21.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 278/7


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1030/2008

ta’ l-20 ta' Ottubru 2008

li japprova emendi mhux minuri fl-ispeċifikazzjoni ta’ isem imnissel fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti (Chasselas de Moissac (DPO))

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel [traduzzjoni mhux uffiċjali] (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,

Billi:

(1)

Skond l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 9(1), u b'applikazzjoni tal-Artikolu 17(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni eżaminat it-talba mressqa minn Franza għall-approvazzjoni ta' emendi fl-ispeċifikazzjoni tad-denominazzjoni protetta tal-oriġini “Chasselas de Moissac”, irreġistrata skond ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1107/96 (2).

(2)

Ġaladarba li l-emendi kkonċernati mhumiex minuri fis-sens tal-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2006, il-Kummissjoni ppubblikat it-talba għall-emendi f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (3), skond l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament imsemmi. Ġaladarba l-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda dikjarazzjoni ta' oġġezzjoni skond l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, l-emendi għandhom jiġu approvati,

ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-emendi fl-ispeċifikazzjoni ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea dwar id-denominazzjoni li tidher fl-Anness għal dan ir-Regolament huma b'dan approvati.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Ottubru 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.

(2)   ĠU L 148, 21.6.1996, p. 1.

(3)   ĠU C 43, 16.2.2008, p. 31.


ANNESS

Prodotti agrikoli maħsuba għall-konsum mill-bniedem elenkati fl-Anness I tat-Trattat tal-KE:

Klassi 1.6.   Frott, ħxejjex u ċereali fl-istat oriġinali jew ipproċessati

FRANZA

Chasselas de Moissac (DPO)