Official Journal L 286 , 29/10/1980 P. 0044 - 0044
Finnish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0003
Greek special edition: Chapter 02 Volume 10 P. 0098
Swedish special edition: Chapter 2 Volume 3 P. 0003
Spanish special edition: Chapter 02 Volume 7 P. 0069
Portuguese special edition Chapter 02 Volume 7 P. 0069
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2742/80 tas-27 ta' Ottubru 1980 dwar l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill għal Kooperazzjoni bejn il-KEE u l-Libanu Nru 3/80 li jemenda il-Protokoll dwar it-tifsira tal-kunċett ta' prodotti li joriġinaw u metodi ta' kooperazzjoni amministrattivi għall-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Libaniża IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 113 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, Billi l-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika Libaniża [1] ġie ffirmat fit-3 ta' Mejju 1977 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Novembru 1978; Billi skond l-Artikolu 25 tal-Protokoll dwar it-tifsira tad-definizzjoni ta' prodotti li joriġinaw u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, il-Kunsill ta' Kooperazzjoni bejn il-KEE u l-Libanu adotta id-Deċiżjoni Nru 3/80 li jemenda il-Protokoll f'dak illi jirrigwarda regoli ta' oriġini; Billi dik id-Deċiżjoni għandha ssir operattiva fil-Komunità, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Id-Deċiżjoni Nru 3/80 tal-Kunsill ta' Kooperazzjoni bejn il-KEE u l-Libanu għandha tkun applikabbli fil-Komunità. It-test tad-Deċiżjoni għandu jiġi anness ma' dan ir-Regolament. L-Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Għandu japplika mill-1 ta' Novembru 1980. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fil-Lussemburgu, fis-27 ta' Ottubru 1980. Għall-Kunsill Il-President J. Santer [1] ĠU L 267, tas-27.9.1978, p. 2. --------------------------------------------------