|
10.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 262/3 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8595 — GE/Macquarie/METT)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 262/03)
|
1. |
Fit-3 ta’ Awwissu 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-intrapriżi General Electric Company (“GE”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Macquarie Group Limited (“Macquarie” tal-Awstralja) jakkwistaw fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ Markbygden ETT AB (“METT” tal-Isvezja) permezz tax-xiri ta’ ishma. |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal GE: kumpanija globali diversifikata, speċjalizzata fis-setturi tal-produzzjoni, teknoloġija u servizzi. Fost l-oħrajn din tinvesti fis-settur tal-enerġija u tipprovdi prodotti u servizzi lill-klijenti ta’ ġenerazzjoni mir-riħ, mill-ilma u mix-xemx; — għal Macquarie: investiment globali, servizzi bankarji u servizzi finanzjarji; — għal METT: hija s-sid ta’ park tal-enerġija mir-riħ Svediż Markbygden ETT b’kapaċità ta’ 650MW, li huwa mistenni li jkun operazzjonali b’mod sħiħ f’Diċembru 2019. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301), bil-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.8595 — GE/Macquarie/METT, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.