|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/447 |
30.7.2026 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/447
tas-27 ta’ Frar 2026
li jemenda r-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mar-restrizzjoni fuq l-użu tas-sustanza attiva diossidu tal-karbonju fl-Anness I, il-Kategorija 6, tiegħu
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta’ Novembru 2023, l-Aġenzija Ewopea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) irċeviet applikazzjoni biex tiġi emendata r-restrizzjoni li tikkonċerna l-użu għas-sustanza attiva, id-dijossidu tal-karbonju, elenkata fl-Anness I, il-Kategorija 6, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li ġiet sottomessa f’konformità mal-Artikolu 3(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 88/2014 (2). L-applikazzjoni ġiet evalwata mill-awtorità kompetenti tan-Netherlands (“l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni”). |
|
(2) |
L-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni ssottomettiet ir-rapport tal-valutazzjoni tagħha flimkien mal-konklużjonijiet tagħha lill-Aġenzija fit-23 ta’ Diċembru 2024. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 75(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali jħejji l-opinjoni tal-Aġenzija rigward l-applikazzjonijiet għar-reviżjoni tas-sustanzi attivi inklużi fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament. F’konformità mal-Artikolu 4(4) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 88/2014 meħud flimkien mal-Artikolu 75(1) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, il-Kumitat dwar il-Prodotti Bijoċidali, wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni, adotta l-opinjoni tal-Aġenzija fl-10 ta’ Settembru 2025 (3). |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha, l-Aġenzija qieset li r-restrizzjoni l-ġdida proposta tiżgura li l-valuri ta’ limitu għall-użu sikur jitqiesu b’mod adegwat fl-istadju tal-awtorizzazzjoni tal-prodotti bijoċidali li fihom id-diossidu tal-karbonju għal kwalunkwe tip ta’ prodott. L-Aġenzija kkonkludiet li r-restrizzjoni attwali dwar l-użu għad-diossidu tal-karbonju, elenkat fl-Anness I, il-Kategorija 6, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 (“Għall-użu biss f’kontenituri tal-gass lesti għall-użu li jiffunzjonaw flimkien ma’ apparat ta’ qbid”) jenħtieġ li titneħħa u tiġi sostitwita bir-restrizzjoni li l-esponiment tal-utenti professjonali għad-diossidu tal-karbonju jibqa’ taħt il-konċentrazzjoni ta’ esponiment aċċettabbli rilevanti, u li l-esponiment tal-utenti pubbliċi ġenerali jew tal-persuni fil-qrib għad-diossidu tal-karbonju jibqa’ taħt iż-0,1 % volum/volum ta’ diossidu tal-karbonju, bil-miżuri ta’ protezzjoni meħtieġa meħuda fejn xieraq. |
|
(5) |
Filwaqt li tqis l-opinjoni tal-Aġenzija, il-Kummissjoni tqis li huwa xieraq li tiġi emendata r-restrizzjoni rilevanti tal-użu għas-sustanza attiva diossidu tal-karbonju, elenkata fl-Anness I, il-Kategorija 6, tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. Ir-restrizzjoni li għadha kif ġiet ifformulata tippermetti awtorizzazzjoni usa’ tal-prodotti bijoċidali li fihom id-diossidu tal-karbonju filwaqt li l-valuri ta’ limitu għall-użu sikur jitqiesu b’mod adegwat fl-istadju tal-awtorizzazzjoni tal-prodott, u b’hekk jiġi żgurat l-użu sikur. |
|
(6) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 528/2012 jiġi emendat kif xieraq, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Frar 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 88/2014 tal-31 ta’ Jannar 2014 li jispeċifika proċedura għall-emenda tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 32, 1.2.2014, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2014/88/oj).
(3) Biocidal Products Committee Opinion on the amendment of inclusion in Annex I, Category 6 of the active substance: Carbon dioxide; ECHA/BPC/491/2025; adottata fl-10 ta’ Settembru 2025; https://echa.europa.eu/documents/10162/deabf578-ae70-5a57-6f78-9cbd9310a2a3.
ANNESS
Fl-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, fil-Kategorija 6 tal-lista ta’ sustanzi attivi msemmija fl-Artikolu 25(a), l-entrata relatata mad-diossidu tal-karbonju hija emendata kif ġej:
|
Numru EC |
Isem/Grupp |
Restrizzjoni |
Kummenti |
||||||||||
|
“204-696-9 |
Diossidu tal-karbonju |
“L-awtorizzazzjoni tal-prodotti bijoċidali li fihom id-dijossidu tal-karbonju bħala sustanza attiva għandha tkun soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
—” |
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2026/447/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)