2010D0621 — MT — 07.10.2010 — 000.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat- ►C1  7 ta’ Ottubru 2010 ◄

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, ta’ servizz jew uffiċjali

(2010/621/UE)

(ĠU L 273, 19.10.2010, p.2)


Ikkoreġut b'

►C1

Rettifika, ĠU L 278, 22.10.2010, p. 32  (621/2010)




▼B

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat- ►C1  7 ta’ Ottubru 2010 ◄

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, ta’ servizz jew uffiċjali

(2010/621/UE)



IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2)(a), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Sabiex jarmonizzaw il-politika dwar il-viża tagħhom mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 tal-15 ta’ Marzu 2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandhom ikollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk iċ-ċittadini li huma eżentati minn dik il-ħtieġa ( 1 ), xi Stati Membri taw eżenzjoni mill-viża liċ-ċittadini tar-Repubblika Federattiva tal-Brażil (“il-Brażil”) qabel l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni, peress li l-Brażil jidher fil-lista ta’ pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tiegħu huma eżentati mir-rekwiżit tal-viża.

(2)

Minħabba raġunijiet kostituzzjonali, il-Brażil ma jistax jagħti eżenzjoni mill-viża lill-Istati Membri b’mod unilaterali; jeħtieġ li jiġi konkluż ftehim ta’ eżenzjoni mill-viża li għandu jkun ratifikat mill-Parlament Brażiljan.

(3)

Il-Brażil għandu ftehimiet bilaterali dwar l-eżenzjoni mill-viża mal-maġġoranza tal-Istati Membri, konklużi jew qabel l-adeżjoni tagħhom mal-Unjoni jew qabel l-istabbiliment ta’ politika komuni dwar il-viża. Madankollu, għad hemm erba’ Stati Membri li magħhom, fil-passat, ma ġie konkluż l-ebda ftehim bilaterali dwar l-eżenzjoni mill-viża, u għalhekk il-Brażil għadu jeħtieġ viża miċ-ċittadini ta’ dawn l-Istati Membri għal soġġorni qosra.

(4)

Min-natura tal-politika komuni dwar il-viża u l-kompetenza esterna esklussiva tal-Unjoni f’dan il-qasam joħroġ illi l-Unjoni biss tista’ tinnegozja u tikkonkludi ftehim ta’ eżenzjoni mill-viża, u mhux l-Istati Membri individwali.

(5)

Minħabba t-trattament mhux reċiproku tal-Brażil lejn ċerti Stati Membri, il-Kunsill, bid-Deċiżjoni tiegħu tat-18 ta’ April 2008, awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim bejn l-Unjoni u l-Brażil dwar eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir sabiex tkun żgurata eżenzjoni reċiproka sħiħa mill-viża.

(6)

In-negozjati dwar il-ftehim infetħu fit-2 ta’ Lulju 2008 u ġew konklużi fid-19 ta’ Novembru 2009.

(7)

Soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil dwar eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, ta’ servizz jew uffiċjali inizjalat fi Brussell fit-28 ta’ April 2010, għandu jiġi ffirmat.

(8)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom ir-Renju Unit mhuwiex jieħu sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu sehem f’xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen ( 2 ); għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qiegħed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhuwiex marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(9)

Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda mhijiex tieħu sehem, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen ( 3 ); għalhekk l-Irlanda mhijiex qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu;

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

L-iffirmar bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika Federattiva tal-Brażil ta’ Ftehim dwar eżenzjoni mill-viża għal soġġorn qasir għad-detenturi ta’ passaporti diplomatiċi, ta’ servizz jew uffiċjali (“il-Ftehim”) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu. ( 4 )

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw il-Ftehim f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.



( 1 ) ĠU L 81, 21.3.2001, p. 1.

( 2 ) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.

( 3 ) ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20.

( 4 ) It-test tal-Ftehim ser jiġi ppubblikat flimkien mad-deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.