|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3238 |
23.12.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/3238
tad-19 ta’ Diċembru 2024
dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Bulgarija u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3109
(notifikata bid-dokument C(2024) 9305)
(It-test bil-Bulgaru biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar hija marda infettiva li taffettwa lill-annimali kaprini u ovini u jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja, u tikkawża tfixkil fil-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. |
|
(2) |
F’każ ta’ tifqigħa tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fl-annimali kaprini jew ovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra ta’ annimali kaprini jew ovini. |
|
(3) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u ddefinit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluża l-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar, u ċerti miżuri li għandhom jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza, u jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2024/3109 (4) ġiet adottata abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi ċerti miżuri interim ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Bulgarija b’reazzjoni għat-tifqigħa kkonfermata fil-25 ta’ Novembru 2024 fil-muniċipalità ta’ Velingrad, fir-reġjun ta’ Pazardzhik. B’mod aktar partikolari, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3109 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri li jrid jistabbilixxi dak l-Istat Membru, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, wara t-tifqigħa ta’ dik il-marda, iridu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(5) |
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3109, il-konferma uffiċjali mill-Bulgarija li l-miżuri ta’ kontroll stabbiliti fir-Regolament (UE) 2020/687 ġew implimentati għadha pendenti. |
|
(6) |
Għalhekk, biex jittaffa b’mod effettiv ir-riskju tat-tixrid tal-mard kemm fil-Bulgarija kif ukoll fi Stati Membri oħra, huwa kruċjali li tiġi aġġustata d-durata tal-miżuri ta’ kontroll u d-daqs taż-żoni ristretti elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri għall-Bulgarija, fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3109. Dawn l-aġġustamenti jindirizzaw ir-riskju sinifikanti kkawżat miċ-ċirkolazzjoni kontinwa u l-espansjoni potenzjali tal-marda lil hinn miż-żoni attwalment affettwati. In-nuqqas ta’ dawn l-aġġustamenti jirriskja li jimmina l-isforzi għall-kontroll tal-mard u s-saħħa tal-annimali madwar l-Unjoni. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu emendati l-lista taż-żoni ristretti u d-durata tal-miżuri li għandhom jiġu applikati fihom u li jiġu stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3109 titħassar u tiġi sostitwita b’din id-Deċiżjoni. |
|
(7) |
Id-daqs u d-durata taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u ta’ żoni ristretti ulterjuri, kif ukoll il-miżuri li għandhom jiġu applikati f’dawk iż-żoni huma bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u r-regoli stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Barra minn hekk, jitqiesu s-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fiż-żoni affettwati u s-sitwazzjoni epidemjoloġika ġenerali tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fl-Istat Membru kkonċernat, kif ukoll il-livell ta’ riskju għal aktar tixrid ta’ dik il-marda. Barra minn hekk, jenħtieġ li d-durata tal-miżuri tiġi allinjata mal-istandards internazzjonali stabbiliti fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (WOAH). |
|
(8) |
Madankollu, minkejja l-konferma tat-tifqigħa tal-pesta tar-ruminanti żgħar aktar minn ġimagħtejn ilu, il-Bulgarija ma pprovdietx l-informazzjoni meħtieġa skont ir-Regolament (UE) 2016/429 u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2002 (5) biex tikkonferma l-implimentazzjoni tal-miżuri ta’ kontroll stabbiliti fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Fin-nuqqas ta’ din il-konferma, irid jiġi konkluż li dawn il-miżuri ma ġewx implimentati b’mod effettiv, u dan joħloq riskju għoli ta’ aktar tixrid tal-marda. |
|
(9) |
Minħabba s-severità u l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri addizzjonali ta’ emerġenza sabiex jittaffa r-riskju ta’ aktar tixrid tal-marda fit-territorju tal-Bulgarija u fi Stati Membri oħra, kif ukoll biex jiġu evitati ostakli mhux ġustifikati għall-kummerċ. Huwa essenzjali li jiġi żgurat li l-movimenti tal-annimali minn żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri lejn destinazzjonijiet barra mill-perimetru estern taż-żona ristretta ulterjuri jiġu pprojbiti. Barra minn hekk, kwalunkwe deroga potenzjali minn din il-projbizzjoni, kif stabbilit fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, trid tiġi eskluża għal perjodu deżinjat. Barra minn hekk, il-moviment tan-nagħaġ u tal-mogħoż f’żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u f’żoni ristretti minn żoni mhux elenkati fl-Anness, għal kwalunkwe raġuni għajr it-tbiċċir dirett, għandu jiġi pprojbit. |
|
(10) |
Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fl-Unjoni fir-rigward tal-pesta tar-ruminanti żgħar, jenħtieġ li din id-Deċiżjoni tapplika sal-31 ta’ Marzu 2025. |
|
(11) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Bulgarija għandha tiżgura li:
|
(a) |
tiġi stabbilita minnufih mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru żona ristretta li tinkludi żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif ukoll żona ristretta ulterjuri, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Artikolu; |
|
(b) |
iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u ż-żona ristretta ulterjuri msemmija fil-punt (a) jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(c) |
il-miżuri li jeħtieġ li jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u fiż-żona ristretta ulterjuri, huma applikati mill-inqas sad-dati elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Il-Bulgarija għandha tiżgura li:
|
(a) |
il-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż miż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u miż-żona ristretta ulterjuri lejn destinazzjoni li tinsab barra l-perimetru estern taż-żona ristretta ulterjuri kif stabbilit fil-Punt B tal-Anness huma pprojbiti sad-dati elenkati fl-Anness; |
|
(b) |
il-movimenti tan-nagħaġ u tal-mogħoż minn dawk il-partijiet tat-territorju tal-Bulgarija li ma humiex elenkati fl-Anness, lejn destinazzjoni li tinsab fiż-żona ristretta huma permessi biss, jekk ikunu awtorizzati mill-awtorità kompetenti u l-annimali jiġu mċaqilqa direttament lejn biċċerija, għall-fini ta’ tbiċċir immedjat; |
|
(c) |
il-mezzi tat-trasport u l-moviment tan-nagħaġ u tal-mogħoż imsemmija fil-punti (a) u (b) jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 24 u 28(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2024/3109 titħassar.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Marzu 2025.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/3109 tas-6 ta’ Diċembru 2024 dwar ċerti miżuri interim ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Bulgarija (ĠU L, 2024/3109, 9.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/3109/oj).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2002 tas-7 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tan-notifika tal-Unjoni u r-rapportar tal-Unjoni ta’ mard elenkat, tal-formati u l-proċeduri għas-sottomissjoni u għar-rapportar tal-programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni u tal-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-applikazzjoni għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard, u tas-sistema ta’ informazzjoni kompjuterizzata (ĠU L 412, 8.12.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/2002/oj).
ANNESS
A. Żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti madwar it-tifqigħa kkonfermata
|
Unità reġjonali u numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żoni stabbiliti bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, parti miż-żona ristretta fil-Bulgarija kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|
Ir-reġjun ta’ Pazardzhik BG-PPR-2024-00001 |
Protection zone: Those parts of Pazardzhik region, contained within a circle of a radius of 5 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.0156, Long. 23.9989 (2024/1) |
27.1.2025 |
|
Surveillance zone: Those parts of Pazardzhik region, contained within a circle of a radius of 20 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.0156, Long. 23.9989 (2024/1) excluding the areas contained in the protection zone |
8.2.2025 |
|
|
Surveillance zone: Those parts of Pazardzhik region, contained within a circle of a radius of 20 kilometres, centred on UTM 30, ETRS89 coordinates Lat. 42.0156, Long. 23.9989 (2024/1) |
28.1.2025 - 8.2.2025 |
B. Żoni ristretti ulterjuri
|
Unità reġjonali |
Żoni inklużi fiż-żona ristretta ulterjuri stabbilita fil-Bulgarija kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
||
|
Ir-reġjun ta’ Pazardzhik |
|
13.3.2025 |
||
|
9.2.2025 - 13.3.2025 |
|||
|
Ir-reġjun ta’ Blagoevgrad |
|
13.3.2025 |
||
|
Ir-reġjun ta’ Smolyan |
|
13.3.2025 |
||
|
Ir-reġjun ta’ Sofia oblast |
|
13.3.2025 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/3238/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)