<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="ECRT12011MTB.0500376501.case.xml"><NO.CASE>T-409/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009TO0409</NO.CELEX><NO.SEQ>0030.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>II-3769</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>II-3796</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>28</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><LEFT>DIGRIET TAT-<DATE ISO="20110622">22.6.2011</DATE> — KAWŻA T-409/09</LEFT><RIGHT>EVROPAÏKI DYNAMIKI vs IL-KUMMISSJONI</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti Ġenerali</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20110622">22 ta’ Ġunju 2011</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża T-409/09,</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE,</HT> stabbilita f’Ateni (il-Greċja), irrappreżentata minn N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea,</HT> irrappreżentata minn M. Wilderspin u E. Manhaeve, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett rikors għad-danni bl-għan li jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament sostnut mir-rikorrenti wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20040915">15 ta’ Settembru 2004</DATE> li tiċħad l-offerta tagħha u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor, fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti li tikkonċerna l-provvista ta’ servizzi tal-informatika u tal-provvisti relatati mas-sistemi ta’ informazzjoni tad-Direttorat Ġenerali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Sajd<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0001" REF.START="QS0001"/>,</P><?PAGE NO="II-3770"?><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J. Azizi, President, E. Cremona (Relatur) u S. Frimodt Nielsen, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża u l-proċedura</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20040519">19 ta’ Mejju 2004</DATE>, ir-rikorrenti, Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għamlet offerta għas-sejħa għal offerti FISH/2004/2 li tikkonċerna l-provvista ta’ servizzi tal-informatika u l-provvisti relatati marbuta mas-sistemi ta’ informazzjoni tad-Direttorat Ġenerali (DĠ) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Sajd<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0002" REF.START="QS0002"/> tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>ewwel kuntratt<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0003" REF.START="QS0003"/>), ippubblikat fis-Suppliment f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT> fl-<DATE ISO="20040414">14 ta’ April 2004</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="S" DATE.PUB="2004" NO.OJ="073" PAGE.FIRST="61407">ĠU S 73, p. 61407</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20040915">15 ta’ Settembru 2004</DATE>, riċevuta mir-rikorrenti fl-istess jum, id-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Sajd<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0004" REF.START="QS0004"/> informa lil din tal-aħħar li l-offerta tagħha ma kinitx intgħażlet, filwaqt li ppreċiża li l-motivi ta’ din iċ-ċaħda kienu jirrigwardaw il-kompożizzjoni u l-istabbiltà<?PAGE NO="II-3771"?> tat-tim, il-proċeduri proposti għat-trasferiment tal-għarfien fi tmiem il-proġett, kif ukoll il-fatt li l-offerta ma kinitx l-aħjar waħda f’termini ta’ kwalità u prezz. Huwa indika wkoll li r-rikorrenti setgħet titlob bil-miktub għal informazzjoni addizzjonali dwar il-motivi taċ-ċaħda tal-offerta tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20040916">16 ta’ Settembru 2004</DATE>, ir-rikorrenti, filwaqt li esprimiet l-oġġezzjonijiet tagħha dwar il-motivi ta’ ċaħda tal-offerta tagħha, talbet lid-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Sajd<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0005" REF.START="QS0005"/> sabiex jgħarrafha bl-isem tal-offerent magħżul, ir-riżultati miksuba mill-offerta teknika tagħha u minn dik tal-offerent magħżul għal kull kriterju ta’ evalwazzjoni, kopja tar-rapport tal-kumitat ta’ evalwazzjoni kif ukoll it-tqabbil bejn l-offerta finanzjarja tagħha u dik tal-offerent magħżul.</TXT></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20041022">22 ta’ Ottubru 2004</DATE>, id-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Sajd<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0006" REF.START="QS0006"/> irrisponda lir-rikorrenti li l-offerenti kollha li talbu informazzjoni supplementari dwar iċ-ċaħda tal-offerta tagħhom kienu rċivew kollha f’daqqa din l-informazzjoni permezz ta’ ittra, mehmuża, datata t-<DATE ISO="20041018">18 ta’ Ottubru 2004</DATE>. F’din l-ittra, id-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Sajd<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0007" REF.START="QS0007"/> ta xi informazzjoni addizzjonali dwar l-evalwazzjoni tal-offerta tar-rikorrenti, filwaqt li indika wkoll l-isem tal-offerent magħżul u l-fatt li l-offerta ta’ dan tal-aħħar kienet intgħażlet għaliex din kienet l-iktar waħda vantaġġuża ekonomikament. Fl-aħħar nett, huwa kkomunika l-marki miksuba mir-rikorrenti u dawk tal-offerent magħżul għal kull wieħed mill-kriterji tekniċi ta’ evalwazzjoni, kif ukoll ir-riżultat tal-evalwazzjoni finanzjarja, permezz ta’ tabella.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fil-<DATE ISO="20041125">25 ta’ Novembru 2004</DATE> u rreġistrat bir-referenza T-465/04, ir-rikorrenti ppreżentat rikors quddiem il-Qorti Ġenerali, għall-annullament tal-ittra tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Sajd<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0008" REF.START="QS0008"/> tal-<DATE ISO="20040915">15 ta’ Settembru 2004</DATE> msemmija hawn fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz ta’ sentenza tal-<DATE ISO="20080910">10 ta’ Settembru 2008</DATE>, Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni (T-465/04, mhux ippubblikata fil-Ġabra), il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad l-offerta magħmula mir-rikorrenti u li tagħti l-ewwel kuntratt lill-offerent.</TXT></NP><?PAGE NO="II-3772"?><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>F’ittri tas-<DATE ISO="20081007">7 ta’ Ottubru 2008</DATE> u tal-<DATE ISO="20090305">5 ta’ Marzu 2009</DATE>, indirizzati direttament lill-President tal-Kummissjoni, ir-rikorrenti, filwaqt li lmentat dwar l-azzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tagħha, essenzjalment stiednet lil din tal-aħħar sabiex tagħmel eżami mill-ġdid tal-każijiet kontenzjużi kollha, filwaqt li ddikjarat li hija disposta li tirtira r-rikorsi kollha pendenti dwar l-għoti tal-kuntratti pubbliċi mill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20090925">25 ta’ Settembru 2009</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat ir-rikors preżenti permezz ta’ faks. Il-pakkett bir-rikors oriġinali ffirmat, kif ukoll il-kopji u l-annessi tiegħu, intbagħtu fit-<DATE ISO="20091003">3 ta’ Ottubru 2009</DATE>, permezz ta’ servizz ta’ tqassim tal-posta.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20091005">5 ta’ Ottubru 2009</DATE>, ir-reġistru tal-Qorti Ġenerali, li rċieva pakkett li kien fih biss kopji tar-rikors, avża lill-avukati tar-rikorrenti li l-pakkett li kien fih l-oriġinali kien għadu ma wasalx. Għaldaqstant, kopja tad-dokumenti nieqsa u oriġinal ġdid iffirmat ġew ippreżentati fir-Reġistru fl-istess jum.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20091116">16 ta’ Novembru 2009</DATE>, ir-reġistru tal-Qorti Ġenerali informa lir-rikorrenti li l-oriġinali tar-rikors, ippreżentat fil-<DATE ISO="20091005">5 ta’ Ottubru 2009</DATE>, kien differenti mill-kopja tiegħu li ntbagħtet bil-faks fil-<DATE ISO="20090925">25 ta’ Settembru 2009</DATE>. Għalhekk, skont l-Artikolu 43(6) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, hija d-data tal-<DATE ISO="20091005">5 ta’ Ottubru 2009</DATE>, u mhux tal-<DATE ISO="20090925">25 ta’ Settembru 2009</DATE>, li tqieset bħala d-data tal-preżentata tar-rikors.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra datata d-<DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE> u mibgħuta l-għada bil-faks lir-reġistru tal-Qorti Ġenerali, ir-rikorrenti, filwaqt li rrikonoxxiet ir-riċevuta tal-ittra tar-reġistru tas-<DATE ISO="20091116">16 ta’ Novembru 2009</DATE>, esponiet ir-raġunijiet li għalihom l-oriġinali tar-rikors ma kinitx intbagħtet fit-termini stabbiliti u talbet lill-Qorti Ġenerali tirrikonoxxi l-eżistenza ta’ forza maġġuri f’dan il-każ, u bħala konsegwenza, li terġa’ tikkunsidra d-deċiżjoni tagħha li tqis il-<DATE ISO="20091005">5 ta’ Ottubru 2009</DATE> bħala data tal-preżentata tar-rikors.</TXT></NP><?PAGE NO="II-3773"?><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20091126">26 ta’Novembru 2009</DATE>, ir-rikorrenti bagħtet ittra lir-reġistru tal-Qorti Ġenerali bil-faks fejn fiha hija spjegat iċ-ċirkustanzi tat-telf tal-pakkett mill-kumpannija li hija kienet inkarigat għat-tqassim tal-posta u talbet mill-ġdid li d-data tal-preżentata tal-oriġinal tar-rikors titqies li kienet il-<DATE ISO="20090925">25 ta’ Settembru 2009</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20091203">3 ta’ Diċembru 2009</DATE>, ir-rikorrenti ġiet infurmata mill-kumpannija tat-tqassim tal-posta li hija kienet użat li l-pakkett nieqes ma nstabx.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ att separat, iddepożitat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fid-<DATE ISO="20100129">29 ta’ Jannar 2010</DATE>, il-Kummissjoni, taħt l-Artikolu 114(1) tar-Regoli tal-Proċedura, qajmet eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà inkwantu t-talba għal kumpens hija preskritta.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20100414">14 ta’ April 2010</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Bħala miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20100702">2 ta’ Lulju 2010</DATE>, il-Qorti Ġenerali għamlet domanda bil-miktub lill-partijiet dwar l-applikabbiltà tal-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura dwar iż-żieda tat-terminu ta’ proċedura b’terminu għal raġuni ta’ distanza ta’ għaxart’ijiem, għal dan il-każ. Il-partijiet irrispondew fit-termini stabbiliti.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="II-3774"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Fir-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 2 miljuni, li tikkorrispondi għall-profitt gross li hi setgħet tagħmel mill-ewwel kuntratt kieku dan ġie mogħti lilha (50 % tal-valur tal-kuntratt);</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">100000</FT>, li tikkorrispondi għad-dannu sostnut minħabba l-opportunità mitlufa li jiġi eżegwit il-kuntratt;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Fl-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors bħala inammissibbli;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet fuq l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha tiċħad l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="II-3775"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 114(1) tar-Regoli tal-Proċedura, fuq talba minn parti, il-Qorti Ġenerali tista’ tiddeċiedi dwar l-inammissibbiltà mingħajr ma tidħol fil-mertu tal-kawża. B’konformità mal-paragrafu 3 tal-istess artikolu, il-proċeduri dwar it-talba għandhom jitkomplew oralment, sakemm il-Qorti Ġenerali ma tiddeċidix mod ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 111 tar-Regoli tal-Proċedura, meta l-Qorti Ġenerali manifestament ma jkollhiex kompetenza sabiex tieħu konjizzjoni ta’ rikors, jew fil-każ li tali rikors ikun manifestament inammissibbli jew manifestament infondat, il-Qorti Ġenerali tista’, mingħajr ma tkompli bil-proċedura, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan il-każ, il-Qorti Ġenerali tqis li mill-eżami tal-proċess hija għandha biżżejjed informazzjoni u li ma hemmx lok li tinfetaħ il-proċedura orali.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">L-argumenti tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tqajjem eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tar-rikors peress li l-azzjoni li huwa bbażat fuqha hija preskritta, minħabba li din ġiet ippreżentata wara li skada t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin stabbilit fir-rigward tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità Ewropea permezz tal-Artikolu 46 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><?PAGE NO="II-3776"?><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Dan it-terminu beda jiddekorri mill-mument meta d-dannu allegat twettaq effettivament.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tfakkar li, f’dan il-każ, ir-rikorrenti titlob il-kumpens għad-dannu allegatament sostnut mill-fatt li l-ewwel kuntratt ma ngħatax lilha u, sussidjarjament, kumpens għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>telf ta’ opportunità<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0009" REF.START="QS0009"/> wkoll.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, id-dannu allegat li ta lok għat-talba prinċipali u għat-talba sussidjarja, twettaq fil-mument meta ttieħdet id-deċiżjoni li l-offerta tar-rikorrenti għandha tinċaħad, peress li huwa f’dan il-mument li r-rikorrenti ma baqgħetx tista’ tingħata l-ewwel kuntratt. Għaldaqstant, id-dannu seħħ fid-data meta l-Kummissjoni infurmat lir-rikorrenti li l-offerta tagħha ma ntgħażlitx, jiġifieri fil-<DATE ISO="20040915">15 ta’ Settembru 2004</DATE>. Kif irrikonoxxiet b’mod impliċitu r-rikorrenti fl-ittra tagħha datata d-<DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE> indirizzata lir-reġistru tal-Qorti Ġenerali, huwa minn dak il-jum li t-terminu ta’ preskrizzjoni beda jiddekorri. Għaldaqstant, ir-rikors ippreżentat fil-<DATE ISO="20091005">5 ta’ Ottubru 2009</DATE> huwa preskritt.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Skont il-Kummissjoni, din il-konlużjoni hija kkonfermata mid-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20050914">14 ta’ Settembru 2005</DATE>, Ehcon vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-140/04" PAGE.ECR="II-3287" YEAR="2005">T-140/04, Ġabra p. II-3287</REF.DOC.ECR>). Skont il-punt 43 ta’ dan id-digriet, id-dannu li jirriżulta mill-fatt li ma jinkisibx il-kuntratt li jikkostitwixxi s-suġġett tas-sejħa għal offerti u dak li jirriżulta mit-telf ta’ opportunità li jinkiseb dan il-kuntratt jimmaterjalizzaw fil-jum meta l-Kummissjoni tiċħad l-offerta tal-offerent mhux magħżul. Din iċ-ċaħda għaldaqstant tikkostitwixxi l-fatt li jagħti lok għall-azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali, fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tosserva wkoll li, wara li kkonstatat li t-terminu ta’ preskrizzjoni beda jiddekorri fil-jum taċ-ċaħda tal-offerta mill-Kummissjoni, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-punt 46 tad-digriet Ehcon vs Il-Kummissjoni, punt 27 iktar ’il fuq, li, f’dan il-każ, l-imsemmi perijodu kien beda, l-iktar tard, fid-data li fiha r-rikorrenti rċiviet it-tieni komunikazzjoni mill-Kummissjoni li kienet tinfurmaha bil-motivi taċ-ċaħda tal-offerta tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="II-3777"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Skont din, mill-punt 46 tad-Digriet Ehcon vs Il-Kummissjoni, punt 27 iktar ’il fuq, ma jistax jiġi dedott li l-Qorti Ġenerali aċċettat id-data li fiha t-terminu ta’ preskrizzjoni kien beda jiddekorri kienet dik tal-jum li fih l-offerent irċieva l-ittra li fiha hija spjegatlu l-motivi taċ-ċaħda tal-offerta tiegħu. Fil-fatt, fil-kawża li tat lok għal dan id-digriet, fejn ir-rikors kien prekluż fi kwalunkwe każ, l-għarfien tad-data eżatta ta’ meta beda jiddekorri t-terminu tal-preskrizzjoni ftit kien jimporta. Barra minn hekk, konklużjoni bħal din tmur kontra l-kliem tal-punt 43 tal-istess digriet, deskritt hawn fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, din il-konklużjoni ma tikkonformax mar-<HT TYPE="ITALIC">ratio legis</HT> tal-preskrizzjoni li, hekk kif fakkret il-Qorti tal-Ġustizzja fid-digriet tagħha tat-<DATE ISO="20020718">18 ta’ Lulju 2002</DATE>, Autosalone Ispra dei Fratelli Rossi vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-136/01 P" PAGE.ECR="I-6565" YEAR="2002">C-136/01 P, Ġabra p. I-6565</REF.DOC.ECR>, punt 28) għandha l-għan li tirrikonċilja l-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuna leża u l-prinċipju ta’ ċertezza legali. Il-Kummissjoni tfakkar il-ġurisprudenza li tgħid li l-għarfien preċiż tal-fatti ma hijiex waħda mill-kundizzjonijiet li għandhom ikunu sodisfatti sabiex it-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri. F’dan il-każ, hija ddeduċiet li, sabiex it-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri, ma kienx neċessarju li r-rikorrenti jkollha raġunijiet iddettaljati taċ-ċaħda tal-offerta tagħha. Fil-fatt, terminu ta’ preskrizzjoni relattivament twil jingħata preċiżament sabiex ir-rikorrenti jkollha ż-żmien sabiex tiġbor din l-informazzjoni matul dan il-perijodu.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Kummissjoni tqis li l-azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali kellha tiġi ppreżentata sa mhux iktar tard mill-<DATE ISO="20090925">25 ta’ Settembru 2009</DATE>, jiġifieri ħames snin wara ċ-ċaħda tal-offerta tar-rikorrenti, b’teħid inkunsiderazzjoni tat-terminu għal raġunijiet ta’ distanza, ta’ għaxart’ijiem.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tiċħad l-argument tar-rikorrenti bbażat f’dan il-każ fuq l-eżistenza ta’ forza maġġuri. F’dan ir-rigward, hija tosserva li, b’konformità mal-ġurisprudenza, il-kunċett ta’ forza maġġuri huwa magħmul minn element oġġettiv u element suġġettiv. L-ewwel wieħed jikkonċerna ċirkustanzi mhux normali u indipendenti mir-rieda tal-persuna kkonċernata, filwaqt li t-tieni wieħed huwa relatat mal-obbligu tal-persuna kkonċernata li tipproteġi ruħha mill-konsegwenzi tal-avveniment anormali, billi tieħu miżuri xierqa mingħajr ma tagħmel sagrifiċċji eċċessivi. B’mod partikolari, permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20090128">28 ta’ Jannar 2009</DATE>, Centro Studi<?PAGE NO="II-3778"?> Manieri vs Il-Kunsill (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-125/06" PAGE.ECR="II-69" YEAR="2009">T-125/06, Ġabra p. II-69</REF.DOC.ECR>, punt 28), il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-persuna kkonċernata għandha tosserva bir-reqqa l-iżvolġiment tal-proċedura u, b’mod partikolari, tkun diliġenti sabiex tosserva t-termini previsti.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel element, il-Kummissjoni tqis li l-kunsinna tardiva ta’ pakkett hija avveniment mhux tas-soltu, iżda mhux imprevedibbli. Jekk wieħed jissuponi li, minkejja dan, in-nuqqas ta’ kunsinna ta’ wieħed miż-żewġ pakketti mibgħuta mir-rikorrenti huwa xorta avveniment anormali, il-Kummissjoni madankollu tqis li r-rikorrenti ma wrietx id-diliġenza meħtieġa, peress li hija għażlet li tistenna mhux biss l-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin, iżda wkoll lejlet l-iskadenza tat-terminu għal raġuni ta’ distanza addizzjonali, sabiex tibgħat kopja tar-rikors lill-Qorti Ġenerali bil-faks. Imbagħad, ir-rikorrenti stenniet ġimgħa tax-xogħol sħiħa qabel ma għaddiet, fl-aħħar mument, id-dokumenti lill-kumpannija ta’ tqassim tal-posta, fit-<DATE ISO="20091003">3 ta’ Ottubru 2009</DATE>, meta kienet taf li kwalunkwe dewmien fil-kunsinna jirriżulta fin-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu. Għaldaqstant, hija aċċettat dan ir-riskju konxjament.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet tagħha fuq l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, ir-rikorrenti tikkontesta d-determinazzjoni tal-bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni magħmula mill-Kummissjoni. B’mod partikolari, hija tiċħad it-teżi li t-terminu ta’ preskrizzjoni beda jiddekorri fil-<DATE ISO="20040915">15 ta’ Settembru 2004</DATE>, id-data li fiha hija ġiet infurmata li l-offerta tagħha ma ntgħażlitx. F’dan ir-rigward, hija tinvoka l-punti 44, 45 u 48 tad-digriet Ehcon vs Il-Kummissjoni, punt 27 iktar ’il fuq, li huma kunfliġġenti mal-punt 43 li fuqu qed tibbaża ruħha l-Kummissjoni. Minn dawn il-punti jirriżulta li l-kundizzjonijiet li jippermettu lir-rikorrenti ssostni d-drittijiet tagħha għal kumpens jingħaqdu biss meta din issir taf il-motivazzjonijiet tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni u mhux fid-data li fiha hija ġiet sempliċiment infurmata bir-riżultat tal-proċedura tal-għoti tal-kuntratt. Issa, f’dan il-każ, ir-rikorrenti ma saritx taf dawn il-motivazzjonijiet qabel l-20 jew it-<DATE ISO="20041023">23 ta’ Ottubru 2004</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="II-3779"?><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-kuntratt f’dan il-każ huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>kuntratt qafas<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0010" REF.START="QS0010"/> u li, bħala konsegwenza, ma seħħ l-ebda dannu u l-ebda preġudizzju ma jkun ċert qabel l-iffirmar ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>kuntratt speċifiku<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0011" REF.START="QS0011"/>. Minn dan jirriżulta li t-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri biss mill-mument meta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>kuntratt speċifiku<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0012" REF.START="QS0012"/> ikun effettivament iffirmat bejn il-Kummissjoni u l-offerent magħżul.</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Skont ir-rikorrenti, l-azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali, għaldaqstant, ġiet preskritta l-iktar kmieni fit-<DATE ISO="20091103">3 ta’ Novembru 2009</DATE>, jiġifieri ħames snin u għaxart’ijiem, meta wieħed jieħu inkunsiderazzjoni t-terminu għal raġuni ta’ distanza, wara li saret taf il-motivazzjonijiet taċ-ċaħda mill-Kummissjoni tal-offerta tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti tikkontesta l-argument li l-Kummissjoni bbażat fuq id-digriet Autosalone Ispra dei Fratelli Rossi vs Il-Kummissjoni, punt 30 iktar ’il fuq, peress li l-fatti tal-kawża li tat lok għal dan id-digriet huma wisq ’il bogħod minn dan il-każ sabiex ikunu jistgħu jintużaw b’mod pertinenti. Skont din, fil-kawżi dwar il-kuntratti pubbliċi, filwaqt li l-offerent mhux magħżul ma jkunx jaf il-motivazzjoni eżatta taċ-ċaħda tal-offerta tiegħu, huwa ma jkunx f’pożizzjoni li jevalwa jekk l-att huwiex illegali jew le, u allura jekk jeżistix dannu jew le, li hija l-ewwel kundizzjoni għall-preżentata ta’ azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali kontra l-Komunità. Għaldaqstant, ir-rikorrenti tqis, abbażi tal-punt 45 tad-digriet Ehcon vs Il-Kummissjoni, punt 27 iktar ’il fuq, li l-komunikazzjoni tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni hija l-kundizzjoni <HT TYPE="ITALIC">sine qua non</HT> sabiex il-persuna kkonċernata tkun f’pożizzjoni li tevalwa l-legalità tal-proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, hija tenfasizza li, wara t-talba tagħha, il-Kummissjoni damet iktar minn xahar biex tagħtiha l-motivi tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-offerta tagħha u li l-Kummissjoni issa qiegħda tipprova tinkludi dan il-perijodu ta’ nuqqas ta’ azzjoni fit-terminu ta’ preskrizzjoni għall-preżentata ta’ azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali.</TXT></NP><?PAGE NO="II-3780"?><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, f’dan il-każ, id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali fis-sentenza tagħha Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni, punt 6 iktar ’il fuq, li tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tagħtix l-ewwel kuntratt lir-rikorrenti, hija fondata b’mod partikolari fuq in-nuqqas ta’ motivazzjoni ta’ din id-deċiżjoni. Bħala konsegwenza, hija fid-data tal-għoti tal-imsemmija sentenza, jiġifieri fl-<DATE ISO="20080910">10 ta’ Settembru 2008</DATE>, li r-rikorrenti rċiviet l-ispjegazzjoni taċ-ċaħda tal-offerta tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tikkontesta wkoll l-argument li l-Kummissjoni tibbaża fuq l-ittra tagħha datata d-<DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, jiġifieri li dik hija ekwivalenti għal aċċettazzjoni impliċita tal-bidu tat-terminu ta’ preskrizzjoni fil-<DATE ISO="20040915">15 ta’ Settembru 2004</DATE>. Din l-ittra inkitbet, bħala miżura ta’ prekawzjoni, skont l-Artikolu 43(6) tar-Regoli tal-Proċedura, sabiex tantiċipa l-argumenti tal-Kummissjoni u fl-ebda każ ma tista’ tiġi interpretata bħala aċċettazzjoni tal-<DATE ISO="20040915">15 ta’ Settembru 2004</DATE> bħala l-bidu tad-dekorrenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kwistjoni tad-data tal-preżentata tal-oriġinal tar-rikors miżmuma mill-Qorti Ġenerali, ir-rikorrenti qabel xejn issostni li, minbarra l-firma li kellha ssir mill-avukati tagħha fuq il-verżjoni tar-rikors ipprintjata mill-ġdid wara t-telf tal-oriġinali mibgħuta bil-posta, ma hemm l-ebda differenza bejn il-verżjoni mibgħuta bil-faks fil-<DATE ISO="20090925">25 ta’ Settembru 2009</DATE> u l-oriġinali ppreżentata fir-reġistru fil-<DATE ISO="20091005">5 ta’ Ottubru 2009</DATE>. Il-possibbiltà ta’ differenza fil-firma ma tikkostitwixxix ksur tal-Artikolu 43(6) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Imbagħad, ir-rikorrenti tikkontesta l-argumenti tal-Kummissjoni li jikkonċernaw in-nuqqas ta’ applikabbiltà tal-forza maġġuri għal dan il-każ. Hija tenfasizza li kull tranżazzjoni neċessarja għall-preżentata ta’ rikors twettqet fit-termini previsti. Fi kwalunkwe każ, skont din, jekk kunsinna tardiva ta’ pakkett tikkostitwixxi riskju konsiderevoli, dan ma jistax ikun minħabba t-telf tiegħu, iktar u iktar peress li l-imsemmi pakkett intbagħat f’idejn tajba ta’ kumpannija proprjetà tad-Deutsche Post.</TXT></NP><?PAGE NO="II-3781"?><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tikkontesta wkoll il-prinċipji tal-ġurisprudenza invokati mill-Kummissjoni u tfakkar li f’dan il-każ, wara li bagħtet kopja tar-rikors bil-faks fit-termini, hija ħadet ħsieb li tivverifika fuq is-sit tal-internet tal-kumpannija ta’ tqassim tal-posta li l-pakkett li kien fih l-oriġinali u l-annessi kien twassal fit-terminu, jiġifieri fil-<DATE ISO="20091005">5 ta’ Ottubru 2009</DATE>. Kien biss fil-wara nofsinhar tal-istess jum li r-rikorrenti ġiet infurmata mir-reġistru li l-oriġinali ma kinitx waslet. Sa minn dak il-ħin, il-kumpannija tat-tqassim tal-posta ġiet ikkuntattjata immedjatament u, malli indunaw li l-pakkett ma kienx se jinstab fil-ħin, ġiet ipprintjata kopja ġdida tar-rikors u ntbagħtet lir-reġistru fil-<DATE ISO="20091005">5 ta’ Ottubru 2009</DATE> filgħaxija.</TXT></NP><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Għaldaqstant, meta ħadet il-miżuri xierqa sabiex tiżgura l-preżentata tar-rikors fit-termini stabbiliti, ir-rikorrenti wriet diliġenza u ma setgħetx tipprevedi, jew fi kwalunkwe każ, tevita t-telf tad-dokument oriġinali.</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti tilmenta li dan il-każ għandu jitqies b’mod <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT>, minħabba l-karattru kemm ġdid u irriversibbli tat-telf ta’ dokument oriġinali mill-kumpannija tat-tqassim tal-posta.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, applikabbli għall-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali b’konformità mal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 53 tal-imsemmi Statut, l-azzjonijiet kontra l-Komunità dwar responsabbiltà mhux kuntrattwali huma preskritti wara ħames snin li jingħaddu minn meta jiġri l-fatt li jagħti lok għalihom. Il-preskrizzjoni tiġi interrotta jew bil-preżentata tar-rikors quddiem il-Qorti, jew inkella bit-talba qabel il-preżentata li tista’ tagħmel il-parti leża lill-istituzzjoni kompetenti.</TXT></NP><?PAGE NO="II-3782"?><NP><NO.P>47</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita sew, ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità, fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 288 KE, għal aġir illegali tal-korpi tagħha, hija suġġetta għall-preżenza ta’ numru ta’ kundizzjonijiet flimkien, jiġifieri, l-illegalità tal-aġir li huma akkużati bih l-istituzzjonijiet, ir-realtà tad-dannu u l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-aġir allegat u d-dannu invokat (ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20061109">9 ta’ Novembru 2006</DATE>, Agraz <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-243/05 P" PAGE.ECR="I-10833" YEAR="2006">C-243/05 P, Ġabra p. I-10833</REF.DOC.ECR>, punt 26, u l-ġurisprudenza ċċitata; is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="19960711">11 ta’ Lulju 1996</DATE>, International Procurement Services vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-175/94" PAGE.ECR="II-729" YEAR="1996">T-175/94, Ġabra p. II-729</REF.DOC.ECR>, punt 44, u Centro Studi Manieri vs Il-Kunsill, punt 32 iktar ’il fuq, punt 97).</TXT></NP><NP><NO.P>48</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta wkoll li t-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri meta jiġu sodisfatti dawk il-kundizzjonjiet kollha li għalihom huwa suġġett l-obbligu tal-kumpens, u, b’mod partikolari, meta d-dannu li jrid jiġi kkumpensat jikkonkretizza ruħu. B’mod partikolari, kwistjonijiet li jqumu, bħal f’dan il-każ, minn atti individwali, it-terminu ta’ preskrizzjoni jibda jiddekorri minn meta dawn l-atti jipproduċu l-effetti tagħhom fir-rigward tal-persuni li huma jsemmu [ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-<DATE ISO="20070419">19 ta’ April 2007</DATE>, Holcim (Deutschland) vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-282/05 P" PAGE.ECR="I-2941" YEAR="2007">C-282/05 P, Ġabra p. I-2941</REF.DOC.ECR>, punti 29 u 30 u tal-<DATE ISO="20090611">11 ta’ Ġunju 2009</DATE>, Transports Schiocchet — Excursions vs Il-Kummissjoni, C-335/08 P, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 33; digriet tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20090827">27 ta’ Awwissu 2009</DATE>, Abouchar vs Il-Kummissjoni, T-367/08, mhux ippubblikat fil-Ġabra, punt 23].</TXT></NP><NP><NO.P>49</NO.P><TXT>Għandu wkoll jitfakkar li l-preskrizzjoni għandha l-funzjoni li tgħaqqad il-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuna leża u l-prinċipju ta’ ċertezza legali. It-tul tat-terminu ta’ preskrizzjoni għaldaqstant ġie ddeterminat b’kunsiderazzjoni taż-żmien neċessarju għall-parti allegatament leża sabiex tiġbor l-informazzjoni meħtieġa għal rikors eventwali u sabiex tivverifika l-fatti li jistgħu jiġu invokati insostenn ta’ dan ir-rikors (ara, f’dan is-sens, id-digriet Autosalone Ispra dei Fratelli Rossi vs Il-Kummissjoni, punt 30 iktar ’il fuq, punt 28; digriet tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20091216">16 ta’ Diċembru 2009</DATE>, Cattin vs Il-Kummissjoni, T-194/08, mhux ippubblikat fil-Ġabra, punt 69, u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20100928">28 ta’ Settembru 2010</DATE>, C-Content vs Il-Kummissjoni, T-247/08, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punt 54).</TXT></NP><?PAGE NO="II-3783"?><NP><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi osservat li, skont il-ġurisprudenza, l-għarfien eżatt u ddettaljat tal-fatti inkwistjoni min-naħa tal-vittma ma għandu l-ebda importanza, peress li l-għarfien tal-fatti ma jinstabx fost l-elementi li għandhom jiġu sodisfatti sabiex it-terminu ta’ preskrizzjoni msemmi fl-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja jibda jiddekorri. B’hekk, l-evalwazzjoni suġġettiva tar-realtà tad-dannu ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni fid-determinazzjoni tal-mument li minnu jibda jiddekorri t-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="20080717">17 ta’ Lulju 2008</DATE>, Il-Kummissjoni vs Cantina sociale di Dolianova <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-51/05 P" PAGE.ECR="I-5341" YEAR="2008">C-51/05 P, Ġabra p. I-5341</REF.DOC.ECR>, punt 61 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>51</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-rikorrenti prinċipalment titlob il-kumpens għad-dannu sostnut mill-fatt li l-ewwel kuntratt ma ngħatax lilha, jiġifieri somma li tikkorrispondi għall-profitt gross li hija setgħet tagħmel minn dan il-kuntratt (50 % tal-valur tal-kuntratt). Sussidjarjament, hija titlob kumpens għat-telf ta’ opportunità, li hija sostniet sew minħabba t-telf ta’ opportunità li twettaq l-ewwel kuntratt u anke dannu minħabba t-telf ta’ opportunità li tingħata kuntratti oħra, b’mod partikolari l-kuntratt mogħti fl-2008, fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti MARE/2008/01 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>kuntratt segwenti<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0013" REF.START="QS0013"/>), li l-valur inizjali tiegħu kien jaqbeż il-EUR 5 miljun, mid-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Affarijiet marittimi u Sajd<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0014" REF.START="QS0014"/> tal-Kummissjoni, lill-kuntrattur li ngħata l-ewwel kuntratt (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>dannu li rriżulta mit-telf ta’ opportunità li jinkisbu l-kuntratti segwenti<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0015" REF.START="QS0015"/>).</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq id-dannu li jirriżulta min-nuqqas ta’ ksib tal-ewwel kuntratt u tat-telf ta’ opportunità li dan jinkiseb</P></TI></TITLE><NP><NO.P>52</NO.P><TXT>Kif diġà osservat il-Qorti Ġenerali fil-kawża li tat lok għad-digriet Ehcon vs Il-Kummissjoni, punt 27 iktar ’il fuq, id-dannu li rriżulta min-nuqqas ta’ ksib tal-kuntratt inkwistjoni u tat-telf ta’ opportunità li jinkiseb dan il-kuntratt immaterjalizza fil-jum ta’ meta l-offerta tar-rikorrenti inċaħdet mill-Kummissjoni, b’din iċ-ċaħda<?PAGE NO="II-3784"?> tikkostitwixxi wkoll il-fatt li jagħti lok għall-azzjoni għal responsabbiltà, fis-sens tal-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara, f’dan is-sens, id-digriet Ehcon vs Il-Kummissjoni, punt 27 iktar ’il fuq, punt 43).</TXT></NP><NP><NO.P>53</NO.P><TXT>Iċ-ċaħda tal-offerta tagħha ġiet ikkomunikata lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tal-<DATE ISO="20040915">15 ta’ Settembru 2004</DATE>, riċevuta minnha fl-istess jum (ara l-punt 2 iktar ’il fuq).</TXT></NP><NP><NO.P>54</NO.P><TXT>Huwa minnu, hekk kif issostni r-rikorrenti, li, fil-punti 44, 45 u 48 tad-digriet Ehcon vs Il-Kummissjoni, punt 27 iktar ’il fuq, il-Qorti Ġenerali tidher li tikkontesta s-soluzzjoni mogħtija fil-punt 43 tal-imsemmi digriet, li skont din, id-danni inkwistjoni immaterjalizzaw ruħhom dakinhar taċ-ċaħda tal-offerta. Xorta jibqa’ l-fatt li dawn il-punti għandhom jinqraw fil-kuntest tagħhom u skont l-ordni loġika tagħhom. B’mod partikolari, fil-punt 45, meta l-Qorti Ġenerali affermat li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>il-kundizzjonijiet kollha ta’ l-implementazzjoni tad-dritt għal kumpens ta’ danni tar-rikorrenti kienu ġew sodisfatti mhux aktar tard mill-<DATE ISO="19970320">20 ta’ Marzu 1997</DATE> (jiġifieri fil-jum li fih ir-rikorrenti f’dan il-każ saret taf il-motivi tad-deċiżjoni taċ-ċaħda) u li, b’hekk, it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin (kien) wasal biex jiskadi, l-aktar tard, fl-<DATE ISO="20020320">20 ta’ Marzu 2002</DATE><QUOT.END CODE="201D" ID="QE0016" REF.START="QS0016"/>, hija qieset sempliċiment li, f’dan il-każ, ir-rikors kien fi kwalunkwe każ tardiv, minħabba li huwa ġie biss ippreżentat fit-<DATE ISO="20040408">8 ta’ April 2004</DATE>. Fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ, din l-aħħar konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali ma tistax tikkontesta l-premessa ewlenija tar-raġunament tagħha li danni bħalma huma dawk inkwistjoni jimmaterjalizzaw ruħhom fil-jum taċ-ċaħda tal-offerta, biċ-ċaħda tkun il-fatt li jagħti lok għall-azzjoni għal responsabbiltà.</TXT></NP><NP><NO.P>55</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi konkluż li l-allegati danni li f’dan il-każ taw lok għal azzjoni għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali kontra l-Komunità seħħew fid-data tad-deċiżjoni taċ-ċaħda tal-offerta tar-rikorrenti mill-Kummissjoni u li t-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ din l-azzjoni beda jiddekorri fil-mument meta din id-deċiżjoni ġiet ikkomunikata lir-rikorrenti, jiġifieri fil-<DATE ISO="20040915">15 ta’ Settembru 2004</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="II-3785"?><NP><NO.P>56</NO.P><TXT>B’konformità mal-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, it-terminu ta’ preskrizzjoni huwa interrott biss bil-preżentata ta’ rikors quddiem il-qorti Komunitarja jew b’talba qabel il-preżentata tar-rikors indirizzata lill-istituzzjoni kompetenti tal-Komunità, bil-kundizzjoni li f’dan l-aħħar każ, ikun hemm interruzzjoni biss jekk it-talba tkun segwita minn rikors fit-terminu stabbilit b’riferiment għall-Artikoli 230 KE jew 232 KE, skont il-każ.</TXT></NP><NP><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ittri tas-<DATE ISO="20081007">7 ta’ Ottubru 2008</DATE> u tal-<DATE ISO="20090305">5 ta’ Marzu 2009</DATE>, indirizzati mir-rikorrenti lill-President tal-Kummissjoni, ma fihom l-ebda talba espliċita għal kumpens u ma kinux segwiti minn rikors fit-terminu stabbilit b’riferiment għall-Artikolu 230 KE jew għall-Artikolu 232 KE. Fi kwalunkwe każ, l-imsemmija ittri ma għandhomx effett fuq it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin previst bl-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>58</NO.P><TXT>Għalhekk, it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin, fir-rigward taż-żewġ danni allegati, skada fil-<DATE ISO="20090915">15 ta’ Settembru 2009</DATE> mingħajr ma ġie interrott.</TXT></NP><NP><NO.P>59</NO.P><TXT>L-ebda wieħed mill-argumenti tar-rikorrenti ma jista’ jikkontesta din il-konklużjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>60</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni, billi essenzjalment tibbaża ruħha fuq il-punti 45 u 48 tad-digriet Ehcon vs Il-Kummissjoni, punt 27 iktar ’il fuq, li, sabiex tistabbilixxi l-aġir illegali tal-Kummissjoni, hija kellha bżonn tkun taf il-motivazzjonijiet tad-deċiżjoni mogħtija minnha u li hi ma saritx taf b’dawn il-motivazzjonijiet qabel l-20 jew it-<DATE ISO="20041023">23 ta’ Ottubru 2004</DATE>. Għalhekk l-azzjoni tagħha hija preskritta l-iktar kmieni fit-<DATE ISO="20091103">3 ta’Novembru 2009</DATE>, jiġifieri fi tmiem il-perijodu ta’ ħames snin u għaxart’ijiem mit-<DATE ISO="20041022">22 ta’ Ottubru 2004</DATE>, u mhux mill-<DATE ISO="20090925">25 ta’ Settembru 2009</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="II-3786"?><NP><NO.P>61</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi osservat li, hekk kif ġie indikat fil-punti 52 u 55 iktar ’il fuq, hija ċ-ċaħda tal-offerta, u mhux il-motivazzjoni ta’ din iċ-ċaħda, li tikkostitwixxi l-fatt li jagħti lok għall-azzjoni għal responsabbiltà fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi u li timmaterjalizza d-danni allegatament sostnuti mill-offerent mhux magħżul.</TXT></NP><NP><NO.P>62</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza jirriżulta li, il-fatt li, fil-mument meta huwa ressaq talba għal kumpens kontra l-Komunità, rikorrent ikun ħaseb li ma kellux il-provi kollha li kellu bżonn sabiex jagħti prova b’mod suffiċjenti skont il-liġi tar-responsabbiltà tal-Komunità fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja ma jistax, b’daqshekk, iwaqqaf it-terminu ta’ preskrizzjoni milli jiddekorri. Fil-fatt, kieku dan kien il-każ, allura tinħoloq konfużjoni bejn il-kriterju proċedurali dwar il-bidu tat-terminu ta’ preskrizzjoni u l-konstatazzjoni li l-kundizzjonijiet għar-responsabbiltà huma sodisfatti, li tista’ ssir, b’mod definittiv, biss mill-qorti li quddiemha tkun tressqet il-kwistjoni sabiex tagħti deċiżjoni finali dwar il-mertu tal-kawża (digriet tal-Qorti Ġenerali tas-<DATE ISO="20010117">17 ta’ Jannar 2001</DATE>, Autosalone Ispra dei Fratelli Rossi vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-124/99" PAGE.ECR="II-53" YEAR="2001">T-124/99, Ġabra p. II-53</REF.DOC.ECR>, punt 24).</TXT></NP><NP><NO.P>63</NO.P><TXT>Għandu wkoll jiġi kkonstatat li, kuntrarjament għal dak li tallega r-rikorrenti billi tibbaża ruħha fuq il-punti 45 u 48 tad-digriet Ehcon vs Il-Kummissjoni, punt 27 iktar ’il fuq, f’dan il-każ l-ittra tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Sajd<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0017" REF.START="QS0017"/> tal-<DATE ISO="20040915">15 ta’ Settembru 2004</DATE> — li kienet tikkostitwixxi l-att ikkontestat fil-kuntest tal-kawża li tat lok għas-sentenza Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummisjoni, punt 6 iktar ’il fuq — kien diġà fiha indikazzjoni tal-motivazzjonijiet taċ-ċaħda tal-offerta tagħha (ara l-punt 2 iktar ’il fuq). L-ittri mibgħuta wara mid-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Sajd<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0018" REF.START="QS0018"/> kienu intiżi biss li jagħtu, wara talba mir-rikorrenti, spjegazzjonijiet addizzjonali li jikkonċernaw dawn il-motivazzjonijiet kif ukoll il-benefiċċji tal-offerta magħżula (ara l-punti 3 u 4 iktar ’il fuq). Barra minn hekk, il-fatt li l-għarfien iddettaljat tal-motivazzjonijiet taċ-ċaħda allegatament ikkonkretizza xi jiem wara li ntbagħtet il-komunikazzjoni tal-imsemmija ċaħda ma jikkontradixxix il-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 49 iktar ’il fuq, li tgħid li t-tul tat-terminu ta’ preskrizzjoni jieħu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari ż-żmien meħtieġ mill-parti allegatament leża sabiex tiġbor l-informazzjoni xierqa għal rikors eventwali u sabiex tivverifika l-fatti li jistgħu jiġu invokati insostenn ta’ dan ir-rikors.</TXT></NP><?PAGE NO="II-3787"?><NP><NO.P>64</NO.P><TXT>Fl-aħħar mill-aħħar, jekk it-terminu ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità jitwaqqaf milli jibda jiddekorri sakemm il-parti allegatament leża tkun personalment konvinta li ġarrbet dannu, dan ikollu l-konsegwenza li jvarja l-mument tal-estinzjoni tal-imsemmija azzjoni skont il-perċezzjoni individwali li kull parti jista’ jkollha tar-realtà tad-dannu, u dan imur kontra l-eżiġenza taċ-ċertezza legali neċessarja għall-applikazzjoni tat-termini ta’ preskrizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza C-Content vs Il-Kummissjoni, punt 49 iktar ’il fuq, punt 55, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jiġi osservat finalment li, hekk kif enfasizzat ġustament il-Kummissjoni, mill-ittra datata d-<DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, mibgħuta lir-reġistru tal-Qorti Ġenerali mir-rikorrenti jirriżulta li din qieset li l-aġir illegali tal-Kummissjoni mmanifesta ruħu meta ntbagħtet l-ittra li kienet tikkomunika ċ-ċaħda tal-offerta tal-<DATE ISO="20040915">15 ta’ Settembru 2004</DATE>, peress li huwa minn din id-data li r-rikorrenti tat bidu, impliċitament, għat-terminu ta’ preskrizzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>66</NO.P><TXT>It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li, minħabba l-fatt li l-ewwel kuntratt huwa kuntratt qafas, huwa meħtieġ li jseħħ l-iffirmar ta’ kuntratt speċifiku sabiex dannu jseħħ. Issa, għandu jiġi osservat li, skont il-ġurisprudenza, il-kundizzjoni relattiva għall-eżistenza ta’ dannu ċert hija sodisfatta meta d-dannu jkun imminenti u prevedibbli b’ċertezza suffiċjenti, anki jekk dan ikun għadu ma jistax jiġi kkalkulat bi preċiżjoni (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="19870114">14 ta’ Jannar 1987</DATE>, Zuckerfabrik Bedburg <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="281/84" PAGE.ECR="49" YEAR="1987">281/84, Ġabra p. 49</REF.DOC.ECR>, punt 14; ara d-digriet Abouchar vs Il-Kummissjoni, punt 48 iktar ’il fuq, punt 24, u l-ġurisprudenza ċċitata). Barra minn hekk, il-preskrizzjoni tibda tiddekorri fil-mument meta d-dannu pekunjarju jkun twettaq effettivament [sentenza Holcim (Deutschland) vs Il-Kummissjoni, punt 48 iktar ’il fuq, punt 33]. Issa, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti, id-dannu li jirriżulta għall-kandidat mhux magħżul min-nuqqas ta’ ksib tal-kuntratt u mit-telf ta’ opportunità li jikseb dan tal-aħħar, jirriżulta direttament u immedjatament mid-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-offerta tiegħu, indipendentement mill-iffirmar eventwali ta’ kuntratt speċifiku bejn l-istituzzjoni Komunitarja u l-kandidat magħżul. Għall-istess raġunijiet, għandu jiġi miċħud l-argument imqajjem għall-ewwel darba<?PAGE NO="II-3788"?> mir-rikorrenti fir-risposta bil-miktub tagħha għad-domanda tal-Qorti Ġenerali, li minħabba l-kuntratt qafas, id-dannu baqa’ għaddej matul il-perijodu kollu li fih ir-rikorrenti kienet ipprojbita milli tiffirma kuntratti individwali.</TXT></NP><NP><NO.P>67</NO.P><TXT>It-tielet nett, fid-dawl tal-analiżi mwettqa fil-punti 52 sa 55 iktar ’il fuq, ir-rikorrenti ma tistax tagħmel użu utli mid-dewmien tal-Kummissjoni biex tirrispondi għat-talba tagħha għal kjarifiki fir-rigward tal-motivazzjonijiet taċ-ċaħda tal-offerta tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>68</NO.P><TXT>Ir-raba’ nett, ir-rikorrenti ssostni essenzjalment li hi ma kellha l-ebda spjegazzjonijiet reali dwar iċ-ċaħda tal-offerta tagħha qabel id-data tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali li ddikjarat l-annullament tad-deċiżjoni li minnha oriġina d-dannu. Għandu jiġi kkonstatat li l-argument tar-rikorrenti xejn ma huwa ċar. Fi kwalunkwe każ, f’dan ir-rigward huwa biżżejjed li jitfakkar li skont il-ġurisprudenza, huwa irrilevanti, sabiex jibda t-terminu ta’ preskrizzjoni, li l-aġir illegali tal-Komunità jkun ġie kkonstatat minn deċiżjoni ġudizzjarja [sentenza Holcim(Deutschland) vs Il-Kummissjoni, punt 48 iktar ’il fuq, punt 31]. Fir-rigward tal-bqija, huwa meħtieġ li jsir riferiment għall-punti 61 sa 64 iktar ’il fuq.</TXT></NP><NP><NO.P>69</NO.P><TXT>Finalment, il-ħames nett, fir-risposta bil-miktub għad-domanda magħmula mill-Qorti Ġenerali, ir-rikorrenti tqajjem argument ġdid ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-offerta tagħha u li tagħti l-kuntratt lil offerent ieħor ġiet ippubblikata, bħal kwalunkwe deċiżjoni oħra ta’ dan it-tip, b’konformità mal-Artikoli 118 u 120 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002, tat-<DATE ISO="20021223">23 ta’ Diċembru 2002</DATE>, li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 fuq ir-Regolamenti Finanzjaru li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 145, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>regoli dettaljati għall-implementazzjoni<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0019" REF.START="QS0019"/>), fil-parti S tal-Ġurnal Uffiċjali tas-<DATE ISO="20041216">16 ta’ Diċembru 2004</DATE>, u li bħala konsegwenza, din id-data, li tistabbilixxi terminu inkonfutabbli, tikkostitwixxi l-bidu tad-dekorrenza tal-preskrizzjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="II-3789"?><NP><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar għal darb’oħra, li hija ċ-ċaħda tal-offerta li tikkostitwixxi l-fatt li jagħti lok għall-azzjoni għal responsabbiltà fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi u li timmaterjalizza d-danni allegatament sostnuti mill-offerent mhux magħżul. Għalhekk, huwa mill-jum meta l-offerent mhux magħżul ikun personalment infurmat biċ-ċaħda tal-offerta tiegħu, u mhux fid-data tal-pubblikazzjoni tal-avviż ta’ għoti fil-Ġurnal Uffiċjali, li t-terminu jibda jiddekorri. Fi kwalunkwe każ, għandu wkoll jiġi osservat li, kuntrarjament għal dak li ssostni r-rikorrenti, il-pubblikazzjoni ta’ tali avviż, li għandu bħala għan l-informazzjoni ta’ terzi, hija biss meħtieġa, skont l-Artikolu 118(4) tar-regoli ddettaljati tal-implementazzjoni, għal kuntratti li l-ammont tagħhom huwa ugwali jew ikbar mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 158 tal-imsemmija regoli ddettaljati ta’ eżekuzzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>71</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, it-terminu ta’ preskrizzjoni ta’ ħames snin biex tiġi ppreżentata azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali skada fil-<DATE ISO="20090915">15 ta’ Settembru 2009</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>72</NO.P><TXT>Issa, jekk ir-rikorrenti tallega li, f’dan il-każ, każ ta’ forża maġġuri jkun jeħtieġ li tiġi kkunsidrata d-data ta’ meta ntbagħtet il-kopja bil-faks minflok dik tal-preżentata tal-oriġinali tar-rikors, għandu jiġi kkonstatat li, fi kwalunkwe każ, ir-rikorrenti bagħtet ir-rikors bil-faks fil-<DATE ISO="20090925">25 ta’ Settembru 2009</DATE>, meta t-terminu ta’ preskrizzjoni kien diġà skada.</TXT></NP><NP><NO.P>73</NO.P><TXT>Fil-fatt, it-teżi tar-rikorrenti hija li t-terminu għal raġuni ta’ distanza ta’ għaxart’ijiem japplika f’dan il-każ. Għalhekk, jekk l-argument tar-rikorrenti dwar l-eżistenza ta’ każ ta’ forza maġġuri jintlaqa’, u jekk id-data tal-<DATE ISO="20090925">25 ta’ Settembru 2009</DATE> tiġi kkunsidrata bħala d-data tal-preżentata tar-rikors, ir-rikors huwa ammissibbli. Fil-fatt, l-eċċezzjoni ta’ preskrizzjoni mqajma mill-Kummissjoni hija bbażata fuq il-fatt li r-rikors għandu jitqies li ġie ppreżentat fil-<DATE ISO="20091005">5 ta’Ottubru 2009</DATE> u mhux, kif issostni r-rikorrenti, fil-<DATE ISO="20090925">25 ta’ Settembru 2009</DATE>.</TXT></NP><?PAGE NO="II-3790"?><NP><NO.P>74</NO.P><TXT>Issa, b’risposta għal domanda bil-miktub tal-Qorti Ġenerali li tikkonċerna l-applikabbiltà f’dan il-każ tal-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura, ir-rikorrenti sostniet li l-azzjoni tagħha ma ġietx preskritta, peress li t-terminu ta’ preskrizzjoni għandu jiżdied bit-terminu għal raġuni ta’ distanza ta’ għaxart’ijiem, previst fl-imsemmi Artikolu 102. F’dan ir-rigward, hija tirreferi wkoll għall-punt 26 tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="19950914">14 ta’ Settembru 1995</DATE>, Lefebvre <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-571/93" PAGE.ECR="II-2379" YEAR="1995">T-571/93, Ġabra p. II-2379</REF.DOC.ECR>) fejn ġie rrikonoxxut li t-termini għal raġuni ta’ distanza japplikaw għall-kawżi għal responsabbiltà mhux kuntrattwali.</TXT></NP><NP><NO.P>75</NO.P><TXT>Għandu jiġi osservat li, fi kliem l-istess Artikolu 102(2) stess tar-Regoli tal-Proċedura, it-terminu għal raġuni ta’ distanza jikkonċerna biss it-termini tal-proċedura u mhux it-terminu ta’ preskrizzjoni, previst fl-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja li l-mogħdija tiegħu twassal għat-tmiem tal-azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali, li għaldaqstant ma jiżdied l-ebda terminu għal raġuni ta’ distanza [ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-<DATE ISO="20020111">11 ta’ Jannar 2002</DATE>, Biret u Cie vs Il-Kunsill, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-210/00" PAGE.ECR="II-47" YEAR="2002">T-210/00, Ġabra p. II-47</REF.DOC.ECR>, punti 19 u 45, u tal-<DATE ISO="20050421">21 ta’ April 2005</DATE>, Holcim (Deutschland) vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-28/03" PAGE.ECR="II-1357" YEAR="2005">T-28/03, Ġabra p. II-1357</REF.DOC.ECR>, punt 74; digrieti tal-Qorti Ġenerali tad-<DATE ISO="20080519">19 ta’ Mejju 2008</DATE>, Transport Schiocchet — Excursions vs Il-Kummissjoni, T-220/07, mhux ippubblikata fil-Ġabra, punti 15 u 35, u Cattin vs Il-Kummissjoni, punt 49 iktar ’il fuq, punti 61 u 65].</TXT></NP><NP><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar barra minn hekk li l-kundizzjonijiet li huwa suġġett għalihom l-impenn għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità u, għaldaqstant, ir-regoli ta’ preskrizzjoni li jirregolaw l-azzjonijiet relatati, jistgħu jkunu bbażati biss fuq kriterji strettament oġġettivi. Li kieku l-affarijiet kienu differenti kien ikun hemm ir-riskju li jinkiser il-prinċipju taċ-ċertezza legali li fuqu huma bbażati preċiżament ir-regoli ta’ preskrizzjoni (ara s-sentenza Il-Kummissjoni vs Cantina sociale di Dolianova <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, punt 50 iktar ’il fuq, punt 59, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>77</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li t-termini tal-proċedura, bħalma huma t-termini għal rikors, u t-terminu ta’ ħames snin ta’ preskrizzjoni tal-azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali kontra l-Komunità huma termini, min-natura tagħhom, differenti, jista’ wkoll jiġi dedott mill-ġurisprudenza. Fil-fatt, it-termini għal rikors huma ta’ ordni pubbliku u ma humiex għad-dispożizzjoni tal-partijiet u tal-qorti, peress li ġew stabbiliti sabiex jiżguraw iċ-ċarezza u ċ-ċertezza ta’ sitwazzjonijiet<?PAGE NO="II-3791"?> legali. Għaldaqstant, hija l-Qorti Ġenerali li għandha teżamina, anki <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT>, jekk ir-rikors ġiex ippreżentat fit-termini stabbiliti (ara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20040128">28 ta’ Jannar 2004</DATE>, OPTUC vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="T-142/01+T-283/01" PAGE.ECR="II-329" YEAR="2004">T-142/01 u T-283/01, Ġabra p. II-329</REF.DOC.ECR>, punt 30, u l-ġurisprudeza ċċitata; ara wkoll, f’dan is-sens, id-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-<DATE ISO="20081125">25 ta’ Novembru 2008</DATE>, TEA vs Il-Kummissjoni, C-500/07 P, mhux ippubblikat fil-Ġabra, punt 20). Min-naħa l-oħra, il-qorti ma tistax tqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-motiv ibbażat fuq il-preskrizzjoni tal-azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19890530">30 ta’ Mejju 1989</DATE>, Roquette frères vs Il-Kummissjoni, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="20/88" PAGE.ECR="1553" YEAR="1989">20/88, Ġabra p. 1553</REF.DOC.ECR>, punti 12 u 13).</TXT></NP><NP><NO.P>78</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-preskrizzjoni tiġi interrotta kemm bil-preżentata tar-rikors quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll bit-talba qabel il-preżentata li tista’ tagħmel il-parti leża lill-istituzzjoni kompetenti. Sabiex jiġi kkalkulat it-terminu ta’ preskrizzjoni, din id-dispożizzjoni ma tiddistingwix skont jekk il-kawża tal-interruzzjoni ta’ dan it-terminu tirriżultax mill-preżentata ta’ rikors jew mill-preżentata ta’ talba minn qabel. Issa, l-applikazzjoni tat-terminu tal-proċedura previst fl-Artikolu 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura, li hija possibbli biss fil-każ ta’ tilwim permezz tal-litigazzjoni, għandha l-konsegwenza li l-preskrizzjoni tinkiseb wara perijodu differenti, skont jekk il-vittma tkunx għażlet li tindirizza direttament lill-qorti Komunitarja jew, minn qabel, lill-istituzzjoni kompetenti. Differenza bħal din, li ma hijiex prevista fl-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, twassal sabiex l-iskadenza tat-terminu ta’ preskrizzjoni tkun tiddependi minn fattur li ma huwiex oġġettiv u jkollha wkoll il-konsegwenza li tiffavorixxi r-riżoluzzjoni tat-tilwim permezz tal-litigazzjoni iktar milli t-tfittxija ta’ soluzzjonijiet amikevoli.</TXT></NP><NP><NO.P>79</NO.P><TXT>Il-fatt li, fl-1995, f’sentenza li baqgħet każ iżolat (sentenza Lefebvre <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni, punt 74 iktar ’il fuq, punt 26), il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li fil-kuntest ta’ preskrizzjoni tal-azzjonijiet kontra l-Komunità fil-qasam tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali għandu jittieħed inkunsiderazzjoni t-terminu għal raġuni ta’ distanza, skont l-Artikoli 101 u 102(2) tar-Regoli tal-Proċedura, ma jidhirx, kuntrarjament għal dak li jidher li qiegħda ssostni r-rikorrenti, li jikkontesta tali konklużjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="II-3792"?><NP><NO.P>80</NO.P><TXT>Minn dak kollu li ntqal iktar ’il fuq jirriżulta li din l-azzjoni għal responsabbiltà mhux kuntrattwali hi preskritta, f’dak li jikkonċerna ż-żewġ danni allegati, peress li din ġiet ippreżentata iktar minn ħames snin wara l-okkorenza tal-fatti li taw lok għaliha, fis-sens tal-Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, mingħajr ma huwa neċessarju li jiġu eżaminati l-motivi u l-argumenti l-oħra mressqa mill-partijiet, inkluż dak ibbażat fuq l-eżistenza ta’ ċirkustanzi imprevedibbli jew ta’ forza maġġuri.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Fuq id-dannu li rriżulta mit-telf tal-opportunità li jinkisbu l-kuntratti segwenti</P></TI></TITLE><NP><NO.P>81</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-danni li jirriżultaw mit-telf tal-opportunità li jinkisbu l-kuntratti segwenti, qabelxejn għandu jiġi eżaminat il-fondatezza tat-talba tar-rikorrenti (ara, f’dan is-sens, id-digriet Ehcon vs Il-Kummissjoni, punt 27 iktar ’il fuq, punt 72).</TXT></NP><NP><NO.P>82</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li, kieku hi ngħatat l-ewwel kuntratt, hija kienet takkwista għarfien prezzjuż u kienet iżżid l-opportunitajiet tagħha li tirbaħ kuntratti oħra, inkluż il-kuntratt segwenti.</TXT></NP><NP><NO.P>83</NO.P><TXT>Issa, hekk kif tfakkar fil-punt 47 iktar ’il fuq, hija ġurisprudenza stabbilita li l-impenn tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità huwa suġġett għall-preżenza ta’ għadd ta’ kundizzjonijiet flimkien, li huma l-illegalità fl-aġir li jkunu akkużati bih l-istituzzjonijiet, ir-realtà tad-dannu u l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-aġir allegat u d-dannu invokat.</TXT></NP><NP><NO.P>84</NO.P><TXT>Issa, fir-rigward qabel xejn tal-kuntratt segwenti, għandu jiġi rrilevat li r-rikorrenti ma tipprovdi l-ebda element li jista’ jistabbilixxi relazzjoni bejn l-ewwel kuntratt u l-kuntratt segwenti. Għaldaqstant, mhuwiex possibbli li tiġi kkonstatata l-eżistenza ta’ xi rabta kawżali bejn iċ-ċaħda illegali tal-offerta tar-rikorrenti fl-ewwel proċedura<?PAGE NO="II-3793"?> tal-għoti u d-dannu li hija sofriet minħabba t-telf ta’ opportunità li tingħata l-kuntratt segwenti (ara, f’dan is-sens, id-digriet Ehcon vs Il-Kummissjoni, punt 27 iktar ’il fuq, punt 76).</TXT></NP><NP><NO.P>85</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, it-telf tal-opportunità li tingħata l-kuntratt segwenti jista’ jiġi kkunsidrat bħala dannu reali u ċert fil-każ biss fejn, fin-nuqqas ta’ aġir ħażin tal-Kummissjoni, ma jkunx hemm dubju li r-rikorrenti kienet tikseb l-ewwel kuntratt. Issa, għandu jiġi enfasizzat li, f’sistema ta’ għotjiet pubbliċi bħal fil-każ inkwistjoni, l-awtorità kontraenti għandha setgħa diskrezzjonali sostanzjali fit-teħid tad-deċiżjoni tal-għoti ta’ kuntratt (ara, f’dan is-sens, id-digriet Ehcon vs Il-Kummissjoni, punt 27 iktar ’il fuq, punt 77). Għandu wkoll jiġi osservat li d-deċiżjoni taċ-ċaħda tal-offerta mitfugħa mir-rikorrenti u li l-ewwel kuntratt jingħata lill-offerent magħżul ġiet annullata mill-Qorti Ġenerali fuq ir-raġuni waħdiena li l-Kummissjoni kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni ta’ din id-deċiżjoni (sentenza Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni, punt 6 iktar ’il fuq, punt 80). Għalhekk, mhux biss ir-rikorrenti ma setgħetx tkun żgura li ser tikseb l-ewwel kuntratt, iżda ma hemm l-ebda element fil-proċess li jista’ jsostni tali konklużjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>86</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, anke jekk wieħed jassumi li eventwalment ir-rikorrenti setgħet issofri telf ta’ opportunità li tikseb l-ewwel kuntratt minħabba aġir allegatament ħażin tad-DĠ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Sajd<QUOT.END CODE="201D" ID="QE0020" REF.START="QS0020"/>, dannu li fi kwalunkwe każ huwa preskritt, dan it-telf waħdu ma jistax jiġi kkunsidrat bħala suffiċjenti sabiex jiġġenera dannu reali u ċert fir-rigward tar-rikorrenti li jirriżulta mit-telf tal-opportunità li tingħata l-kuntratt segwenti, fil-każ li jintwera li dan il-kuntratt jippreżenta rabta suffiċjenti mal-ewwel kuntratt (ara, f’dan is-sens, id-digriet Ehcon vs Il-Kummissjoni, punt 27 iktar ’il fuq, punt 77).</TXT></NP><NP><NO.P>87</NO.P><TXT>L-istess kunsiderazzjonijiet huma iktar u iktar validi fir-rigward tad-dannu, invokat b’mod pjuttost ġeneriku mir-rikorrenti fir-rikors, li jirriżulta mit-telf ta’ opportunità li tikseb kuntratti oħra tal-Kummissjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="II-3794"?><NP><NO.P>88</NO.P><TXT>Minn dak kollu msemmi hawn fuq jirriżulta li t-talba tar-rikorrenti għall-kumpens għad-dannu li jirriżulta mit-telf ta’ opportunità li tikseb il-kuntratti segwenti għandha tinċaħad bħala manifestament infondata fid-dritt, mingħajr l-ebda bżonn li tingħata deċiżjoni dwar l-ammissibbiltà tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>89</NO.P><TXT>Għaldaqstant, hemm lok li r-rikors jinċaħad kollu kemm hu, bħala li huwa parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat manifestament.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>90</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 87(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li r-rikorrenti tilfet, hemm lok li hija tiġi ordnata tbati l-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla)</P><P>tordna:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="II-3795"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><P>Il-Lussemburgu, it-<DATE ISO="20110622">22 ta’ Ġunju 2011</DATE>.</P><P>E. Coulon</P><P>J. Azizi</P><?PAGE NO="II-3796"?><P>Reġistratur</P><P>President</P></SIGNATURE.CASE></ORDER>