European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/4494

11.7.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11538 — CEZ / BCI / CZECH GAS NETWORKS JV)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/4494)

1.   

Fl-4 ta’ Lulju 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

ČEZ, a.s. (“ČEZ”, iċ-Ċekja) ikkontrollata mill-Istat Ċek permezz tal-Ministeru għall-Finanzi,

—

Varese IRR LP (“Varese”, il-Kanada), ikkontrollata minn British Columbia Investment Management Corporation (“BCI”, il-Kanada),

—

Czech Gas Networks S.à r.l. (“CGNS”, il-Lussemburgu), li bħalissa hija fl-aħħar mill-aħaar ikkontrollata minn Macquarie Group Limited (l-Awstralja) u BCI.

ČEZ u Varese se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ CGNS.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

ČEZ hija attiva fil-produzzjoni, id-distribuzzjoni, il-kummerċ, u l-bejgħ tal-elettriku u tat-tisħin, u l-kummerċ u l-provvista tal-gass naturali, l-estrazzjoni tal-faħam, it-tħaddim ta’ kmamar tal-bojlers tal-gass, it-telekomunikazzjonijiet, l-informatika, ir-riċerka nukleari, l-ippjanar, il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni tal-faċilitajiet tal-enerġija, l-estrazzjoni tal-materja prima, u l-ipproċessar ta’ prodotti sekondarji tal-enerġija,

—

Varese hija soċjetà limitata li l-investimenti tagħha huma primarjament relatati mas-setturi tal-infrastruttura, tal-injam u tal-agrikoltura. Varese hija fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollat minn BCI, aġent tal-Gvern tal-British Columbia, il-Kanada, li jinvesti f’introjtu fiss, ekwitajiet pubbliċi, ekwità privata, infrastruttura, riżorsi rinnovabbli, proprjetà immobbli, u ipoteki kummerċjali,

—

CGNS hija kumpanija azzjonarja ta’ GasNet, s.r.o. (iċ-Ċekja). GasNet, Operatur tas-Sistema tad-Distributur fiċ-Ċekja, jippossjedi, jopera, u jieħu ħsieb network ta’ pipelines użati għad-distribuzzjoni tal-gass naturali fiċ-Ċekja.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

L-osservazzjonijiet iridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11538 — CEZ / BCI / CZECH GAS NETWORKS JV

L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/4494/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)