Proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Emirati Għarab Maqħquda dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru /* KUMM/2007/0134 finali - CNS 2007/0052 */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 23.3.2007 KUMM(2007) 134 finali 2007/0052 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Emirati Għarab Maqħquda dwar ċertu aspetti tas-servizzi bl-ajru Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Emirati Għarab Maqħquda dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru (preżentati mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | 110 | Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha B’segwitu għas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja fl-hekk imsejħa każijiet “Open Skies”, nhar il-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill ta mandat lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet eżistenti bi ftehim Komunitarju[1] (il-“mandat orizzontali”). L-għanijiet ta’ ftehimiet ta’ dan it-tip huma li jagħtu aċċess non-diskriminatorju lit-trasportaturi bl-ajru kollha ta’ l-UE għar-rotot bejn il-Komunità u pajjiżi terzi, u sabiex il-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi jikkonformaw mal-liġi Komunitarja. | 120 | Il-kuntest ġenerali Ir-relazzjonijiet fil-qasam ta’ l-avjazzjoni internazzjonali bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi tradizzjonalment jiġu rregolati permezz ta' ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi, l-Annessi għat-tali ftehimiet u arranġamenti oħra bilaterali jew multilaterali b’rabta ma' dan. Il-klawżoli tradizzjonali ta’ ħatra fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru ta’ l-Istati Membri jiksru l-liġi Komunitarja. Jagħtu l-lok lill-pajjiż terz li jirrifjuta, jirtira jew jissospendi l-permessi jew l-awtorizzazzjonijiet ta' trasportatur bl-ajru li kien maħtur minn Stat Membru iżda li mhux proprjetà sostanzjali ta’ dak l-Istat Membru u kkontrollat effettivament minnu jew miċ-ċittadini tiegħu. Instab li dan jikkostitwixxi diskriminazzjoni kontra t-trasportaturi Komunitarji li, filwaqt li jkunu stabbiliti fit-territorju ta' Stat Membru, iżda jkunu proprjetà ta' ċittadini ta' Stat Membru ieħor u kkontrollati minnhom. Dan imur kontra l-Artikolu 43 tat-Trattat li jiggarantixxi liċ-ċittadini ta' l-Istati Membri li eżerċitaw il-libertà ta’ l-istabbiliment l-istess trattament fl-Istat Membru li jilqagħhom bħal dak mogħti liċ-ċittadini ta' dak l-Istat Membru. Hemm kwistjonijiet oħra, bħat-tassazzjoni jew it-tariffi fuq il-fjuwil ta’ l-avjazzjoni introdotti minn trasportaturi bl-ajru ta' terzi pajjiżi fuq rotot intra-Komunitarji, li fil-każ tagħhom il-konformità mal-liġi Komunitarja għandha tiġi żgurata billi jiġu emendati jew ikkomplementati d-dispożizzjonijiet eżistenti fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi. | 130 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim jieħdu post jew jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru bejn l-Istati Membri u l-Emirati Għarab Maqħquda. | 140 | Il-konsistenza ma' politiki u għanijiet oħra ta' l-Unjoni Il-Ftehim se jaqdi għan fundamentali tal-politika Komunitarja dwar l-avjazzjoni esterna billi jikkonforma l-ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi bl-ajru mal-liġi Komunitarja. | IL-KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TA’ L-IMPATT | Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati | 211 | Il-metodi ta' konsultazzjoni, is-setturi ewlenin fil-mira u l-profil ġenerali tar-rispondenti L-Istati Membri, flimkien ma’ l-industrija, ġew ikkonsultati matul in-negozjati. | 212 | Sinteżi tat-tweġibiet u kif ġew ikkunsidrati Il-kummenti li saru mill-Istati Membri u l-industrija ġew ikkunsidrati. | L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA | 305 | Sinteżi ta’ l-azzjoni proposta Skond il-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għall-“mandat orizzontali”, il-Kummissjoni nnegozjat ftehim ma' l-Emirati Għarab Maqħquda li jissostitwixxi ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali eżistenti dwar is-servizzi bl-ajru bejn l-Istati Membri u l-Emirati Għarab Magħquda. L-Artikolu 2 tal-Ftehim jibdel il-klawżoli ta' ħatra tradizzjonali bi klawżola ta' ħatra Komunitarja, li tippermetti lit-trasportaturi bl-ajru tal-Komunità li jibbenefikaw mid-dritt ta' stabbiliment. L-Artikolu 3 tal-Ftehim jindirizza s-sigurtà fil-kuntest ta' ħatra Komunitarja. L-Artikolu 4 jittratta t-tassazzjoni tal-fjuwil ta’ l-avjazzjoni, li hija kwistjoni li ġiet armonizzata mid-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE li tirristruttura l-qafas Komunitarju għat-tassazzjoni tal-prodotti ta’ l-enerġija u l-elettriku, u b’mod partikolari l-Artikolu 14 (2) tagħha. L-Artikolu 5 (Tariffi) jirrisolvi kunflitti bejn ftehimiet bilaterali tas-servizzi bl-ajru eżistenti u r-Regolament tal-Kunsill Nru 2409/92 dwar tariffi u rati għas-servizzi bl-ajru li jipprojbixxu trasportaturi bl-ajru ta' pajjiżi terzi milli jkollhom pożizzjoni dominanti fuq il-prezzijiet tas-servizzi bl-ajru għall-ġarr magħmul kollu kemm hu fil-Komunità. L-Artikolu 6 jirrisolvi konflitti li jistgħu jinqalgħu mar-regoli tal-kompetizzjoni tal-KE. | 310 | Il-bażi legali It-Trattat tal-KE l-Art. 80(2), 300(2) | 329 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta hija msejsa kollha kemm hi fuq il-“mandat orizzontali" mogħti mill-Kunsill b'kunsiderazzjoni tal-kwistjonijiet koperti mil-liġi Komunitarja u l-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-Ftehim se jemenda jew jikkomplementa d-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru sa fejn hu neċessarju biss ħalli tiġi żgurata l-konformità mal-liġi Komunitarja. | L-għażla ta’ l-istrumenti | 342 | Il-Ftehim bejn il-Komunità u l-Emirati Għarab Maqħquda huwa l-aktar strument effiċjenti biex il-ftehimiet bilaterali eżistenti kollha dwar is-servizzi bl-ajru bejn l-Istati Membri u l-Emirati Għarab Magħquda jikkonformaw irwieħhom mal-liġi Komunitarja. | L-IMPLIKAZZJONI GħALL-BAġIT | 409 | Din il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità. | INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI | 510 | Is-Simplifikazzjoni | 511 | Il-proposta tipprovdi s-simplifikazzjoni tal-leġiżlazzjoni. | 512 | Id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru bejn l-Istati Membri u l-Emirati Għarab Magħquda se jiġu sostitwiti jew ikkomplementati minn dispożizzjonijiet fi ftehim Komunitarju waħdieni. | 570 | Spjegazzjoni dettaljata tal-proposta Skond il-proċedura standard għall-iffirmar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet internazzjonali, il-Kunsill huwa mitlub japprova d-deċiżjonijiet dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Emirati Għarab Magħquda dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru u jinnomina l-persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem il-Komunità. | 1. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Emirati Għarab Maqħquda dwar ċertu aspetti tas-servizzi bl-ajru IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2) tiegħu, flimkien ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[2], Billi: (1) Nhar il-5 ta’ Ġunju, 2003 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju, (2) Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità, Ftehim ma' l-Emirati Għarab Magħquda dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru f'konformità mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness għad-deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar il-bdil ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju, (3) Suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f'data aktar 'il quddiem, il-Ftehim innegozjat mill-Kummissjoni għandu jiġi ffirmat u applikat provviżorjament, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu Uniku 1. Suġġett għal konklużjoni tiegħu f'data aktar 'il quddiem, il-President tal-Kunsill b'dan qed jiġi awtorizzat jinnomina l-persuna jew il-persuni bis-setgħa li jiffirmaw f'isem il-Komunità l-ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern ta' l-Emirati Għarab Magħquda dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru. 2. Sakemm jidħol fis-seħħ, il-Ftehim għandu jkun applikat b'mod provviżorju mill-ewwel jum ta’ l-ewwel xahar wara d-data li fiha l-partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan. Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 9(2) tal-Ftehim. 3. It-test tal-Ftehim hu anness ma’ din id-deċiżjoni. Maghmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President 2007/0052 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Emirati Għarab Maqħquda dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkonsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 80(2), b’konġunzjoni ma’ l-ewwel sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) u l-ewwel sottoparagrafu ta’ l-Artikolu 300(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni[3], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[4], Billi: (1) Nhar il-5 ta’ Ġunju, 2003 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ in-negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju, (2) Il-Kummissjoni nnegozjat f'isem il-Komunità, Ftehim ma' l-Emirati Għarab Magħquda dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru f'konformità mal-mekkaniżmi u d-Direttivi fl-Anness għad-deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar il-bdil ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim Komunitarju, (3) Il-Ftehim ġie ffirmat f'isem il-Komunità suġġett għal possibiltà tal-konklużjoni tiegħu f'data aktar 'il quddiem, konformi mad-Deċiżjoni .../.../KE tal-Kunsill fi [5], (4) Il-Ftehim għandu jkun approvat, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 1. Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Emirati Għarab Magħquda dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru huwa approvat f’isem il-Komunità. 2. It-test tal-Ftehim huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill huwa awtorizzat li jinnomina l-persuna li għandha s-setgħa tagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 9(1) tal-Ftehim. Maghmula fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS IL-FTEHIM bejn il-Komunità Ewropea u l-Emirati Għarab Magħquda dwar ċerti aspetti tas-servizzi bl-ajru IL-KOMUNITÀ EWROPEA min-naħa waħda, u L-EMIRATI GĦARAB MAGĦQUDA ('il-UAE') min-naħa l-oħra (minn hawn 'il quddiem imsejħin 'il-Partijiet Kontraenti') WAQT LI JINNOTAW li l-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja sabet li ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali li bosta Stati Membri daħlu għalihom ma' pajjiżi terzi huma inkompatibbli mal-liġi tal-Komunità Ewropea, WAQT LI JINNOTAW li għadd ta' ftehimiet bilaterali dwar servizzi bl-ajru konklużi bejn bosta Stati Membri tal-Komunità Ewropea u l-UAE fihom dispożizzjonijiet simili u li hemm obbligu fuq l-Istati Membri li jieħdu l-passi kollha xierqa sabiex ineħħu l-inkompatibbiltajiet bejn ftehimiet bħal dawn u t-Trattat tal-KE, WAQT LI JINNOTAW li l-Komunità Ewropea għandha l-kompetenza tal-Komunità Ewropea esklussiva fir-rigward ta' bosta aspetti li jistgħu jiġu inklużi fi ftehimiet bilaterali dwar servizzi bl-ajru bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi, WAQT LI JINNOTAW li skond il-liġi tal-Komunità Ewropea t-trasportaturi bl-ajru Komunitarji stabbiliti fi Stat Membru għandhom id-dritt għal aċċess mhux diskriminatorju għar-rotot ta' l-ajru mifthema bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u pajjiżi terzi, WARA LI KKUNSIDRAW il-ftehimiet bejn il-Komunità Ewropea u ċerti pajjiżi terzi li jipprevedu l-possibilità għaċ-ċittadini tat-tali terzi pajjiżi li jiksbu l-pussess tat-trasportaturi bl-ajru mogħtija liċenzja skond il-liġi tal-Komunità Ewropea, WAQT LI JAGĦRFU li l-konsistenza bejn il-liġi tal-Komunità Ewropea u d-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea u l-UAE għandha tiżgura l-kontinwità u l-iżvilupp ta' servizzi bl-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-UAE, WAQT LI JINNOTAW li skond il-liġi tal-Komunità Ewropea, fil-prinċipju trasportaturi bl-ajru ma jistgħux jikkonkludu ftehimiet li jistgħu jaffettwaw il-kummerċ bejn Stati Membri tal-Komunità Ewropea u li l-għan jew l-effett tagħhom huwa l-prevenzjoni, ir-restrizzjoni jew id-distorzjoni tal-kompetizzjoni, WAQT LI JAGĦRFU li d-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru konklużi bejn l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea u l-UAE li i) jeħtieġu jew jiffavorixxu l-adozzjoni ta' ftehimiet bejn il-kumpaniji, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ kumpaniji jew prassi miftiehma li jimpedixxu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi bl-ajru fuq ir-rotot rilevanti; jew ii) isaħħu l-effetti ta’ kwalunkwe ftehim, deċiżjoni jew prassi miftiehma bħal dan; jew iii) jiddelegaw lit-trasportaturi bl-ajru jew operaturi ekonomiċi privati oħra r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jimpedixxu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni bejn it-trasportaturi bl-ajru fuq ir-rotot rilevanti jistgħu jrendu mhux effettivi r-regoli tal-kompetizzjoni applikabbli għall-impriżi, WAQT LI JINNOTAW li mhuwiex għan tal-Komunità Ewropea, bħala parti minn dan il-Ftehim, li żżid il-volum totali tat-traffiku bl-ajru bejn il-Komunità Ewropea u l-UAE, li teffettwa l-bilanċ bejn trasportaturi bl-ajru tal-Komunità u trasportaturi bl-ajru ta' l-UAE, jew li tiddomina fuq l-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' ftehimiet bilaterali eżistenti dwar servizzi bl-ajru rigward drittijiet tat-traffiku. FTEHMU KIF ĠEJ: ARTIKOLU 1 Dispożizzjonijiet ġenerali 1. Għal-għanijiet ta' dan il-Ftehim, 'Stati Membri' tfisser Stati Membri tal-Komunità Ewropea, 'Parti Kontraenti' tfisser parti kontraenti għal dan il-Ftehim; 'Parti' tfisser il-parti kontraenti għall-ftehim bilaterali rilevanti dwar is-servizzi bl-ajru. 2. Referenzi f'kull wieħed mill-ftehimiet elenkat fl-Anness 1 għaċ-ċittadini ta' l-Istati Membri li huma partijiet għal dak il-ftehim ser jinftiehmu bħala referenzi għaċ-ċittadini ta' l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea. 3. Referenzi f'kull wieħed mill-ftehimiet elenkat fl-Anness 1 għal trasportaturi bl-ajru jew linji ta' l-ajru ta' l-Istat Membru li huwa parti għal dak il-ftehim jinftiehmu bħala referenzi għal trasportaturi bl-ajru jew linji ta' l-ajru maħtura minn dak l-Istat Membru. ARTIKOLU 2 Il-ħatra 1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu għandhom jieħdu post id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness 2 (a) u (b) rispettivament, inkonnessjoni mal-ħatra ta' trasportatur bl-ajru mill-Istat Membru inkwistjoni, l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi mogħtija lilu mill-Parti l-oħra, u r-rifjut, ir-revoka, is-sospensjoni jew il-limitazzjoni ta' l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi tat-trasportatur bl-ajru, rispettivament. 2. Mal-wasla ta' ħatra bħal din, u ta' applikazzjonijiet mit-traportatur(i) bl-ajru maħtur(a), fil-forma u l-mod stipulat għall-awtorizzazzjonijiet għat-tħaddim u permessi tekniċi, kull Parti għandha tagħti l-awtorizzazzjonijiet u l-permessi xierqa b'dewmien proċedurali mill-inqas, dejjem jekk: (a) fil-każ ta' trasportatur bl-ajru maħtur minn Stat Membru: it-trasportatur bl-ajru huwa stabbilit fit-territorju ta' l-Istat Membru li jagħmel il-ħatra taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea u li għandu Liċenzja Operattiva valida mogħtija minn Stat Membru skond il-liġi tal-Komunità Ewropea; u ii.kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur bl-ajru huwa mħaddem u miżmum mill-Istat Membru responsabbli mill-ħruġ taċ-Ċertifikat ta' Operatur ta' l-Ajru tiegħu u l-awtorità ajrunawtika rilevanti tkun identifikata b'mod ċar fil-ħatra; u iii.il-post prinċipali tan-negozju tat-trasportatur bl-ajru huwa fit-territorju ta' l-Istat Membru mingħand min ikun irċeva l-Liċenzja Operattiva valida; u iv.it-trasportatur bl-ajru huwa proprjetà, direttament jew permezz ta' sehem azzjonarju maġġoritarju, u huwa kkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta' l-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew miċ-ċittadini ta' stati oħra bħal dawn. (b) fil-każ ta' trasportatur bl-ajru maħtur mill-UAE: i. it-trasportatur bl-ajru huwa stabbilit fit-territorju ta' l-UAE u huwa mogħti liċenzja skond il-liġi ta' l-UAE li tapplika; u ii. l-UAE għandha, u żżomm, kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur bl-ajru; 3. Kull waħda mill-partijiet tista' tirrifjuta, tirrevoka, tissospendi jew tillimita l-awtorizzazzjoni għat-tħaddim jew il-permessi tekniċi ta' trasportatur bl-ajru maħtur mill-parti l-oħra fejn: (a) fil-każ ta' trasportatur bl-ajru maħtur minn Stat Membru: i. it-trasportatur bl-ajru ma jkunx stabbilit fit-territorju ta' l-Istat Membru li għamel il-ħatra taħt it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea jew m'għandux Liċenzja Operattiva valida mogħtija minn Stat Membru skond il-liġi tal-Komunità Ewropea; jew ii. ma jkunx eżerċitat jew miżmum kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur bl-ajru mill-Istat Membru responsabbli għall-ħruġ taċ-Ċertifikat ta' l-Operatur ta' l-Ajru tiegħu, jew l-awtorità ajrunawtika rilevanti ma tkunx identifikata biċ-ċar fil-ħatra; jew iii. il-post prinċipali tan-negozju tat-trasportatur bl-ajru ma jkunx fit-territorju ta' l-Istat Membru mingħand min irċieva l-Liċenzja Operattiva tiegħu; jew iv. it-trasportatur bl-ajru mhux proprjetà, direttament jew permezz ta' sehem azzjonarju maġġoritarju, jew mhux ikkontrollat effettivament mill-Istati Membri u/jew miċ-ċittadini ta' l-Istati Membri, u/jew mill-istati l-oħra elenkati fl-Anness 3 u/jew miċ-ċittadini ta' stati oħra bħal dawn. jew v. it-trasportatur bl-ajru għandu Ċertifikat ta' l-Operatur ta' l-Ajru maħruġ minn Stat Membru ieħor u jista' jintwera li permezz tat-tħaddim ta' drittijiet tat-traffiku skond dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f'dak l-Istat Membru l-ieħor, inkluż l-operazzjoni ta' servizz imqiegħed fis-suq bħala, jew inkella jikkostitwixxi servizz dirett, fil-fatt ikun qiegħed jevita r-restrizzjonijiet fuq drittijiet tat-traffiku imposti minn ftehim bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru bejn l-Emirati Għarab Magħquda u dak l-Istat Membru l-ieħor; jew vi. it-trasportatur bl-ajru jkollu Ċertifikat ta' l-Operatur ta' l-Ajru maħruġ minn Stat Membru u ma jkun hemm l-ebda ftehim bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru bejn l-Emirati Għarab Magħquda u dak l-Istat Membru, u jista' jintwera li d-drittijiet tat-traffiku meħtieġa biex titwettaq l-operazzjoni proposta mhumiex disponibbli b'mod reċiproku lit-trasportatur(i) bl-ajru maħtur(a) mill-Emirati Għarab Magħquda. (b) fil-każ ta' trasportatur bl-ajru maħtur mill-UAE: i. it-trasportatur bl-ajru mhux stabbilit fit-territorju ta' l-UAE u mhux mogħti liċenzja skond il-liġi ta' l-UAE li tapplika; jew ii. il-UAE ma għandhomx jew ma jżommux kontroll regolatorju effettiv tat-trasportatur bl-ajru; jew iii. it-trasportatur bl-ajru huwa proprjetà permezz ta' sehem azzjonarju maġġoritarju, u kkontrollat minn ċittadini ta' stat ieħor barra l-UAE u jista' jintwera li permezz tat-tħaddim ta' drittijiet tat-traffiku skond dan il-Ftehim fuq rotta li tinkludi punt f'dak l-Istat Membru l-ieħor, inkluż l-operazzjoni ta' servizz imqiegħed fis-suq bħala, jew inkella jikkostitwixxi servizz dirett, fil-fatt ikun qiegħed jevita r-restrizzjonijiet fuq drittijiet tat-traffiku imposti minn ftehim bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru bejn Stat Membru u dak l-istat l-ieħor; jew iv. it-trasportatur bl-ajru huwa proprjetà permezz ta' sehem azzjonarju maġġoritarju, u kkontrollat minn ċittadini ta' stat ieħor barra l-UAE u m'hemm l-ebda ftehim bilaterali dwar is-servizzi bl-ajru bejn Stat Membru u dak l-istat l-ieħor, u jista' jintwera li d-drittijiet tat-traffiku meħtieġa biex titwettaq l-operazzjoni proposta mhumiex disponibbli b'mod reċiproku lit-trasportatur(i) bl-ajru maħtur(a) mill-Istat Membru kkonċernat. Fl-eżerċizzju tad-dritt tagħha taħt dan il-paragrafu , u mingħajr preġudizzju tad-drittijiet tagħha taħt il-paragrafu 3(a)v. u vi. ta' dan l-Artikolu, l-UAE ma għandhiex tiddiskrimina bejn trasportaturi bl-ajru Komunitarji fuq bażi ta' nazzjonalità. ARTIKOLU 3 Sigurtà 1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness 2(c). 2. Meta Stat Membru ikun ħatar trasportatur bl-ajru li l-kontroll regolatorju tiegħu jkun imħaddem u miżmum minn Stat Membru ieħor, id-drittijiet ta' l-UAE taħt id-dispożizzjonijiet dwar is-sigurtà tal-ftehim bejn l-Istat Membru li jkun ħatar it-trasportatur bl-ajru u l-UAE għandhom japplikaw b’mod ugwali fir-rigward ta’ l-adozzjoni, it-tħaddim jew iż-żamma ta’ l-istandards tas-sigurtà minn dak l-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward ta’ l-awtorizzazzjoni ta’ siġurtà minn dak l-Istat Membru l-ieħor u fir-rigward ta' l-awtorizzazzjoni għat-tħaddim ta’ dak it-trasportatur bl-ajru. ARTIKOLU 4 It-tassazzjoni tal-fjuwil ta’ l-avjazzjoni 1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet korrispondenti fl-artikoli elenkati fl-Anness 2 (d). 2. Minkejja kull dispożizzjoni oħra kontra dan, xejn f'kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness 2 (d) m'għandu jżomm Stat Membru milli jimponi, fuq bażi mhux diskriminatorja, taxxi, imposti, dazji, miżati jew ħlasijiet fuq fjuwil li jiġi fornut fit-territorju tiegħu għall-użu f'inġenju ta' l-ajru ta' trasportatur bl-ajru maħtur mill-UAE li jopera bejn punt fit-territorju ta' dak l-Istat Membru u punt ieħor fit-territorju ta' dak l-Istat Membru jew fit-territorju ta' Stat Membru ieħor. F'dak il-każ, l-UAE għandhom ikollhom dritt simili biex jimponu b'mod reċiproku, bla diskriminazzjoni, taxxi, imposti, dazji, miżati jew ħlasijiet simili fuq fjuwil li jiġi fornut fit-territorju tagħhom. ARTIKOLU 5 Tariffi għall-ġarr fi ħdan il-Komunità Ewropea 1. Id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet li jikkorrispondu fl-artikoli elenkati fl-Anness 2 (e). 2. It-tariffi li għandhom jintalbu lit-trasportatur(i) bl-ajru maħtura mill-UAE taħt xi wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 li fih dispożizzjoni elenkata fl-Anness 2 (e) għal trasportazzjoni kollha kemm hi fi ħdan il-Komunità Ewropea, għandhom ikunu soġġetti għal-liġi tal-Komunità Ewropea. 3. Minkejja id-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, it-trasportatur(i) bl-ajru maħtura mill-UAE għandhom jitħallew iqabblu l-prezzijiet mitluba minn linji ta' l-ajru oħrajn għal trasportazzjoni kollha kemm hi fi ħdan il-Komunità Ewropea. ARTIKOLU 6 Il-kompatibbiltà mar-regoli tal-kompetizzjoni 1. Minkejja kull dispożizzjoni għall-kuntrarju, xejn f’kull wieħed mill-ftehimiet elenkati fl-Anness I m’għandu (i) jiffavorixxi l-adozzjoni ta’ ftehimiet bejn intrapriżi, deċiżjonijiet minn assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prassi miftiehma li jimpedixxu jew jgħawġu l-kompetizzjoni; (ii) isaħħaħ l-effetti ta’ kull ftehim, deċiżjoni jew prassi miftiehma bħal dawn; jew (iii) jiddelega lill-operaturi ekonomiċi privati r-responsabbiltà għat-teħid ta’ miżuri li jimpedixxu, jgħawġu jew jirrestrinġu l-kompetizzjoni. 2. Id-dispożizzjonijiet fil-ftehimiet elenkati fl-Anness I li mhumiex kompatibbli mal-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandhomx jiġu applikati. ARTIKOLU 7 L-Annessi għall-Ftehim L-Annessi għal dan il-Ftehim ser jifformaw parti integrali minnu. ARTIKOLU 8 Reviżjoni jew emendar Il-Partijiet Kontraenti jistgħu, f'kull ħin, jirrevedu jew jemendaw dan il-Ftehim bi qbil reċiproku. ARTIKOLU 9 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni provviżorja 1. Dan il-Ftehim ser jidħol fis-seħħ meta l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin bil-miktub li l-proċeduri interni rispettivi meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tiegħu tlestew. 2. Minkejja l-paragrafu 1, il-Partijiet Kontraenti qablu biex japplikaw b'mod provviżorju dan il-Ftehim mill-ewwel jum tax-xahar wara d-data li fiha l-Partijiet Kontraenti jkunu nnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan. 3. Ftehimiet u arranġamenti oħra bejn l-Istati Membri u l-UAE li, fid-data ta' l-iffirmar ta' dan il-Ftehim, ma kinux daħlu fis-seħħ u li mhumiex qed jiġu applikati provviżorjament huma elenkati fl-Anness 1 (b). Dan il-Ftehim għandu japplika għal kull Ftehim u arranġament ta' dan it-tip mad-dħul fis-seħħ jew applikazzjoni provviżorja tagħhom. ARTIKOLU 10 Tmiem 1. Fil-każ li ftehim elenkat fl-Anness 1 jiġu tterminati, id-dispożizzjonijiet kollha ta' dan il-Ftehim li għandhom x'jaqsmu mal-ftehim elenkat fl-Anness 1 ikkonċernat jintemmu fl-istess ħin. 2. Fil-każ li l-ftehimiet kollha elenkati fl-Anness 1 jiġu tterminati, dan il-Ftehim jintemm fl-istess ħin. B'XIEHDA TA' DAN, il-firmatarji hawn taħt, bl-awtorizzazzjoni meħtieġa, iffirmaw dan il-Ftehim. Magħmul fi [...] f'żewġ kopji, nhar il-[...] jum ta' [..., ...] bil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Olandiża, Ingliża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ungeriża, Taljana, Latvjana, Litwanjana, Maltija, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Żvediża u Għarbija. GĦALL-KOMUNITÀ EWROPEA: GĦALL-EMIRATI GĦARAB MAGĦQUDA: ANNESS I Lista tal-ftehimiet imsemmija fl-Artikolu 1 ta' dan il-Ftehim (a) Ftehimiet ta’ servizzi bl-ajru bejn l-UAE u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, dakinhar ta' l-iffirmar ta' dan il-Ftehim, kienu ġew konklużi, iffirmati u/jew qed jiġu applikati provviżorjament - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu tal-Bulgarija u l-Gvern ta' l-Emirati Għarab Magħquda bil-għan li jistabbilixxu servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom iffirmat f'Sofija fid-29 ta' Novembru 1989, minn hawn 'il quddiem msejjaħ "l-Ftehim UAE-Bulgaru" fl-Anness 2; - Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern Federali Awstrijakk u l-Gvern ta' l-Emirati Għarab Magħquda ffirmat fi [ post ] nhar [ data ], minn hawn 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim UAE-Awstrija (1.)" fl-Anness 2; Li għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Ftehim Kunfidenzjali li sar fi Vjenna fl-14 ta’ Ottubru 1987; - Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern ta' l-Emirati Għarab Magħquda u l-Gvern Federali Awstrijakk ffirmat fi [ post ] nhar [ data ], minn hawn 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim UAE-Awstrija (2.)" fl-Anness 2; Għandu jinqara flimkien mal-Minuti Miftehma li saru f'Abu Dhabi fl-10 ta’ Marzu 2004; Immodifikati minn Memorandum ta’ Ftehim magħmul fi Vjenna fil-31 ta’ Marzu 2005; Immodifikat l-aħħar permezz ta’ l-Iskambju ta’ Ittri bid-data ta' l-10 ta’ Diċembru 2006 u ? - Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju tal-Belġju u l-Gvern ta' l-Emirati Għarab Magħquda bil-għan li jistabbilixxu servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom iffirmat f'Abu Dhabi fil-5 ta' Marzu 1990, minn hawn 'il quddiem msejjaħ "il-Ftehim UAE-Belġju" fl-Anness 2; Għandu jinqara mal-Memorandum ta' Ftehim Kunfidenzjali magħmul fi Brussell fit-8 ta’ Lulju 1986; Immodifikat l-aħħar permezz ta’ l-Iskambju ta’ Ittri bid-dati ta' 30 ta' Jannar 2001 u l-20 ta' Frar 2001. - Ftehim dwar is-Servizzi bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Ċipru u l-Gvern ta' l-Emirati Għarab Magħquda ffirmat f'Abu Dhabi fis-7 ta' Diċembru 1999, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim UAE-Ċipru" fl-Anness 2; Għandu jinqara flimkien mal-Minuti Miftehma li saru f'Abu Dhabi fis-7 ta' Diċembru 1999; Issupplimentat bil-Memorandum ta’ Ftehim magħmul fin-Nikosija fit-23 ta’ Frar 2001; Immodifikat permezz tal-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Dubaj nhar is-16 ta’ Ottubru 2002. - Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika Ċeka u l-Gvern ta' l-Emirati Għarab Magħquda ffirmat f'Abu Dhabi fil-15 ta' Diċembru 2002, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim UAE-Repubblika Ċeka" fl-Anness 2; Għandu jinqara flimkien mal-Minuti Miftehma li saru fi Praga fl-24 ta’ Novembru 1999. - Ftehim dwar is-Servizzi bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju tad-Danimarka u l-Gvern ta' l-Emirati Għarab Magħquda ffirmat fi (...) nhar (...), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim UAE-Danimarka" fl-Anness 2; Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Ftehim magħmul fi (...) nhar (...). - Ftehim dwar is-Servizzi bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Finlandja u l-Gvern ta' l-Emirati Għarab Magħquda inizjalat f'Ħelsinki fis-6 ta' April 2004, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim UAE-Finlandja" fl-Anness 2; Għandu jinqara flimkien mal-Minuti Miftehma li saru f'Ħelsinki fis-6 ta’ April 2004; Li għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Ftehim Kunfidenzjali li sar f'Ħelsinki fis-6 ta' April 2004. - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża u l-Gvern ta' l-Emirati Għarab Magħquda fir-rigward ta' servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom iffirmat f'Pariġi fid-9 ta' Settembru 1991, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim UAE-Franza" fl-Anness 2; Issupplimentat bil-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Abu Dhabi fis-19 ta’ Settembru 2001; Immodifikat permezz tal-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f'Pariġi fis-16 ta’ Settembru 2004; Emendat l-aħħar mill-Memorandum ta' Ftehim magħmul f'Abu Dhabi fit-13 ta' Diċembru 2006. - Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-Emirati Għarab Magħquda ffirmat f’Abu Dhabi fit-2 ta' Marzu 1994, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim UAE-Ġermanja” fl-Anness 2; Immodifikat permezz tal-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Bonn fil-15 ta’ Ġunju 2000. - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Ellenika u l-Gvern ta' l-Emirati Għarab Magħquda bil-għan li jistabbilixxu servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom iffirmat f'Abu Dhabi fis-16 ta' Diċembru 1991, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim UAE-Greċja" fl-Anness 2; Immodifikat permezz tal-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Ateni fil-11 ta’ Frar 1998. - Ftehim dwar it-trasport bl-ajru bejn il-Gvern ta' l-Irlanda u l-Gvern ta' l-Emirati Għarab Magħquda ffirmat fi (...) nhar (...), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim UAE-Irlanda" fl-Anness 2. - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika Taljana u l-Gvern ta' l-Emirati Għarab Magħquda bil-għan li jistabbilixxu servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom iffirmat f'Abu Dhabi fit-3 ta' April 1991, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim UAE-Italja" fl-Anness 2; Immodifikat permezz tal-Memorandum magħmul f'Ruma fl-10 ta' Settembru 1991; Immodifikat permezz tal-Memorandum ta’ Ftehim li sar f’Ruma fit-8 ta’ Novembru 1999; Immodifikat permezz tal-Memorandum ta’ Ftehim li sar f’Ruma fl-4 ta' Ġunju 2003; Immodifikat permezz tal-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Dubaj fit-30 ta’ Marzu 2004; Immodifikat l-aħħar mill-Memorandum ta' Ftehim magħmul f'Ruma fit-13 ta' Diċembru 2005. - Ftehim dwar is-Servizzi bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Latvja u l-Gvern ta' l-Emirati Għarab Magħquda inizjalat f'Riga fit-13 ta' Settembru 2005, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim UAE-Latvja" fl-Anness 2; Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f'Riga fit-13 ta’ Settembru 2005. - Ftehim bejn il-Gvern ta' l-Emirati Għarab Magħquda u l-Gvern tar-Repubblika tal-Litwanja dwar servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom inizjalat fi ... nhar ..., minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim UAE-Litwanja" fl-Anness 2. - Ftehim bejn il-Gvern tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u l-Gvern ta' l-Emirati Għarab Magħquda bil-għan li jistabbilixxu servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom inizjalat fil-Lussemburgu fit-28 ta' Novembru 1986, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim UAE-Lussemburgu" fl-Anness 2; Li għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Ftehim Kunfidenzjali li sar fil-Lussemburgu fit-28 ta' Novembru 1986. - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika ta' Malta u l-Gvern ta' l-Emirati Għarab Magħquda bil-għan li jistabbilixxu servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom inizjalat f'Abu Dhabi fis-26 ta' Novembru 1991, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim UAE-Malta" fl-Anness 2; Għandu jinqara mal-Memorandum ta' Ftehim Kunfidenzjali magħmul f'Abu Dhabi fis-26 ta' Novembu 1991; Immodifikat permezz tal-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f’Malta fl-24 ta’ Settembru 2003. - Ftehim bejn ir-Renju ta' l-Olanda u l-Gvern ta' l-Emirati Għarab Magħquda bil-għan li jistabbilixxu servizzi bl-ajru bejn u lill hinn mit-territorji rispettivi tagħhom iffirmat f'Abu Dhabi fil-31 ta' Lulju 1990, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim UAE-Olanda" fl-Anness 2; Immodifikat permezz tal-Memorandum ta' Ftehim Kunfidenzjali magħmul f'Abu Dhabi fl-10 ta' April 2000. - Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Polonja u l-Gvern ta' l-Emirati Għarab Magħquda bil-għan li jistabbilixxu servizzi bl-ajru bejn u lil hinn mit-territorji rispettivi tagħhom iffirmat f'Abu Dhabi fl-20 ta' Novembru 1994, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim UAE-Polonja" fl-Anness 2; - Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn ir-Repubblika Portugiża u l-Emirati Għarab Magħquda i nizjalat f'Liżbona fit-18 ta' Mejju 2005, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim UAE-Portugall” fl-Anness 2; Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f'Liżbona fit-18 ta’ Mejju 2005. - Ftehim dwar Servizzi bl-Ajru bejn ir-Repubblika tas-Slovenja u l-Emirati Għarab Magħquda inizjalat f'Ljubljana fis-16 ta' Settembru 2005, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim UAE-Slovenja” fl-Anness 2; Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f'Ljubljana fis-16 ta’ Settembru 2005. - Ftehim dwar Trasport bl-Ajru bejn ir-Renju ta' Spanja u l-Emirati Għarab Magħquda inizjalat f'Madrid fis-17 ta' Ottubru 2005, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim UAE-Spanja” fl-Anness 2; Għandu jinqara flimkien mal-Memorandum ta’ Ftehim magħmul f'Madrid fis-17 ta’ Ottubru 2001. - Ftehim dwar is-Servizzi bl-Ajru bejn il-Gvern tar-Renju ta' l-Isvezja u l-Gvern ta' l-Emirati Għarab Magħquda ffirmat fi (...) nhar (...), minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim UAE-Svezja" fl-Anness 2; - Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Gvern ta' l-Emirati Għarab Magħquda rigward servizzi bl-ajru ffirmat f’Abu Dhabi fit-2 ta' Ġunju 2002, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim UAE-Renju Unit" fl-Anness 2; Issupplimentat bil-Memorandum ta' Ftehim magħmul f'Londra u Abu Dhabi fis-16 ta' Ġunju 2003 u d-29 ta' Ġunju 2003 rispettivament. (b) Ftehimiet ta’ servizzi bl-ajru u arranġamenti oħra inizjalati jew iffirmati bejn l-UAE u l-Istati Membri tal-Komunità Ewropea li, dakinhar ta' l-iffirmar ta' dan il-Ftehim, ma kinux għadhom daħlu fis-seħħ u m'humiex qed jiġu applikati provviżorjament ANNESS II Lista ta’ artikoli fil-ftehimiet elenkati fl-Anness 1 u msemmija fl-Artikoli 2 sa 6 ta’ dan il-Ftehim (a) Ħatra minn Stat Membru: - L-Artikolu 3, Paragrafu 4, tal-Ftehim UAE-Awstrija (1); - L-Artikolu 3 tal-Ftehim UAE-Awstrija (2); - L-Artikolu 4, Paragrafu 4 tal-Ftehim UAE-Belġju; - L-Artikolu 4, Paragrafu 4 tal-Ftehim UAE-Bulgarija; - L-Artikolu 3 tal-Ftehim UAE-Ċipru; - L-Artikolu 3, Paragrafu 4 tal-Ftehim UAE-Repubblika Ċeka; - L-Artikolu 3, Paragrafu 4 tal-Ftehim UAE-Danimarka; - L-Artikolu 3, Paragrafu 2 tal-Ftehim UAE-Finlandja; - L-Artikolu 4, Paragrafu 4 tal-Ftehim UAE-Franza; - L-Artikolu 3 tal-Ftehim UAE-Ġermanja; - L-Artikolu 4, Paragrafu 4 tal-Ftehim UAE-Greċja; - L-Artikolu 3, Paragrafu 3 tal-Ftehim UAE-Irlanda; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim UAE-Italja; - L-Artikolu 3 tal-Ftehim UAE-Latvja; - L-Artikolu 3 tal-Ftehim UAE-Litwanja; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim UAE-Lussemburgu; - L-Artikolu 3 tal-Ftehim UAE-Malta; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim UAE-Olanda; - L-Artikolu 3 tal-Ftehim UAE-Polonja; - L-Artikolu 3 tal-Ftehim UAE-Portugall; - L-Artikolu 3 tal-Ftehim UAE-Slovenja; - L-Artikolu 3 tal-Ftehim UAE-Spanja; - L-Artikolu 3 tal-Ftehim UAE-Svezja; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim UAE-Renju Unit; (b) Rifjut, revoka, sospensjoni jew limitazzjoni ta' l-awtorizzazzjonijiet jew il-permessi: - L-Artikolu 4, Paragrafu 1, tal-Ftehim UAE-Awstrija (1); - L-Artikolu 4 tal-Ftehim UAE-Awstrija (2); - L-Artikolu 5, Paragrafu 1 tal-Ftehim UAE-Belġju; - L-Artikolu 5, Paragrafu 1 tal-Ftehim UAE-Bulgarija; - L-Artikolu 4, Paragrafu 1 tal-Ftehim UAE-Ċipru; - L-Artikolu 4, Paragrafu 1 tal-Ftehim UAE-Repubblika Ċeka; - L-Artikolu 4, Paragrafu 1 tal-Ftehim UAE-Danimarka; - L-Artikolu 4, Paragrafu 1 tal-Ftehim UAE-Finlandja; - L-Artikolu 5, Paragrafu 1 tal-Ftehim UAE-Franza; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim UAE-Ġermanja; - L-Artikolu 5, Paragrafu 1 tal-Ftehim UAE-Greċja; - L-Artikolu 3, Paragrafu 5 tal-Ftehim UAE-Irlanda; - L-Artikolu 5 tal-Ftehim UAE-Italja; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim UAE-Latvja; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim UAE-Litwanja; - L-Artikolu 5 tal-Ftehim UAE-Lussemburgu; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim UAE-Malta; - L-Artikolu 5 tal-Ftehim UAE-Olanda; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim UAE-Polonja; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim UAE-Portugall; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim UAE-Slovenja; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim UAE-Spanja; - L-Artikolu 4 tal-Ftehim UAE-Svezja; - L-Artikolu 5 tal-Ftehim UAE-Renju Unit. (c) Is-sigurtà: - L-Artikolu 6 tal-Ftehim UAE-Awstrija (2); - L-Artikolu 7 tal-Ftehim UAE-Repubblika Ċeka; - L-Artikolu 14 tal-Ftehim UAE-Danimarka; - L-Artikolu 12 tal-Ftehim UAE-Finlandja; - L-Artikolu 6 tal-Ftehim UAE-Latvja; - L-Artikolu 9 tal-Ftehim UAE-Litwanja; - L-Artikolu 14 tal-Ftehim UAE-Portugall; - L-Artikolu 14 tal-Ftehim UAE-Slovenja; - L-Artikolu 11 tal-Ftehim UAE-Spanja; - L-Artikolu 14 tal-Ftehim UAE-Svezja; - L-Artikolu 10 tal-Ftehim UAE-Renju Unit. (d) It-tassazzjoni fuq il-fjuwil ta' l-avjazzjoni: - L-Artikolu 7 tal-Ftehim UAE-Awstrija (1); - L-Artikolu 9 tal-Ftehim UAE-Awstrija (2); - L-Artikolu 6 tal-Ftehim UAE-Belġju; - L-Artikolu 6 tal-Ftehim UAE-Bulgarija; - L-Artikolu 6 tal-Ftehim UAE-Ċipru; - L-Artikolu 8 tal-Ftehim UAE-Repubblika Ċeka; - L-Artikolu 6 tal-Ftehim UAE-Danimarka; - L-Artikolu 6 tal-Ftehim UAE-Finlandja; - L-Artikolu 6 tal-Ftehim UAE-Franza; - L-Artikolu 6 tal-Ftehim UAE-Ġermanja; - L-Artikolu 6 tal-Ftehim UAE-Greċja; - L-Artikolu 11 tal-Ftehim UAE-Irlanda; - L-Artikolu 6 tal-Ftehim UAE-Italja; - L-Artikolu 9 tal-Ftehim UAE-Latvja; - L-Artikolu 6 tal-Ftehim UAE-Litwanja; - L-Artikolu 6 tal-Ftehim UAE-Lussemburgu; - L-Artikolu 5 tal-Ftehim UAE-Malta; - L-Artikolu 6 tal-Ftehim UAE-Polonja; - L-Artikolu 6 tal-Ftehim UAE-Portugall; - L-Artikolu 6 tal-Ftehim UAE-Slovenja; - L-Artikolu 5 tal-Ftehim UAE-Spanja; - L-Artikolu 6 tal-Ftehim UAE-Svezja; - L-Artikolu 8 tal-Ftehim UAE-Renju Unit. (e) Tariffi għall-ġarr fi ħdan il-Komunità Ewropea: - L-Artikolu 9 tal-Ftehim UAE-Awstrija (1); - L-Artikolu 12 tal-Ftehim UAE-Awstrija (2); - L-Artikolu 11 tal-Ftehim UAE-Belġju; - L-Artikolu 11 tal-Ftehim UAE-Bulgarija; - L-Artikolu 13 tal-Ftehim UAE-Ċipru; - L-Artikolu 12 tal-Ftehim UAE-Repubblika Ċeka; - L-Artikolu 10 tal-Ftehim UAE-Danimarka; - L-Artikolu 12 tal-Ftehim UAE-Franza; - L-Artikolu 10 tal-Ftehim UAE-Ġermanja; - L-Artikolu 11 tal-Ftehim UAE-Greċja; - L-Artikolu 6 tal-Ftehim UAE-Irlanda; - L-Artikolu 12 tal-Ftehim UAE-Italja; - L-Artikolu 12 tal-Ftehim UAE-Latvja; - L-Artikolu 15 tal-Ftehim UAE-Litwanja; - L-Artikolu 11 tal-Ftehim UAE-Lussemburgu; - L-Artikolu 10 tal-Ftehim UAE-Malta; - L-Artikolu 6 tal-Ftehim UAE-Olanda; - L-Artikolu 7 tal-Ftehim UAE-Olanda; - L-Artikolu 9 tal-Ftehim UAE-Polonja; - L-Artikolu 18 tal-Ftehim UAE-Portugall; - L-Artikolu 18 tal-Ftehim UAE-Slovenja; - L-Artikolu 7 tal-Ftehim UAE-Spanja; - L-Artikolu 10 tal-Ftehim UAE-Svezja; - L-Artikolu 7 tal-Ftehim UAE-Renju Unit. [1] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 11323/03 tal-5 ta' Ġunju 2003 (dokument ristrett) [2] ĠU C , , p. . [3] ĠU C , , p. . [4] ĠU C , , p. . [5] ĠU C , , p. .