<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-98/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0098</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:833">EU:C:2017:833</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>Sentenza tad-<DATE ISO="20171109">9.11.2017</DATE> – Kawża C-98/15</P><P>Espadas Recio</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Il-Ħames Awla)</P><P><DATE ISO="20171109">9 ta’ Novembru 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 97/81/KE</KEYWORD><KEYWORD>Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC</KEYWORD><KEYWORD>Klawżola 4</KEYWORD><KEYWORD>Ħaddiema rġiel u ħaddiema nisa</KEYWORD><KEYWORD>Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tas-sigurtà soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 79/7/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 4</KEYWORD><KEYWORD>Ħaddiem part-time tat-tip vertikali</KEYWORD><KEYWORD>Benefiċċju tal-qgħad</KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi jiem mhux maħduma mill-perijodi ta’ kontribuzzjoni sabiex jiġi stabbilit it-tul tal-benefiċċju</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-98/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Juzgado de lo Social n<HT TYPE="SUP">o</HT>33 de Barcelona (qorti industrijali Nru 33 ta’ Barcelona, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20150206">6 ta’ Frar 2015</DATE>, li waslet il-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20150227">27 ta’ Frar 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">María Begoña Espadas Recio</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Servicio Público de Empleo Estatal (SPEE),</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),</P><P>komposta minn F. Biltgen (Relatur), li qed jaġixxi bħala President ta’ Awla, A. Tizzano, Viċi President tal-Qorti tal-Ġustizzja, E. Levits, A. Borg Barthet u M. Berger, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: V. Tourrès, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20160615">15 ta’ Ġunju 2016</DATE></VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal Maria Begoña Espadas Recio, minn A. Calvo Calmache, abogado</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn A. Gavela Llopis u V. Ester Casas kif ukoll minn L. Banciella Rodríguez-Miñón u A. Rubio González, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn S. Pardo Quintillán u A. Szmytkowska kif ukoll minn M. van Beek, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-<DATE ISO="20170316">16 ta’ Marzu 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><?PAGE NO="2"?><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni, minn naħa, tal-Klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol part-time, konkluż fis-<DATE ISO="19970606">6 ta’ Ġunju 1997</DATE> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Ftehim Qafas<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-<DATE ISO="19971215">15 ta’ Diċembru 1997</DATE>, li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267), u min-naħa l-oħra, tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-<DATE ISO="19781219">19 ta’ Diċembru 1978</DATE>, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn María Begoña Espadas Recio u s-Servicio Público de Empleo Estatal (servizz pubbliku għall-impjieg, Spanja) (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>SPEE<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), dwar id-determinazzjoni tal-bażi għall-kalkolu tat-tul tal-benefiċċju tal-qgħad għall-ħaddiema part-time tat-tip vertikali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-dritt tal-Unjoni</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 5 tal-Ftehim Qafas tipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Billi l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Essen enfasizzaw il-bżonn li jittieħdu miżuri biex jippromwovu l-impjieg u l-opportunitajiet ugwali għan-nisa u l-irġiel, u talbu li jittieħdu miżuri bl-iskop li fit-tkabbir tiżdied l-intensità ta’ l-impjiegi, b’mod partikolari permezz ta’ organizzazzjoni ta’ xogħol iktar flessibbli b’tali mod li tissodisfa kemm ix-xewqat tal-ħaddiema kif ukoll il-bżonnijiet tal-kompetizzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont il-Klawżola 1(a) tal-Ftehim Qafas, dan għandu l-għan li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>jipprovdi għat-tneħħija tad-diskriminazzjoni kontra ħaddiema part-time u jtejjeb il-kwalità ta’ xogħol part-time<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont il-Klawżola 2(1) tal-Ftehim Qafas, dan japplika għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>ħaddiema part-time li jkollhom kuntratt ta’ impjieg jew relazzjoni ta’ mpjieg kif definiti mil-liġi, mill-ftehim kollettiv jew skond il-prattika fis-seħħ f’kull Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Klawżola 3(1) tal-Ftehim Qafas tiddefinixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>ħaddiem part-time<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>ħaddiem li s-sigħat normali tax-xogħol tiegħu, ikkalkulati fuq bażi ta’ ġimgħa jew fuq medja għal perijodu ta’ impjieg sa sena, huma inqas mis-sigħat normali ta’ xogħol ta’ ħaddiem full-time ta’ l-istess tip<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-Klawżola 4(1) u (2) tal-Ftehim Qafas tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>1.</NO.P><TXT>Fejn għandhom x’jaqsmu il-kondizzjonijiet tax-xogħol, ħaddiema part-time m’għandhomx jiġu ttrattati b’manjiera inqas favorevoli minn ħaddiema full-time ta’ l-istess tip biss minħabba li huma jaħdmu part-time kemm-il darba dan it-trattament differenti mhuwiex oġġettivament ġustifikat.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Meta approprjat, il-prinċipju tal-pro rata temporis għandu japplika.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-Klawżola 5(1)(a) tal-Ftehim Qafas tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Fil-kuntest tal-Klawżola 1 ta’ dan il-Ftehim u tal-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni bejn ħaddiema part-time u full-time:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>L-Istati Membri, wara konsultazzjonijiet ma’ l-imsieħba soċjali skond il-liġi nazzjonali jew prattika, għandhom jidentifikaw u jirrevedu ostakoli ta’ natura legali jew amministrattiva li jistgħu jillimitaw l-oportunitajiet għal xogħol part-time u, meta approprjat, jeliminawhom<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>.</TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva 79/7, din tapplika, b’mod partikolari, għal ħaddiema li l-attività tagħhom tieqaf minħabba qgħad involontarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, skemi statutorji li jipprovdu protezzjoni kontra l-qgħad ukoll jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 4(1) tal-istess direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Il-prinċipju tat-trattament ugwali jfisser li m’għandu jkun hemm ebda diskriminazzjoni fuq il-bażi tas-sess kemm direttament, jew indirettament speċjalment b’riferenza għall-istat maritali jew tal-familja f’dak li għandu x’jaqsam ma’:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-għan ta’ l-iskemi u l-kondizzjonijiet ta’ l-aċċess għalihom;</P></ITEM><ITEM><P>l-obbligu li wieħed jikkontribwixxi u l-kalkolu tal-kontribuzzjonijiet,</P></ITEM><ITEM><P>il-kalkolu tal-benefiċċji inklużi ż-żidiet rigward konjuġi u dipendenti u l-kondizzjonijiet li jirregolaw it-tul u ż-żamma tal-benefiċċji.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-dritt Spanjol</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>L-Artikoli 203 sa 234 tal-Ley General de la Seguridad Social (liġi ġenerali dwar is-sigurtà soċjali), kif approvata mir-Real Decreto Legislativo 1/1994 (Digriet Leġiżlattiv Irjali Nru 1/1994) tal-<DATE ISO="19940620">20 ta’ Ġunju 1994</DATE> (BOE Nru 154, tad-<DATE ISO="19940629">29 ta’ Ġunju 1994</DATE>, p. 20658) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>LGSS<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>), jirregolaw il-protezzjoni ta’ persuni qiegħda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 204(1) tal-LGSS, il-protezzjoni fil-każ ta’ qgħad tinkludi element kontributorju u element kumpensatorju, liema żewġ elementi huma t-tnejn pubbliċi u obbligatorji. Il-kawża prinċipali tikkonċerna l-element kontributorju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>L-Artikolu 204(2) tal-LGSS jiddefinixxi l-element kontributorju bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>[li għandu] bħala għan li jipprovdi benefiċċji li jissostitwixxu s-salarju li ma huwiex irċevut iktar minħabba telf ta’ impjieg preċedenti jew tnaqqis tal-ħin tax-xogħol<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tul tal-benefiċċju tal-qgħad fil-forma kontributorja, l-Artikolu 210(1) tal-LGSS jipprovdi kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>It-tul tal-benefiċċju tal-qgħad għandu jkun ibbażat fuq il-perijodi ta’ xogħol li fir-rigward tagħhom tħallsu kontribuzzjonijiet matul is-sitt snin li ppreċedew is-sitwazzjoni legali ta’ qgħad jew meta jkun waqaf l-obbligu li jitħallsu kontribuzzjonijiet, skont l-iskala segwenti:</ALINEA><ALINEA>Perijodu ta’ kontribuzzjoni (f’jiem)/Perijodu ta’ benefiċċju (f’jiem)</ALINEA><ALINEA>Minn 360 sa 539: 120</ALINEA><?PAGE NO="4"?><ALINEA>Minn 540 sa 719: 180</ALINEA><ALINEA>Minn 720 sa 899: 240</ALINEA><ALINEA>Minn 900 sa <FT TYPE="NUMBER">1079</FT>: 300</ALINEA><ALINEA>Minn <FT TYPE="NUMBER">1080</FT> sa <FT TYPE="NUMBER">1259</FT>: 360</ALINEA><ALINEA>Minn <FT TYPE="NUMBER">1260</FT> sa <FT TYPE="NUMBER">1439</FT>: 420</ALINEA><ALINEA>Minn <FT TYPE="NUMBER">1440</FT> sa <FT TYPE="NUMBER">1619</FT>: 480</ALINEA><ALINEA>Minn De <FT TYPE="NUMBER">1620</FT> à <FT TYPE="NUMBER">1799</FT>: 540</ALINEA><ALINEA>Minn De <FT TYPE="NUMBER">1800</FT> à <FT TYPE="NUMBER">1979</FT>: 600</ALINEA><ALINEA>Minn De <FT TYPE="NUMBER">1980</FT> à <FT TYPE="NUMBER">2159</FT>: 660</ALINEA><ALINEA>Minn <FT TYPE="NUMBER">2160</FT>: 720<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Rigward il-ħaddiema part-time, ġew adottati dispożizzjonijiet regolamentari mir-Real Decreto 625/1985 por el que se desarrolla la Ley 31/1984, de 2 de agosto, de Protección por Desempleo (Digriet Irjali 625/1985 li jimplementa l-Liġi 31/1984, tat-2 ta’ Awwissu, dwar il-protezzjoni tal-qgħad), tat-<DATE ISO="19850402">2 ta’ April 1985</DATE> (BOE Nru 109, tas-<DATE ISO="19850507">7 ta’ Mejju 1985</DATE>, p. 12699, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>RD 625/1985<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(4) tar-RD 625/1985 jipprovdi li, meta l-kontribuzzjonijiet jikkorrispondu għal xogħol part-time jew għal xogħol effettiv fil-każ ta’ tnaqqis tal-ħin tax-xogħol, kull jum maħdum jittieħed inkunsiderazzjoni bħala jum ta’ kontribuzzjoni, irrispettivament mit-tul tal-ħin tax-xogħol.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-fatti tal-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>M.B. Espadas Recio ħadmet part-time bħala fattiga kontinwament matul il-perijodu bejn it-<DATE ISO="19991223">23 ta’ Diċembru 1999</DATE> u d-<DATE ISO="20130729">29 ta’ Lulju 2013</DATE>. Is-sigħat tax-xogħol tagħha kienu jinqasmu kif ġej: sagħtejn u nofs it-Tnejn, l-Erbgħa u l-Ħamis kull ġimgħa u erba’ sigħat l-ewwel Ġimgħa ta’ kull xahar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Wara l-waqfien tar-relazzjoni tal-impjieg tagħha, M.B. Espadas Recio applikat għal benefiċċju tal-qgħad. Permezz ta’ deċiżjoni tas-SPEE tat-<DATE ISO="20130930">30 ta’ Settembru 2013</DATE>, ingħatalha dan il-benefiċċju għal perijodu ta’ 120 jum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Billi qieset li hija kellha dritt għal benefiċċji tal-qgħad għal perijodu ta’ 720 jum, u mhux biss għal 120 jum, M.B. Espadas Recio ressqet ilment kontra din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20131209">9 ta’ Diċembru 2013</DATE>, is-SPEE alloka lil M.B. Espadas Recio benefiċċju tal-qgħad għal 420 jum. Sabiex jiġġustifika t-tul ta’ 420 jum, is-SPEE bbaża ruħu fuq il-fatt li, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 210 tal-LGSS u tal-Artikolu 3(4) tar-RD 625/1985, fil-każ ta’ xogħol part-time, minkejja li t-tul tal-benefiċċju tal-qgħad huwa ddeterminat abbażi tal-jiem ta’ kontribuzzjoni matul is-sitt snin preċedenti, kien hemm lok li jittieħdu inkunsiderazzjoni biss il-jiem effettivament maħduma, f’dan il-każ <FT TYPE="NUMBER">1387</FT>, u mhux is-sitt snin ta’ kontribuzzjoni fl-intier tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Peress li qieset li hija kienet ħallset kontribuzzjonijiet għall-aħħar sitt snin kollha, M.B. Espadas Recio appellat quddiem il-Juzgado de lo Social n<HT TYPE="SUP">o</HT> 33 de Barcelona (qorti industrijali Nru33 ta’ Barcelona, Spanja) sabiex tikkontesta l-kalkoli individwali li saru mis-SPEE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>It-talba ta’ M.B. Espadas Recio tikkonċerna t-tul tal-benefiċċju tal-qgħad li ġie rrikonoxxut lilha mis-SPEE. Hija tqis li, peress li ħadmet matul sitt snin konsekuttivi, u ħallset kontribuzzjonijiet għal 30 jew għal 31 jum fix-xahar (total ta’ <FT TYPE="NUMBER">2160</FT> jum), hija kellha dritt għal benefiċċju tal-qgħad għal tul ta’ 720 jum minflok għal 420 jum li ġew irrikonoxxuti lilha, jiġifieri tliet kwinti tat-tul massimu. Skont M.B. Espadas Recio, l-esklużjoni tal-jiem mhux maħduma, għall-finijiet tal-kalkolu tal-benefiċċju tal-qgħad, tistabbilixxi differenza fit-trattament għad-detriment ta’ ħaddiema part-time tat-tip vertikali. Ix-xogħol part-time jissejjaħ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>vertikali<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> meta l-persuna li twettqu tikkonċentra l-ħinijiet tax-xogħol tagħha fuq ċerti jum tax-xogħol fil-ġimgħa, u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>orizzontali<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> meta l-persuna li twettqu taħdem il-jiem ta’ xogħol kollha tal-ġimgħa. Fil-każ ineżami, il-ħinijiet ta’ xogħol ta’ M.B. Espadas Recio kienu essenzjalment ikkonċentrati fuq tlett ijiem fil-ġimgħa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tinnota li l-persuna kkonċernata kienet stabbilixxiet li l-kontribuzzjonijiet kienu tħallsu fl-intier tagħhom matul is-sitt snin li ppreċedew il-waqfien mix-xogħol u li l-kontribuzzjonijiet, fuq bażi mensili, ġew ikkalkolati abbażi tas-salarju rċevut f’xahar fl-intier tiegħu (jiġifieri 30 jew 31 jum), u mhux abbażi ta’ sigħat jew ta’ jiem maħduma. Din l-istess qorti tikkonstata madankollu li, fil-każ ta’ ħaddiem part-time vertikali bħar-rikorrenti, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni tippermetti biss it-teħid inkunsiderazzjoni tal-jiem maħduma, u mhux tal-perijodu kollu ta’ sitt snin ta’ kontribuzzjoni. Għalhekk, il-jiem ta’ kontribuzzjoni obbligatorja ma jistgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-intier tagħhom sabiex jiġi ddeterminat it-tul tal-benefiċċju tal-qgħad.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont l-imsemmija qorti, din il-kategorija ta’ ħaddiema hija ppenalizzata doppjament, peress li l-prinċipju ta’ <HT TYPE="ITALIC">pro rata temporis</HT> japplika darbtejn fil-każ ta’ xogħol part-time vertikali: l-ewwel nett, is-salarju mensili inqas ogħli minħabba xogħol part-time jimplika benefiċċju tal-qgħad ta’ ammont proporzjonalment iżgħar u, it-tieni nett, it-tul ta’ dan il-benefiċċju huwa inqas peress li l-jiem maħduma jittieħdu inkunsiderazzjoni, minkejja li l-perijodu ta’ kontribuzzjoni huwa itwal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Kuntrarjament, il-ħaddiema l-oħra, irrispettivament minn jekk jeżerċitawx ix-xogħol part-time tagħhom fuq bażi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>orizzontali<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> (xogħol matul jiem ta’ xogħol) jew full-time (indipendentement mit-tqassim tas-sigħat tax-xogħol matul ġimgħa), jingħataw benefiċċju tal-qgħad għal tul ikkalkolat fuq il-bażi tal-jiem kollha li fir-rigward tagħhom saru kontribuzzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju żżid li huwa stabbilit li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali taffettwa proporzjon ikbar ta’ nisa milli rġiel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi li l-Juzgado de lo Social n<HT TYPE="SUP">o</HT> 33 de Barcelona (qorti industrijali Nru°33 ta’ Barcelone) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel id-domandi preliminari segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1)</NO.P><TXT>B’applikazzjoni tal-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza [tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100610">10 ta’ Ġunju 2010</DATE>,] <NAME.CASE>Bruno <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-395/08 u C-396/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:329">EU:C:2010:329</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) il-klawżola 4 tal-[Ftehim Qafas] għandha titqies li tapplika għal benefiċċju kontributtiv tal-qgħad bħal dak stabbilit mill-Artikolu 210 tal-[LGSS], li huwa ffinanzjat esklużivament mill-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-ħaddiem u mill-impriżi li impjegawh, u li huwa kkalkolat skont perijodi ta’ impjieg li għalihom tħallsu kontribuzzjonijiet matul is-sitt snin li jippreċedu s-sitwazzjoni legali ta’ qgħad?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta fil-pożittiv, b’applikazzjoni tal-ġurisprudenza li tirriżulta mis-sentenza [tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100610">10 ta’ Ġunju 2010</DATE>,] <NAME.CASE>Bruno <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C-395/08 u C-396/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:329">EU:C:2010:329</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-klawżola 4 tal-Ftehim Qafas għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik tal-Artikolu 3(4) tal-[RD 625/1985] li tirreferi għaliha r-raba’ regola tal-ewwel paragrafu tas-seba’ dispożizzjoni addizzjonali tal-[LGSS], li – fis-sitwazzjonijiet ta’ xogħol part-time <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>vertikali<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="2019" ID="QE0019"/> (tlett ijiem fil-ġimgħa biss) – ma tiħux inkunsiderazzjoni l-ġranet mhux maħduma għall-finijiet tal-kalkolu tat-tul tal-benefiċċju tal-qgħad, minkejja li jkunu tħallsu l-kontribuzzjonijiet li jikkorrispondu għal dawn il-ġranet, ħaġa li għandha l-effett li tnaqqas it-tul tal-benefiċċju tal-qgħad?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="6"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Il-projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni diretta jew indiretta bbażata fuq is-sess stabbilita mill-Artikolu 4 tad-[Direttiva 79/7], għandha tiġi interpretata fis-sens li topponi jew tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik tal-Artikolu 3(4) tal-[RD 625/1985], li, fis-sitwazzjonijiet ta’ xogħol part-time <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>vertikali<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="2019" ID="QE0020"/> (tlett ijiem fil-ġimgħa biss), ma tiħux inkunsiderazzjoni bħala ġranet ta’ kontribuzzjoni l-ġranet mhux maħduma, ħaġa li għandha l-effett li tnaqqas it-tul tal-benefiċċju tal-qgħad?<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ewwel domanda</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk il-Klawżola 4(1) tal-Ftehim Qafas hijiex applikabbli għal benefiċċju tal-qgħad kontributorju bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, konformement ma’ ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Klawżola 4(1) tal-Ftehim Qafas tipprojbixxi li ħaddiema part-time jiġu ttrattati b’mod inqas favorevoli minn ħaddiema full-time paragunabbli għas-sempliċi raġuni li jaħdmu part-time, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw trattament differenti (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170713">13 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Kleinsteuber</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-354/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:539">EU:C:2017:539</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll, minn naħa, li mill-preambolu tal-Ftehim Qafas jirriżulta li dan jikkonċerna l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>kondizzjonijiet ta’ impjieg għal ħaddiema part-time waqt li jiġi rikonoxxut illi l-kwistjonijiet li jirrigwardaw is-sigurtà soċjali jeħtieġu deċiżjoni mill-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Cachaldora Fernández</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-527/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:215">EU:C:2015:215</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Hija kkonstatat, min-naħa l-oħra, li t-terminu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>kondizzjonijiet ta’ impjieg<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, fis-sens tal-imsemmi Ftehim Qafas, jinkludi l-pensjonijiet li jiddependu fuq relazzjoni ta’ impjieg bejn il-ħaddiem u min iħaddem, bl-esklużjoni ta’ pensjonijiet legali ta’ sigurtà soċjali, li jkunu jiddependu iktar fuq kunsiderazzjonijiet ta’ natura soċjali milli fuq tali relazzjoni ta’ impjieg (sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Elbal Moreno</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-385/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:746">EU:C:2012:746</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0021">21</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Cachaldora Fernández</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-527/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:215">EU:C:2015:215</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, mill-fajl għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, minkejja li l-benefiċċju inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa ffinanzjat esklużivament minn kontribuzzjonijiet imħallsa mill-ħaddiem u minn min jimpjega, dawn il-kontribuzzjonijiet jitħallsu skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u għalhekk ma humiex irregolati minn kuntratt ta’ xogħol konkluż bejn il-ħaddiem u min jimpjega. Kuntrarjament, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 38 tal-konklużjonijiet tagħha, tali arranġament huwa iktar viċin ta’ skema ta’ sigurtà soċjali amministrata mill-Istat, fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata fil-punt preċedenti. Konsegwentement, l-imsemmija kontribuzzjonijiet ma jistgħux jiġu inklużi taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>kondizzjonijiet ta’ impjieg<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Klawżola 4(1) tal-Ftehim Qafas ma tapplikax għal benefiċċju tal-qgħad kontributorju bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq it-tieni domanda</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta li ngħatat għall-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għat-tieni domanda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq it-tielet domanda</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, fil-każ ta’ xogħol part-time vertikali, teskludi l-jiem mhux maħduma mill-kalkolu tal-jiem li fir-rigward tagħhom tħallsu kontribuzzjonijiet u li għalhekk tnaqqas il-perijodu li matul tiegħu jingħata l-benefiċċju tal-qgħad, fejn ikun stabbilit li l-parti l-kbira tal-ħaddiema part-time vertikali huma nisa li huma affettwati negattivament b’tali miżuri nazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jitfakkar li, għalkemm huwa paċifiku li d-dritt tal-Unjoni ma jippreġudikax il-kompetenza tal-Istati Membri li jorganizzaw is-sistemi ta’ sigurtà soċjali tagħhom u li, fin-nuqqas ta’ armonizzazzjoni fuq livell tal-Unjoni, hija l-leġiżlazzjoni ta’ kull Stat Membru li għandha tiddetermina l-kundizzjonijiet ta’ għoti ta’ benefiċċji fil-qasam tas-sigurtà soċjali, xorta jibqa’ l-fatt li, fl-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza, l-Istati Membri għandhom josservaw id-dritt tal-Unjoni (sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060516">16 ta’ Mejju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Watts</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-372/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:325">EU:C:2006:325</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141105">5 ta’ Novembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Somova</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-103/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2334">EU:C:2014:2334</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-punt dwar jekk leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tinkludix, kif tissuġġerixxi l-qorti tar-rinviju, diskriminazzjoni indiretta kontra n-nisa, minn ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li hemm diskriminazzjoni indiretta meta l-applikazzjoni ta’ miżura nazzjonali, minkejja li fformolata b’mod newtrali, timplika żvantaġġ għal numru ikbar ta’ nisa milli ta’ rġiel (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111020">20 ta’ Ottubru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Brachner</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-123/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:675">EU:C:2011:675</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Elbal Moreno</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-385/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:746">EU:C:2012:746</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, hemm lok li jiġi rrilevat li d-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni tikkonċerna l-grupp ta’ ħaddiema part-time li, skont il-konstatazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, jikkostitwixxi maġġoranza kbira ħafna ta’ ħaddiema nisa. Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għandha tkun ibbażata fuq dawn il-konstatazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi speċifikat li l-kawża prinċipali hija differenti minn dik li tat lok għas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Cachaldora Fernández</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-527/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:215">EU:C:2015:215</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni, dwar id-determinazzjoni abbażi tal-kalkolu ta’ pensjoni għal invalidità permanenti totali, ma kinitx timplika diskriminazzjoni fis-sens tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7. F’din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja effettivament qieset, minn naħa, li hija ma kellhiex informazzjoni statistikali inkonfutabbli dwar in-numru ta’ ħaddiema part-time li kellhom interruzzjonijiet fil-kontribuzzjonijiet tagħhom jew dwar il-fatt li dan il-grupp ta’ ħaddiema kien prinċipalment kompost minn nisa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150414">14 ta’ April 2015</DATE>, <NAME.CASE>Cachaldora Fernández</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-527/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:215">EU:C:2015:215</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u, min-naħa l-oħra, li l-miżura inkwistjoni kellha effetti fortuwiti peress li ċerti ħaddiema part-time, grupp li kien allegatament żvantaġġat mill-imsemmija miżura, setgħu anki jibbenefikaw mill-applikazzjoni ta’ din l-istess miżura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, minbarra li l-informazzjoni statistikali pprovduta mill-qorti tar-rinviju ma hijiex ikkontestata, mill-fajl għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta b’mod ċar li l-ħaddiema part-time vertikali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżura nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma kollha affettwati negattivament minn din il-miżura nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali peress li, minħabba fiha, il-perijodu li matul tiegħu huma jistgħu jibbenefikaw minn benefiċċju tal-qgħad jonqos meta mqabbel ma’ dak irrikonoxxut lil ħaddiema part-time orizzontali. Barra minn hekk, huwa paċifiku li ebda ħaddiem li kien jagħmel parti minn dan il-grupp ma seta’ jikseb vantaġġ mill-applikazzjoni ta’ tali miżura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fil-kawża prinċipali, il-qorti tar-rinviju ħadet ħsieb tispeċifika li l-informazzjoni statistikali dwar il-ħin tax-xogħol tkopri bl-istess mod il-ħaddiema part-time, indipendentement minn jekk il-ħin tax-xogħol tagħhom kienx strutturat b’mod orizzontali jew vertikali. Għalhekk, skont<?PAGE NO="8"?> il-qorti tar-rinviju, filwaqt li 70 % sa 80 % tal-ħaddiema part-time vertikali huma nisa, hemm l-istess proporzjon fost ħaddiema part-time orizzontali. Din l-informazzjoni tippermetti li jiġi dedott li numru ħafna ikbar ta’ nisa milli ta’ rġiel huwa affettwat negattivament mill-miżura inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għandu jiġi konkluż, f’dawn iċ-ċirkustanzi, li miżura bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxi differenza fit-trattament għad-detriment tan-nisa fis-sens tal-ġurisprudenza mfakkra fil-punt [38] ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Miżura ta’ din in-natura tmur kontra l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7, sakemm ma tkunx iġġustifikata b’fatturi oġġettivi li ma huma relatati ma’ ebda diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess. Dan ikun il-każ jekk dawn il-miżuri jkunu intiżi għal għan leġittimu ta’ politika soċjali, ikunu adatti sabiex jintlaħaq dan l-għan u jkunu neċessarji għal dan il-għan (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121122">22 ta’ Novembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Elbal Moreno</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-385/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:746">EU:C:2012:746</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fil-kawża ineżami, għandu jiġi kkonstatat li, minkejja li t-talba għal deċiżjoni preliminari ma tinkludi ebda riferiment għall-għan persegwit mill-miżura inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ir-Renju ta’ Spanja sostna, waqt is-seduta, li l-prinċipju ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>kontribuzzjoni għas-sistema tas-sigurtà soċjali<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> jiġġustifika l-eżistenza tad-differenza tat-trattament ikkonstatata. Għalhekk, peress li d-dritt għal benefiċċju tal-qgħad u t-tul ta’ dan il-benefiċċju huma bbażati biss fuq il-perijodu li matul tiegħu ħaddiem ikun ħadem jew ikun irreġistrat fis-sistema tas-sigurtà soċjali, hemm lok, sabiex jiġi osservat il-prinċipju ta’ proporzjonalità, li jittieħdu inkunsiderazzjoni biss il-jiem effettivament maħduma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, u anki jekk hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk dan l-għan huwiex effettivamet dak persegwitat mil-leġiżlatur nazzjonali, għandu jiġi rrilevat li l-miżura nazzjonali inkwisjtoni fil-kawża prinċipali ma tidhirx li hija adatta sabiex tiżgura l-korrelazzjoni li, skont il-Gvern Spanjol, għandu jkun hemm bejn il-kontribuzzjonijiet imħallsa mill-ħaddiem u d-drittijiet li huwa intitolat għalihom fir-rigward tal-benefiċċju tal-qgħad.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 59 tal-konklużjonijiet tagħha, ħaddiem part-time vertikali li jkun ikkontribwixxa għal kull jum ta’ kull xahar tas-sena, jirċievi benefiċċju tal-qgħad għal perijodu iqsar minn ħaddiem full-time li jkun għamel l-istess kontribuzzjonijiet. Fir-rigward tal-ewwel minn dawn il-ħaddiema, il-korrelazzjoni invokata mill-Gvern Spanjol għalhekk ċertament ma hijiex iggarantita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Madankollu, kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 58 tal-konklużjonijiet tagħha, din il-korrelazzjoni tista’ tiġi żgurata jekk, fir-rigward ta’ ħaddiema part-time vertikali, l-awtoritajiet nazzjonali jieħdu inkunsiderazzjoni fatturi oħra, bħal pereżempju, il-perijodu li matul tiegħu dawn il-ħaddiema u min jimpjegahom iħallsu kontribuzzjonijiet, l-ammont totali ta’ kotribuzzjonijiet imħallsa jew is-sigħat kollha maħduma, peress li dawn il-fatturi, skont l-ispjegazzjonijiet mill-qorti tar-rinviju, jittieħdu inkunsiderazzjoni fir-rigward tal-ħaddiema kollha li l-ħin tax-xogħol tagħhom huwa strutturat orizzontalment, irrispettivament minn jekk jaħdmux full-time jew part-time.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha, ir-risposta li għandha tingħata għat-tielet domanda għandha tkun li l-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 79/7 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, fil-każ ta’ xogħol part-time vertikali, teskludi l-jiem mhux maħduma mill-kalkolu tal-jiem li fir-rigward tagħhom tħallsu kontribuzzjonijiet u li għalhekk tnaqqas il-perijodu li matul tiegħu jingħata l-benefiċċju tal-qgħad, fejn ikun stabbilit li l-parti l-kbira tal-ħaddiema part-time vertikali huma nisa li huma affettwati negattivament b’tali leġiżlazzjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Klawżola 4(1) tal-Ftehim qafas dwar xogħol part-time, konkluż fis-<DATE ISO="19970606">6 ta’ Ġunju 1997</DATE>, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-<DATE ISO="19971215">15 ta’ Diċembru 1997</DATE>, li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC, ma tapplikax għal benefiċċju tal-qgħad kontributorju bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7/KEE, tad-<DATE ISO="19781219">19 ta’ Diċembru 1978</DATE>, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, fil-każ ta’ xogħol part-time vertikali, teskludi l-jiem mhux maħduma mill-kalkolu tal-jiem li fir-rigward tagħhom tħallsu kontribuzzjonijiet u li għalhekk tnaqqas il-perijodu li matul tiegħu jingħata l-benefiċċju tal-qgħad, fejn ikun stabbilit li l-parti l-kbira tal-ħaddiema part-time vertikali huma nisa li huma affettwati negattivament b’tali leġiżlazzjoni.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>