29.6.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 179/95


DEĊIŻJONI TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI

tas-26 ta’ Ġunju 2013

li taħtar Imħallef fil-Qorti Ġenerali

(2013/339/UE)

IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 254 u 255 tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikoli 5 u 7 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u wara r-riżenja tas-Sur Josef AZIZI, li tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Settembru 2013, għandu jinħatar Imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-bqija tal-mandat tas-Sur Josef AZIZI, jiġifieri sal-31 ta' Awwissu 2016.

(2)

Ġiet proposta l-kandidatura tas-Sur Viktor KREUSCHITZ għall-post li tbattal.

(3)

Il-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni dwar l-idoneità tas-Sur Viktor KREUSCHITZ għall-funzjoni ta' Mħallef fil-Qorti Ġenerali,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Viktor KREUSCHITZ huwa b'dan maħtur Imħallef fil-Qorti Ġenerali għall-perijodu mill-1 ta' Settembru 2013 sal-31 ta' Awwissu 2016.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Ġunju 2013.

Il-President

R. MONTGOMERY