|
3.7.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 173/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-8 ta' April 2008
li temenda d-Deċiżjoni 2001/781/KE li tadotta manwal ta' l-aġenziji li jirċievu u glossarju tad-dokumenti li jistgħu jiġu notifikati jew ikkomunikati permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali
(notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1259)
(2008/541/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (1) u partikolarment il-punt (a) ta' l-Artikolu 17 tiegħu,
Wara li ġie kkonsultat il-kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1348/2000,
Billi:
|
(1) |
Sabiex ikun implimentat ir-Regolament (KE) Nru 1348/2000 kien meħtieġ li jkun imħejji u ppublikat manwal li jkun fih informazzjoni dwar l-aġenziji li jirċievu magħżulin skond l-Artikolu 2 ta' dak ir-Regolament. Dak il-manwal jinsab fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/781/KE tal-25 ta' Settembru 2001 li tadotta manwal ta' l-aġenziji li jirċievu u glossarju tad-dokumenti li jistgħu jiġu notifikati jew ikkomunikati permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1348/2000 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (2). |
|
(2) |
Wara modifika ta' l-informazzjoni kkomunikata lill-Kummissjoni minn Franza skond l-Artikolu 2(4) tar-Regolament (KE) Nru 1348/2000, huwa neċessarju li jiġi emendat il-manwal. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2001/781/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif xieraq, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu Uniku
Il-manwal bl-informazzjoni dwar l-aġenziji li jirċievu fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2001/781/KE huwa emendat skond l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, 8 ta’ April 2008.
Għall-Kummissjoni
Jacques BARROT
Viċi President
(1) ĠU L 160, 30.6.2000, p. 37.
(2) ĠU L 298, 15.11.2001, p. 1. Id-Deċiżjoni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2007/500/KE (ĠU L 185, 17.7.2007, p. 24).
ANNESS
Fil-manwal li fih l-informazzjoni marbuta ma' l-aġenziji li jirċievu għandhom jiżdiedu s-sezzjonijiet li ġejjin wara s-sezzjoni dwar ir-Renju Unit:
“IR-REPUBBLIKA ĊEKA
|
I. |
Aġenziji li jirċievu: Il-Qrati Distrettwali Id-dettalji dwar il-mod kif isir il-kuntatt jinsabu fil-manwal ta' aġenziji li jirċievu, aċċessibbli fuq il-websajt ta' l-Atlas Ġudizzjarju Ewropew fi Kwistjonijiet Ċivili: http://ec.europa.eu/justice_home/judicialatlascivil/ |
|
II. |
Mezzi ta' riċezzjoni disponibbli:
|
|
III. |
Il-formola tista' timtela biċ-Ċek, bis-Slovakk, bl-Ingliż jew bil-Ġermaniż. |
ID-DANIMARKA
|
I. |
Il-Ministeru tal-Ġustizzja huwa l-aġenzija li tirċievi.
Il-Ministeru tal-Ġustizzja huwa l-aġenzija li tirċievi għall-pajjiż kollu. |
|
II. |
Id-dokumenti jistgħu jintbagħtu bil-posta, bil-faks jew bl-email, sakemm id-dokument li jasal jirriproduċi bis-sħiħ id-dokument ikkomunikat u d-dettalji kollha tad-dokument ikunu jistgħu jinqraw bla diffikultà. |
|
III. |
Id-Danimarka taċċetta li l-formola annessa mar-Regolament tista' timtela bid-Daniż, bl-Ingliż jew bil-Franċiż. |
L-ESTONJA
|
I. |
Aġenziji li jirċievu: L-aġenzija li tibgħat u li tirċievi dokumenti ġudizzjarji hija l-Ministeru tal-Ġustizzja.
|
|
II. |
Jistgħu jintużaw dawn il-mezzi ta' komunikazzjoni:
|
|
III. |
Barra mill-Estonu, wieħed jista' juża wkoll l-Ingliż. |
ĊIPRU
|
I. |
Aġenziji li jirċievu: Il-Ministeru tal-Ġustizzja u l-Ordni Pubbliku
|
|
II. |
Mezzi li bihom jiġu rċevuti d-dokumenti: Posta, faks u email |
|
III. |
Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard: Il-Grieg u l-Ingliż |
IL-LATVJA
|
I. |
Aġenziji li jirċievu:
Il-Ministeru tal-Ġustizzja huwa l-aġenzija li tirċievi għall-pajjiż kollu. |
|
II. |
Mezzi li bihom jiġu rċevuti d-dokumenti: Id-dokumenti jistgħu jiġu rċevuti bil-posta, fil-feks jew bl-email. Talba għall-kunsinna ta' dokumenti u ċ-ċertifikazzjoni tas-servizz tista' tiġi rċevuta bil-faks jew bl-email jekk tintbagħat ukoll bil-posta. |
|
III. |
Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard: Barra mil-Latvjan, il-Latvja taċċetta formoli standards mimlija bl-Ingliż. |
IL-LITWANJA
|
I. |
Aġenziji li jirċievu: L-aġenziji li jirċievu huma l-qrati ta' prim istanza. Id-dettalji dwar il-mod kif isir il-kuntatt jinsabu fil-manwal ta' aġenziji li jirċievu, aċċessibbli fuq il-websajt ta' l-Atlas Ġudizzjarju Ewropew fi Kwistjonijiet Ċivili: http://ec.europa.eu/justice_home/judicialatlascivil/ |
|
II. |
Mezzi li bihom jiġu rċevuti d-dokumenti: Is-servizz ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji hija aċċettata permezz tal-posta u l-faks. |
|
III. |
Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard (ara l-Artikolu 4) Minbarra l-Litwan, il-Litwanja taċċetta forom ta' rikjesta standard li jkunu mtlew bil-Franċiż jew bl-Ingliż. |
L-UNGERIJA
|
I. |
Aġenziji li jirċievu: Skond l-Art. 2(3) għal perjodu ta' ħames snin il-Ministeru tal-Ġustizzja huwa maħtur bħala l-aġenzija li tirċievi. It-talbiet kollha għandhom jintbagħtu lil: Ministry of Justice. Id-Dipartiment tal-Liġi Internazzjonali Privata.
|
|
II. |
Mezzi li bihom jiġu rċevuti d-dokumenti: Posta, faks, e-mail |
|
III. |
Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard (ara l-Artikolu 4) L-Ungeriż, il-Ġermaniż, l-Ingliż, il-Franċiż. |
MALTA
|
I. |
Aġenziji li jirċievu:
|
|
II. |
Mezzi li bihom jiġu rċevuti d-dokumenti: Id-dokumenti oriġinali jridu jintbagħtu bil-posta. Id-dokumenti jistgħu jintbagħtu bil-faks/bl-email. |
|
III. |
Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard: L-Ingliż |
IL-POLONJA
|
I. |
L-aġenziji li jirċievu huma l-Qrati Distrettwali - Sądy Rejonowe Id-dettalji dwar il-mod kif isir il-kuntatt jinsabu fil-manwal ta' aġenziji li jirċievu, aċċessibbli fuq il-websajt ta' l-Atlas Ġudizzjarju Ewropew fi Kwistjonijiet Ċivili: http://ec.europa.eu/justice_home/judicialatlascivil/ |
|
II. |
Id-dokumenti jistgħu jintbagħtu biss bil-posta |
|
III. |
Il-formola tista' timtela bil-Pollakk, bl-Ingliż jew bil-Ġermaniż |
IR-RUMANIJA
|
I. |
L-aġenzija Rumena li tirċievi talbiet għas-servizz ta' dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjali minn Stati Membri ta' l-Unjoni Ewropea hija l-qorti fid-distrett fejn ikun residenti l-indirizzat jew fejn ikun lokalizzat l-istabbiliment professjonali. Id-dettalji dwar il-mod kif isir il-kuntatt jinsabu fil-manwal ta' aġenziji li jirċievu, aċċessibbli fuq il-websajt ta' l-Atlas Ġudizzjarju Ewropew fi Kwistjonijiet Ċivili: http://ec.europa.eu/justice_home/judicialatlascivil/ |
|
II. |
Barra minn formoli mimlija bir-Rumen, ir-Rumanija taċċetta wkoll formoli ta' applikazzjoni standards mimlija bl-Ingliż u l-Franċiż. |
IS-SLOVENJA
|
I. |
Aġenziji li jirċievu: Il-Qrati Distrettwali Id-dettalji dwar il-mod kif isir il-kuntatt jinsabu fil-manwal ta' aġenziji li jirċievu, aċċessibbli fuq il-websajt ta' l-Atlas Ġudizzjarju Ewropew fi Kwistjonijiet Ċivili: http://ec.europa.eu/justice_home/judicialatlascivil/ |
|
II. |
Id-dokumenti jistgħu jintbagħtu biss bil-posta |
|
III. |
Il-formola tista' timtela bis-Sloven jew bl-Ingliż |
IS-SLOVAKKJA
|
I. |
L-aġenziji li jirċievu huma l-Qrati Distrettwali (‘Okresný súd’) li għandhom ġuriżdizzjoni territorjali skond l-Atlas Ġudizzjarju Ewropew fi Kwistjonijiet Ċivili. Id-dettalji dwar il-mod kif isir il-kuntatt jinsabu fil-manwal ta' aġenziji li jirċievu, aċċessibbli fuq il-websajt ta' l-Atlas Ġudizzjarju Ewropew fi Kwistjonijiet Ċivili: http://ec.europa.eu/justice_home/judicialatlascivil/ |
|
II. |
Lingwi li jistgħu jintużaw għall-mili tal-formola standard (ara l-Artikolu 4) Il-lingwa Slovakka.” |