Official Journal L 073 , 16/03/1994 P. 0001 - 0001
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 29 P. 0220
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 29 P. 0220
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-21 ta' Frar 1994 dwar l-adeżjoni tal-Komunità mal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni taż-Żona tal-Baħar Baltiku (il-Konvenzjoni ta' Helsinki) (94/256/KE) IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari Artikolu 130s, flimkien ma Artikolu 228(3) u l-ewwel sub-paragrafu tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [1], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2], Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3], Billi, skond Artikolu 130r tat-Trattat, il-politika tal-Komunità dwar l-ambjent hija li tikkontribwixxi għall-miri li ġejjin: li tippriserva, tipproteġi u ttejjeb il-kwalità tal-ambjent, li tipproteġi s-saħħa tal-bniedem u li tuża b’mod prudenti u razzjonali r-riżorsi naturali; billi, iktar minn hekk, il-Komunità u l-Istati Membri qegħdin jikkoperaw, ġewwa l-qafas tal-ġurisdizzjonijiet rispettivi tagħhom, ma pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti; Billi l-Komunità adottat miżuri fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni taż-Żona tal-Baħar Baltiku tas-sena 1974 (il-Konvenzjoni ta' Helsinki) u għandha taġixxi fil-livell internazzjonali f'din iż-żona; Billi l-Kummissjoni ilha tipparteċipa bħala osservatur fil-laqgħat tal-Kummissjoni għall-Protezzjoni tal-Ambjent Tal-Baħar Baltiku mid-19 ta' Frar 1991; Billi l-Kummissjoni kienet qiegħda tipparteċipa wkoll fil-laqgħat tal-grupp ad hoc stabbilit għalbiex jirrevedi l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent Tal-Baħar taż-Żona tal-Baħar Baltiku; Billi l-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent Tal-Baħar taż-Żona tal-Baħar Baltiku kienet bla ħsara għall-emendi maħsuba sabiex jippermettu l-adeżjoni tal-Komunità, IDDEĊIEDA KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Komunità Ewropea għandha taderixxi mal-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Ambjent tal-Baħar taż-Żona tal-Baħar Baltiku tas-sena 1994 (Il-Konvenzjoni ta' Helsinki). It-test tal-Konvenzjoni huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President tal-Kunsill għandu jiġi awtorizzat li jinnomina l-persuna jew il-persuni mogħtija l-poter li jiddepożitaw l-istrument tal-adeżjoni skond Artikolu 26 tal-Konvenzjoni. Magħmula fi Brussell, fil-21 ta' Frar 1994. Għall-Kunsill Il-President Th. Pangalos [1] ĠU Ċ 222, ta' l- 1.8.1993, p. 13. [2] ĠU Ċ 315, tat- 22.11.1993. [3] ĠU Ċ 34, tat- 2.2.1994, p. 5. --------------------------------------------------