|
27.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 250/206 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-10 ta’ Mejju 2011
dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2009
(2011/596/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2009, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-15 ta’ Frar 2011 (05892/2011 — C7-0052/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta’ Frar 2008, li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom (3), u b’mod partikolari tal-Artikolu 8 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b’mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0144/2011), |
|
1. |
Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2009; |
|
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Jerzy BUZEK
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 338, 14.12.2010, p. 6.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-10 ta’ Mejju 2011
li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit għall-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2009
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2009, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-15 ta’ Frar 2011 (05892/2011 — C7-0052/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kunsill Nru 2008/114/KE, Euratom tat-12 ta’ Frar 2008, li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom (3), u b'mod partikolari tal-Artikolu 8 tagħha, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b'mod partikulari l-Artikolu 94 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A7-0144/2011), |
|
A. |
billi l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2009 huma affidabbli u li l-operazzjonijiet sottostanti huma legali u regolari; |
|
B. |
billi l-Qorti tal-Awdituri żiedet ukoll fir-rapport tagħha għall-2009 enfasi fuq osservazzjonijiet importanti fir-rigward tan-nuqqas ta’ konformità tal-Istatuti tal-Aġenzija mal-Artikolu 54 it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, |
|
C. |
billi, skont id-Deċiżjoni 2008/114/KE, Euratom, Aġenzija għall-Provvista tal-Euratom, b'sede fil-Lussemburgu fl-1958, għandha statuti ġodda u saret Aġenzija, |
1.
Jieħu nota li fl-2009 l-Aġenzija ma rċeviet l-ebda sussidju għall-finanzjament tal-attivitajiet operattivi tagħha u li l-Kummissjoni tgħabbiet bl-ispejjeż kollha mġarrba minnha fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009; Jinnota li din is-sitwazzjoni ilha mill-ħolqien tal-Aġenzija fl-2008;
2.
Jieħu nota, għaldaqstant, li fin-nuqqas ta’ baġit awtonomu, l-Aġenzija fil-fatt hija integrata fil-Kummissjoni;
3.
Jirrimarka, madankollu, li din is-sitwazzjoni mhijiex konformi mal-Istatuti tal-Aġenzija u li tqajjem il-kwistjoni dwar il-bżonn li l-Aġenzija tinżamm fil-għamla u fl-organizzazzjoni attwali tagħha;
4.
Jinnota madankollu, it-tweġiba tal-Aġenzija, li tispjega li s-sitwazzjoni attwali tirrifletti l-bilanċ bejn, min-naħa, relazzjoni ċara mal-Kummissjoni (pereżempju, il-Kummissjoni tista' toħroġ direttivi u taħtar lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija) u min-naħa l-oħra, grad ta’ awtonomija legali u finanzjarja (pereżempju l-Aġenzija hija kofirmatarja tal-kuntratti kummerċjali kollha relatati mal-akkwist tal-materjal nukleari, li jħalliha tiżgura li l-politika dwar id-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-provvista tkun applikata); jinnota, barra minn hekk, li dan il-bilanċ huwa konformi mat-Trattat tal-Euartom;
5.
Jieħu nota li skont l-Artikolu 3 tal-Istatut tagħha, l-Aġenzija għażlet l-Awditur Intern tagħha, li beda jaqdi dmirijietu mill-1 ta’ Lulju 2009;
6.
Jinnota l-ittra tal-31 ta’ Marzu 2011 mid-Direttur Ġenerali li tirrikonoxxi l-problema msemmija hawn fuq u tippreċiża l-azzjonijiet inizjali meħuda kif talbet l-awtorità ta’ kwittanza; jitlob lid-Direttur Ġenerali jżomm lill-awtorita ta’ kwittanza infurmata dwar il-passi ulterjuri li jittieħdu u l-progress li jsir;
7.
Jirreferi, fir-rigward tal-osservazzjonijiet l-oħra li jakkumpanjaw id-Deċiżjoni dwar il-kwittanza u li huma ta’ natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ Mejju 2011 (5) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.
(1) ĠU C 338, 14.12.2010, p. 6.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
(3) ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.
(4) ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.
(5) Testi adottati, P7_TA(2011)0163 (Ara paġna 269 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).