European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5181

22.8.2024

Aġġornament tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (1)

(C/2024/5181)

Il-pubblikazzjoni tal-ammonti ta’ referenza għall-qsim tal-fruntieri esterni skont l-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) 2016/399 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 39 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

Minbarra l-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali jsir aġġornament regolari fuq is-sit web tad-Direttorat Ġenerali għall-Migrazzjoni u l-Affarijiet Interni.

AMMONTI TA’ REFERENZA MEĦTIEĠA GĦALL-QSIM TAL-FRUNTIERA ESTERNA FFISSATI MILL-AWTORITAJIET NAZZJONALI

IL-LATVJA

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 152, 20.5.2014, p. 25.

F’konformità mal-Liġi dwar l-Immigrazzjoni, biex ċittadin barrani jkun jista’ jidħol u joqgħod fir-Repubblika tal-Latvja jrid juri li għandu l-mezzi ta’ sussistenza neċessarji biex ikopri s-soġġorn kollu tiegħu fir-Repubblika tal-Latvja u f’pajjiżi membri oħra tal-Ftehim ta’ Schengen (fejn il-vjaġġ jinkludi wkoll l-ivvjaġġar lejn pajjiżi oħra ta’ Schengen) kif ukoll l-ispiża tal-vjaġġ ta’ ritorn tiegħu (jew vjaġġ ulterjuri lejn pajjiż ieħor).

L-ammont rekwiżit ta’ riżorsi finanzjarji, f’konformità mar-Regolament tal-Kabinett Nru 225, huwa kif ġej:

—

minimu ta’ EUR 14 għal kull jum ta’ soġġorn, fejn is-soġġorn ippjanat fir-Repubblika tal-Latvja ma jaqbiżx it-30 jum;

—

mhux inqas mill-paga minima fix-xahar (EUR 700), meta s-soġġorn ippjanat fil-Latvja jaqbeż it-30 jum;

—

għal ċittadini barranin li jixtiequ jiksbu viża u d-dritt għax-xogħol, l-informazzjoni dwar il-livell ta’ remunerazzjoni tista’ tinstab fuq is-sit web tal-Uffiċċju taċ-Ċittadinanza u l-Affarijiet tal-Migrazzjoni fuq https://www.pmlp.gov.lv/lv/finansu-lidzekli.

Fejn fis-sistema ta’ informazzjoni elettronika (ir-reġistru tal-istediniet) u/jew fil-formola “Ielūgums vīzas pieprasīšanai / Stedina għat-talba ta’ viża” approvata mill-Uffiċċju taċ-Ċittadinanza u l-Affarijiet tal-Migrazzjoni jkun indikat li l-persuna li toħroġ l-istedina se tkopri l-ispejjeż relatati mad-dħul u s-soġġorn taċ-ċittadin barrani fir-Repubblika tal-Latvja, iċ-ċittadin barrani ma għandux għalfejn jippreżenta dokumenti li juru d-disponibbiltà tal-mezzi finanzjarji meħtieġa ta’ sussistenza.

Jekk ikun neċessarju, iċ-ċittadin barrani jrid juri li għandu riżorsi finanzjarji biżżejjed biex iħallas għall-akkomodazzjoni ppjanata u/jew, jekk se jivvjaġġa b’vettura privata, li għandu r-riżorsi finanzjarji suffiċjenti biex jixtri l-fjuwil meħtieġ għall-vjaġġ.

Lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 247, 13.10.2006, p. 19.

ĠU C 77, 5.4.2007, p. 11.

ĠU C 153, 6.7.2007, p. 22.

ĠU C 164, 18.7.2007, p. 45.

ĠU C 182, 4.8.2007, p. 18.

ĠU C 57, 1.3.2008, p. 38.

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 19.

ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13.

ĠU C 33, 10.2.2009, p. 1.

ĠU C 36, 13.2.2009, p. 100.

ĠU C 37, 14.2.2009, p. 8.

ĠU C 98, 29.4.2009, p. 11.

ĠU C 35, 12.2.2010, p. 7.

ĠU C 304, 10.11.2010, p. 5.

ĠU C 24, 26.1.2011, p. 6.

ĠU C 157, 27.5.2011, p. 8.

ĠU C 203, 9.7.2011, p. 16.

ĠU C 11, 13.1.2012, p. 13.

ĠU C 72, 10.3.2012, p. 44.

ĠU C 199, 7.7.2012, p. 8.

ĠU C 298, 4.10.2012, p. 3.

ĠU C 56, 26.2.2013, p. 13.

ĠU C 98, 5.4.2013, p. 3.

ĠU C 269, 18.9.2013, p. 2.

ĠU C 57, 28.2.2014, p. 2.

ĠU C 152, 20.5.2014, p. 25.

ĠU C 224, 15.7.2014, p. 31.

ĠU C 434, 4.12.2014, p. 3.

ĠU C 447, 13.12.2014, p. 32.

ĠU C 38, 4.2.2015, p. 20.

ĠU C 96, 11.3.2016, p. 7.

ĠU C 146, 26.4.2016, p. 12.

ĠU C 248, 8.7.2016, p. 12.

ĠU C 111, 8.4.2017, p. 11.

ĠU C 21, 20.1.2018, p. 3.

ĠU C 93, 12.3.2018, p. 4.

ĠU C 153, 2.5.2018, p. 8.

ĠU C 186, 31.5.2018, p. 10.

ĠU C 264, 26.7.2018, p. 6.

ĠU C 366, 10.10.2018, p. 12.

ĠU C 459, 20.12.2018, p. 38.

ĠU C 140, 16.4.2019, p. 7.

ĠU C 178, 28.5.2020, p. 3.

ĠU C 102, 24.3.2021, p. 8.

ĠU C 486, 3.12.2021, p. 26.

ĠU C 139, 29.3.2022, p. 3.

ĠU C 143, 31.3.2022, p. 6.

ĠU C 258, 5.7.2022, p. 13.

ĠU C 281, 22.7.2022, p. 4.

ĠU C 107, 23.3.2023, p. 63.

ĠU C, C/2023/266, 19.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/266/oj.

ĠU C, C/2023/793, 9.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/793/oj.

ĠU C, C/2024/1120, 24.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1120/oj.

ĠU C, C/2024/1951, 4.3.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/1951/oj.

ĠU C, C/2024/2879, 24.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2879/oj.


(1)  Ara l-lista ta’ pubblikazzjonijiet preċedenti fl-aħħar parti ta’ dan l-aġġornament.

(2)   ĠU L 77, 23.3.2016, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5181/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)