European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/6768

26.11.2024

P9_TA(2024)0114

Ftehim Qafas Avvanzat bejn l-UE u ċ-Ċilì

Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Frar 2024 dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Qafas Avvanzat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra (11669/2023 – C9-0467/2023 – 2023/0260(NLE))

(Approvazzjoni)

(C/2024/6768)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill (11669/2023),

—

wara li kkunsidra l-abbozz ta’ Ftehim Qafas Avvanzat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra (11670/2023),

—

wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta dwar id-Dispożizzjonijiet dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp Sostenibbli li tinsab fil-Ftehim Qafas Avvanzat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra, li hija mehmuża mal-Ftehim Qafas Avvanzat (11670/2023),

—

wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 91(1), l-Artikolu 100(2), l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, l-Artikolu 212, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), l-Artikolu 218(7) u l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0467/2023),

—

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta’ Frar 2024  (1) dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim Qafas Avvanzat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika taċ-Ċilì, min-naħa l-oħra,

—

wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra d-deliberazzjonijiet konġunti tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali skont l-Artikolu 58 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

—

wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

—

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A9-0010/2024),

1.

Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika taċ-Ċilì.

(1)  Testi adottati, P9_TA(2024)0115.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6768/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)