħor, kemm jekk ikunu rfinati u kemm jekk le, imma mhux ippreparati ulterjorment |

15.15A | Spermaċeti, mhux maħduma, ippressati jew irfinati, kemm jekk ikunu ngħataw il-kulur u kemm jekk le |

ex 16.03 | Estratti u meraq tal-laħam taċ-ċetaċej |

ex 23.01A | Dqiq u dqiq oxħon tal-laħam u tal-ġewwieni taċ-ċetaċej, li mhumiex tajbin għall-konsum tal-bniedem |

ex il-Kapitolu 41 | Ġilda trattata biż-żejt, kemm jekk immodifikata u kemm jekk le, ta' balieni jew ta' ċetaċej oħrajn |

Il-prodotti kollha elenkati hawn isfel li jkunu ġew trattati biż-żejt, kemm jekk immodifikati u kemm jekk le, ta' balieni jew ta' ċetaċej oħrajn li jkunu magħmula minn ġilda trattata b'żejt ta' din ix-xorta: |

ex il-Kapitolu 42 | Oġġetti tal-ġilda, tas-sarraġ u xedd; oġġetti għall-ivjaġġar, basktijiet tan-nisa u kontenituri simili |

ex il-Kapitolu 43 | Ġlud bil-pil u affarijiet manufatturati minnhom |

ex il-Kapitolu 64 | Żraben, getti u affarijiet ta' din ix-xorta; partijiet minn dawn l-oġġetti |

--------------------------------------------------