|
13.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 160/106 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10707 – MACQUARIE / BCI / REDEN HOLDING AND REDEN HOLDING 2020)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 160/12)
1.
Fl-4 ta’ April 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Macquarie Group Limited (Macquarie, ir-Renju Unit), |
|
— |
British Columbia Investment Management Corporation (BCI, il-Kanada), |
|
— |
Reden Holding u Reden Holding 2020 (il-Kumpanija fil-Mira, Franza). |
Macquarie u BCI jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Kumpanija fil-Mira kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Macquarie huwa bank ta’ investiment globali u fornitur ta’ servizzi finanzjarji li jkopri r-riżorsi u l-komoditajiet, l-enerġija ekoloġika, l-enerġija konvenzjonali, l-istituzzjonijiet finanzjarji, l-infrastruttura u l-proprjetà immobbli, |
|
— |
BCI hija aġent tal-Gvern tal-British Columbia fil-Kanada, li jinvesti f’isem klijenti tas-settur pubbliku fil-British Columbia u jgħin biex jiffinanzja l-benefiċċji tal-irtirar ta’ madwar 690 000 membru tal-pjan, kif ukoll fondi ta’ assikurazzjoni u benefiċċji li jkopru 2,5 miljun ħaddiem fil-British Columbia, |
|
— |
Il-Kumpanija fil-Mira tiżviluppa, tiffinanzja, tibni u tħaddem impjanti tal-enerġija fotovoltajka solari fl-Ewropa, b’mod partikolari, fi Franza, il-Greċja, l-Italja, il-Portugall u Spanja, u fl-Amerka Latina. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:
M.10707 — MACQUARIE / BCI / REDEN HOLDING AND REDEN HOLDING 2020
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-fax jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).