Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/865/PESK tat- 28 ta’ Novembru 2006 li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2005/824/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina (BiH)
Official Journal L 335 , 01/12/2006 P. 0046 - 0046
Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0249 - 0249
20061128 Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/865/PESK tat- 28 ta’ Novembru 2006 li timplimenta l-Azzjoni Konġunta 2005/824/PESK dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta' l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina (BiH) IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA: Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2005/824/PESK ta' l- 24 ta' Novembru 2005 dwar il-Missjoni tal-Pulizija ta’ l-Unjoni Ewropea (EUPM) fil-Bosnja u Ħerzegovina (BiH) [1], u b'mod partikolari l-Artikolu 11 (2) tagħha, flimkien mat-tieni inċiż ta' l-Artikolu 23(2), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, Billi: (1) Fl- 24 ta' Novembru 2005 l-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2005/824/PESK li tistabbilixxi li l-EUPM għandha titkompla sal- 31 ta' Diċembru 2007. L-ammont ta' referenza finanzjarja għall-2007 għandu jiġi deċiż fuq bażi annwali. (2) Il-mandat ta' l-EUPM ser jiġi implementat fil-kuntest ta' sitwazzjoni li tista' tiddeterjora u li tista' tkun ta' ħsara għall-objettivi tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 1. L-ammont ta’ referenza finanzjarju intiż biex ikopri n-nefqa relatata ma' l-implimentazzjoni ta' l-Azzjoni Konġunta 2005/824/PESK għandu jkun ta’ EUR 12150000 għall-2007. 2. In-nefqa finanzjata mill-ammont imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi ġestit skond il-proċeduri u r-regoli applikabbli għall-baġit ġenerali ta' l-Unjoni Ewropea, bl-eċċezzjoni li Ä3. 3. In-nefqa għandha tkun eliġibbli mill- 21 ta' Novembru 2006. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tieħu effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussel, 28 ta’ Novembru 2006. Għall-Kunsill Il-President E. Heinäluoma [1] ĠU L 307, 25.11.2005, p. 55. --------------------------------------------------