European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1202

24.4.2024

DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2024/1202

tat-23 ta’ April 2024

li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta’ Sħubija tal-Unjoni Ewropea fil-Moldova (EUPM Moldova) (EUPM Moldova/1/2024)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/855 tal-24 ta’ April 2023 dwar Missjoni ta’ Sħubija tal-Unjoni Ewropea fil-Moldova (EUPM Moldova) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 8(1) tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/855, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) huwa awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38, it-tielet paragrafu, tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-iskop li jeżerċita il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni ta’ Sħubija tal-Unjoni Ewropea fil-Moldova (EUPM Moldova), inkluż id-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni.

(2)

Fis-27 ta’ April 2023, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/871 (2), li taħtar lis-Sur Cosmin DINESCU bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUPM Moldova mill-25 ta’ April 2023 sal-24 ta’ April 2024.

(3)

Fid-19 ta’ Marzu 2024, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà ppropona l-estensjoni tal-mandat tas-Sur Cosmin DINESCU bħala Kap tal-Missjoni ta’ EUPM Molodova mill-25 ta’ April 2024 sal-24 ta’ April 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-mandat tas-Sur Cosmin DINESCU bħala Kap tal-Missjoni ta’ Sħubija tal-Unjoni Ewropea fil-Molodova (EUPM Moldova) huwa b’dan estiż mill-25 ta’ April 2024 sal-24 ta’ April 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-25 ta’ April 2024.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ April 2024.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)   ĠU L 110, 25.4.2023, p. 30.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2023/871 tas-27 ta’ April 2023 dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta’ Sħubija tal-Unjoni Ewropea fil-Moldova (EUPM Moldova) (EUPM Moldova/1/2023) (ĠU L 113, 28.4.2023, p. 48).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1202/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)