|
27.2.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 55/18 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/288
tad-19 ta' Frar 2018
li jemenda r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 367/2014 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 16(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 367/2014 (2) jistabbilixxi l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG), kif ukoll l-ammonti disponibbli għas-snin baġitarji mill-2014 sal-2020 għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), skont l-Artikoli 10c(2), 136, 136a u 136b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (3) u l-Artikoli 7(2), 14 u 66(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(2) |
F'konformità mar-raba' subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, Franza, il-Litwanja u n-Netherlands innotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta' Awwissu 2017 bid-deċiżjoni tagħhom li jirrevedu, għas-snin kalendarji 2018 u 2019, id-deċiżjoni preċedenti tagħhom li jittrasferixxu ċertu perċentwal tal-limiti massimi nazzjonali annwali tagħhom għall-pagamenti diretti lill-programmazzjoni tal-iżvilupp rurali, iffinanzjat permezz tal-FAEŻR kif speċifikat fir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Il-limiti massimi nazzjonali rilevanti ġew adattati permezz tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/162 (6). |
|
(3) |
F'konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (7), is-sottolimitu massimu għall-infiq b'rabta mas-suq u għall-pagamenti diretti tal-qafas finanzjarju pluriennali stabbilit fl-Anness I ta' dak ir-Regolament, għandu jiġi aġġustat skont l-aġġustament tekniku previst fl-Artikolu 6(1) ta' dak ir-Regolament wara li jsiru t-trasferimenti bejn il-FAEŻR u l-pagamenti diretti. |
|
(4) |
B'riżultat ta' dawn il-bidliet, jeħtieġ li jiġi aġġustat il-bilanċ nett disponibbli għall-FAEG kif stabbilit bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 367/2014. Għall-finijiet taċ-ċarezza, l-ammonti li għandhom isiru disponibbli għall-FAEŻR jenħtieġ li jiġu ppubblikati wkoll. |
|
(5) |
Għalhekk, ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 367/2014 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 367/2014 jinbidel bit-test fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta' Frar 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549.
(2) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 367/2014 tal-10 ta' April 2014 li jiffissa l-bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG (ĠU L 108, 11.4.2014, p. 13).
(3) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta' Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jħassar r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/162 tat-23 ta' Novembru 2017 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 30, 2.2.2018, p. 6]).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
ANNESS
“ANNESS
|
(miljuni ta' EUR - prezzijiet attwali) |
||||||||
|
Sena finanzjarja |
Ammonti disponibbli għall-FAEŻR |
Ammonti trasferiti mill-FAEŻR |
Bilanċ nett disponibbli għan-nefqa tal-FAEG |
|||||
|
L-Artikolu 10b tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 |
L-Artikolu 136 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 |
L-Artikolu 136b tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 |
L-Artikolu 66 tar-Regolament (KE) Nru 1307/2013 |
L-Artikolu 136a(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (KE) Nru 1307/2013 |
L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 |
L-Artikolu 136a(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1307/2013 |
||
|
2014 |
296,300 |
51,600 |
|
4,000 |
|
|
|
43 778,100 |
|
2015 |
|
|
51,600 |
4,000 |
621,999 |
|
499,384 |
44 189,785 |
|
2016 |
|
|
|
4,000 |
1 138,146 |
108,659 |
573,047 |
43 950,242 |
|
2017 |
|
|
|
4,000 |
1 174,732 |
111,026 |
572,440 |
44 145,682 |
|
2018 |
|
|
|
4,000 |
1 184,257 |
110,213 |
571,820 |
44 162,350 |
|
2019 |
|
|
|
4,000 |
1 491,459 |
111,358 |
571,158 |
43 880,341 |
|
2020 |
|
|
|
4,000 |
1 507,843 |
112,041 |
570,356 |
43 887,472 |