<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-578/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019CC0578</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:894">EU:C:2020:894</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>17</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Konklużjonijiet Szpunar – Kawża C‑578/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Kuoni Travel</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Szpunar</HT></P><P>ippreżentati fl‑<DATE ISO="20201110">10 ta’ Novembru 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE><NOTE TYPE="ENDNOTE" NUMBERING="roman" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Saru t-tibdiliet li ġejjin:</P><P>It-terminu:</P><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>eżekuzzjoni ħażina<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> ġie mibdul għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>eżekuzzjoni inkorretta<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>;</P><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>eżekuzzjoni żbaljata<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> ġie mibdul għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>eżekuzzjoni inkorretta<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>; u</P><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>fornitur ta’ servizz<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> ġie mibdul għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>fornitur ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</P><P>Fil-punt 11 it-titolu: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>ir-Regolament tal‑1992 dwar il-Vjaġġi Kollox Kompriż, il-Vaganzi Kollox Kompriż u t-Tours Kollox Kompriż<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> ġie mibdul għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>ir-Regolament tal‑1992 dwar il-Vjaġġi, il-Vaganzi u t-Tours Kollox Kompriż<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑578/19</HT></P><P>X</P><P>vs</P><P>Kuoni Travel Ltd,</P><P>fil-preżenza ta’</P><P>ABTA Ltd</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (il-Qorti Suprema tar-Renju Unit))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 90/314/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Vjaġġi, vaganzi u tours kollox kompriż</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt għal vjaġġ kollox kompriż konkluż bejn organizzatur tal-vjaġġi u konsumatur</KEYWORD><KEYWORD>Responsabbiltà tal-organizzatur tal-vjaġġi għall-eżekuzzjoni korretta tal-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt minn fornituri oħrajn ta’ servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjoni minn responsabbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Avveniment li ma jistax jiġi previst jew imwaqqaf mill-organizzatur tal-vjaġġi jew mill-fornitur ta’ servizzi</KEYWORD><KEYWORD>Dannu li jirriżulta mill-atti ta’ impjegat ta’ lukanda li jaġixxi bħala fornitur ta’ servizzi skont il-kuntratt</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>fornitur ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/></KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Meta wieħed jgħaddi mill-kategoriji ġuridiċi ta’ kuntratt u ta’ delitt għar-responsabbiltà <HT TYPE="ITALIC">ex contractu</HT> u <HT TYPE="ITALIC">ex delicto</HT>, l-Imħallef tal-era Vittorjana L.J. Bramwell issuġġerixxa li wieħed ikun qiegħed jgħaddi minn kliem sempliċi għal termini artistiċi. [...] Dak li L.J. Bramwell jidher li kellu f’moħħu kien l-approċċ empiriku tal-Common law imsejjes, b’riżultat ta’ xi forma ta’ azzjoni, fuq għadd ta’ sitwazzjonijiet fattwali u dan kellu jitqiegħed f’kuntrast mas-sistematizzazzjoni razzjonalizzata ħafna tar-relazzjonijiet ġuridiċi li hija fil-bażi tad-dritt Ruman dwar l-obbligi. [Fil-Common law] azzjoni bbażata fuq kuntratt jew delitt hija azzjoni bbażata fuq numru partikolari ta’ fatti, <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>is-sustanza tal-kwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>, filwaqt li, [fid-dritt ċivili], azzjoni <HT TYPE="ITALIC">ex contractu</HT> jew <HT TYPE="ITALIC">ex delicto</HT> hija azzjoni ddefinita minn sistema formali ta’ relazzjonijiet ġuridiċi. [...] Id-dritt Ingliż dwar l-obbligi [...] ftit li xejn jinteressah mir-relazzjonijiet ġuridiċi fformalizzati; ir-responsabbiltà hija sempliċement kwistjoni ta’ <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>sitwazzjoni ta’ fatti li l-eżistenza tagħhom tagħti lil persuna d-dritt li tikseb rimedju mill-qorti kontra persuna oħra<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="2019" ID="QE0012"/>. [...] Id-dritt ċivili, min-naħa l-oħra, jikkunsidra r-responsabbiltà bħala n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligu diġà eżistenti u vinkolanti. Ir-responsabbiltà hija kwistjoni ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">vinculum iuris</HT>. Fil-fatt, is-sitwazzjoni hija saħansitra iktar kumplessa [...]. It-terminu [fid-dritt ċivili] ta’<?PAGE NO="2"?> responsabilité contractuelle jimplika [fid-dritt Ingliż dwar l-obbligi] l-importazzjoni fil-kuntratt tal-kunċett ta’ delitt (jew kważi‑delitt) ta’ responsabbiltà (la responsabilité civile), li wassal biex il-kunċett ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligu kuntrattwali jiġi integrat fis-sistema ta’ responsabbiltà ta’ delitt<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Samuel, G. u Rinkes, J.G.J., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>The English law of obligations<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, <HT TYPE="ITALIC">Gemeinsames Privatrecht in der Europäischen Gemeinschaft</HT>, Müller-Graff, P.‑C. (Editur), Nomos, Baden-Baden, 1999, pp. 163 sa 381, b’mod partikolari pp. 206 u 207. Ara wkoll Samuel, G. u Rinkes, J.G.J., <HT TYPE="ITALIC">The English law of obligations in comparative context</HT>, Nijmegen, Ars Aequi Libri, 1991, pp. 4 sa 21.</P></NOTE> [traduzzjoni libera].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Din is-silta tgħin biex tiġi spjegata u mifhuma aħjar il-portata tad-differenzi bejn il-leġiżlazzjonijiet u l-prattiki tad-diversi Stati Membri fil-qasam tal-vjaġġi kollox kompriż. Huwa sabiex jiġu rrimedjati dawn id-differenzi li l-leġiżlatur tal-Unjoni stabbilixxa regoli komuni li ppermettew mhux biss lill-operaturi ta’ Stat Membru jipproponu s-servizzi tagħhom fi Stati Membri oħra iżda wkoll lill-konsumaturi tal-Unjoni jibbenefikaw minn kundizzjonijiet paragunabbli jkun liema jkun l-Istat Membru li fih jixtru l-vjaġġ kollox kompriż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Ara t-tielet premessa tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat‑<DATE ISO="19900613">13 ta’ Ġunju 1990</DATE> dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 10, p. 132).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Din it-talba għal deċiżjoni preliminari, indirizzata lill-Qorti tal-Ġustizzja mis-Supreme Court of the United Kingdom (il-Qorti Suprema tar-Renju Unit), tirrigwarda l-interpretazzjoni tat-tieni parti tat-tielet inċiż tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 90/314.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn X, vjaġġatriċi residenti fir-Renju Unit, u Kuoni Travel Ltd (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Kuoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>), organizzatur tal-vjaġġi stabbilit fir-Renju Unit, dwar talba għal kumpens għal dannu li rriżulta mill-eżekuzzjoni inkorretta ta’ kuntratt dwar vjaġġ kollox kompriż konkluż bejn X u Kuoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Il-Qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf, essenzjalment, jekk organizzatur tal-vjaġġi kollox kompriż jistax jibbenefika mill-eżenzjoni mir-responsabbiltà prevista fit-tieni parti tat-tielet inċiż tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 90/314 meta n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew l-eżekuzzjoni inkorretta tal-kuntratt li dan l-organizzatur ikkonkluda ma’ konsumatur jirriżultaw mill-atti ta’ impjegat ta’ fornitur ta’ servizzi li jeżegwixxi dan il-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>Din il-kawża għalhekk tagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja l-opportunità li tippreċiża l-kundizzjonijiet għar-responsabbiltà ta’ organizzatur tal-vjaġġi meta impjegat ta’ fornitur ta’ servizzi ta’ dan l-organizzatur iwettaq aggressjoni u stupru fuq persuna li tkun iffirmat kuntratt dwar pakkett tal-ivvjaġġar ma’ dan l-organizzatur.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2, punti 2 u 4, tad-Direttiva 90/314 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>l-organizzatur<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> tfisser il-persuna li, barra milli darba fil, jorganizza pakketti u jbigħhom jew joffrihom għall-bejgħ, kemm jekk direttament kif ukoll jekk permezz ta’ bejjiegħ;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P><?PAGE NO="3"?><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>‘il-konsumatur’ tfisser il-persuna li tieħu jew taċċetta li tieħu l-pakkett (‘il-kuntrattur ewlieni’) jew xi persuna oħra li f’isimha il-kuntrattur ewlieni jaċċetta li jixtri l-pakkett (‘il-benefiċjarji l-oħra’) jew xi persuna li lilha l-kuntrattur ewlieni jew xi wieħed mill-benefiċjarji l-oħra jittrasferixxi il-pakkett (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>min qed jirċievi<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="2019" ID="QE0017"/>);</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(6) ta’ din id-direttiva jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>F’dan il-każ, [jekk il-konsumatur jirtira mill-kuntratt skond il-paragrafu 5, jew jekk, għal xi raġuni tkun xi tkun, ħlief waħda li tkun tort tal-konsumatur, l-organizzatur iħassar il-pakkett qabel id-data tat-tluq] huwa jkun intitolat, jekk ikun approprjat, li jiġi kkompensat jew mill-organizzatur jew mill-bejjiegħ, skond kif titlob il-liġi ta’ l-Istat Membru relevanti, talli l-kuntratt ma jkunx twettaq, ħlief meta:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>il-kanċellament, ħlief fil-każ ta’ prenotazzjoni eċċessiva, ikun għal raġunijiet ta’ force majeur, i.e. ċirkostanzi mhux tas-soltu u imprevedibbli li ma jkunux fil-kontroll tal-parti li tkun tiġġustifika, li l-konsegwenzi tagħhom ma jkunux setgħu jiġu evitati anke jekk tkun ittieħdet il-prekawzjoni kollha meħtieġa.<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) sa (3) ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-organizzatur u/jew il-parti kontraenti li qed tbigħ ikunu responsabbli mal-konsumatur għat-tħaddim approprjat ta’ l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-kuntratt, irrispettivament minn jekk dawn l-obbligazzjonijiet għandhomx jitwettqu minn dak l-organizzatur u/jew bejjiegħ jew minn xi fornituri oħra tas-servizzi mingħajr preġudizzju għad-dritt ta’ l-organizzatur u/jew tal-bejjiegħ li jduru fuq dawk il-fornituri l-oħra tas-servizzi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>F’dak li għandu x’jaqsam mad-danni li jsofri l-konsumatur minħabba n-nuqqas ta’ tħaddim jew it-tħaddim ħażin tal-kuntratt, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-passi meħtieġa biex jiżguraw li l-organizzatur u/jew il-bejjiegħ ikun/u responsabli kemm-il darba dan in-nuqqas li jitħaddem jew it-tħaddim ħażin ma jkunx dovut la għal xi tort tagħhom u lanqas għal dak ta’ xi fornitur ieħor tas-servizzi, għax:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>in-nuqqasijiet li jseħħu fit-tħaddim tal-kuntratt ikunu dovuti għall-konsumatur,</P></ITEM><ITEM><P>dawn in-nuqqasijiet ikunu dovuti għal xi terza persuna li ma jkollhiex x’taqsam mal-provvista tas-servizzi mniżżla fil-kuntratt, u jkunu imprevedibbli jew inevitabbli,</P></ITEM><ITEM><P>dawn in-nuqqasijiet ikunu dovuti għal xi każ ta’ force majeur bħal dik li hemm definita f’Artikolu 4(6), it-tieni subparagrafu (ii), jew għal xi avveniment li l-organizzatur u/jew il-bejjiegħ jew il-proveditur tas-servizzi, ukoll bl-attenzjoni kollha approprjata, ma jkunx seta’ jipprevedi jew iwaqqaf minn qabel.</P></ITEM></LIST><P>Fil-każi imsemmija fit-tieni u t-tielet inċiżi, l-organizzatur u/jew il-bejjiegħ li jkunu parti kontraenti jkunu obbligati jagħtu għajnuna pronta lill-konsumatur li jinsab f’diffikultà.</P><P>F’dawk li huma danni li joħorġu minn nuqqas ta’ tħaddim jew minn tħaddim ħażin tas-servizzi involuti fil-pakkett, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-kumpens ikun limitat skond il-konvenzjonijiet internazzjonali li jirregolaw dawn is-servizzi.</P><?PAGE NO="4"?><P>F’dak li huwa dannu li ma jkunx dannu personali li joħroġ min-nuqqas ta’ tħaddim jew mit-tħaddim ħażin tas-servizzi involuti fil-pakkett l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-kumpens ikun limitat skond il-kuntratt. Dan il-limitu m’għandux ikun mingħajr raġuni.</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għar-raba’ subparagrafu tal-paragrafu 2, ma jistgħux jitħallew barra permezz ta’ xi klawżola kuntrattwali xi disposizzjonijient tal-paragrafi 1 u 2.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20180701">1 ta’ Lulju 2018</DATE>, id-Direttiva 90/314 tħassret u ġiet issostitwita bid-Direttiva (UE) 2015/2302<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20151125">25 ta’ Novembru 2015</DATE> dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="326" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 326, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Madankollu, fid-dawl tad-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, hija d-Direttiva 90/314 li tapplika f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tar-Renju Unit</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament tal‑1992</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Il-Package Travel, Package Holidays and Package Tours Regulation 1992 (ir-Regolament tal‑1992 dwar il-Vjaġġi, il-Vaganzi Kollox Kompriż u t-Tours Kollox Kompriż) tat-<DATE ISO="19921222">22 ta’ Diċembru 1992</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>SI 1992/3288.</P></NOTE> (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Regolament tal‑1992<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>) ittraspona d-Direttiva 90/314 fir-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>L-Artikolu 15(1), (2) u (5) tar-Regolament tal‑1992 jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-parti l-oħra fil-kuntratt hija responsabbli, fir-rigward tal-konsumatur, għall-eżekuzzjoni xierqa tal-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt, kemm jekk dawn l-obbligi għandhom jiġu eżegwiti minnha stess jew minn fornituri oħra ta’ servizzi, bla ħsara għal kull rikors jew dritt ta’ azzjoni li għandha din il-parti l-oħra kontra l-fornituri l-oħra ta’ servizzi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-parti l-oħra fil-kuntratt għandha tkun responsabbli, fir-rigward tal-konsumatur, għal kull dannu kkawżat lilha min-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew mill-eżekuzzjoni inkorretta tal-kuntratt, sakemm in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew l-eżekuzzjoni inkorretta la tkun dovuta għal nuqqas tal-parti l-oħra u lanqas għal nuqqas ta’ fornitur ieħor ta’ servizzi, minħabba li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>in-nuqqasijiet li jseħħu fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt ikunu attribwibbli lill-konsumatur;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>in-nuqqasijiet ikunu dovuti għal terza persuna li ma jkollhiex x’taqsam mal-provvista tas-servizzi mniżżla fil-kuntratt, u jkunu imprevedibbli jew inevitabbli; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>dawn in-nuqqasijiet ikunu dovuti għal:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>ċirkustanzi mhux tas-soltu u imprevedibbli li ma jkunux fil-kontroll tal-parti li tinvokaha, li l-konsegwenzi tagħhom ma setgħux jiġu evitati minkejja li tkun ġiet applikata d-diliġenza kollha meħtieġa; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>avveniment li l-parti l-oħra fil-kuntratt jew il-fornitur ta’ servizzi, anki bid-diliġenza kollha dovuta, ma setax jipprevedi jew iwaqqaf minn qabel.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[...]</P><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="015.005"><NO.PARAG>5.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għall-paragrafi 3 u 4, ir-responsabbiltà prevista fil-paragrafi 1 u 2 ma tistax tiġi eskluża bi klawżola tal-kuntratt.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-Liġi tal‑1982</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13 tas-Supply of Goods and Services Act (il-Liġi tal‑1982 dwar il-Provvista ta’ Oġġetti u Servizzi)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>UK Public General Acts 1982 c. 29.</P></NOTE> tat‑<DATE ISO="19820713">13 ta’ Lulju 1982</DATE>, fil-verżjoni tagħha applikabbli għall-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Liġi tal‑1982<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>), Kuoni kienet obbligata teżegwixxi s-servizzi stipulati fil-kuntratt b’diliġenza u b’kompetenza raġonevoli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża prinċipali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20100401">1 ta’ April 2010</DATE>, X u żewġha kkonkludew kuntratt ma’ Kuoni li permezz tiegħu din il-kumpannija impenjat ruħha li tipprovdi vjaġġ kollox kompriż fis-Sri Lanka li kien jinkludi titjiriet bir-ritorn mir-Renju Unit u akkomodazzjoni kollox kompriż għal ħmistax‑il lejl f’lukanda bejn it‑8 u t‑<DATE ISO="20100723">23 ta’ Lulju 2010</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-klawżola 2.2 ta’ dan il-kuntratt, li tirrigwarda l-kundizzjonijiet ta’ prenotazzjoni, tipprovdi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Il-kuntratt tiegħek huwa ma’ [Kuoni]. Aħna nieħdu ħsieb li nipprovdulek diversi servizzi li jagħmlu parti mill-vjaġġ li inti tipprenota mal-kumpannija tagħna<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>.</P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Il-klawżola 5.10(b) tal-imsemmi kuntratt, li wkoll tirrigwarda l-kundizzjonijiet ta’ prenotazzjoni, hija fformulata kif ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>[...] aħna nassumu r-responsabbiltà meta, minħabba nuqqas imputabbli lill-kumpannija tagħna jew lil wieħed mill-aġenti jew fornituri tagħna, kwalunkwe parti mis-servizzi tal-vjaġġ ipprenotati qabel it-tluq mir-Renju Unit ma tkunx taqbel mad-deskrizzjoni tagħha fil-fuljett jew ma tkunx ta’ kwalità raġonevoli, jew ulterjorment jekk inti jew membru tal-grupp tiegħek imut jew iġarrab dannu minħabba attività li tifforma parti minn dawn is-servizzi tal-vjaġġ. Aħna niċħdu kull responsabbiltà jekk, u sa fejn, kull nuqqas fil-provvista tas-servizzi tal-vjaġġ tiegħek, il-mewt jew id-dannu ma jkunx dovut għal nuqqas imputabbli lill-kumpannija jew lil wieħed mill-aġenti jew fornituri tagħna, iżda jkun ikkawżat minnek [...] jew ikun dovut għal ċirkustanzi imprevisti li, anki bid-diliġenza kollha dovuta, il-kumpannija tagħna, l-aġenti jew il-fornituri tagħna ma setgħux jipprevedu jew jevitaw.<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Fil-għodwa tas‑<DATE ISO="20100717">17 ta’ Lulju 2010</DATE>, waqt li kienet għaddejja mill-ġonna tal-lukanda fi triqitha lejn ir-reception, X iltaqgħet ma’ N, elettriċista, impjegat tal-lukanda, li kien fuq xogħol u kien liebes l-uniformi ta’ membru tal-persunal tal-lukanda. Wara li N offra lil X li juriha triq iqsar għar-reception, huwa ħadha f’kamra tat-tagħmir tekniku fejn stupraha u aggredieha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-kawża prinċipali, X talbet danni mingħand Kuoni għall-istupru u għall-aggressjoni li hija kienet ġarrbet minħabba li kienu rriżultaw mill-eżekuzzjoni inkorretta tal-kuntratt li X kienet ikkonkludiet ma’ Kuoni kif ukoll minħabba ksur tar-Regolament tal‑1992. Kuoni kkontestat iċ-ċirkustanza li l-istupru u l-aggressjoni mwettqa minn N kienu jikkostitwixxu ksur tal-obbligi tagħha fir-rigward ta’ X bis-saħħa tal-kuntratt jew tar-Regolament tal‑1992. Insostenn ta’ dan l-argument, Kuoni invokat il-klawżola 5.10(b) tal-kuntratt u l-Artikolu 15(2)(c)(ii) tar-Regolament tal‑1992.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-High Court (il-Qorti Għolja, ir-Renju Unit) ċaħdet ir-rikors għad-danni ta’ X minħabba li s-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>servizzi tal-vjaġġ<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> li jinsabu fil-klawżola 5.10(b) tal-kuntratt ma kinux jirrigwardaw membru tal-persunal ta’ manutenzjoni li jakkumpanja klijent sar-reception. Barra minn hekk, hija ddeċidiet, <HT TYPE="ITALIC">obiter dictum</HT>, li, fi kwalunkwe każ, Kuoni setgħet tinvoka r-raġuni għal eżenzjoni mir-responsabbiltà prevista fl-Artikolu 15(2)(c)(ii) tar-Regolament tal‑1992.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fl-appell, il-Court of Appeal (England &amp; Wales) (il-Qorti tal-Appell (Ingilterra u Wales), ir-Renju Unit) ukoll ċaħdet ir-rikors ta’ X. Il-maġġoranza, immexxija mill-Imħallfin Etherton u Asplin, ikkunsidrat li membru tal-persunal tal-manutenzjoni tal-lukanda, irrikonoxxut bħala tali mill-klijent u li akkumpanja lil dan il-klijent sar-reception tal-lukanda, ma kienx jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-klawżola 5.10 (b) tal-kuntratt. Din il-maġġoranza qieset li r-Regolament tal‑1992 ma kienx intiż biex jiffaċilita azzjoni legali kontra organizzatur tal-vjaġġi għall-aġir żbaljat ta’ impjegat ta’ fornitur meta dan l-aġir ma kienx jagħmel parti <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>mix-xogħlijiet li għalihom huwa impjegat<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> u li l-fornitur ma kienx responsabbli għal persuna oħra skont id-dritt nazzjonali applikabbli għall-konsumaturi jew id-dritt barrani applikabbli għall-imsemmi fornitur. Din il-maġġoranza kienet inklinata, fil-forma ta’ <HT TYPE="ITALIC">obiter dictum</HT>, li tikkunsidra li Kuoni la kienet responsabbli taħt il-klawżola 5.10(b) tal-kuntratt u lanqas skont l-Artikolu 15 tar-Regolament tal‑1992 peress li N ma kienx <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>fornitur<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tirrileva li, f’opinjoni dissidenti, l-Imħallef Longmore indika li kellu dubji dwar il-fatt li l-lukanda ma kinitx responsabbli, skont id-dritt Ingliż, għal stupru mwettaq minn impjegat bl-uniformi u li kien ippreżentat lill-pubbliku bħala impjegat affidabbli. Huwa rrileva li, skont id-dritt Ingliż, il-prinċipju gwida jeżiġi li l-persuna li tistabbilixxi r-responsabbiltà kuntrattwali tibqa’ personalment responsabbli għall-eżekuzzjoni tal-kuntratt, anki jekk din l-eżekuzzjoni titwettaq minn terz. Huwa ppreċiża li d-Direttiva 90/314 u r-Regolament tal‑1992 kellhom essenzjalment l-għan li jippermettu lit-turisti li l-vjaġġ tagħhom ikun ġie rvinat jieħdu azzjoni kontra l-parti l-oħra għall-kuntratt. Fil-fehma tiegħu, l-organizzatur tal-vjaġġi għandu jingħata l-kompitu li jsolvi l-konsegwenzi tal-vjaġġ irvinat mal-kontraenti tiegħu stess, li jistgħu sussegwentement isolvu l-problemi downstream, kemm mal-impjegati tagħhom stess kif ukoll mas-subappaltaturi. Barra minn hekk, huwa sostna li xejn ma jiġġustifika l-konklużjoni li, fil-każ ta’ subappaltatur jew ta’ impjegat, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>fornitur<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> għandu jkun limitat għal-lukanda. Huwa żied li ma hemm ebda dubju li ċerti impjegati għandhom jiġu kkunsidrati bħala fornituri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fl-appell, is-Supreme Court of the United Kingdom (il-Qorti Suprema tar-Renju Unit) qieset li ġiet adita b’żewġ domandi prinċipali dwar, fir-rigward tal-ewwel waħda, jekk l-istupru u l-aggressjoni mwettqa fuq X jikkostitwixxux eżekuzzjoni inkorretta tal-obbligi ta’ Kuoni bis-saħħa tal-kuntratt u, fir-rigward tat-tieni waħda, fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel waħda, jekk Kuoni hijiex eżentata mir-responsabbiltà tagħha għall-aġir ta’ N, billi tinvoka l-klawżola 5.10(b) tal-kuntratt u, jekk ikun il-każ, l-Artikolu 15(2)(c) tar-Regolament tal‑1992.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Sabiex tiddeċiedi dwar it-tieni domanda tal-appell, is-Supreme Court of the United Kingdom (il-Qorti Suprema tar-Renju Unit) qieset li kellha tagħmel domandi preliminari lill-Qorti tal-Ġustizzja. Għall-finijiet ta’ dan ir-rinviju, dik il-qorti għolja titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-akkumpanjament ta’ X sar-reception minn membru tal-persunal tal-lukanda kien servizz li jaqa’ taħt is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>servizzi tal-vjaġġ<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> li Kuoni kienet intrabtet li tipprovdi u li l-istupru u l-aggressjoni mwettqa jikkostitwixxu eżekuzzjoni inkorretta tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="7"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Id-domandi preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li, b’deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20190724">24 ta’ Lulju 2019</DATE> li waslet fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja fit‑<DATE ISO="20190730">30 ta’ Lulju 2019</DATE>, is-Supreme Court of the United Kingdom (il-Qorti Suprema tar-Renju Unit) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>1)</NO.P><TXT>In-nuqqas’ ta’ eżekuzzjoni jew eżekuzzjoni ħażina [inkorretta] tal-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ organizzatur jew bejjiegħ bl-imnut ma’ konsumatur għall-provvista ta’ vjaġġ kollox kompriż li għalih tapplika d-Direttiva [90/314], fejn in-nuqqas’ ta’ eżekuzzjoni jew l-eżekuzzjoni ħażina [inkorretta] hija r-riżultat tal-azzjonijiet ta’ impjegat tal-kumpannija ta’ lukanda li tipprovdi servizzi relatati ma’ dan il-kuntratt:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-eżenzjoni prevista fit-tieni parti tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2); u, fil-każ ta’ risposta affermattiva,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>abbażi ta’ liema kriterji l-qorti nazzjonali għandha tevalwa l-applikabbiltà ta’ din l-eżenzjoni?</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Meta organizzatur jew bejjiegħ bl-imnut jikkonkludi kuntratt ma’ konsumatur għall-provvista ta’ vjaġġ kollox kompriż li għalih tapplika d-Direttiva [90/314], u meta kumpannija ta’ lukanda tipprovdi servizzi relatati ma’ dan il-kuntratt, impjegat innifsu ta’ din il-kumpannija ta’ lukanda għandu jiġi kkunsidrat <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>fornitur tas-servizzi<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="2019" ID="QE0031"/> għall-finijiet tal-eżenzjoni taħt it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva [90/314]?<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>Tressqu osservazzjonijiet bil-miktub mill-partijiet fil-kawża prinċipali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li s-Supreme Court of the United Kingdom (il-Qorti Suprema tar-Renju Unit) awtorizzat lil ABTA Ltd (Association of British Travel Agents) tintervjeni fl-appell.</P></NOTE> u mill-Kummissjoni. Skont l-Artikolu 76(2) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li ma torganizzax seduta għas-sottomissjonijiet orali. Permezz ta’ miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura tal‑<DATE ISO="20200331">31 ta’ Marzu 2020</DATE>, il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet mistoqsijiet sabiex jingħataw tweġiba bil-miktub lill-partijiet u lill-persuni kkonċernati kollha. L-osservazzjonijiet bil-miktub dwar il-mistoqsijiet li huma s-suġġett tal-imsemmija miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura ġew ippreżentati minn dawn l-istess partijiet u mill-Kummissjoni fit-terminu stabbilit.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk ir-raġuni għal eżenzjoni mir-responsabbiltà prevista fit-tieni parti tat-tielet inċiż tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 90/314 fir-rigward ta’ organizzatur ta’ vjaġġi kollox kompriż tistax tiġi applikata meta n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew l-eżekuzzjoni inkorretta tal-kuntratt li dan l-organizzatur ikkonkluda ma’ konsumatur jirriżulta mill-atti ta’ impjegat ta’ fornitur ta’ servizzi li jeżegwixxi dan il-kuntratt. Jekk tingħata risposta fl-affermattiv għal din id-domanda, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf il-kriterji ta’ applikazzjoni tar-raġuni għal eżenzjoni msemmija f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tiddetermina jekk impjegat ta’ fornitur ta’ servizzi fil-kuntest ta’ kuntratt relatat ma’ pakkett tal-ivvjaġġar għandux jiġi kkunsidrat bħala fornitur ta’ servizzi għall-applikazzjoni tat-tieni parti tat-tielet inċiż tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 90/314<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Jidhirli li huwa importanti li jiġu esposti r-raġunijiet li għalihom il-qorti tar-rinviju tagħmel din it-tieni domanda, li tidher li toriġina mill-opinjoni dissidenti tal-Imħallef Longmore, imsemmija fil-punt 21 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Mis-siltiet ta’ din l-opinjoni, riprodotti fit-talba għal deċiżjoni preliminari, jirriżulta li, skont l-awtur ta’ din l-opinjoni, il-lukanda tipprovdi servizz ta’ assistenza lill-klijenti tagħha u dan is-servizz tipprovdih permezz tal-impjegati tagħha. Għalhekk, l-Imħallef Longmore jispjega li l-kwistjoni dwar jekk N ukoll kienx jipprovdi dan is-servizz hija fundamentali għall-eżami tar-raġunijiet għal eżenzjoni previsti fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 90/314. Li kieku l-lukanda kienet l-unika fornitriċi, il-kumpannija Kuoni tkun probabbilment eżentata mir-responsabbiltà tagħha peress li l-eżekuzzjoni inkorretta la tkun imputabbli lill-kumpannija Kuoni u lanqas lil-lukanda. L-eżekuzzjoni inkorretta hija dovuta għal avveniment li la l-kumpannija Kuoni u lanqas il-lukanda, bid-diliġenza kollha meħtieġa, ma setgħu jipprevedu jew iwaqqfu. Fil-fatt, il-lukanda kienet talbet ir-referenzi ta’ N u ma kellha ebda raġuni biex tippreżumi, fid-dawl tal-karriera professjonali tiegħu jew għal xi raġuni oħra, li dan kien se jwettaq stupru fuq klijenta. Li kieku, min-naħa l-oħra, N kien il-fornitur tas-servizz ta’ assistenza, minflok il-lukanda, huwa seta’ (bħala fornitur) jipprevedi jew jevita l-att kriminali tiegħu stess.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>Sa fejn ir-risposta għad-domanda 1(a) tiddependi fuq il-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>fornitur ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/> fis-sens tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 90/314, li huwa s-suġġett tat-tieni domanda, ser nittratta dawn iż-żewġ domandi flimkien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal dawn id-domandi, jidhirli li huwa utli li jitfakkar, preliminarjament, l-għan tad-Direttiva 90/314 qabel ma nindirizza l-portata tas-sistema ta’ responsabbiltà stabbilita minnha. F’dan il-kuntest, wara li ser inkun eżaminajt il-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>fornitur ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> fis-sens tal-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, ser nindirizza l-kwistjoni dwar jekk ir-raġuni għal eżenzjoni prevista fit-tieni parti tat-tielet inċiż tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva hijiex applikabbli meta n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew l-eżekuzzjoni inkorretta tal-kuntratt tal-vjaġġ kollox kompriż jirriżulta mill-atti ta’ impjegat ta’ fornitur ta’ servizzi li jeżegwixxi l-imsemmi kuntratt. Fl-aħħar nett, peress li nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi fin-negattiv għad-domanda 1(a), nikkunsidra li ma hemmx lok li tingħata risposta għad-domanda 1(b), dwar il-kriterji ta’ applikazzjoni tar-raġuni għal eżenzjoni prevista fit-tieni parti tat-tielet inċiż tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 90/314.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Rimarki introduttorji fuq l-għan tad-Direttiva 90/314</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Sabiex jinftiehem aħjar il-kuntest li fih taqa’ s-sistema ta’ responsabbiltà tal-organizzatur ta’ vjaġġi kollox kompriż stabbilita bid-Direttiva 90/314, jidhirli li jkun utli li nibda l-analiżi tiegħi billi nfakkar l-għan ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, nixtieq nirrileva qabel kollox li din id-direttiva tagħmel parti minn sensiela ta’ atti tad-dritt tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni fil-qasam tad-dritt privat sostantiv li ġew adottati abbażi tal-Artikolu 100A tat-Trattat KEE (li sar, wara emendi, l-Artikolu 114 TFUE). Peress li tagħmel parti minn dan il-qafas leġiżlattiv, din id-direttiva tieħu inkunsiderazzjoni l-ħtiġijiet tal-protezzjoni tal-konsumaturi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara l-Artikolu 100A(3) tat-Trattat KEE, li sar, wara l-emendi, l-Artikolu 114(3) TFUE.</P></NOTE>, billi tikkunsidrahom ma’ dawk sottostanti b’mod partikolari għat-twettiq tas-suq intern<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Ara, f’dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Tizzano fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Leitner</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑168/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:476">EU:C:2001:476</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0002">2</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0003">3</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Mill-ewwel sat-tielet premessi tad-Direttiva 90/314 jirriżulta li l-istabbiliment ta’ regoli komuni li jirrigwardaw il-pakketti kollox kompriż jikkontribwixxi sabiex jitneħħew l-ostakoli għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi stabbiliti fi Stati Membri differenti filwaqt li fl-istess ħin jippermettu lill-konsumaturi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>jgawdu minn kundizzjonijiet paragunabbli meta jkunu qed jixtru xi pakkett fi kwalunkwe Stat Membru<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Ara t-tielet premessa tad-Direttiva 90/314.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja indikat li l-fatt li d-Direttiva 90/314 hija intiża sabiex tiggarantixxi għanijiet oħra ma huwiex ta’ natura li jeskludi li d-dispożizzjonijiet tagħha huma intiżi wkoll sabiex jipproteġu lill-konsumaturi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara s-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19961008">8 ta’ Ottubru 1996</DATE>, <NAME.CASE>Dillenkofer <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Bundesrepublik Deutschland</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑178/94, C‑179/94 u C‑188/94 sa C‑190/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:375">EU:C:1996:375</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll ir-raba’ premessa tad-Direttiva 90/314.</P></NOTE>. Għalhekk hija affermat fil-ġurisprudenza tagħha li din id-direttiva hija intiża sabiex tiggarantixxi <HT TYPE="ITALIC">livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi</HT><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19961008">8 ta’ Ottubru 1996</DATE>, <NAME.CASE>Dillenkofer <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Bundesrepublik Deutschland</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑178/94, C‑179/94 u C‑188/94 sa C‑190/94</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1996:375">EU:C:1996:375</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020312">12 ta’ Marzu 2002</DATE>, <NAME.CASE>Leitner</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑168/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:163">EU:C:2002:163</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0022">22</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120216">16 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Blödel-Pawlik</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑134/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:98">EU:C:2012:98</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>); kif ukoll id-digriet tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140116">16 ta’ Jannar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Baradics <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑430/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:32">EU:C:2014:32</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Dan huwa għalhekk il-kuntest li fih jinsabu, b’mod ġenerali, is-sistema ta’ responsabbiltà tal-organizzatur tal-vjaġġi kollox kompriż stabbilita minn din id-direttiva u, b’mod iktar partikolari, ir-raġunijiet għal eżenzjoni minn din ir-responsabbiltà.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-portata tas-sistema ta’ responsabbiltà tal-organizzatur ta’ vjaġġi kollox kompriż stabbilita mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 90/314</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjonijiet ġenerali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Nixtieq infakkar qabel kollox li s-sistema ta’ responsabbiltà stabbilita mid-Direttiva 90/314 hija sistema ta’ <HT TYPE="ITALIC">responsabbiltà kuntrattwali</HT>, li l-prinċipju ġenerali tagħha huwa li d-debitur għandu jitqies bħala responsabbli għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew għall-eżekuzzjoni inkorretta tal-kuntratt konkluż bejn il-partijiet. F’dan il-kuntest, in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligu jinftiehem f’sens wiesa’ bħala kull nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kuntrattwali. Din id-definizzjoni tan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligu hija l-pedament tas-sistema ta’ responsabbiltà kuntrattwali li permezz tagħha parti f’kuntratt tista’ tippreżenta azzjoni kontra l-parti l-oħra jekk din ma tissodisfax l-obbligi kuntrattwali kollha tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara Machnikowski P. u Szpunar, M., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>Chapter 8: Remedies. General Provisions<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, <HT TYPE="ITALIC">Contract II. General Provisions, Delivery of Goods, Package Travel and Payment Services</HT>, Research Group on the Existing EC Private Law (Acquis Group), Sellier, München, 2009, pp. 401 sa 404, b’mod partikolari p. 403, Artikoli 8:101, 5.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Nixtieq nirrimarka wkoll li mill-Artikolu 1 u mill-punti 1 u 2 tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 90/314 jirriżulta li l-kuntratt ta’ vjaġġ kollox kompriż huwa magħmul minn diversi elementi, jiġifieri t-trasport, l-akkomodazzjoni u servizzi turistiċi oħrajn mibjugħin jew offruti għall-bejgħ bi prezz kollox kompriż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Din id-definizzjoni tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>pakkett<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> tippreċiża l-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar l-eżekuzzjoni u n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ vjaġġ kollox kompriż. Ara Machnikowski P., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>Chapter 7: Performance of obligations. Specific Provisions – Part E: Package Travel Contracts<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, <HT TYPE="ITALIC">Contract II. General Provisions, Delivery of Goods, Package Travel and Payment Services</HT>, <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>., pp. 380 sa 398, b’mod partikolari p. 384, Artikolu 7:E-02, 6.</P></NOTE> iżda li, min-naħa l-oħra, huma pprovduti minn bosta fornituri ta’ servizzi fi Stat Membru ieħor jew f’pajjiż terz<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>L-Artikolu 1 tad-Direttiva 90/314 jirreferi għall-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>pakketti <HT TYPE="ITALIC">mibjugħa jew offruti għall-bejgħ</HT> fit-territorju tal-[Unjoni]<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>. Il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>organizzatur<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> hija definita fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 90/314 bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>il-persuna li, barra milli darba fil, jorganizza pakketti u <HT TYPE="ITALIC">jbigħhom jew joffrihom għall-bejgħ</HT>, kemm jekk direttament kif ukoll jekk permezz ta’ bejjiegħ<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>. Ninnota, f’dan ir-rigward, li, sa fejn id-dritt Ingliż dwar l-obbligi jiddistingwi b’mod ċar bejn il-bejgħ ta’ oġġetti (sale of goods) u l-provvista ta’ servizzi (supply of services), id-distinzjoni bejn it-tort (fault) u r-responsabbiltà oġġettiva (strict liability) hija ampjament iddeterminata mid-distinzjoni bejn il-kuntratti ta’ servizzi (Artikolu 13 tal-Liġi tal‑1982) u l-kuntratti ta’ provvista ta’ oġġetti (Artikolu 14 tal-Liġi tal‑1982). Ara, f’dan ir-rigward, Samuel, G. u Rinkes, J.G.J., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>The English law of obligations<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, <HT TYPE="ITALIC">loc. cit</HT>., p. 209, kif ukoll Montanier, J.‑C. u Samuel, G., <HT TYPE="ITALIC">Le contrat en droit anglais</HT>, PUG, 1999, p. 92. Madankollu, kif indikajt fl-introduzzjoni għal dawn il-konklużjonijiet, huma proprju dawn id-differenzi bejn il-leġiżlazzjonijiet u l-prattiki nazzjonali fil-qasam tal-pakketti tal-ivvjaġġar li ġew invokati mil-leġiżlatur fid-Direttiva 90/314 biex jiġi ġġustifikat l-istabbiliment ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>regoli komuni minimi<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> għall-Istati Membri kollha. Ara t-tieni premessa ta’ din id-direttiva.</P></NOTE>. Din il-kumplessità tal-kuntratt ta’ vjaġġ kollox kompriż hija, fil-fehma tiegħi, wieħed mill-fatturi li jispjegaw l-attenzjoni mogħtija mil-leġiżlatur tal-Unjoni għal-livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi f’din id-direttiva u, għalhekk,<?PAGE NO="10"?> l-istabbiliment, fl-Artikolu 5 tagħha, ta’ sistema ta’ responsabbiltà tal-organizzatur (u/jew tal-bejjiegħ). Fil-fatt, billi jipprevedi sett ta’ regoli f’dak li jirrigwarda l-obbligu li jingħata kumpens għad-danni kkawżati fil-konfront tal-konsumaturi, dan l-artikolu huwa intiż li jiffaċilita l-istabbiliment tar-responsabbiltà tal-organizzatur ta’ vjaġġi kollox kompriż mill-konsumaturi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Dwar il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>konsumatur<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> fis-sens tad-Direttiva 90/314, ara l-Artikolu 2(4) tagħha.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-responsabbiltà tal-organizzatur tal-vjaġġi kollox kompriż fil-konfront tal-konsumatur fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 90/314</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 90/314, l-organizzatur (u/jew il-bejjiegħ) li qiegħed ibigħ ikun responsabbli fir-rigward tal-konsumatur għall-eżekuzzjoni xierqa tal-obbligi li joħorġu mill-kuntratt, irrispettivament minn jekk dawn l-obbligi għandhomx jitwettqu minnu stess jew minn fornituri oħra ta’ servizzi u dan bla ħsara għad-dritt tal-organizzatur (u/jew tal-bejjiegħ) li jdur fuq dawn il-fornituri l-oħra ta’ servizzi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara wkoll it-tmintax‑il premessa tad-Direttiva 90/314.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, mill-kliem ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta b’mod ċar li l-organizzatur jibqa’ personalment responsabbli fir-rigward tal-konsumatur għall-eżekuzzjoni korretta tal-kuntratt, irrispettivament mill-fatt li l-kuntratt jiġi eżegwit minn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>fornitur ieħor tas-servizzi<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>It-tmintax‑il premessa tgħid, b’mod partikolari, li l-organizzatur fil-kuntratt għandu jkun responsabbli fir-rigward tal-konsumatur għall-eżekuzzjoni xierqa tal-obbligi li joħorġu mill-kuntratt.</P></NOTE>. Kif qies l-Avukat Ġenerali Tizzano, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>b’mod partikolari fir-rigward tal-aspett relatat mar-responsabbiltà kuntrattwali, in-natura tar-relazzjoni triangulari bejn l-organizzatur u/jew il-bejjiegħ, il-konsumatur u l-fornitur tas-servizzi hija ddefinita b’tali mod li huma tal-ewwel (l-organizzatur jew il-bejjiegħ) li, bħala regola ġenerali, huma <HT TYPE="ITALIC">l-uniċi responsabbli</HT> fir-rigward tal-konsumatur għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew għall-eżekuzzjoni inkorretta tal-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Tizzano fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Leitner</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑168/00</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:476">EU:C:2001:476</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0004">4</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Essenzjalment, dan ifisser li l-konsumatur għandu l-possibbiltà li jippreżenta azzjoni kontra l-organizzatur li huwa parti fil-kuntratt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Fil-fatt, billi tittratta s-servizzi offruti għall-bejgħ lill-konsumatur bħala ħaġa sħiħa, il-kwalifika ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>bejgħ ta’ servizz<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> użata mid-Direttiva 90/314 fl-Artikolu 1 u fl-Artikolu 2(2) tagħha, tiffaċilita l-azzjonijiet tal-konsumatur fis-sitwazzjoni fejn dan ikollu quddiemu nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew eżekuzzjoni inkorretta tal-kuntratt billi tipprovdilu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>kuntatt [...] wieħed ikun[u] xi jkun[u] is-servizz[i] li ma jkun[u]x ġie/ġew eżegwit[i] jew eżegwit[i] ħażin<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>. Ara, f’dan is-sens, Poillot, E., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>La vente de services en droit communautaire (directive 90/314/CEE sur les voyages, vacances et circuits à forfait)<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, <HT TYPE="ITALIC">Uniform Terminology for European Contract Law</HT>, Nomos, 2005, pp. 359 sa 382, b’mod partikolari p. 381. Ara wkoll, Machnikowski, P. <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>Chapter 7: Performance of obligations. Specific Provisions – Part E: Package Travel Contracts<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>., pp. 380 sa 398, b’mod partikolari p. 383, Artikolu 7:E‑02, 3.</P></NOTE>. Barra minn hekk, mill-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 90/314 jirriżulta li l-klawżoli kuntrattwali li jeżentaw lill-organizzatur mir-responsabbiltà tiegħu għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew għall-eżekuzzjoni inkorretta tal-kuntratt minn fornituri oħra ta’ servizzi jiġu ddikjarati nulli u bla effett<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara wkoll il-punt 43 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jidhirli li huwa importanti li jiġi rrilevat li, fil-kuntest tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 90/314, l-għażla tal-leġiżlatur tal-Unjoni li jippermetti lill-organizzatur jaġixxi, jekk ikun il-każ, kontra l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>fornituri l-oħra tas-servizzi<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> tissodisfa r-rieda tiegħu li jistabbilixxi livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi billi jara li jevita li dawn tal-aħħar, minħabba l-adeżjoni tagħhom mal-kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt ta’ vjaġġ kollox kompriż, jiġu skoraġġuti milli jippreżentaw azzjoni għad-danni jew obbligati li jippreżentaw diversi azzjonijiet distinti bbażati fuq id-dannu li jsofru minħabba n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew l-eżekuzzjoni inkorretta tal-kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Kif tindika l-Kummissjoni fit-tweġiba tagħha għal mistoqsija magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja, l-għan tas-sistema ta’ responsabbiltà kuntrattwali stabbilita minn din id-direttiva huwa li tikkonċentra r-responsabbiltà fir-rigward tal-organizzatur <HT TYPE="ITALIC">għal kull każ ta’ nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew ta’ eżekuzzjoni inkorretta tal-kuntratt</HT>, sabiex il-konsumatur ikollu, tal-inqas, konvenut putattiv li lilu jista’ jitlob<?PAGE NO="11"?> kumpens għad-danni, liema ċirkustanza tippermetti li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumatur. Fil-fatt, ir-responsabbiltà tal-organizzatur fis-sens tad-Direttiva 90/314 hija bbażata fuq ir-rabta bejn, minn naħa, l-att jew l-ommissjoni li jkunu taw lok għat-telf u għad-dannu kkawżat lill-konsumatur u, min-naħa l-oħra, l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ vjaġġ kollox kompriż kif iddefinit fl-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Ara wkoll il-punt 34 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Għalhekk tqum il-kwistjoni fundamentali dwar jekk <HT TYPE="ITALIC">l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ vjaġġ kollox kompriż</HT> fis-sens tal-punt 5 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 90/314 <HT TYPE="ITALIC">kinux is-suġġett ta’ eżekuzzjoni korretta</HT> fis-sens tal-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Skont il-punt 5 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 90/314, għall-finijiet ta’ din id-direttiva, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> tfisser il-ftehim li jorbot lill-konsumatur mal-organizzatur u/jew mal-bejjiegħ.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ninnota li għandu jiġi ddeterminat, minn naħa, liema obbligi kuntrattwali jirriżultaw mill-kuntratt ta’ vjaġġ kollox kompriż u, min-naħa l-oħra, kif dawn l-obbligi għandhom jiġu eżegwiti. Għalhekk, skont ir-regoli ġenerali tar-responsabbiltà kuntrattwali, ftit jimporta li l-persuna li kkawżat in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew l-eżekuzzjoni inkorretta ta’ dawn l-obbligi tkun l-organizzatur jew fornitur ieħor ta’ servizzi: l-organizzatur jibqa’ responsabbli fir-rigward tal-konsumatur. Għalhekk, din hija responsabbiltà oġġettiva tal-organizzatur tal-vjaġġi kollox kompriż fir-rigward tal-konsumatur<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Għalhekk, in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew l-eżekuzzjoni inkorretta tal-obbligi kuntrattwali jista’ jkollhom bħala konsegwenza l-istabbiliment tar-responsabbiltà tal-organizzatur. Ara, f’dan ir-rigward, Machnikowski P., <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>., b’mod partikolari p. 402, Artikolu 8:101, 3. Ara wkoll, Kleinschmidt, J., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>Article 8:101: Remedies Available<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>, <HT TYPE="ITALIC">Commentaries on European Contract Laws</HT>, Nils, J. u Zimmermann, R. (Edituri), Oxford, p. 1108.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 90/314 jiddikjara, b’mod partikolari, li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>Istati Membri <HT TYPE="ITALIC">għandhom jieħdu l-passi meħtieġa</HT> biex jiżguraw li l-organizzatur [...] parti kontraenti <HT TYPE="ITALIC">[ikun] responsabbli</HT> mal-konsumatur għat-tħaddim approprjat ta’ l-obbligazzjonijiet li joħorġu mill-kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>. Għalhekk, kif indikat ġustament il-Kummissjoni, il-portata tar-responsabbiltà tal-organizzatur hija ddeterminata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt ta’ vjaġġ kollox kompriż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Enfasi miżjuda minni. Għandu jitfakkar li d-Direttiva 90/314 ma tinkludi ebda dispożizzjoni fir-rigward tal-liġi applikabbli. Madankollu, l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑<DATE ISO="20080617">17 ta’ Ġunju 2008</DATE> dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="177" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 177, p. 6</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="309" PAGE.FIRST="87" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 309, p. 87</REF.DOC.OJ>) jiżgura, bħala prinċipju, l-applikazzjoni tal-liġi tar-residenza abitwali tal-konsumatur.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, irrid nippreċiża li r-responsabbiltà kuntrattwali ta’ debitur ma hijiex, bħala prinċipju, responsabbiltà assoluta: dan tal-aħħar jista’ jiġi eżonerat mir-responsabbiltà tiegħu jekk jissodisfa ċerti kundizzjonijiet. Għalhekk, fil-kuntest tas-sistema ta’ responsabbiltà tal-organizzatur stabbilita mid-Direttiva 90/314, konformement mal-Artikolu 5(2) tagħha, l-organizzatur ma huwiex responsabbli għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew għall-eżekuzzjoni inkorretta tal-kuntratt jekk din ma tkunx tista’ tiġi imputata lilu. Din ir-responsabbiltà hija suġġetta wkoll għall-kundizzjonijiet dwar il-limitazzjoni tar-responsabbiltà stabbilita fit-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 90/314<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Id-duttrina tikkunsidra l-Artikolu 5(2) u (3) u l-Artikolu 8 tad-Direttiva 90/314 bħala regoli imperattivi. Ara Machnikowski, P., <HT TYPE="ITALIC">op. cit</HT>., b’mod partikolari p. 465, Artikolu 8:E-01, 2.</P></NOTE>. Dawn id-dispożizzjonijiet jirrigwardaw il-limiti li l-Istati Membri jistgħu jippermettu fir-rigward tal-kumpens għad-danni li jirriżultaw min-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew mill-eżekuzzjoni inkorretta tal-kuntratt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara wkoll id-dsatax‑il premessa tad-Direttiva 90/314.</P></NOTE>. Barra minn hekk, infakkar ukoll li, skont l-Artikolu 5(3) ta’ din id-direttiva, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>ma jistgħux jitħallew barra permezz ta’ xi klawżola kuntrattwali xi disposizzjonijient tal-paragrafi 1 u 2 [ta’ dan l-Artikolu]<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara l-punt 38 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Kif għadni kemm esponejt fl-argumenti preċedenti, mhux biss il-formulazzjoni tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 90/314 hija ċara u mhux ambigwa fir-rigward tar-responsabbiltà tal-organizzatur tal-vjaġġi kollox kompriż iżda l-qari letterali tagħha huwa kkorroborat ukoll mill-istruttura u l-għan ta’ din id-direttiva kif ukoll mill-għan ta’ din id-dispożizzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Ara l-punti 36 sa 43 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-organizzatur għandu jkun responsabbli fil-konfront tal-konsumatur u li, konsegwentement, ir-raġunijiet għal eżenzjoni previsti fl-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 90/314 jistgħu, bħala prinċipju, jiġu invokati<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Irrid nenfasizza li, bħala prinċipju, Stat Membru jista’ jipprevedi livell ta’ protezzjoni ogħla. Konsegwentement, fit-traspożizzjoni tad-Direttiva 90/314, l-Istati Membri setgħu jipprevedu raġunijiet għal eżenzjoni iktar stretti minn dawk previsti fl-Artikolu 5(2) ta’ din id-direttiva.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, fir-rigward tal-kwistjoni dwar jekk <HT TYPE="ITALIC">l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ vjaġġ kollox kompriż</HT> konkluż bejn Kuoni u X <HT TYPE="ITALIC">ġewx eżegwiti korrettement</HT> fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 90/314, jidher rilevanti li jitfakkar, f’dan l-istadju tal-analiżi, li l-qorti tar-rinviju qiegħda titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-akkumpanjament ta’ X sar-reception minn membru tal-persunal tal-lukanda kien servizz li jaqa’ taħt <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>servizzi tal-vjaġġ<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> li Kuoni kienet intrabtet li tipprovdi u li l-istupru u l-aggressjoni mwettqa waqt il-provvista ta’ dan is-servizz kienu jikkostitwixxu eżekuzzjoni inkorretta tal-kuntratt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Ara l-punt 13 ta’ dawn il-konklużjonijiet. Mill-kuntest ġuridiku tad-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, skont l-Artikolu 13 tal-Liġi tal‑1982, il-fornitur ta’ servizzi huwa obbligat iwettaq is-servizzi stipulati fil-kuntratt b’diliġenza u b’kompetenza raġonevoli.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi analizzat jekk, fid-dawl tas-sistema ta’ responsabbiltà stabbilita mid-Direttiva 90/314, impjegat ta’ fornitur ta’ servizzi fil-kuntest ta’ kuntratt relatat ma’ pakkett tal-ivvjaġġar jistax jitqies bħala fornitur ta’ servizzi għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-tieni parti tat-tielet inċiż tal-Artikolu 5(2) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Għal dan il-għan, ser neżamina, fit-taqsima li jmiss, il-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>fornitur ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> fis-sens tad-Direttiva 90/314.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tifsira u l-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>fornitur ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> fis-sens tad-Direttiva 90/314</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Qabel kollox nirrileva li X, Kuoni, ABTA u l-Kummissjoni jikkunsidraw li l-impjegat tal-lukanda nnifsu ma jistax jitqies bħala fornitur ta’ servizzi. X madankollu toġġezzjona li, f’ċerti ċirkustanzi partikolari, l-impjegat li jipprovdi s-servizz ħażin jista’ jitqies bħala fornitur ta’ servizzi jekk kwalifika oħra twassal sabiex iċċaħħad lill-konsumatur mill-protezzjoni mogħtija mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 90/314.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Nosserva li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>fornitur ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> ma huwiex iddefinit mid-Direttiva 90/314 u li din id-direttiva ma tinkludi ebda riferiment għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiġu ddeterminati t-tifsira u l-portata ta’ dan il-kunċett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, irrid infakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, mir-rekwiżiti kemm tal-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni kif ukoll tal-prinċipju ta’ ugwaljanza jirriżulta li t-termini ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni li ma tinkludi ebda riferiment espress għad-dritt tal-Istati Membri sabiex jiġu ddeterminati t-tifsira u l-portata tagħha, għandhom normalment jingħataw, fl-Unjoni kollha, interpretazzjoni awtonoma u uniformi li għandha tiġi mfittxija billi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kuntest tad-dispożizzjoni u l-għan li għandu jintlaħaq mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200716">16 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Novo Banco</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑253/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:585">EU:C:2020:585</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Qabel kollox, irrid infakkar li, kuntrarjament għall-fornitur ta’ servizz li jipprovdi servizzi bi ħlas, impjegat ta’ fornitur ta’ servizzi jipprovdi s-servizzi li huma previsti fil-kuntratt ta’ vjaġġ kollox kompriż minħabba li jkollu rabta ta’ subordinazzjoni mal-persuna li timpjegah li ma teżistix ma’ fornitur ta’ servizzi, bħal lukanda, ristorant, gwida għall-eskursjonijiet jew għalliem tal-isport, indipendentement mill-fatt jekk din tkunx persuna fiżika jew ġuridika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, l-ekwivalenti tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>fornitur ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>, użat mill-verżjonijiet lingwistiċi differenti tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 90/314 jevoka persuna fiżika jew ġuridika li tipprovdi servizzi bi ħlas<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Fil-fatt, il-verżjoni bil-lingwa Franċiża tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>fornitur ta’ servizzi (prestataire de services)<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> tidher li tintuża f’dan is-sens ukoll f’verżjonijiet lingwistiċi oħra, b’mod partikolari l-verżjonijiet bil-lingwa Spanjola (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>prestador de servicios<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>), dik Ġermaniża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>Dienstleistungsträger<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>), dik Ingliża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>supplier of services<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>), dik Taljana (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>prestatore di servizi<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>), dik Pollakka (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>usługodawca<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>), dik Portugiża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>prestador de serviços<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>), u dik Rumena (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>furnizor de servicii<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Sussegwentement, jidhirli li huwa utli li jiġi rrilevat li huwa biss l-Artikolu 5 tad-Direttiva 90/314 li juża t-termini <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>fornituri tas-servizzi<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara wkoll it-tmintax‑il premessa tad-Direttiva 90/314.</P></NOTE>. Għaldaqstant, dan il-kunċett jintuża biss fil-kuntest tar-responsabbiltà tal-organizzaturi (u/jew bejjiegħa) għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew l-eżekuzzjoni inkorretta tal-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ vjaġġ kollox kompriż konkluż mal-konsumaturi. Kif jirriżulta mid-definizzjoni tat-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>pakkett<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>, li tinsab fl-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva, dawn l-obbligi jikkonċernaw is-servizzi previsti fil-kuntratt ta’ vjaġġ kollox kompriż, jiġifieri s-servizzi ta’ trasport, ta’ akkomodazzjoni jew ta’ servizzi turistiċi oħra (eskursjonijiet, korsijiet, ristoranti, eċċ.). Madankollu, ebda dispożizzjoni ta’ din id-direttiva ma tagħmel riferiment għall-impjegati tal-fornituri ta’ servizzi. Barra minn hekk, infakkar li, għalkemm il-leġiżlatur tal-Unjoni ried jippermetti lill-organizzatur idur kontra fornitur ta’ servizzi, ma teżistix possibbiltà simili għall-imsemmi organizzatur li jdur kontra l-impjegati tal-fornituri ta’ servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Għalhekk, jiena tal-opinjoni li, fis-sens tad-Direttiva 90/314, ma huwiex possibbli li impjegat ta’ fornitur ta’ servizzi jitqies <HT TYPE="ITALIC">huwa stess</HT> bħala l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>fornitur ta’ servizzi<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, ma għandux jiġi ddeterminat jekk impjegat ta’ fornitur tas-servizzi jistax jitqies <HT TYPE="ITALIC">huwa stess</HT> bħala fornitur ta’ servizzi iżda jekk, fil-kuntest tas-sistema ta’ responsabbiltà stabbilita mill-Artikolu 5 tad-Direttiva 90/314, <HT TYPE="ITALIC">l-azzjonijiet jew l-ommissjonijiet ta’ impjegat</HT> ta’ fornitur ta’ servizzi li jeżegwixxi l-kuntratt jistgħux jiġu pparagunati ma’ dawk ta’ dan il-fornitur ta’ servizzi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Huwa minn din il-perspettiva li nipproponi li neżamina l-applikabbiltà tar-raġuni għal eżenzjoni prevista fit-tieni parti tat-tielet inċiż tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 90/314.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-applikabbiltà tar-raġuni għal eżenzjoni prevista fit-tieni parti tat-tielet inċiż tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 90/314 meta n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew l-eżekuzzjoni inkorretta tal-kuntratt ta’ vvjaġġar kollox kompriż jirriżulta mill-atti ta’ impjegat ta’ fornitur ta’ servizzi li jeżegwixxi dan il-kuntratt</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Kunsiderazzjonijiet ġenerali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Jidhirli li huwa importanti li jitfakkar li kull fornitur ta’ servizzi jwettaq l-obbligi kuntrattwali billi juża l-istruttura organizzattiva tiegħu stess (tqassim tal-kompiti bejn l-impjegati, apprendisti, eċċ.). Din l-istruttura tista’ tkun differenti ħafna minn fornitur għal ieħor, bħal fil-każ bejn lukanda ta’ ħames stilel u lukanda tal-familja żgħira. Għaldaqstant, sabiex tiġi ddeterminata r-responsabbiltà tal-organizzatur jew tal-fornitur ta’ servizzi tiegħu, ma huwiex neċessarju li wieħed ikun jaf min eżegwixxa konkretament l-obbligi kuntrattwali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, sabiex jiġi ddeterminat jekk ir-raġuni għal eżenzjoni prevista fit-tieni parti tat-tielet inċiż tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 90/314 hijiex applikabbli f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, wieħed għandu jistaqsi: f’liema ċirkustanzi l-atti jew l-ommissjonijiet ta’ impjegat ta’ fornitur ta’ servizzi, inklużi l-atti ħżiena mwettqa intenzjonalment, jistgħu jiġu imputati lill-persuna li timpjegah/fornitur ta’ servizzi fid-dawl tas-sistema ta’ responsabbiltà stabbilita mid-Direttiva 90/314?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Ser inwieġeb għal din il-mistoqsija fit-taqsima li ġejja.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq iċ-ċirkustanzi li fihom l-atti jew l-ommissjonijiet ta’ impjegat ta’ fornitur ta’ servizz jistgħu jiġu imputati lill-persuna li timpjegah/fornitur ta’ servizzi fid-dawl tas-sistema ta’ responsabbiltà stabbilita mid-Direttiva 90/314</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Qabel kollox infakkar li l-organizzatur, fis-sens tad-Direttiva 90/314, jista’ jinżamm responsabbli biss fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-obbligi kuntrattwali. Kif diġà indikajt, din ir-responsabbiltà hija bbażata fuq ir-rabta bejn, minn naħa, l-atti jew l-ommissjonijiet li kkawżaw it-telf jew id-dannu lill-konsumatur u, min-naħa l-oħra, l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ vjaġġ kollox kompriż<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Ara wkoll il-punt 40 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Għaldaqstant, in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew l-eżekuzzjoni inkorretta tal-kuntratt li tirriżulta mill-atti jew l-ommissjonijiet relatati mad-danni mġarrba mill-konsumatur u mwettqa minn impjegat <HT TYPE="ITALIC">waqt l-eżekuzzjoni tal-obbligi kuntrattwali</HT> għandhom jiġu imputati lill-organizzatur u lill-persuna li timpjegah/fornitur ta’ servizzi. Kieku dan ma kienx il-każ, l-organizzatur ikun jista’ faċilment jevita kull responsabbiltà għall-eżekuzzjoni korretta tal-kuntratt tal-ivvjaġġar billi jiddelega l-eżekuzzjoni ta’ dan il-kuntratt lil fornitur ta’ servizzi, li l-impjegati tiegħu jwettqu b’mod konkret l-obbligi li jirriżultaw mill-imsemmi kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>Sussegwentement ninnota li, skont l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 90/314, l-organizzatur għandu jkun responsabbli, minn naħa, għall-atti u l-ommissjonijiet ta’ impjegat ta’ fornitur ta’ servizzi fl-eżekuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">tal-obbligi kuntrattwali li huma speċifikati fil-kuntratt</HT>, kif iddefinit fil-punt 5 tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva u, min-naħa l-oħra, għall-atti u l-ommissjonijiet ta’ dan l-impjegat fl-eżekuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">tal-obbligi li huma kkunsidrati bħala anċillari</HT> għas-servizzi msemmija fil-punt 1(b) tal-Artikolu 2 tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Fil-fatt, dawn l-obbligi anċillari għas-servizzi ta’ akkomodazzjoni jew ta’ trasport jirriżultaw min-natura stess tas-servizzi tiegħu.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>B’mod iktar preċiż, skont id-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>pakkett<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> tal-punt 1(b) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 90/314, is-servizz ta’ akkomodazzjoni huwa wieħed mit-tliet elementi li jistgħu jinbiegħu jew jiġu offruti għall-bejgħ mill-organizzatur. Dan is-servizz, normalment ipprovdut minn lukanda, jingħata permezz tal-impjegati tagħha li, min-naħa tagħhom, iwettqu l-obbligi kuntrattwali fir-rigward tal-lukanda billi jeżegwixxu l-kuntratti ta’ xogħol tagħhom. Dawn l-obbligi jistgħu jinkludu b’mod partikolari l-ġarr tal-bagalji, il-catering, il-parkeġġ bil-valet, is-servizzi ta’ purtinerija, is-servizzi tal-waiters, is-servizz fil-kamra, is-self ta’ roti, is-servizzi ta’ tindif jew is-servizzi ta’ manutenzjoni. Dawn is-servizzi huma għalhekk <HT TYPE="ITALIC">servizzi anċillari</HT> għas-servizz ta’ akkomodazzjoni pprovdut mil-lukanda fil-kuntest tal-kuntratt tal-vjaġġ kollox kompriż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, huwa ċar għalija li impjegat ta’ lukanda jista’, bħala prinċipju, jiġi kkunsidrat bħala li jeżegwixxi l-obbligi kuntrattwali li jirriżultaw minn kuntratt ta’ vjaġġ kollox kompriż meta jkun xogħol, ikun liebes l-uniformi ta’ membru tal-persunal tal-lukanda u b’hekk jidher f’għajnejn il-klijenti/konsumaturi bħala persuna ta’ fiduċja, u dan irrispettivament mill-fatt li l-obbligi jiġu eżegwiti fil-bini tal-lukanda jew barra mill-faċilitajiet tagħha, sa fejn dan ikun każ ta’ obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt tal-vjaġġ kollox kompriż jew obbligi li huma kkunsidrati bħala anċillari għas-servizzi mibjugħin jew offruti għall-bejgħ mill-organizzatur bħala parti minn dan il-kuntratt<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Dan huwa l-każ, b’mod partikolari, ta’ servizz ta’ trasferiment mil-lukanda għall-ajruport ipprovdut minn xufiera/impjegati tal-lukanda.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>B’hekk, jekk il-ġarr tal-bagalji, il-manutenzjoni tal-faċilitajiet jew l-akkumpanjament tal-klijenti sar-reception huma jew servizzi anċillari għas-servizz ta’ akkomodazzjoni jew servizzi direttament previsti fil-kuntratt, l-organizzatur għandu jkun responsabbli meta l-purtinar tal-lukanda jkisser jew jitlef xi bagalja, jattakka lill-klijent waqt li jkun qiegħed iwettaq l-obbligu li jakkumpanja klijent sal-kamra tiegħu jew sar-reception, jismot klijent billi jaqleb xi soppa fuqu jew jattakka lill-klijent waqt li jkun qiegħed iservih fuq il-mejda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>F’dawn il-każijiet kollha inkwistjoni, għandu jiġi kkunsidrat li kien hemm eżekuzzjoni inkorretta tal-kuntratt u li, konsegwentement, l-aġir tal-impjegat tal-lukanda għandu jiġi imputat lill-fornitur tas-servizzi fil-kuntest tas-sistema ta’ responsabbiltà tal-organizzatur tal-vjaġġ kollox kompriż tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 90/314.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-organizzatur ma jistax jinżamm responsabbli għad-danni fil-konfront tal-konsumatur, fis-sens tal-Artikolu 5(2) ta’ din id-direttiva, jekk l-impjegat ta’ lukanda jattakka klijent tal-lukanda barra mill-ħinijiet tax-xogħol tiegħu jew f’jum li fih dan l-impjegat ikun fuq leave. Għalhekk, f’dan il-każ, ma hijiex kwistjoni ta’ danni kkawżati fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-obbligi kuntrattwali mill-fornitur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Konsegwentement, konformement mal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 90/314, l-organizzatur għandu jkun responsabbli, minn naħa, għall-atti u l-ommissjonijiet ta’ impjegat ta’ fornitur ta’ servizzi fl-eżekuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">tal-obbligi kuntrattwali li huma speċifikati fil-kuntratt</HT>, kif iddefinit fil-punt 5 tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva u, min-naħa l-oħra, għall-atti u l-ommissjonijiet ta’ dan l-impjegat fl-eżekuzzjoni <HT TYPE="ITALIC">tal-obbligi li huma kkunsidrati bħala anċillari</HT> għas-servizzi msemmija fil-punt 1(b) tal-Artikolu 2 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Ladarba ċ-ċirkustanzi li fihom l-atti jew l-ommissjonijiet ta’ impjegat ta’ fornitur ta’ servizz jistgħu jiġu imputati lil min jimpjegah/lill-fornitur ta’ servizzi fid-dawl tas-sistema ta’ responsabbiltà stabbilita mid-Direttiva 90/314 ġew iċċarati b’dan il-mod, għad fadal li tiġi eżaminata mistoqsija tal-aħħar: x’inhi d-distinzjoni bejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>każ ta’ force majeure<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>avveniment li l-organizzatur [...] jew il-proveditur tas-servizzi, ukoll bl-attenzjoni kollha approprjata, ma jkunx seta’ jipprevedi jew iwaqqaf minn qabel<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/>?</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq id-distinzjoni bejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0074" REF.END="QE0074"/>każ ta’ force majeure<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0075" REF.END="QE0075"/>avveniment li l-organizzatur [...] jew il-proveditur tas-servizzi, ukoll bl-attenzjoni kollha approprjata, ma jkunx seta’ jipprevedi jew iwaqqaf minn qabel<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 90/314 jipprevedi li l-organizzatur (u/jew il-bejjiegħ) huwa responsabbli għad-danni li jsofri l-konsumatur min-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew mill-eżekuzzjoni inkorretta tal-kuntratt, sakemm dan in-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew l-eżekuzzjoni inkorretta la jkun dovut għal tort tagħhom u lanqas għal dak ta’ fornitur ieħor tas-servizzi minħabba li waħda mir-raġunijiet għal eżenzjoni ta’ responsabbiltà msemmija f’din id-dispożizzjoni tkun applikabbli għalih. Dik imsemmija fit-tielet inċiż tal-Artikolu 5(2) ta’ din id-direttiva tkopri s-sitwazzjonijiet fejn in-nuqqasijiet ikkonstatati fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt huma dovuti għal każ ta’ forza maġġuri jew għal avveniment li l-organizzatur jew il-fornitur, bid-diliġenza kollha dovuta, ma setax jipprevedi jew jevita<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Huwa ovvju li, għalkemm id-Direttiva 90/314 ma ssemmihx espressament, huwa l-organizzatur jew il-fornitur ta’ servizzi li għandu jipprova l-eżistenza tar-raġunijiet għal eżenzjoni invokati minnu. Ara, f’dan ir-rigward, Rüfner, T., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0076" REF.END="QE0076"/>Article 8:108: Excuse Due to an Impediment<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/>, <HT TYPE="ITALIC">Commentaries on European Contract Laws</HT>, Nils, J. u Zimmermann, R. (Edituri), Oxford, pp. 1164 sa 1177, b’mod partikolari p. 1174.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>X issostni, fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, li ż-żewġ każijiet tat-tielet inċiż tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 90/314 għandhom jinqraw flimkien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Ma nikkondividix din il-fehma.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Fil-fatt, fl-ewwel lok, mill-formulazzjoni tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 90/314 u mill-użu tal-konġunzjoni diżġuntiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0077" REF.END="QE0077"/>jew<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/> jirriżulta b’mod ċar li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried jiddistingwi, minn naħa, il-każ ta’ force majeure u, min-naħa l-oħra, l-avveniment li l-organizzatur jew il-fornitur, bid-diliġenza kollha dovuta, ma setgħux jipprevedu jew jevitaw.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, nosserva li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0078" REF.END="QE0078"/>force majeure<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/> (l-ewwel parti tat-tielet inċiż tal-Artikolu 5(2)) hija ddefinita fil-punt (ii) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(6) tad-Direttiva 90/314 bħala li testendi għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0079" REF.END="QE0079"/><HT TYPE="ITALIC">ċirkostanzi mhux tas-soltu u imprevedibbli li ma jkunux fil-kontroll tal-parti li tkun tiġġustifika</HT>, li l-konsegwenzi tagħhom ma jkunux setgħu jiġu evitati anke jekk tkun ittieħdet il-prekawzjoni kollha meħtieġa<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Enfasi miżjuda minni.</P></NOTE>. Din id-definizzjoni tinkludi tliet kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfatti b’mod kumulattiv sabiex l-organizzatur ikun eżentat mir-responsabbiltà tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, dan mhux il-każ fir-rigward tal-avveniment imsemmi fit-tieni parti tat-tielet inċiż fl-Artikolu 5(2) ta’ din id-direttiva. Fil-fatt, il-leġiżlatur tal-Unjoni uża hawnhekk il-konġunzjoni diżġuntiva <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0080" REF.END="QE0080"/>jew<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/>, li jfisser li l-organizzatur jista’ jiġi eżentat mir-responsabbiltà jekk ikun jista’ juri li la huwa u lanqas il-fornitur ta’ servizzi tiegħu ma setgħu jipprevedu <HT TYPE="ITALIC">jew</HT> (mhux b’mod kumulattiv iżda b’mod alternattiv) jevitaw l-avveniment, billi jieħdu l-miżuri kollha neċessarji sabiex dan ma jseħħx. Fi kliem ieħor, l-organizzatur jista’ jeżonera ruħu mir-responsabbiltà biss fil-każ li jirriżulta li l-imsemmi avveniment kien imprevedibbli għalih jew għall-fornitur ta’ servizzi jew ma setax jiġi evitat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Għalhekk huwa evidenti li ż-żewġ każijiet li jinsabu fit-tielet inċiż tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 90/314 huma differenti u li, f’dan il-każ, il-każ ta’ forza maġġuri għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">4.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-avveniment imsemmi fit-tieni parti tat-tielet inċiż tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 90/314</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>It-tieni parti tat-tielet inċiż tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 90/314 tirreferi għas-sitwazzjonijiet fejn in-nuqqasijiet ikkonstatati fl-eżekuzzjoni tal-kuntratt huma dovuti għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0081" REF.END="QE0081"/>avveniment li l-organizzatur [...] jew il-proveditur tas-servizzi, ukoll bl-attenzjoni kollha approprjata, ma jkunx seta’ jipprevedi jew iwaqqaf minn qabel<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, inqis li l-istupru u l-aggressjoni li wettaq N, impjegat tal-lukanda, fuq X, klijenta tal-lukanda, fil-kuntest tal-eżekuzzjoni, minn dan l-impjegat, tal-obbligu kuntrattwali li jakkumpanja lil din il-klijenta sar-reception, ma humiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0082" REF.END="QE0082"/>avveniment<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Fil-fatt, it-terminu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0083" REF.END="QE0083"/>avveniment<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/> li jinsab f’din id-dispożizzjoni ma jistax ikopri l-atti jew l-ommissjonijiet ta’ impjegat, inklużi l-atti illegali mwettqa intenzjonalment, tal-fornitur tas-servizz fl-eżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt ta’ vjaġġ kollox kompriż. Sabiex dawn l-atti jew ommissjonijiet jitqiesu bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0084" REF.END="QE0084"/>avveniment<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="201D" ID="QE0084"/> fis-sens tat-tieni parti tat-tielet inċiż tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 90/314, dan għandu jkun jew avveniment estern għall-istruttura organizzattiva tal-fornitur tas-servizz jew element oġġettiv. Dan il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0085" REF.END="QE0085"/>avveniment<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="201D" ID="QE0085"/> ma jista’ f’ebda każ jinkludi l-atti illegali mwettqa intenzjonalment li, fihom innifishom, jikkostitwixxu n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew l-eżekuzzjoni inkorretta tal-obbligi kuntrattwali. Ikun saħansitra illoġiku li tiġi analizzata n-natura prevedibbli jew evitabbli tal-aġir intenzjonali ta’ fornitur ta’ servizzi, inkluż meta dan jitwettaq mill-impjegati tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>B’hekk, anki jekk, kif diġà esponejt fil-punt 56 ta’ dawn il-konklużjonijiet, ma huwiex possibbli, fis-sens tad-Direttiva 90/314, li impjegat ta’ fornitur ta’ servizzi jitqies li huwa stess huwa l-fornitur ta’ servizzi, l-aġir ta’ dan l-impjegat għandu jiġi imputat lill-persuna li timpjegah/lill-fornitur u lill-organizzatur ta’ servizz sa fejn dan seħħ fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt tal-vjaġġ kollox kompriż. F’dawn iċ-ċirkustanzi, dan l-aġir ma jaqax taħt il-kunċett ta’<?PAGE NO="17"?> <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0086" REF.END="QE0086"/>avveniment<QUOT.END REF.START="QS0086" CODE="201D" ID="QE0086"/> fis-sens tat-tieni parti tat-tielet inċiż tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 90/314. Fi kliem ieħor, in-nuqqas ta’ impjegat ta’ fornitur ta’ servizz li jwassal għan-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew l-eżekuzzjoni inkorretta tal-kuntratt għandu jiġi mxebbah ma’ nuqqas tal-fornitur ta’ servizz. Għaldaqstant, ma hemmx lok li tiġi applikata r-raġuni għal eżenzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-istupru u l-aggressjoni li wettaq N fuq X għandhom jiġu kkunsidrati bħala att li għandu jiġi imputat lil-lukanda fejn għalhekk Kuoni ma tistax teżonera ruħha mir-responsabbiltà tagħha bħala organizzatur tal-vjaġġ kollox kompriż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija l-unika waħda li tista’ tiggarantixxi livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u tipprekludi li dan il-livell ta’ protezzjoni jitnaqqas b’mod kunsiderevoli fil-każ ta’ nuqqasijiet serji min-naħa tal-impjegati tal-fornituri ta’ servizzi. Fil-fatt, jekk tiġi aċċettata interpretazzjoni differenti, tali żbalji gravi jistgħu għalhekk jitqiesu bħala avveniment <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0087" REF.END="QE0087"/>imprevedibbli <HT TYPE="ITALIC">jew</HT> inevitabbli<QUOT.END REF.START="QS0087" CODE="201D" ID="QE0087"/> fis-sens tat-tieni parti tat-tielet inċiż tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 90/314.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Fid-dawl tar-risposta li nipproponi li tingħata għall-punt (a) tal-ewwel domanda, ma hemmx lok li tingħata risposta għad-domanda dwar il-kriterji ta’ evalwazzjoni tan-natura imprevedibbli jew inevitabbli tal-avveniment imsemmi fit-tieni parti tat-tielet inċiż tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 90/314.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej għad-domandi preliminari magħmula mis-Supreme Court of the United Kingdom (il-Qorti Suprema tar-Renju Unit):</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Impjegat ta’ fornitur ta’ servizzi fil-kuntest ta’ kuntratt relatat ma’ pakkett tal-ivvjaġġar ma jistax jitqies huwa stess bħala fornitur ta’ servizzi għall-finijiet tal-applikazzjoni tat-tieni parti tat-tielet inċiż tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE tat‑<DATE ISO="19900613">13 ta’ Ġunju 1990</DATE> dwar il-vjaġġi kollox kompriż (package travel), il-vaganzi kollox kompriż u t-tours kollox kompriż.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-organizzatur għandu jkun responsabbli għall-atti u l-ommissjonijiet ta’ impjegat ta’ fornitur ta’ servizzi fl-eżekuzzjoni tal-obbligi kuntrattwali li huma speċifikati fil-kuntratt, kif iddefinit fil-punt 5 tal-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, kif ukoll għall-atti u l-ommissjonijiet ta’ dan l-impjegat fl-eżekuzzjoni tal-obbligi li huma kkunsidrati bħala anċillari għas-servizzi msemmija fil-punt 1 (b) tal-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva. Konsegwentement, ir-raġuni għal eżenzjoni mir-responsabbiltà prevista fit-tieni parti tat-tielet inċiż tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 90/314 fir-rigward ta’ organizzatur ta’ vjaġġi kollox kompriż ma tistax tiġi applikata meta n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew l-eżekuzzjoni inkorretta tal-kuntratt li dan l-organizzatur ikkonkluda ma’ konsumatur jirriżulta mill-atti ta’ impjegat ta’ fornitur ta’ servizzi li jeżegwixxi dan il-kuntratt.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>