<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑358/12</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62012CJ0358</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2063">EU:C:2014:2063</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20140710">10.7.2014</DATE> — KAWŻA C‑358/12</P><P>CONSORZIO STABILE LIBOR LAVORI PUBBLICI</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Għaxar Awla)</P><P><DATE ISO="20140710">10 ta’ Lulju 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti pubbliċi</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratti li ma jilħqux il-limitu massimu previst mid-Direttiva 2004/18/KE</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Prinċipju ta’ proporzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet għall-esklużjoni minn proċedura ta’ għoti</KEYWORD><KEYWORD>Kriterji ta’ għażla kwalitattiva relatati mas-sitwazzjoni personali tal-offerent</KEYWORD><KEYWORD>Obbligi relatati mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ ksur serju</KEYWORD><KEYWORD>Differenza bejn is-somom dovuti u s-somom imħallsa ta’ iktar minn EUR 100 u ta’ iktar minn 5 % tas-somom dovuti</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑358/12,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20120315">15 ta’ Marzu 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fit-<DATE ISO="20120730">30 ta’ Lulju 2012</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Consorzio Stabile Libor Lavori Pubblici</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Comune di Milano,</HT></P></DEFENDANTS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">Pascolo Srl,</HT></P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Għaxar Awla),</P><P>komposta minn A. Rosas, li qed jaġixxi bħala President tal-Għaxar Awla, D. Šváby u C. Vajda (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: A. Impellizzeri, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tal-<DATE ISO="20130711">11 ta’ Lulju 2013</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Consorzio Stabile Libor Lavori Pubblici, minn N. Seminara, R. Invernizzi u M. Falsanisi, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Comune di Milano, minn M. Maffey u S. Pagano, avukati,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għal Pascolo Srl, minn A. Tornitore, F. Femiano, G. Fuzier u G. Sorrentino, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn G. Aiello, avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna u M. Szpunar, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn A. Tokár u L. Pignataro‑Nolin, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 49 TFUE, 56 TFUE u 101 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn il-Consorzio Stabile Libor Lavori Pubblici (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Libor<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u l-Comune di Milano, dwar id-deċiżjoni ta’ dan tal-aħħar li jannulla l-attribuzzjoni definittiva ta’ kuntratt pubbliku għal xogħlijiet lil-Libor minħabba li l-Libor kien naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu relatati mal-ħlas ta’ kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali li jammontaw għal EUR 278.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132), kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1177/2009, tat-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="314" PAGE.FIRST="64" DATE.PUB="2009">ĠU L 314, p. 64</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Direttiva 2004/18<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), tipprovdi fil-premessa 2 tagħha:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>L-għoti tal-kuntratti ffinalizzati fl-Istati Membri f’isem l-Istat, l-awtoritajiet reġjonali u lokali u korpi oħra mmexxija minn entitajiet legali pubbliċi, huwa soġġett li josserva l-prinċipji tat-Trattat u in partikolari għall-prinċipji tal-moviment ħieles tal-prodotti, il-prinċipju ta’ l-istabbiliment ħieles u l-prinċipju tal-libertà li tipprovdi servizzi u l-prinċipji li jitnisslu minn dawn, bħal ma huwa il-prinċipju tat-trattament ugwali, il-prinċipju ta’ bla diskriminazzjoni, il-prinċipju ta’ għarfien reċiproku, il-prinċipju tal-proporzjonalità u l-prinċipju tat-trasparenza. Madankollu, għall-kuntratti pubbliċi li jaqbżu ċertu ammont, huwa rakkomandat li jinħarġu disposizzjonijiet ta’ kordinazzjoni Komunitarja tal-proċeduri nazzjonali għall-għoti ta’ kuntratti bħal dawn li huma bbażati fuq dawn il-prinċipji sabiex jiġu assigurati l-effetti li dawn jista’ jkollhom u biex jiggarantixxu l-bidu tal-kisba għall-kompetizzjoni. Dawn il-disposizzjonijiet kordinati għandhom għalhekk jiġu interpretati skond ir-regoli imsemmija aktar qabel u l-prinċipji u regoli oħra tat-Trattat.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="3"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva jistabbilixxi l-ammont tal-limiti massimi li minnhom japplikaw ir-regoli ta’ koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi li din tistabbilixxi. Għall-kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, l-Artikolu 7(c) ta’ din id-direttiva jistabbilixxi l-limitu massimu applikabbli għal EUR 4 845 000.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18 jikkonċerna l-kriterji ta’ għażla kwalitattiva relatati mas-sitwazzjoni personali tal-kandidat jew tal-offerent. L-Artikolu 45(2) jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Kull operatur ekonomiku jista’ jkun eskluż minn parteċipazzjoni f’kuntratt fejn dak l-operatur eknomiku:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>ma issodisfax obbligi relatati mal-pagament ta’ kuntribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skond il-disposizzjonijiet legali tal-pajjiż li fih huwa stabbilit jew ma’ dawk tal-pajjiż ta’ l-awtorità kontrattwanti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>ma issodisfax obbligi relatati mal-pagament ta’ taxxi skond il-disposizzjonijiet legali tal-pajjiż li fih huwa stabbilit jew ma’ dawk tal-pajjiż ta’ l-awtorità kontrattwanti;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[...]</P></ALINEA><ALINEA>Stati Membri għandhom jispeċifikaw, skond il-liġi nazzjonali tagħhom u b’rigward għal-liġi tal-Kommunità, il-kondizzjonijiet ta’ implimentazzjoni għal dan il-paragrafu.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Id-Digriet Leġiżlattiv Nru 163, li jistabbilixxi l-kodiċi tal-kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal servizzi u għal provvisti skont id-Direttivi 2004/17/KE u 2004/18/KE (decreto legislativo n. 163 – Codice dei contratti pubblici relativi a lavori, servizi e forniture in attuazione delle direttive 2004/17/CE e 2004/18/CE), tat-<DATE ISO="20060412">12 ta’ April 2006</DATE> (Suppliment ordinarju għall-GURI Nru 100, tat-<DATE ISO="20060502">2 ta’ Mejju 2006</DATE>), kif emendat bid-Digriet-Liġi Nru 70 tat-<DATE ISO="20110513">13 ta’ Mejju 2011</DATE> (GURI Nru 110, tat-<DATE ISO="20110513">13 ta’ Mejju 2011</DATE>, p. 1) ikkonvertit f’liġi permezz tal-Liġi Nru 106 tat-<DATE ISO="20110712">12 ta’ Lulju 2011</DATE> (GURI Nru 160, tat-<DATE ISO="20110712">12 ta’ Lulju 2011</DATE>, p. 1, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), jirregola, fl-intier tagħhom, il-proċeduri fl-Italja ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal servizzi u għal provvisti.</TXT></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Id-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006 jinkludi, fil-Parti II tiegħu, fost ir-regoli applikabbli indipendentement mill-ammont tal-kuntratt, l-Artikolu 38 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ġenerali għall-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ għoti ta’ konċessjonijiet u ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi. L-Artikolu 38(1)(i) ta’ dan id-digriet jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="038.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Huma esklużi mill-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ għoti ta’ konċessjonijiet u ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi u ma jistgħux jingħataw kuntratti ta’ subappalt u lanqas jidħlu fi kuntratti relatati ma’ dawn il-kuntratti, il-persuni:</P><P>[...]</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>li wettqu ksur serju, definittivament stabbilit, tar-regoli applikabbli fil-qasam tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali Taljana jew dik tal-Istat li fih dawn huma stabbiliti.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="4"?><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 38(2) ta’ dan id-digriet leġiżlattiv jiddefinixxi l-kriterju ta’ gravità tal-ksur tar-regoli applikabbli fil-qasam tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet lill-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali. Dan essenzjalment jipprovdi li, għall-finijiet tal-Artikolu 38(1)(i) tal-istess digriet leġiżlattiv, il-ksur li jostakola l-ħruġ tad-dokument uniku ta’ regolarità fil-qasam tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (documento unico di regolarità contributiva, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>DURC<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) għandu jitqies li huwa ksur serju.</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Il-ksur li jostakola l-ħruġ tad-DURC huwa, min-naħa tiegħu, iddefinit permezz ta’ digriet tal-Ministeru għax-xogħol u għas-sigurtà soċjali li jirregola d-dokument uniku ta’ regolarità fil-qasam tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali (Decreto del ministero del lavoro e della previdenza sociale – che disciplina il documento unico di regolarità contributiva), tal-<DATE ISO="20071024">24 ta’ Ottubru 2007</DATE> (GURI Nru 279, tat-<DATE ISO="20071130">30 ta’ Novembru 2007</DATE>, p. 11). Skont l-Artikolu 8(3) ta’ dan id-digriet ministerjali:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Għall-finijiet biss tal-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti, differenza żgħira ħafna bejn is-somom dovuti u dawk imħallsa fir-rigward ta’ kull awtorità tas-sigurtà soċjali u ta’ kull fond ta’ kostruzzjoni ma għandhiex tipprekludi l-ħruġ tad-DURC. Differenza ta’ inqas minn jew ta’ ugwali għal 5 % bejn is-somom dovuti u dawk imħallsa għal kull perijodu ta’ ħlas ta’ remunerazzjoni jew ta’ kontribuzzjonijiet jew f’kull każ ta’ inqas minn EUR 100 ma għandhiex titqies li hija serja, bla ħsara għall-obbligu ta’ ħlas tal-ammont iċċitat iktar ’il fuq fi żmien tletin jum mill-ħruġ tad-DURC.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ avviż pubbliku tas-<DATE ISO="20110606">6 ta’ Ġunju 2011</DATE>, il-Comune di Milano ħareġ sejħa għal offerti bil-għan li jingħata kuntratt li kien jikkonċerna <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>xogħlijiet ta’ manutenzjoni u ta’ installazzjoni ta’ sistemi ta’ kontra l-intrużjoni f’binjiet residenzjali proprjetà tal-Comune di Milano<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, li kellu jiġi attribwit skont il-kriterju tal-irħas prezz billi jittieħed bħala bażi valur tal-kuntratt ekwivalenti għal EUR 4 784 914.61.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-avviż kien espressament jeħtieġ lil kull offerent, taħt piena ta’ esklużjoni, jiddikjara li huwa kien jissodisfa l-kriterji ġenerali ta’ parteċipazzjoni fis-sejħa għal offerti li kienu jinsabu fl-Artikolu 38 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-Libor ressaq talba għal parteċipazzjoni u ddikjara fil-kliem tal-Artikolu 38(1)(i) ta’ dan id-digriet leġiżlattiv <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>li ma kienx wettaq ksur serju, definittivament stabbilit, tar-regoli applikabbli fil-qasam tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet lill-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali skont il-leġiżlazzjoni Taljana<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Fi tmiem il-proċedura, il-Comune di Milano attribwixxa l-kuntratt lil-Libor u kkomunikalu din id-deċiżjoni permezz ta’ nota tat-<DATE ISO="20110728">28 ta’ Lulju 2011</DATE>. Huwa sussegwentement ivverifika din id-dikjarazzjoni tal-offerent magħżul. Għal dan il-għan, huwa kiseb mingħand l-amministrazzjoni kompetenti d-DURC li minnu rriżulta li meta l-Libor kien ressaq it-talba tiegħu għall-parteċipazzjoni fis-sejħa għal offerti huwa ma kienx aġġornat fir-rigward tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tiegħu tas-sigurtà soċjali, peress li huwa kien naqas milli jagħmel, fit-termini meħtieġa, il-ħlasijiet relatati max-xahar ta’ Mejju 2011 li jammontaw għal EUR 278 u li jikkorrispondu għat-totalità tal-kontribuzzjonijiet dovuti għal dan ix-xahar. Din is-somma tħallset b’mod tardiv mil-Libor, fit-<DATE ISO="20110728">28 ta’ Lulju 2011</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-ksur li jirriżulta mid-DURC, il-Comune di Milano annulla l-attribuzzjoni definittiva favur il-Libor u eskluda lil dan tal-aħħar mill-proċedura. Huwa identifika lil Pascolo Srl bħala l-offerent magħżul il-ġdid.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-Libor ppreżenta rikors kontra din id-deċiżjoni ta’ annullament quddiem it-Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia billi sostna, b’mod partikolari, li l-Artikolu 38(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006 huwa inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><?PAGE NO="5"?><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tindika li s-sejħa għal offerti inkwistjoni ma taqax taħt id-Direttiva 2004/18 sa fejn il-valur tal-kuntratt inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa inqas mil-limitu massimu stabbilit mill-Artikolu 7(c) tad-din id-direttiva. Hija madankollu tqis li din is-sejħa għal offerti għandha interess transkonfinali, b’mod li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ir-regoli fundamentali tat-Trattat FUE għandhom jiġu osservati. F’dan ir-rigward, hija għandha dubji dwar il-kompatibbiltà tal-Artikolu 38(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006 mal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Skont il-qorti tar-rinviju, billi tintroduċi kriterju purament legali ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>gravità<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> tal-ksur relatat mal-obbligu ta’ ħlas tal-kontribuzzjonijiet, din id-dispożizzjoni għandha bħala effett li ċċaħħad lill-awtorità kontraenti minn kull marġni ta’ diskrezzjoni sabiex tiddetermina jekk il-kriterji ta’ parteċipazzjoni relatati mal-assenza ta’ kontribuzzjonijiet tardivi tas-sigurtà soċjali humiex issodisfatti. Tali esklużjoni hija fiha nnifisha kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni sa fejn din issaħħaħ l-ugwaljanza fit-trattament bejn l-operaturi ekonomiċi differenti li jipparteċipaw f’sejħa għal offerti.</TXT></NP><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kompatibbiltà tal-kriterji elaborati mil-leġiżlatur nazzjonali mal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Din tirrileva li l-kundizzjoni relatata mal-osservanza, minn impriża, tal-obbligi tagħha ta’ ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali kienet ġiet stabbilita bil-għan li tiġi żgurata l-affidabbiltà, id-diliġenza u serjetà tal-impriża offerenti kif ukoll sabiex jiġi żgurat l-aġir korrett tagħha fir-rigward tal-ħaddiema tagħha. Il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk, fir-rigward ta’ proċedura ta’ attribuzzjoni speċifika, ksur ta’ din il-kundizzjoni jikkostitwixxix tassew indikazzjoni sinjifikattiva tan-nuqqas ta’ affidabbiltà ta’ impriża. Dan huwa fil-fatt kriterju astratt li ma jiħux inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi ta’ sejħa għal offerti speċifika, relatati mal-għan u mal-valur reali ta’ din tal-aħħar, kif ukoll l-importanza tad-dħul mill-bejgħ u l-kapaċità ekonomika u finanzjarja tal-impriża li wettqet il-ksur. Barra minn hekk, l-esklużjoni ta’ impriża mill-parteċipazzjoni f’sejħa għal offerti tkun sproporzjonata f’każijiet fejn, bħal f’dan inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-ksur ikun jikkonċerna ammont żgħir ħafna.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-qorti tar-rinviju għandha dubji dwar il-koerenza tal-kundizzjonijiet għall-esklużjoni minn kuntratt minħabba n-nuqqas ta’ ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ma’ dawk li jikkonċernaw in-nuqqas ta’ ħlas fil-qasam fiskali, li skont dawn il-kundizzjonijiet tal-aħħar biss il-ksur li jikkonċerna ammont li jeċċedi EUR 10 000 huwa kklassifikat bħala serju.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia ddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Il-prinċipju ta’ proporzionalità, kif jirriżulta mid-dritt ta’ stabbiliment u mill-prinċipji ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni, stabbiliti fl-Artikoli 49 [TFUE], 56 [TFUE] u 101 TFUE, u l-prinċipju ta’ raġonevolezza li jagħmel parti mill-prinċipju ta’ proporzjonalità, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, fir-rigward ta’ sejħiet għal offerti li jaqgħu kemm fuq kif ukoll taħt il-livell ta’ rilevanza [tal-Unjoni Ewropea], tikklassifika bħala serju ksur relatat mal-obbligi ta’ kontribuzzjoni li jkun ġie stabbilit b’mod definittiv meta l-ammont korrispondenti jaqbeż EUR 100 u fl-istess ħin ikun ta’ iktar minn 5 % tad-differenza bejn is-somom dovuti u dawk imħallsa fir-rigward ta’ kull perijodu ta’ remunerazzjoni jew kontribuzzjoni, bil-konsegwenza li l-awtorità kontraenti tkun obbligata teskludi mill-proċess ta’ sejħa għal offerti l-offerent li jkun responsabbli għal tali ksur, mingħajr ma tevalwa aspetti oħra li juru speċifikatament l-affidabbiltà tal-offerent inkwistjoni bħala parti kontraenti?<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat li, anki jekk, kif tindika d-domanda, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali kellha tapplika għas-sejħiet għal offerti li l-valur tagħhom jaqa’ kemm fuq kif ukoll taħt il-limiti massimi tal-kuntratti pubbliċi stabbiliti fl-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/18, il-valur tal-kuntratt pubbliku inkwistjoni fil-kawża prinċipali huwa ta’ inqas mill-ammont indikat fl-Artikolu 7(c).</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Barra minn hekk, kemm mill-kliem ta’ din id-domanda kif ukoll mill-osservazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, kif miġbura fil-qosor fil-punt 18 ta’ din is-sentenza, jirriżulta li din il-qorti qiegħda, b’mod partikolari, tistaqsi jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tosservax il-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Għaldaqstant, permezz tad-domanda tagħha, din il-qorti essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikoli 49 TFUE, 56 TFUE u 101 TFUE kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhomx jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li, fir-rigward tal-kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet li l-valur tagħhom huwa ta’ inqas mil-limitu massimu ddefinit fl-Artikolu 7(c) tad-Direttiva 2004/18, tobbliga lill-awtoritajiet kontraenti jeskludu mill-proċedura ta’ għoti ta’ tali kuntratt lil offerent responsabbli għal ksur fil-qasam tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jekk id-differenza bejn is-somom dovuti u dawk imħallsa tkun ta’ ammont kemm ikbar minn EUR 100 kif ukoll ikbar minn 5 % tas-somom dovuti.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Hemm lok li l-ewwel nett jitfakkar li l-applikazzjoni ta’ din id-direttiva għal kuntratt pubbliku hija suġġetta għall-kundizzjoni li l-valur stmat tiegħu jilħaq il-limitu massimu rilevanti stabbilit fl-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva. Fil-każ kuntrarju, ir-regoli fundamentali u l-prinċipji ġenerali tat-Trattat huma applikabbli, sa fejn il-kuntratt ikkonċernat għandu interess transkonfinali ċert fir-rigward, b’mod partikolari, tal-importanza tiegħu u tal-lok tal-eżekuzzjoni tiegħu (ara, f’dan is-sens, b’mod partikolari, is-sentenza Ordine degli Ingegneri della Provincia di Lecce <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑159/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:817">EU:C:2012:817</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 23 u l-ġurisprudenza ċċitata). Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa l-eżistenza ta’ tali interess (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Belgacom, C‑221/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:736">EU:C:2013:736</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, minkejja li l-kuntratt pubbliku għal xogħlijiet inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jilħaqx il-limitu massimu ddefinit fl-Artikolu 7(c) tal-istess direttiva, hemm lok li jiġi kkonstatat, sa fejn il-qorti tar-rinviju tqis li dan il-kuntratt huwa ta’ interess transkonfinali ċert, li dawn ir-regoli fundamentali u dawn il-prinċipji ġenerali japplikaw fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tat-Trattat li l-qorti tar-rinviju tirreferi għalihom, sitwazzjoni ta’ esklużjoni minn proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tikkostitwixxix ftehim bejn impriżi, deċiżjoni ta’ assoċjazzjonijiet ta’ impriżi jew prattika miftiehma fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE. Għaldaqstant ma hemmx lok li dispożizzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali tiġi eżaminata fid-dawl ta’ dan l-artikolu.</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, hekk kif jirriżulta mill-premessa 2 tad-Direttiva 2004/18, fost il-prinċipji tat-Trattat li għandhom jiġu osservati fl-għoti ta’ kuntratti pubbliċi hemm inkluż, b’mod partikolari, dawk tal-libertà ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi kif ukoll dak tal-proporzjonalità.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE, mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li dawn l-artikoli jipprekludu kull miżura nazzjonali li, anki jekk tapplika mingħajr ma ssir diskriminazzjoni fir-rigward tan-nazzjonalità, hija ta’ natura li tipprojbixxi, li tfixkel, jew li tirrendi inqas attraenti l-eżerċizzju, miċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea, tal-libertà ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ggarantiti minn dawn id-dispożizzjonijiet tat-Trattat (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Serrantoni u Consorzio stabile edili, C‑376/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:808">EU:C:2009:808</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 41).</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kuntratti pubbliċi, huwa fl-interess tal-Unjoni, fil-qasam tal-libertà ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, li tiġi żgurata l-ikbar parteċipazzjoni ta’ offerenti possibbli f’sejħa għal offerti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza CoNISMa, C‑305/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:807">EU:C:2009:807</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 37). Issa, l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni, li teskludi mill-parteċipazzjoni fil-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet lill-persuni li wettqu ksur serju tar-regoli nazzjonali applikabbli fil-qasam tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, bħal dik prevista fl-Artikolu 38(1)(i) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006, tista’ timpedixxi l-parteċipazzjoni l-iktar wiesgħa possibbli ta’ offerenti fil-proċeduri ta’ sejħiet għal offerti.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Tali dispożizzjoni nazzjonali li tista’ timpedixxi l-parteċipazzjoni ta’ offerenti f’kuntratt pubbliku li huwa ta’ interess transkonfinali ċert tikkostitwixxi restrizzjoni fis-sens tal-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE.</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Madankollu, tali restrizzjoni tista’ tiġi ġġustifikata sa fejn din trid tilħaq għan leġittimu ta’ interess ġenerali u sa fejn din tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità, jiġifieri hija adatta sabiex tiggarantixxi li dan l-għan jiġi milħuq u ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex dan l-għan jintlaħaq (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Serrantoni u Consorzio stabile edili, C‑376/08, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:808">EU:C:2009:808</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 44).</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, qabel kollox, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-għan li jrid jintlaħaq mill-kawża ta’ esklużjoni mill-kuntratti pubbliċi ddefinita fl-Artikolu 38(1)(i) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006 huwa li tiġi żgurata l-affidabbiltà, id-diliġenza u s-serjetà tal-offerent kif ukoll sabiex jiġi żgurat l-aġir korrett tiegħu fir-rigward tal-ħaddiema tiegħu. Hemm lok li jitqies li l-fatt li jiġi żgurat li offerent għandu tali kwalitajiet jikkostitwixxi għan leġittimu ta’ interess ġenerali.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Sussegwentement, għandu jiġi kkonstatat li kawża ta’ esklużjoni bħal dik prevista fl-Artikolu 38(1)(i) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006 hija adatta sabiex tiggarantixxi li jintlaħaq l-għan mixtieq, peress li n-nuqqas ta’ ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali minn operatur ekonomiku għandu t-tendenza jindika l-assenza ta’ affidabbiltà, ta’ diliġenza u ta’ serjetà ta’ dan tal-aħħar f’dak li jikkonċerna l-osservanza tal-obbligi legali u soċjali tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, f’dak li jikkonċerna n-neċessità ta’ tali miżura, hemm lok li jiġi rrilevat, l-ewwel nett, li d-definizzjoni, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, ta’ limitu massimu preċiż għall-esklużjoni mill-parteċipazzjoni fil-kuntratti pubbliċi, jiġifieri differenza bejn is-somom dovuti fir-rigward tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali u dawk imħallsa ta’ ammont kemm ikbar minn EUR 100 kif ukoll ikbar minn 5 % tas-somom dovuti, tiggarantixxi mhux biss l-ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti iżda wkoll iċ-ċertezza legali, prinċipju li l-osservanza tiegħu tikkostitwixxi kundizzjoni għall-proporzjonalità ta’ miżura restrittiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Itelcar, C‑282/12, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:629">EU:C:2013:629</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 44).</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>It-tieni nett, f’dak li jirrigwarda l-livell ta’ dan il-limitu massimu għall-esklużjoni, kif iddefinit mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, għandu jitfakkar li, fir-rigward tal-kuntratti pubbliċi li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/18, l-Artikolu 45(2) tagħha jħalli l-applikazzjoni tal-kawżi ta’ esklużjoni li huwa jirreferi għalihom għall-evalwazzjoni tal-Istat Membri, kif tixhed l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>jista’ jkun eskluż minn parteċipazzjoni f’kuntratt<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> li tinsab fil-bidu ta’ din id-dispożizzjoni u jirreferi espressament, b’mod partikolari, fis-subparagrafi (e) u (f) tiegħu, għad-dispożizzjonijiet legali nazzjonali [ara, fir-rigward tal-Artikolu 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-<DATE ISO="19920618">18 ta’ Ġunju 1992</DATE>, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 322), is-sentenza La Cascina <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑226/04 u C‑228/04, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:94">EU:C:2006:94</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, point 21].</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18 ma jipprevedix uniformità ta’ applikazzjoni tal-kawżi ta’ esklużjoni indikati fih fuq livell tal-Unjoni, minħabba li l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà li ma japplikawx affattu dawn il-kawżi ta’ esklużjoni, jew li jintegrawhom fil-leġiżlazzjoni nazzjonali b’livell ta’ applikazzjoni li jista’ jvarja każ b’każ, skont il-kunsiderazzjonijiet legali, ekonomiċi<?PAGE NO="8"?> jew soċjali li jipprevalu fil-livell nazzjonali. F’dan il-kuntest, l-Istati Membri għandhom is-setgħa li jirrendu l-kriterji stabbiliti f’din id-dispożizzjoni inqas onerużi jew iktar flessibbli (ara, fir-rigward tal-Artikolu 29 tad-Direttiva 92/50, is-sentenza La Cascina <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:94">EU:C:2006:94</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 23).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Issa, l-Artikolu 45(2)(e) tad-Direttiva 2004/18 jippermetti lill-Istati Membri jeskludu mill-parteċipazzjoni f’kuntratt pubbliku lil kull operatur ekonomiku li ma ssodisfax l-obbligi tiegħu relatati mal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, mingħajr ma hemm indikat xi ammont minimu tal-kontribuzzjonijiet b’lura. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-fatt li d-dritt nazzjonali jipprevedi tali ammont minimu jikkostitwixxi flessibbiltà tal-kriterju ta’ esklużjoni previst f’din id-dispożizzjoni u għaldaqstant ma jistax jitqies li jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju. Dan huwa <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> l-każ fir-rigward tal-kuntratti pubbliċi li ma jilħqux il-limitu massimu ddefinit fl-Artikolu 7(c) ta’ din id-direttiva u, għaldaqstant, li ma humiex suġġetti għall-proċeduri partikolari u stretti previsti fih.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-fatt li l-limitu massimu ta’ esklużjoni previst mid-dritt nazzjonali minħabba n-nuqqas ta’ ħlas ta’ imposti u ta’ taxxi huwa, hekk kif tirrileva l-qorti tar-rinviju, ħafna ogħla mil-limitu massimu relatat mal-ħlasijiet tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali ma jaffettwax, fih innifsu, in-natura proporzjonata ta’ dan tal-aħħar. Fil-fatt, hekk kif jirriżulta mill-punt 36 ta’ din is-sentenza, l-Istati Membri huma liberi li jintegraw il-kawżi ta’ esklużjoni previsti, b’mod partikolari, fl-Artikolu 45(2)(e) u (f) ta’ din id-direttiva fil-leġiżlazzjoni nazzjonali b’livell ta’ applikazzjoni li jista’ jvarja każ b’każ, skont il-kunsiderazzjonijiet legali, ekonomiċi jew soċjali li jipprevalu fil-livell nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, tali sitwazzjoni hija differenti minn dik li tat lok għas-sentenza Hartlauer (C‑169/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:141">EU:C:2009:141</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li fiha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni ma kinitx xierqa sabiex tiżgura t-twettiq tal-għanijiet li riedu jintlaħqu sa fejn din ma kinitx tipprova tilħaqhom b’mod koerenti u sistematiku. Bid-differenza tal-leġiżlazzjoni eżaminata f’din l-aħħar sentenza, il-miżura li hija s-suġġett tal-kawża prinċipali hija bbażata, hekk kif jirriżulta mill-punt 34 ta’ din is-sentenza, fuq kriterji oġġettivi, li ma jkunux diskriminatorji u li jkunu magħrufa minn qabel (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Hartlauer, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:141">EU:C:2009:141</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 64).</TXT></NP><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li miżura nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tistax titqies li tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan mixtieq.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, hemm lok li r-risposta għad-domanda preliminari magħmula tkun li l-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li, fir-rigward tal-kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet li l-valur tagħhom huwa ta’ inqas mil-limitu massimu ddefinit fl-Artikolu 7(c) tad-Direttiva 2004/18, tobbliga lill-awtoritajiet kontraenti jeskludu mill-proċedura ta’ għoti ta’ tali kuntratt lil offerent responsabbli għal ksur fil-qasam tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jekk id-differenza bejn is-somom dovuti u dawk imħallsa tkun ta’ ammont kemm ikbar minn EUR 100 kif ukoll ikbar minn 5 % tas-somom dovuti.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li, fir-rigward tal-kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet li l-valur tagħhom huwa ta’ inqas mil-limitu massimu ddefinit fl-Artikolu 7(c) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20040331">31 ta’ Marzu 2004</DATE>, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1177/2009, tat-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE>, tobbliga lill-awtoritajiet kontraenti jeskludu mill-proċedura ta’ għoti ta’ tali kuntratt lil offerent responsabbli għal ksur fil-qasam tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali jekk id-differenza bejn is-somom dovuti u dawk imħallsa tkun ta’ ammont kemm ikbar minn EUR 100 kif ukoll ikbar minn 5 % tas-somom dovuti.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>