|
22.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/47 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/660
tat-2 ta’ Diċembru 2022
li jistabbilixxi regoli dettaljati għal-lista ta’ trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet ta’ operar fl-Unjoni msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 473/2006 li jistabbilixxi regoli ta’ implimentazzjoni għal-lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma suġġetti għal projbizzjoni tal-operat fil-Komunità msemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2005 dwar l-istabbiliment ta’ lista Komunitarja ta’ trasportaturi tal-ajru li huma soġġetti għal projbizzjoni ta’ operar fil-Komunità u li jinforma lill-passiġġieri tat-trasport bl-ajru dwar l-identità tat-trasportatur tal-ajru li jopera (1), u li jħassar l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2004/36/KE, u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 jistabbilixxi l-proċeduri għall-aġġornament tal-lista tat-trasportaturi tal-ajru li huma pprojbiti milli joperaw jew li huma soġġetti għal restrizzjonijiet ta’ operar fl-Unjoni (“il-lista tal-Unjoni”), kif ukoll proċeduri li jippermettu lill-Istati Membri, f’ċerti ċirkostanzi, jadottaw miżuri eċċezzjonali li jimponu projbizzjonijiet fuq l-operar fit-territorju tagħhom. |
|
(2) |
Jixraq li r-Regolament (KE) Nru 2111/2005 jiġi ssupplimentat b’regoli dettaljati fir-rigward ta’ dawn il-proċeduri. |
|
(3) |
B’mod partikolari, jixraq li tiġi speċifikata l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri meta jitolbu lill-Kummissjoni tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 biex taġġorna l-lista tal-Unjoni billi timponi projbizzjoni ġdida fuq l-operar, tneħħi projbizzjoni eżistenti jew timmodifika l-kundizzjonijiet marbuta magħha. |
|
(4) |
Jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet għall-eżerċitar tad-drittijiet tad-difiża tat-trasportaturi soġġetti għad-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni sabiex tiġi aġġornata l-lista tal-Unjoni. Il-proċeduri fir-rigward tad-dritt tad-difiża tat-trasportaturi tal-ajru jenħtieġ li jiġu ċċarati. Għalhekk, dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tal-eżerċitar tad-dritt tad-difiża tat-trasportaturi tal-ajru meta l-Kummissjoni tkun qed tikkunsidra jekk tadottax deċiżjoni skont l-Artikolu 4(2) jew l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
|
(5) |
Fil-kuntest tal-aġġornament tal-lista tal-Unjoni, ir-Regolament (KE) Nru 2111/2005 jirrikjedi li l-Kummissjoni tqis sew il-ħtieġa li d-deċiżjonijiet jittieħdu malajr u, fejn xieraq, tipprovdi proċedura għal każijiet urġenti. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni jenħtieġ li tirċievi informazzjoni adegwata dwar kwalunkwe projbizzjoni fuq l-operar imposta mill-Istati Membri bħala miżuri eċċezzjonali skont l-Artikoli 6(1) u 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. |
|
(7) |
Sabiex ikun hemm adattament għall-mezzi attwali ta’ komunikazzjoni, jeħtieġ li jkun hemm iktar flessibbiltà fil-mod kif l-informazzjoni titqassam lis-servizzi rilevanti tal-Kummissjoni. |
|
(8) |
Għall-fini ta’ ċarezza fit-termini użati, jeħtieġ li tiġi żgurata l-konsistenza meta ssir referenza għall-awtorità responsabbli għas-sorveljanza tat-trasportatur tal-ajru kkonċernat. |
|
(9) |
Ir-Regolament (UE) 2019/1243 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) emenda l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. Dak l-Artikolu jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati. Sabiex jiġi żgurat funzjonament bla xkiel tal-proċeduri għall-aġġornament tal-lista tal-Unjoni fil-qafas ġuridiku l-ġdid, ċerti regoli għandhom jiġu adottati permezz ta’ tali atti. Dawk l-atti jenħtieġ li jissostitwixxu r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 473/2006 (3), li għalhekk jenħtieġ li jitħassar, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Suġġett
Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dettaljati fir-rigward tal-proċeduri li ġejjin imsemmija fil-Kapitolu II tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005:
|
(a) |
Stabbiliment tal-lista tal-Unjoni; |
|
(b) |
Aġġornament tal-lista tal-Unjoni; |
|
(c) |
Miżuri eċċezzjonali adottati minn Stat Membru; |
|
(d) |
Eżerċitar tad-dritt tad-difiża tat-trasportaturi tal-ajru; |
|
(e) |
Infurzar tal-lista tal-Unjoni mill-Istati Membri. |
Artikolu 2
Talbiet mill-Istati Membri biex tiġi aġġornata l-lista tal-Unjoni
1. Stat Membru li jitlob li l-Kummissjoni taġġorna l-lista tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 għandu jipprovdi lill-Kummissjoni bl-informazzjoni stabbilita fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
2. It-talba msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi indirizzata lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-informazzjoni stabbilita fl-Anness I għandha tiġi kkomunikata simultanjament lis-servizzi kompetenti tad-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport tal-Kummissjoni.
3. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri l-oħra bit-talba msemmija fil-paragrafu 1 permezz tar-rappreżentanti tagħhom fil-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru f’konformità mal-proċeduri previsti fir-regoli interni tal-Kumitat. Il-Kummissjoni għandha tinforma wkoll lill-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (“l-Aġenzija”).
Artikolu 3
Konsultazzjoni konġunta mal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tat-trasportatur tal-ajru kkonċernat
1. Stat Membru li jkun qed jikkunsidra li jagħmel talba lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 għandu jistieden lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija, u lill-Istati Membri l-oħra biex jipparteċipaw fi kwalunkwe konsultazzjoni mal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tat-trasportatur tal-ajru kkonċernat.
2. L-adozzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) u fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 għandha tkun preċeduta, meta jkun xieraq u fattibbli, minn konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tat-trasportatur tal-ajru kkonċernat. Kull meta jkun possibbli, il-konsultazzjonijiet għandhom isiru b’mod konġunt mill-Kummissjoni, mill-Aġenzija u mill-Istati Membri.
3. F’każijiet fejn l-urġenza tirrikjedi dan, jistgħu jsiru konsultazzjonijiet konġunti wara l-adozzjoni tad-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) u fl-Artikolu 5. F’dak il-każ, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-awtorità kkonċernata li tkun se tiġi adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 4(2) jew l-Artikolu 5(1).
4. Il-konsultazzjonijiet konġunti jistgħu jitwettqu permezz ta’ korrispondenza u jsiru matul żjarat fil-post biex tkun tista’ tinġabar l-evidenza, meta dan ikun xieraq.
Artikolu 4
Eżerċitar tad-dritt tad-difiża tat-trasportaturi tal-ajru
1. Qabel ma l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 4(2) jew l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, għandha tiżvela lit-trasportatur tal-ajru kkonċernat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li jiffurmaw il-bażi għal tali deċiżjoni. It-trasportatur tal-ajru kkonċernat għandu jingħata l-opportunità li jippreżenta kummenti bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem tax-xogħol mid-data tal-iżvelar. Meta d-deċiżjoni tikkonċerna iktar minn trasportatur tal-ajru wieħed iċċertifikat fl-istess Stat, jitqies li l-preżentazzjoni ta’ kummenti bil-miktub lill-Kummissjoni fi żmien 10 ijiem tax-xogħol tkun ġiet issodisfata ladarba l-Kummissjoni tkun żvelat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li tirċievi lill-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza ta’ dawn it-trasportaturi tal-ajru.
2. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Aġenzija u lill-Istati Membri permezz tar-rappreżentanti tagħhom fil-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru f’konformità mal-proċeduri previsti fir-regoli interni tal-Kumitat. Fuq talba tat-trasportatur tal-ajru kkonċernat, għandu jkun permess li jippreżenta l-pożizzjoni tiegħu bil-fomm quddiem il-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru qabel ma tiġi adottata deċiżjoni skont l-Artikolu 4(2) jew l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005. Matul il-preżentazzjoni, it-trasportatur tal-ajru kkonċernat jista’ jiġi assistit mill-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tiegħu jekk jitlob dan.
3. F’każijiet ta’ urġenza, il-Kummissjoni ma għandhiex tkun meħtieġa tissodisfa l-obbligu tad-divulgazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu qabel ma tadotta miżura proviżorja f’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.
4. Meta l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 4(2) jew l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, għandha tinforma minnufih lit-trasportatur ikkonċernat u lill-awtoritajiet responsabbli għas-sorveljanza tiegħu.
Artikolu 5
Infurzar
L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżura meħuda biex jiġu implimentati d-deċiżjonijiet adottati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 4(2) jew l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005.
Artikolu 6
Miżuri eċċezzjonali adottati minn Stat Membru
1. Meta Stat Membru jkun issoġġetta trasportatur tal-ajru għal projbizzjoni immedjata fuq l-operar fit-territorju tiegħu kif permess mill-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni b’dak il-fatt u għandu jikkomunika l-informazzjoni stabbilita fl-Anness II lill-Kummissjoni.
2. Meta Stat Membru jkun żamm jew impona projbizzjoni fuq l-operar fil-konfront ta’ trasportatur tal-ajru fit-territorju tiegħu kif permess mill-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005, għandu jinforma minnufih lill-Kummissjoni b’dak il-fatt u għandu jikkomunika l-informazzjoni stabbilita fl-Anness III lill-Kummissjoni.
3. It-talba stabbilita fl-Annessi II u III għandha tiġi indirizzata lis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, l-informazzjoni deskritta fl-Anness II jew III għandha tiġi kkomunikata simultanjament lis-servizzi kompetenti tad-Direttorat Ġenerali għall-Mobbiltà u t-Trasport tal-Kummissjoni.
4. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Aġenzija u lill-Istati Membri l-oħra permezz tar-rappreżentanti tagħhom fil-Kumitat għas-Sikurezza tal-Ajru f’konformità mal-proċeduri previsti fir-regoli interni tal-Kumitat.
Artikolu 7
Tħassir tar-Regolament (KE) Nru 473/2006
Ir-Regolament (KE) Nru 473/2006 jitħassar.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 314, 27.12.2005, p. 15.
(2) Ir-Regolament (UE) 2019/1243 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jadatta għadd ta’ atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 198, 25.7.2019, p. 241).
ANNESS I
Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn Stat Membru li jagħmel talba skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005
Stat Membru li jitlob aġġornament tal-lista tal-Unjoni skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:
|
1. |
Rigward l-Istat Membru li jagħmel it-talba:
|
|
2. |
Rigward it-trasportatur(i) u l-inġenju tal-ajru:
|
|
3. |
Rigward id-deċiżjoni mitluba:
|
|
4. |
Rigward it-talba għall-impożizzjoni ta’ projbizzjoni fuq l-operar:
|
|
5. |
Rigward it-talba għat-tneħħija ta’ projbizzjoni fuq l-operar jew għall-modifika tal-kundizzjonijiet marbuta magħha:
|
|
6. |
Rigward id-disponibbiltà għall-pubbliku:
|
ANNESS II
Komunikazzjoni minn Stat Membru ta’ miżuri eċċezzjonali meħuda skont l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 sabiex jimponi projbizzjoni fuq l-operar fit-territorju tiegħu
Stat Membru li jirrapporta li trasportatur tal-ajru sar soġġett għal projbizzjoni fuq l-operar fit-territorju tiegħu f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:
|
1. |
Rigward l-Istat Membru li jagħmel ir-rapport
|
|
2. |
Rigward it-trasportatur(i) u l-inġenju tal-ajru
|
|
3. |
Rigward id-deċiżjoni
|
|
4. |
Rigward it-tħassib dwar is-sikurezza Deskrizzjoni dettaljata tat-tħassib dwar is-sikurezza (eż. ir-riżultati tal-ispezzjoni) li wassal għad-deċiżjoni ta’ projbizzjoni totali jew parzjali (relatata ma’ kull wieħed mill-kriterji komuni stabbiliti fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005). |
|
5. |
Rigward id-disponibbiltà għall-pubbliku L-informazzjoni dwar jekk l-Istat Membru għamilx il-projbizzjoni tiegħu pubblika. |
ANNESS III
Komunikazzjoni minn Stat Membru ta’ miżuri eċċezzjonali meħuda kif permess skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 biex iżomm jew jimponi projbizzjoni fuq l-operar fit-territorju tiegħu meta l-Kummissjoni tkun iddeċidiet li ma tinkludix miżuri simili fil-lista tal-Unjoni
Stat Membru li jirrapporta li projbizzjoni fuq l-operar fit-territorju tiegħu fil-konfront ta’ trasportatur tal-ajru nżammet jew ġiet imposta kif permess skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 2111/2005 għandu jipprovdi l-informazzjoni li ġejja lill-Kummissjoni:
|
1. |
Rigward l-Istat Membru li jagħmel ir-rapport
|
|
2. |
Rigward it-trasportatur(i) u l-inġenju tal-ajru L-identifikazzjoni tat-trasportatur(i) (i)kkonċernat(i), inkluż l-isem tal-entità legali (indikat fuq l-AOC jew l-ekwivalenti), l-isem kummerċjali (jekk differenti mill-isem tal-entità legali), in-numru tal-AOC (jekk disponibbli), in-numru tad-deżinjazzjoni tal-linja tal-ajru tal-ICAO (jekk magħruf). |
|
3. |
Rigward ir-referenza għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni
|