<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-334/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0334</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:1007">EU:C:2017:1007</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">sentenza tal-<DATE ISO="20171220">20.12.2017</DATE> – kawża C-334/16</HT></P><P><HT TYPE="SC">Núñez Torreiro</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Is-Sitt Awla)</P><P><DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”)" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2009/103/KE</KEYWORD><KEYWORD>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>użu ta’ vetturi<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi s-sewqan ta’ vetturi bil-mutur f’toroq u f’terreni li ma humiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>adattati għall-użu ta’ vetturi bil-mutur<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li, minkejja li ma humiex adattati, madankollu <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>jintużaw ta’ spiss<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="2019" ID="QE0003"/></KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-334/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Audiencia Provincial de Albacete (il-Qorti Provinċjali ta’ Albacete, Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20160523">23 ta’ Mejju 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20160615">15 ta’ Ġunju 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">José Luis Núñez Torreiro</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">AIG Europe Limited, Sucursal en España</HT>, preċedentement Chartis Europe Limited, Sucursal en España,</P><P><HT TYPE="BOLD">Unión Española de Entidades Aseguradoras y Reaseguradoras (Unespa),</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),</P><P>komposta minn C. G. Fernlund, President tal-Awla, A. Arabadjiev (Relatur) u E. Regan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: Y. Bot,</P><P>Reġistratur: L. Carrasco Marco, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20170405">5 ta’ April 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għal AIG Europe Limited, Sucursal en España u Unión Española de Entidades Aseguradoras y Reaseguradoras (Unespa), minn J. Marín López, abogado,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Spanjol, minn V. Ester Casas, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u J. Mentgen, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Irlanda, minn A. Joyce, kif ukoll minn L. Williams u G. Hodge, bħala aġenti, assistiti minn G. Gilmore, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, minn J. Kraehling, bħala aġent, assistita minn A. Bates, barrister,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn J. Rius u K.-P. Wojcik, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20170614">14 ta’ Ġunju 2017</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 3 u 5 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE> dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="263" PAGE.FIRST="11" DATE.PUB="2009">ĠU 2009 L 263, p. 11</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn José Luis Núñez Torreiro u AIG Europe Limited, Sucursal en España, preċedentement Chartis Europe Limited, Sucursal en España (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>AIG<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) u l-Unión Española de Entidades Aseguradoras y Reaseguradoras (Unespa) (l-Assoċjazzjoni Spanjola tal-Kumpanniji tal-Assigurazzjoni) dwar il-ħlas ta’ kumpens skont assigurazzjoni obbligatorja għar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>assigurazzjoni obbligatorja<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) wara inċident li seħħ f’terren ta’ prattika militari.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 1, 2 u 20 tad-Direttiva 2009/103 jipprovdu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>(1)</NO.P><TXT>Id-Direttiva [tal-Kunsill 72/166/KEE tal-<DATE ISO="19720424">24 ta’ April 1972</DATE> dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 10)], it-tieni [Direttiva tal-Kunsill 84/5/KEE tat-<DATE ISO="19831230">30 ta’ Diċembru 1983</DATE> dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 3), it-tielet [Direttiva tal-Kunsill 90/232/KEE tal-<DATE ISO="19900514">14 ta’ Mejju 1990</DATE> dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mal-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 249) u d-Direttiva [2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Mejju, 2000 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (ir-raba’ Direttiva dwar l-assigurazzjoni għall-vetturi) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 331) ġew emendati kemm-il darba […] b’mod sostanzjali. Fl-interess taċ-ċarezza u tar-razzjonalità, dawn l-erba’ Direttivi għandhom jiġu kodifikati kif ukoll id-[Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2005/14/KE tal-<DATE ISO="20050511">11 ta’ Mejju 2005</DATE> li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 72/166/KEE, 84/5/KEE, 88/357/KEE, 90/232/KEE u d-Direttiva 2000/26/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward l-assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="149" PAGE.FIRST="14" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 149, p. 14</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP></CONSID><?PAGE NO="3"?><CONSID><NP><NO.P>(2)</NO.P><TXT>Assigurazzjoni kontra r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur […] hi ta’ importanza speċjali għaċ-ċittadini Ewropej, kemm għal dawk li għandhom polza ta’ assigurazzjoni kif ukoll għall-vittmi ta’ inċident. Għandha wkoll importanza ewlenija għal impriżi ta’ assigurazzjoni billi tikkostitwixxi parti importanti tan-negozju tal-assigurazzjoni li ma tirrigwardax il-ħajja, konklużi fil-Komunità. Assigurazzjoni ta’ vetturi b’mutur għandha wkoll impatt fuq il-moviment ħieles ta’ persuni u vetturi. Għaldaqstant l-iżvilupp u l-konsolidament tas-suq intern fir-rigward tal-assigurazzjoni ta’ vetturi bil-mutur fil-qasam tas-servizzi finanzjarji tal-Komunità għandu jkun għan ewlieni [tal-azzjoni tal-Unjoni].</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(20)</NO.P><TXT>Il-vittmi tal-inċidenti bil-vetturi tal-mutur għandhom ikunu ggarantiti trattament komparabbli irrispettivament ta’ fejn [fl-Unjoni] jseħħu l-inċidenti.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 ta’ din id-direttiva:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>(1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>vettura<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> tfisser kull vettura bil-mutur intiża għal vjaġġi fuq l-art u mmexxija minn qawwa mekkanika, imma li ma timxix fuq il-linji, u kull karru, kemm jekk agganċjat u kemm jekk le;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>Kull Stat Membru għandu, soġġett għall-Artikolu 5, jieħu l-miżuri kollha xierqa biex jassigura li r-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi normalment ibbażati fit-territorju tiegħu tkun koperta minn assigurazzjoni.</ALINEA><ALINEA>Il-ħsara koperta u t-termini u l-kondizzjonijiet tal-kopertura għandhom ikunu determinati fuq il-bażi tal-miżuri msemmijin fl-ewwel paragrafu.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>L-assigurazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu għandha tkopri b’mod obbligatorju kemm il-ħsara lill-proprjetà kif ukoll id-danni personali.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 ta’ din l-istess direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Stat Membru jista’ jaġixxi b’deroga tal-Artikolu 3 fir-rigward ta’ ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, pubbliċi jew privati; il-lista ta’ dawn il-persuni għandha titfassal mill-Istat konċernat u tiġi komunikata lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Stat Membru jista’ jaġixxi b’deroga tal-Artikolu 3 fir-rigward ta’ ċerti tipi ta’ vetturi jew ċerti vetturi li jkollhom pjanċa speċjali; il-lista tagħhom għandha titfassal mill-Istat ikkonċernat u tiġi komunikata lill Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 29 tad-Direttiva 2009/103 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Id-Direttivi [72/166], [84/5], [90/232], [2000/26] u [2005/14] […] huma mħassrin […].</ALINEA><?PAGE NO="4"?><ALINEA>Referenzi għad-Direttiva mħassra għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Direttiva u għandhom jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness II.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Spanjol</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 1 tal-Ley sobre responsabilidad civil y seguro en la circulación de vehículos a motor (il-Liġi dwar ir-Responsabbiltà Ċivili u l-Assigurazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur), ikkodifikata permezz tar-Real Decreto Legislativo 8/2004 (id-Digriet-Liġi Irjali Nru 8/2004) tad-<DATE ISO="20041029">29 ta’ Ottubru 2004</DATE> (BOE Nru 267, tal-<DATE ISO="20041105">5 ta’ Novembru 2004</DATE>, p. 3662) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Liġi dwar ir-Responsabbiltà Ċivili u l-Assigurazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>), tipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="001.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Is-sewwieq ta’ vetturi bil-mutur huwa responsabbli, minħabba r-riskju involut fis-sewqan ta’ tali vetturi, għad-dannu kkawżat lil persuni jew lil beni bl-użu tagħhom.</ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="001.006"><NO.PARAG>6.</NO.PARAG><ALINEA>Il-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>vetturi bil-mutur<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>fatt marbut mal-użu ta’ vettura<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> għall-finijiet ta’ din il-liġi huma ddefiniti permezz ta’ regolamenti. Fi kwalunkwe każ, ma għandhomx jitqiesu bħala fatti marbuta mal-użu ta’ vettura l-fatti li jirriżultaw mill-użu ta’ vettura bil-mutur għall-finijiet ta’ twettiq ta’ ksur intenzjonat kontra persuni u beni.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) tal-Liġi dwar ir-Responsabbiltà Ċivili u l-Assigurazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>L-assiguratur, fil-kuntest tal-assigurazzjoni obbligatorja u taħt l-iskema tagħha, għandu jħallas lill-vittma d-danni subiti mill-persuna tagħha u mill-beni tagħha, kif ukoll l-ispejjeż u danni oħra li għalihom għandha dritt skont id-dritt applikabbli. Huwa eżentat minn dan l-obbligu biss jekk jipproduċi prova li l-fatt ma jagħtix lok għal responsabbiltà ċivili skont l-Artikolu 1 ta’ din il-liġi.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tar-Real Decreto 1507/2008 por el que se aprueba el reglamento del seguro obligatorio de responsabilidad civil en la circulación de vehículos a motor (id-Digriet Irjali 1507/2008 dwar l-Assigurazzjoni Obbligatorja għar-Responsabbiltà Ċivili għall-Użu tal-Vetturi bil-Mutur), tat-<DATE ISO="20080912">12 ta’ Settembru 2008</DATE> (BOE Nru 222, tat-<DATE ISO="20080913">13 ta’ Settembru 2008</DATE>, p. 37487) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>Regolament dwar l-Assigurazzjoni Obbligatorja<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>), huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Għall-finijiet tar-responsabbiltà ċivili marbuta mal-użu ta’ vetturi bil-mutur u tal-kopertura tal-assigurazzjoni obbligatorja rregolata minn dan ir-regolament, jitqiesu bħala fatti marbuta mal-użu ta’ vettura l-fatti li jirriżultaw mir-riskju involut fis-sewqan tal-vetturi bil-mutur imsemmija fl-artikolu preċedenti, kemm fil-garaxxijiet u parkeġġi kif ukoll f’toroq u f’terreni pubbliċi u privati adattati għat-traffiku, urbani u interurbani, kif ukoll f’toroq u f’terreni li, mingħajr ma huma adattati għal dan il-għan, jintużaw ta’ spiss.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, J. L. Núñez Torreiro, uffiċjal tal-armata Spanjola, ipparteċipa f’eżerċizzji militari bil-lejl fuq terren ta’ prattika militari f’Chinchilla, (Spanja), meta l-vettura bir-roti off-road militari <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>Aníbal<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>vettura inkwistjoni<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>), assigurata minn AIG abbażi ta’ assigurazzjoni obbligatorja, li fiha huwa kien passiġġier, inqalbet, u kkawżatlu diversi ġrieħi. Din il-vettura ma kinitx qiegħda tinsaq f’żona għall-vetturi bir-roti, iżda f’żona għall-vetturi bil-katina.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Abbażi tal-Artikolu 7 tal-Liġi dwar ir-Responsabbiltà Ċivili u l-Assigurazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur, J. L. Núñez Torreiro talab lil AIG tikkumpensah is-somma ta’ EUR 15 300.56 bħala dannu li huwa kien ġarrab minħabba dan l-inċident.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>AIG, filwaqt li bbażat ruħha fuq l-Artikolu 1(6) tal-Liġi dwar ir-Responsabbiltà Ċivili u l-Assigurazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur, moqri flimkien mal-Artikolu 2 tar-Regolament dwar l-Assigurazzjoni Obbligatorja, irrifjutat li tħallsu din is-somma, abbażi tal-fatt li l-inċident ma kienx jirriżulta minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>att marbut mal-użu ta’ vettura<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>, peress li kien seħħ waqt li l-vettura inkwistjoni kienet qiegħda tintuża fuq terren ta’ prattika militari, li l-aċċess għalih għal kull tip ta’ vetturi mhux militari kien limitat. Fil-fatt, din il-kumpannija tal-assigurazzjoni qieset li dan it-terren ma kienx <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>adattat għall-użu ta’ vetturi bil-mutur<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> u, barra minn hekk, ma kienx <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>jintuża ta’ spiss<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fis-sens tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>J. L. Núñez Torreiro ppreżenta rikors kontra AIG quddiem il-Juzgado de Primera Instancia n. 1 de Albacete (il-Qorti tal-Ewwel Istanza Nru 1 ta’ Albacete, Spanja). Permezz ta’ sentenza tat-<DATE ISO="20151103">3 ta’ Novembru 2015</DATE>, dan ċaħad ir-rikors tal-persuna kkonċernata peress li l-grieħi ta’ dan tal-aħħar ma kinux jirriżultaw minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>att marbut mal-użu ta’ vettura<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, peress li l-vettura li kien jinsab fiha kienet qiegħda tinsaq fuq terren li la kien adattat għall-użu ta’ vetturi tal-mutur u lanqas kien jintuża ta’ spiss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>J. L. Núñez Torreiro appella minn din is-sentenza quddiem il-qorti tar-rinviju, l-Audiencia Provincial de Albacete (il-Qorti Provinċjali ta’ Albacete, Spanja), billi sostna li l-Artikolu 1(6) tal-Liġi dwar ir-Responsabbiltà Ċivili u l-Assigurazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur, moqri flimkien mal-Artikolu 2 tar-Regolament dwar l-Assigurazzjoni Obbligatorja, kellu jiġi interpretat b’mod restrittiv, konformement mas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vnuk</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-162/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2146">EU:C:2014:2146</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li r-responsabbiltà tal-assiguratur ma tistax tiġi eskluża jekk l-użu tal-vettura jkun konformi mal-funzjoni normali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-kompatibbiltà tal-Artikolu 1(6) u tal-Artikolu 7(1) tal-Liġi dwar ir-Responsabbiltà Ċivili u l-Assigurazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur, moqrija flimkien mal-Artikolu 2 tar-Regolament dwar l-Assigurazzjoni Obbligatorja u mal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103, peress li dawn id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali għandhom bħala effett li, f’ċerti numru ta’ sitwazzjonijiet, bħal dawk li huma s-suġġett tal-kawża quddiemha, ir-responsabbiltà marbuta mal-użu ta’ vetturi bil-mutur ma tistax tkun obbligatorjament koperta b’assigurazzjoni. Il-qorti tar-rinviju tqis li l-uniċi eċċezzjonijiet għal dan l-obbligu huma dawk stabbiliti fl-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva. Barra minn hekk, din il-qorti tirrileva li, fis-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vnuk</NAME.CASE> (<NO.CASE>C-162/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2146">EU:C:2014:2146</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet, b’mod partikolari, li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>użu ta’ vetturi<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> ma għandux jitħalla għall-evalwazzjoni ta’ kull Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, minn dan isegwi li l-Istati Membri ma jistgħux jipprevedu derogi mill-obbligu ta’ assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur jew mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>użu ta’ vetturi<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> ħlief fil-kuntest tal-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/103 jew fejn l-użu tal-vettura kkonċernata ma jkunx konsistenti mal-funzjoni normali tal-vettura. Għaldaqstant, l-eċċezzjonijiet għall-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>att marbut mal-użu ta’ vettura<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> li jirriżultaw mir-restrizzjoni, skont l-Artikolu 2(1), ta’ tali użu għall-użu li jseħħ fuq terren <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>adattat għall-użu ta’ vetturi bil-mutur<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> jew li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>mingħajr ma [ġie adattat] għal dan il-għan, [jintuża] ta’ spiss<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni. Dan jgħodd ukoll għall-Artikolu 2(2) u (3) ta’ dan ir-regolament, li jipprevedi eċċezzjoni għall-obbligu ta’ assigurazzjoni tar-responsabbiltà ċivili li tirriżulta mill-użu ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tal-użu tagħhom f’avvenimenti sportivi, f’portijiet u f’ajruporti, kif ukoll bħala vetturi bil-mutur użati għal attivitajiet industrijali jew agrikoli jew sabiex jitwettqu reati intenzjonati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Audiencia Provincial de Albacete (il-Qorti Provinċjali ta’ Albacete) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>1)</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>użu ta’ vetturi<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="2019" ID="QE0031"/> – jew [fil-leġiżlazzjoni Spanjola] <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>hecho de la circulación<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="2019" ID="QE0032"/> – bħala riskju tal-assigurazzjoni għar-responsabbiltà ċivili għall-użu ta’ vetturi bil-mutur, li tagħmel riferiment għalih il-leġiżlazzjoni Komunitarja (fost l-oħrajn, id-Direttiva 2009/103 […] fl-Artikolu 3 tagħha), jista’ jiġi ddeterminat mil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ Stat Membru b’mod differenti minn kif inhuwa ddeterminat fil-leġiżlazzjoni Komunitarja?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fil-każ ta’ risposta affermattiva, l-imsemmi kunċett jista’ jeskludi (minbarra ċerti persuni speċifiċi u ċerti reġistrazzjonijiet jew tipi ta’ vetturi, kif indikat fl-Artikolu 5(1) u (2) tal-imsemmija direttiva) ċirkustanzi ta’ użu skont il-post fejn tintuża l-vettura, bħal ma huma toroq jew terreni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>mhux adattati<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> għall-użu ta’ vetturi?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Bl-istess mod, jistgħu jiġu esklużi bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>hecho de la circulación<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> attivitajiet speċifiċi tal-vettura marbutin mal-iskop tagħha (bħal ma jista’ jkun l-użu sportiv, industrijali jew agrikolu tagħha) jew mal-intenzjoni tas-sewwieq (bħal ma jista’ jkun it-twettiq ta’ delitt intenzjonali permezz tal-vettura)?<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq id-domandi preliminari</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel u t-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel u tat-tieni domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti li jiġu esklużi mill-kopertura tal-assigurazzjoni obbligatorja d-danni mġarrba waqt l-użu ta’ vetturi bil-mutur f’toroq u f’terreni li ma humiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>adattati għall-użu ta’ vetturi bil-mutur<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li, minkejja li ma humiex adattati għal dan il-għan, madankollu jintużaw ta’ spiss.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Dawn id-domandi huma bbażati, fil-każ inkwistjoni, fuq il-premessa li, skont il-leġiżlazzjoni Spanjola, jistgħu jiġu esklużi mill-kopertura tal-assigurazzjoni obbligatorja, danni li jirriżultaw mill-użu ta’ vettura bil-mutur fuq terren ta’ prattika militari, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, peress li dan jikkostitwixxi terren inadattat għall-użu ta’ vetturi bil-mutur li, barra minn hekk, ma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>jintużax ta’ spiss<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> fis-sens tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament dwar l-Assigurazzjoni Obbligatorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103 jipprevedi li kull Stat Membru għandu, bla ħsara għall-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex jiżgura li r responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi normalment ibbażati fit-territorju tiegħu tkun koperta minn assigurazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li vettura bir-roti off-road militari tat-tip <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>Aníbal<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, taqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>vettura<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> imsemmi fl-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2009/103, peress li tikkostitwixxi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>vettura bil-mutur intiża għal vjaġġi fuq l-art u mmexxija minn qawwa mekkanika, imma li ma timxix fuq il-linji<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>. Barra minn hekk, huwa paċifiku li din il-vettura normalment hija bbażata fit-territorju ta’ Stat Membru u ma hija affettwata b’ebda deroga adottata skont l-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta utli għad-domandi magħmula, hemm lok li jiġi ddeterminat jekk ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali jaqgħux taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>użu ta’ vetturi bil-mutur<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar, għal dan il-għan, li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dan il-kunċett stess, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 72/166 (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>Ewwel Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>) li l-kontenut tiegħu essenzjalment jikkorrispondi għal dak tal-ewwel u tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103, ma jistax jitħalla għall-evalwazzjoni ta’ kull Stat Membru, iżda jikkostitwixxi kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni, li skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, għandu jiġi interpretat, fid-dawl, b’mod partikolari, tal-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni u tal-għanijiet previsti mil-leġiżlazzjoni li jagħmel parti minnha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vnuk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-162/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2146">EU:C:2014:2146</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171128">28 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rodrigues de Andrade</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-514/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:908">EU:C:2017:908</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif tindika l-premessa 1 tad-Direttiva 2009/103, din tikkodifika l-Ewwel Direttiva, it-Tieni Direttiva 84/5, it-Tielet Direttiva 90/232, id-Direttiva 2000/26 u d-Direttiva 2005/14. Dawn id-direttivi ddefinixxew, progressivament, l-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-assigurazzjoni obbligatorja. Minn naħa, huma kienu intiżi li jiżguraw il-moviment liberu kemm tal-vetturi normalment ibbażati fit-territorju tal-Unjoni kif ukoll ta’ persuni li jivvjaġġaw f’tali vetturi, u min-naħa l-oħra, li jiggarantixxu li l-vittmi tal-inċidenti kkawżati minn dawn il-vetturi jibbenefikaw minn trattament komparabbli, indipendentement mill-post tat-territorju tal-Unjoni jew mill-post fejn seħħ l-inċident (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20121023">23 ta’ Ottubru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Marques Almeida</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-300/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:656">EU:C:2012:656</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vnuk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-162/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2146">EU:C:2014:2146</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171128">28 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rodrigues de Andrade</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:908">EU:C:2017:908</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Mill-premessi 2 u 20 tad-Direttiva 2009/103 jirriżulta essenzjalment li din tippersegwi l-istess għanijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-evoluzzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-assigurazzjoni obbligatorja jirriżulta li l-għan ta’ protezzjoni tal-vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn vetturi kien kontinwament persegwit u msaħħaħ mil-leġiżlatur tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vnuk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-162/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2146">EU:C:2014:2146</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171128">28 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rodrigues de Andrade</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-514/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:908">EU:C:2017:908</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>użu ta’ vetturi tal-mutur<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> li jinsab f’tali direttiva, ma huwiex limitat għal sitwazzjonijiet ta’ użu ta’ vetturi bil-mutur fit-toroq, jiġifieri f’toroq pubbliċi, iżda dan il-kunċett ikopri kull użu ta’ vettura li huwa konformi mal-funzjoni normali ta’ din tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140904">4 ta’ Settembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Vnuk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-162/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2146">EU:C:2014:2146</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171128">28 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rodrigues de Andrade</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:908">EU:C:2017:908</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0034">34</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja speċifikat li, sa fejn il-vetturi bil-mutur imsemmija fl-Artikolu 1(1) tal-Ewwel Direttiva, li l-formulazzjoni tiegħu tikkorrispondi għal dik tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2009/103, huma, indipendentement mill-karatteristiċi tagħhom, intiżi li jservu bħala mezz tat-trasport, dan il-kunċett ikopri kwalunkwe użu ta’ vettura bħala mezz tat-trasport (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171128">28 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rodrigues de Andrade</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-514/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:908">EU:C:2017:908</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-portata tal-imsemmi kunċett ma tiddependix mill-karatteristiċi tat-terren li fuqu tintuża l-vettura bil-mutur (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171128">28 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rodrigues de Andrade</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-514/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:908">EU:C:2017:908</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ebda dispożizzjoni tad-Direttiva 2009/103 ma tillimita l-portata tal-obbligu tal-assigurazzjoni, u tal-protezzjoni li dan l-obbligu huwa intiż li jagħti lil vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn vetturi bil-mutur, fil-każ ta’ użu ta’ tali vetturi f’ċerti terreni jew f’ċerti toroq (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171128">28 ta’ Novembru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Rodrigues de Andrade</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-514/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:908">EU:C:2017:908</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-każ inkwistjoni, huwa paċifiku li l-vettura inkwistjoni, fil-mument li nqalbet, kienet qiegħda tintuża minn J. L. Núñez Torreiro bħala mezz tat-trasport.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għaldaqstant, tali użu jaqa’ taħt il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>użu ta’ vetturi bil-mutur<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> fis-sens tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Il-fatt li, kif jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, meta nqalbet il-vettura inkwistjoni kienet qiegħda tintuża fuq terren ta’ prattika militari li l-aċċess għalih kien ipprojbit għal kull vettura mhux militari u f’żona ta’ dan it-terren mhux adattata għall-użu ta’ vetturi bir-roti, ma hijiex ta’ natura li taffettwa din il-konklużjoni u, għalhekk, li tillimita l-obbligu ta’ assigurazzjoni li jirriżulta minn din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Madankollu, l-effett ta’ leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa li l-estent tal-kopertura tal-assigurazzjoni obbligatorja huwa dipendenti fuq il-karatteristiċi tat-terren li fuqu tintuża l-vettura bil-mutur. Fil-fatt, din il-leġiżlazzjoni tippermetti li tiġi limitata l-portata tal-obbligu ġenerali ta’ assigurazzjoni li l-Istati Membri huma marbuta jistabbilixxu, fid-dritt nazzjonali, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103 u għalhekk, il-protezzjoni li dan l-obbligu jestendi lill-vittmi ta’ inċidenti kkawżati minn vetturi bil-mutur, fil-każ tal-użu ta’ tali vetturi f’ċerti terreni jew f’ċerti toroq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel u għat-tieni domanda għandha tkun li l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti l-esklużjoni mill-kopertura ta’ assigurazzjoni obbligatorja ta’ danni li jirriżultaw mis-sewqan ta’ vetturi bil-mutur f’toroq jew f’terreni li ma humiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>adattati għall-użu ta’ vetturi bil-mutur<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li, minkejja li ma humiex adattati għal dan il-għan, madankollu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>jintużaw ta’ spiss<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħall-Artikolu 1(6) u l-Artikolu 7(1) tal-Liġi dwar ir-Responsabbiltà Ċivili u l-Assigurazzjoni ta’ Vetturi bil-Mutur, moqrija flimkien mal-Artikolu 2(2) u (3) tar-Regolament dwar l-Assigurazzjoni Obbligatorja, li jeskludi mill-kopertura tal-assigurazzjoni obbligatorja d-danni li jirriżultaw mill-użu ta’ vetturi fil-kuntest ta’ attivitajiet sportivi, industrijali jew agrikoli, f’portijiet u f’ajruporti, kif ukoll fil-kuntest tat-twettiq ta’ reat intenzjonat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest regolamentarju u fattwali li hija r-responsabbiltà tagħha li tiddefinixxi, u li ma huwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tivverifika l-eżattezza tiegħu, jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ biss tirrifjuta li tiddeċiedi fuq talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti nazzjonali jekk ikun jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha ebda relazzjoni mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170720">20 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Piscarreta Ricardo</NAME.CASE>, <NO.CASE>C-416/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:574">EU:C:2017:574</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fil-każ inkwistjoni, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li d-dannu mġarrab minn J. L. Núñez Torreiro jirriżulta minn inċident li jimplika vettura bir-roti militari tat-tip <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>Aníbal<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> li kienet qiegħda tintuża f’żona ta’ terren ta’ prattika militari, adattata għal vetturi bil-katina. Għaldaqstant, il-kawża prinċipali ma tikkonċernax l-użu ta’ din il-vettura fil-kuntest ta’ attivitajiet sportivi, industrijali jew agrikoli, f’portijiet jew f’ajruporti, jew fil-kuntest tat-twettiq ta’ reat intenzjonat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, jidher b’mod manifest li l-interpretazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103, mitluba fil-kuntest tat-tielet domanda, ma għandha ebda rabta mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali u għalhekk, din id-domanda hija inammissibbli.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2009/103/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20090916">16 ta’ Settembru 2009</DATE> dwar l-assigurazzjoni kontra responsabbiltà ċivili fir-rigward tal-użu ta’ vetturi bil-mutur u l-infurzar tal-obbligu ta’ assigurazzjoni kontra din ir-responsabbiltà, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti l-esklużjoni mill-kopertura ta’ assigurazzjoni obbligatorja ta’ danni li jirriżultaw mis-sewqan ta’ vetturi bil-mutur f’toroq jew f’terreni li ma humiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>adattati għall-użu ta’ vetturi bil-mutur<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, bl-eċċezzjoni ta’ dawk li, minkejja li ma humiex adattati għal dan il-għan, madankollu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>jintużaw ta’ spiss<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>