|
9.8.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 209/38 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 21/2007
tas-27 ta' April 2007
li temenda l-Anness IX (Servizzi finanzjarji) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness IX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 152/2006 tat-8 ta' Diċembru 2006 (1). |
|
(2) |
Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE ta' l-10 ta' Awissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet operattivi għal ditti ta' investiment u termini definiti għall-għanijiet ta' dik id-Direttiva (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 ta' l-10 ta' Awissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta' investimenti li jżommu r-reġistri, ir-rappurtaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, id-dħul ta' l-istrumenti finanzjarji fin-negozjar, u t-termini definiti għall-għanijiet ta' dik id-Direttiva (3) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
Il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu wara l-punt 30caa (Direttiva tal-Kunsill 93/22/KE) ta' l-Anness IX għall-Ftehim:
|
“30cab. |
32006 L 0073: Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/73/KE ta' l-10 ta' Awissu 2006 li timplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti organizzattivi u l-kundizzjonijiet operattivi għal ditti ta' investiment u termini definiti għall-għanijiet ta' dik id-Direttiva (OJ L 241, 2.9.2006, p. 26). |
|
30cac. |
32006 R 1287: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1287/2006 ta' l-10 ta' Awissu 2006 li jimplimenta d-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-obbligi tad-ditti ta' investimenti li jżommu r-reġistri, ir-rappurtaġġ tat-tranżazzjonijiet, it-trasparenza tas-suq, id-dħul ta' l-istrumenti finanzjarji fin-negozjar, u t-termini definiti għall-għanijiet ta' dik id-Direttiva (OJ L 241, 2.9.2006, p. 1).” |
Artikolu 2
It-testi tad-Direttiva 2006/73/KE u Regolament (KE) Nru 1287/2006 bl-Iżlandiż u n-Norveġiż, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom jkunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar it-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni ŻEE ta' u fis-Suppliment ŻEE ta'l-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 89, 29.3.2007, p. 24.
(2) ĠU L 241, 2.9.2006, p. 26.
(*1) Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.