|
25.9.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 240/8 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1286
tal-24 ta' Settembru 2018
li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta' Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenka korpi, korporazzjonijiet u aġenziji pubbliċi u persuni fiżiċi u ġuridiċi, korpi u entitajiet tal-gvern preċedenti tal-Iraq koperti bl-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi li kienu jinsabu barra mill-Iraq fid-data tat-22 ta' Mejju 2003 skont dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Fid-19 ta' Settembru 2018, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi żewġ annotazzjonijiet mil-lista ta' persuni jew entitajiet li jenħtieġ li l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi japplika għalihom. |
|
(3) |
Għaldaqstant jinħtieġ li l-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta' Settembru 2018.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Il-Kap tas-Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija
ANNESS
Fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003, l-entrati li ġejjin jitħassru:
|
“116. |
STATE COMPANY FOR ELECTRICAL INDUSTRIES (magħrufa wkoll bħala (a) STATE ENTERPRISE FOR ELECTRICAL INDUSTRIES, (b) STATE ENTERPRISE FOR ELECTRICAL INDUSTRIES/ELECTRICAL LAMPS, (c) STATE ENTERPRISE FOR GENERATION AND TRANSMISSION OF ELECTRICITY). Indirizzi: (a) P.O. Box 1118, Waziria, Baghdad, Iraq; (b) P.O. Box 9145, Al-Kadhmiyah, Al-Taji, Baghdad, Iraq; (c) 4/356 Al Masbah Building, P.O. Box 1098, Baghdad, Iraq.” |
|
“134. |
STATE ENTERPRISE FOR DRUG INDUSTRIES (magħrufa wkoll bħala STATE COMPANY FOR DRUG PRODUCTS). Indirizz: Box 271, Samara, Iraq.” |