|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1392 |
16.7.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1392
tal-15 ta’ Lulju 2025
dwar l-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ 3-fitażi prodotta bil-Komagataella phaffii CECT 13171 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet tal-pollam tas-simna jew imrobbija għall-bajd jew għat-tnissil, għall-ispeċijiet minuri tal-pollam għat-tnissil, għat-tiġieġ tal-bajd u għall-ħnieżer tas-simna tal-ispeċijiet kollha tas-Suidae (detentur tal-awtorizzazzjoni: Fertinagro Biotech S.L.)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
|
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ preparat ta’ 3-fitażi prodotta bil-Komagataella phaffii CECT 13171. Flimkien ma’dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-preparat ta’ 3-fitażi prodotta bil-Komagataella phaffii CECT 13171 bħala addittiv tal-għalf għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ imrobbija għall-bajd, għat-tiġieġ tal-bajd, għad-dundjani tas-simna, għad-dundjani mrobbija għat-tnissil, għall-ispeċijiet minuri tal-pollam tas-simna, għall-ispeċijiet minuri tal-pollam għat-tnissil, għall-ispeċijiet minuri tal-pollam imrobbija għall-bajd, għall-ħnieżer tas-simna u għall-ispeċijiet porċini minuri tas-simna, bit-talba li dak l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija “addittivi żootekniċi” u fil-grupp funzjonali “sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà”. |
|
(4) |
Fl-opinjonijiet tagħha tas-27 ta’ Settembru 2022 (2) u tas-17 ta’ Settembru 2024 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-preparat ta’ 3-fitażi prodotta bil-Komagataella phaffii CECT 13171, kemm fil-formulazzjoni likwida tagħha u kif ukoll f’dik solida, titqies sikura għall-ispeċijiet fil-mira, għall-konsumaturi u għall-ambjent. Fir-rigward tas-sikurezza għall-utent, l-Awtorità kkonkludiet li l-preparat ta’ 3-fitażi prodotta bil-Komagataella phaffii CECT 13171 fiż-żewġ forom, mhuwiex irritanti għall-għajnejn u għall-ġilda. Hija qalet ukoll li l-formulazzjoni likwida tal-preparat mhijiex sensitizzatur dermali, filwaqt li l-formulazzjoni solida tagħha hija sensitizzatur dermali, u li ż-żewġ formulazzjonijiet jenħtieġ li jitqiesu bħala sensitizzaturi respiratorji potenzjali. L-Awtorità kkonkludiet li l-preparat ta’ 3-fitażi prodotta bil-Komagataella phaffii CECT 13171 huwa effikaċi fil-livell ta’ 500 FTU/kg ta’ għalf fl-ispeċijiet tal-pollam tas-simna jew imrobbija għall-bajd jew għat-tnissil, fil-ħnieżer tas-simna u fl-ispeċijiet porċini minuri tas-simna u fil-livell ta’ 1 000 FTU/kg ta’ għalf fit-tiġieġ tal-bajd. Hija ma qisitx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi ta’ monitoraġġ għal wara l-introduzzjoni fis-suq. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 5(4), il-punt (a), tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 (4), il-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 qies li l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet milħuqa fil-valutazzjoni preċedenti fir-rigward tal-istess addittiv huma validi u applikabbli għall-applikazzjoni attwali. |
|
(6) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-preparat ta’ 3-fitażi prodott bil-Komagataella phaffii CECT 13171 jissodisfa l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-użu ta’ dak il-preparat jiġi awtorizzat għall-ispeċijiet tal-pollam tas-simna jew imrobbija għall-bajd jew għat-tnissil, għall-ispeċijiet minuri tal-pollam għat-tnissil, għat-tiġieġ tal-bajd u għall-ħnieżer tas-simna tal-ispeċijiet kollha tas-Suidae. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati l-effetti negattivi fuq is-saħħa tal-utenti tal-addittiv. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Il-preparat speċifikat fl-Anness, li jifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibbiltà”, huwa awtorizzat bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġett għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) EFSA Journal 2022;20(11):7614, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2022.7614.
(3) EFSA Journal 2024;22:e9023, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.9023.
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 378/2005 tal-4 ta’ Marzu 2005 dwar regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-dmirijiet u l-ħidmiet tal-Laboratorju ta’ Referenza Komunitarju fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għall-użu ta’ addittivi fl-għalf tal-annimali (ĠU L 59, 5.3.2005, p. 8; ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/378/oj).
ANNESS
|
Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv tal-għalf |
Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||||
|
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
|||||||||||||||
|
Kategorija: addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jsaħħu d-diġestibbiltà |
|||||||||||||||
|
4a50 |
Fertinagro Biotech S.L. |
3-fitażi (EC 3.1.3.8) |
Kompożizzjoni tal-addittiv Preparat ta’ 3-fitażi prodott bil-Komagataella phaffii CECT 13171 li fih attività minima ta’: Forma solida: 10 000 FTU (1)/g Forma likwida: 1 000 FTU/mL. Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva 3-fitażi prodotta bil-Komagataella phaffii CECT 13171. Metodu analitiku (2) Għall-kwantifikazzjoni tal-attività tat-3-fitażi fl-addittiv tal-għalf, fil-premixxeli u fl-għalf kompost:
|
Speċijiet minuri tal-pollam tas-simna jew imrobbija għall-bajd jew għat-tnissil Speċijiet minuri tal-pollam għat-tnissil Ħnieżer tas-simna tal-ispeċijiet Suidae kollha |
— |
500 FTU |
— |
|
Il-5 ta’ Awwissu 2035 |
||||||
|
Tiġieġ tal-bajd |
1 000 FTU |
||||||||||||||
(1) 11 FTU huwa l-ammont ta’ enżima li jillibera 1 μmol ta’ fosfat inorganiku mill-fitat tas-sodju kull minuta f’37 °C u pH 5,5.
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1392/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)