|
12.6.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 154/25 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 12/2008
ta' l-1 ta' Frar 2008
li temenda l-Anness XIII (It-trasport) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness XIII tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 167/2007 tas-7 ta' Diċembru 2007 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 2320/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2002 li jistabbilixxi regoli komuni fil-qasam tas-sigurtà ta' l-avjazzjoni ċivili (2) ġie inkorporat fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 61/2004 tas-26 ta' April 2004 (3) b'adattamenti speċifiċi għal kull pajjiż. |
|
(3) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 915/2007 tat-31 ta' Lulju 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 622/2003 li jistabbilixxi miżuri għall-implimentazzjoni ta' standards bażiċi komuni dwar is-sigurtà fl-avjazzjoni (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim, |
IDDEĊIDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 66i (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2003) fl-Anness XIII għall-Ftehim:
|
“— |
32007 R 0915: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 915/2007 tat-31 ta' Lulju 2007 (ĠU L 200, 1.8.2007, p. 3). |
Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattazzjoni li ġejja:
Sakemm tiġi adottata deċiżjoni formali li temenda id-Dokument Mehmuż Nru 3 għall-Anness ta' Regolament (KE) Nru 622/2003 mill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE skond il-proċeduri stipulati fil-Ftehim, l-Istati ta' l-EFTA għandhom, fl-istess ħin ma' l-Istati Membri tal-KE, jieħdu miżuri li jikkorispondu għal dawk meħudin ma' dawn ta' l-aħħar fuq il-bażi ta' tad-Dokument Mehmuż Nru 3 kif aġġornat. Fil-każ li dawn il-miżuri jqajmu tħassib serju għal Stat ta' l-EFTA jew aktar, l-Istat(i) ta' l-EFTA kkonċernat(i) għandhom immedjatament jirreferu l-kwistjoni lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE.”
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 915/2007 fil-lingwa Iżlandiża u dik Norveġiża, li se jiġu pubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta' Frar 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 1 ta' Frar 2008.
Għall-Kumitat Konġunt ŻEE
Il-President
Alan SEATTER
(1) ĠU L 124, 8.5.2008, p. 34.
(2) ĠU L 355, 30.12.2002, p. 1.
(3) ĠU L 277, 26.8.2004, p. 175.
(*1) L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.