Rapport tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar diterġenti, li jikkonċerna l-bijodigradazzjoni tal-ingredjenti ewlenin organiċi u mhux surfactant ta’ diterġenti. (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) /* KUMM/2009/0208 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 4.5.2009 KUMM(2009) 208 finali RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar diterġenti, li jikkonċerna l-bijodigradazzjoni tal-ingredjenti ewlenin organiċi u mhux surfactant ta’ diterġenti. (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) RAPPORT TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL Skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar diterġenti, li jikkonċerna l-bijodigradazzjoni tal-ingredjenti ewlenin organiċi u mhux surfactant ta’ diterġenti. (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 1. INTRODUZZJONI GĦALL-INGREDJENTI ORGANIĊI MHUX SURFACTANT L-Artikolu 16(2) tar-Regolament (KE) Nru 648/2004 dwar diterġenti[1] jistipula li: “sat-8 ta’ April 2009, il-Kummissjoni għandha twettaq reviżjoni tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, b’attenzjoni partikolari għall-bijodegradabbiltà ta’ surfactants, u għandha tevalwa, tibgħat rapport dwar, u, meta xieraq, tippreżenta proposti leġiżlattivi dwar: - il-bijodigradazzjoni anaerobika; - il-bijodigradazzjoni tal-ingredjenti ewlenin, organiċi u mhux surfactant ta’ diterġenti”. Dan ir-rapport se jippreżenta r-riżultati tar-reviżjoni tal-Kummissjoni dwar il-bijodegradazzjoni tal-ingredjenti ewlenin organiċi mhux surfactant fid-diterġenti. Apparti mis-surfactants u l-builders (aġenti li jrattbu l-ilma), il-prodotti ta’ diterġenti fihom għadd ta’ ingredjenti organiċi u inorganiċi mhux surfactant. It-Tabella 1 telenka l-gruppi ewlenin tal-kimiċi mhux surfactant flimkien ma’ deskrizzjoni fil-qosor tal-irwoli tagħhom fid-diterġenti. It-tabella 1: Ingredjenti Mhux Surfactant ta’ Diterġenti (RPA, 2006) [2] Ingredjent kimiku | Għan | Aċidi-Bażijiet | Biex jiġi żgurat l-aħjar pH tal-ilma tal-ħasil | Aġenti ta’ bbliċjar, Attivaturi u Stabbilizzaturi | Prestazzjoni mtejba ta’ tindif | Builders, aġenti komplessanti u skambjaturi joniċi | Trattib tal-ilma biex tiġi mmassimizzata l-effiċjenza tat-tindif (jiġifieri t-tneħħija tal-ħmieġ u ż-żamma ta’ sospensjoni tiegħu) | Inibituri tal-korrużjoni | Biex ma jħallux li ssir korrużjoni fil-magni tal-ħasil | Kuluri | Biex iżidu l-kulur mad-diterġenti | Inibituri tat-transfer tal-kuluri | Biex ma jkunx hemm telf ta’ kuluri tal-ħwejjeġ | Enżimi | Tindif “bijoloġiku” | Aġenti għall-bjudija florexxenti | Bjuda ottika | Regolaturi tar-ragħwa | Biex jiġi limitat il-ħolqien ta’ ragħwa (magni tal-ħasil) | Assistenti ta’ formulazzjoni | Biex titjieb il-prestazzjoni tad-diterġenti | Ripellanti tal-ħmieġ/aġenti anti-ridepożizzjoni | Biex ma jkunx hemm ridepożizzjoni ta’ ħmieġ matul il-ħasil | Solventi | Biex l-ingredjenti jinżammu f’soluzzjoni (partikolarment fid-diterġenti likwidi) | Ingredjenti inorganiċi (pereżempju bażijiet inorganiċi jew aġenti ta’ bbliċjar) li għalihom ma tapplikax il-bijodegradazzjoni, mhumiex ikkunsidrati aktar f’dan ir-rapport. Għall-ingredjenti organiċi mhux surfactant l-aktar importanti u użati b’mod komuni, qed tingħata ħarsa ġenerali ħafifa lejn l-użi tagħhom, il-kwantitajiet użati u l-karatteristiċi ta’ bijodegradazzjoni tagħhom fit-Tabella 2. Tabella 2: Ħarsa ġenerali lejn il-bijodigradazzjoni tal-ingredjenti ewlenin organiċi mhux surfactant tad-diterġenti Gruppi ta’ Sustanzi | Ingredjenti ewlenin | Konsum fl-UE ta’ diterġenti (tunnellata/sena) | Bijodegradazzjoni | Aċidi | Aċetiku, Ċitriku, Adipiku | Aċidu ċitriku 100 000 t/fis-sena[3] | Faċilment bijodegradabbli | Builders, Aġenti Komplessanti u Skambjaturi Joniċi | (a) Phosphonates (b) Polycarboxylates (c) Ethylendiammine tetra acetate (EDTA) u melħ Aċidu Nitrilotriacetic-(NTA) | ~ 30 000 t/s[4] (input tal-AISE għall-2007) ~ 80 000 t/s (input tal-AISE għall-2007) ~ 11 600 u 1 800 t/s (f’I&I u diterġenti tad-dar rispettivament)[5] > 20 000 t/s prinċipalment fid-diterġenti I&I [6] | Aspetti ta’ bijodegradazzjoni ta’ dawn huma analizzati fit-taqsimiet 2 u 3 | Inibituri tat-transfer tal-kuluri | Polyvinylpyrrolidone-(PVP) hu l-inibitur ta’ transfer tal-kuluri l-aktar użat b’mod komuni | ~ 100 t/s | Mhux faċilment bijodegradabbli | Enżimi | Proteases, α-amylases, (lipase, cellulases fi kwantitajiet żgħar) | Protease: ~ 1 000 t/s α-amylase: 150 t/s[7] | Faċilment bijodegradabbli | Aġenti għall-bjudija florexxenti (FWAs) | FWA-1 (CAS Nru: 273444-41-8 FWA-5 (CAS Nru: 16090-02-1) | 2100 t/s 600 t/s[8] | FWA-5 mhux faċilment bijodegradabbli | Regolaturi tar-ragħwa | n-paraffins Polydimethyl siloxane (PDMS) | 5 000 t/s 7 200 t/s[9] | n-paraffins faċilment bijodegradabbli PDMS ikklassifikati bħala persistenti ħafna | Assistenti ta’ Formulazzjoni | Toluene | 17 000 t/fis-sena[10] | Tiddegrada malajr f’kundizzjoni erobiċi | Aġenti anti-redepożizzjoni | Ċelluloża tal-Carboxymethyl (CMC) | 20 000 t/fis-sena | Insuffiċjentement bijodegradabbli | Solventi | Diversi tipi ta’ alkoħol (ethanol, isopropanol, 2-butoxy ethanol, 1-decanol, glycerol) u triethanolamine (TEA) | Faċilment bijodegradabbli bl-eċċezzjoni tat-TEA | Il-Kumitat Xjentifiku tal-Kummissjoni tat-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent (SCTEE) ta opinjoni[11] f’Marzu 2003 li tinkludi, fost ħwejjeġ oħra, li kienet meħtieġa aktar informazzjoni dwar ir-riskji għas-saħħa u l-ambjent tal-ko-builders fid-diterġenti. L-SCTEE qies li għalkemm sar progress konsiderevoli fir-rigward tas-surfactants, u b’mod partikolari fir-rigward tal-bijodegradabbiltà tagħhom, permezz tal-implimentazzjoni tar-Regolament dwar id-Diterġenti kien għad hemm ċerta preokkupazzjoni dwar ingredjenti kimiċi oħra fid-diterġenti, b’mod partikolari fir-rigward ta’ ċerti komponenti organiċi. 2. STUDJU DWAR INGREDJENTI ORGANIĊI MHUX SURFACTANT TAD-DITERĠENTI 2.1. Skoperti ewlenin li jikkonċernaw “Ingredjenti organiċi mhux surfactant u diterġenti b’bażi ta’ zeolite” Fl-2005, is-servizzi tal-Kummissjoni taw kuntratt ta’ studju lill-RPA (Risk & Policy Analysts Ltd) sabiex jimtlew il-lakuni fid-dejta identifikati fl-opinjoni tas-CSTEE dwar l-użu, il-proprjetajiet u l-impatti ambjentali għal firxa rappreżentattiva ta’ ingredjenti organiċi mhux surfactant tad-diterġenti. Ir-rapport finali bl-isem ta’ “Ingredjenti organiċi mhux surfactant u diterġenti b’bażi ta’ zeolite”[12], twassal f’Ġunju 2006, u serva ta’ bażi għall-Kummissjoni biex tirrevedi l-bijodegradazzjoni tal-ingredjenti ewlenin organiċi mhux surfactanti fil-formulazzjonijiet tad-diterġenti. L-istudju tal-RPA eżamina l-proprjetajiet ta’ madwar 50 ingredjent rappreżentattiv tad-diterġenti li jiffurmaw parti mill-gruppi ta’ sustanzi ppreżentati fit-Tabella 1. Is-sustanzi li huma faċilment bijodegradabbli li ma għandhomx proprjetajiet oħra ta’ preokkupazzjoni potenzjali (bħalma hi t-tossiċità akkwatika għolja) tqiesu improbabbli li jippreżentaw riskji sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent u ma ġewx analizzati aktar. Is-sustanzi jew il-gruppi ta’ sustanzi miżmuma għal aktar analiżi kienu dawk li mhumiex faċilment bijodegradabbli jew li għandhom proprjetajiet ta’ preokkupazzjoni potenzjali. L-eżerċizzju ta’ skrining tal-RPA rriżulta f’lista ta’ sustanzi speċifiċi u ta’ gruppi ta’ sustanzi li ntgħażlu għal aktar analiżi, ibbażati fuq evidenza xjentifika disponibbli mid-diversi stimi ta’ riskji. L-iskoperti kienu: 1. Builders, Aġenti Komplessanti u Skambjaturi Joniċi 2. Phosphonates: Kien hemm qbil wiesa’ li l-phosphonates jiddegradaw bil-mod u jistgħu jippreżentaw riskju għall-ambjent bi preokkupazzjoni ffukata fuq it-tossiċità akkwatika kronika u potenzjali tal-HEDP (l-aċidu 1-hydroxy ethane diphosphonic) u l-melħ tiegħu lil Daphnia. 3. Polycarboxylates: Il-polycarboxylates ma jgħaddux faċilment minn bijodegradazzjoni, u filwaqt li mhemmx disponibbli dejta ta’ monitoraġġ, il-konċentrazzjonijiet f’ħamrija ttrattata għad-dranaġġ jistgħu jkunu sinifikanti. 4. EDTA u l-melħ tiegħu: Id-dejta disponibbli tindika li l-EDTA u l-melħ tiegħu jistgħu jkunu ta’ preokkupazzjoni għall-ambjent fir-rigward tal-użu tagħhom fit-tindif industrijali u istituzzjonali (I&I) - iżda mhux għad-diterġenti tad-dar fejn l-użu tagħhom hu limitat. (ECB, 2004)[13]. 5. Aċidu Nitrilotriacetic-(NTA): Kien hemm qbil li l-NTA hu faċilment bijodegradabbli wara li ntużat firxa ta’ testijiet standard - għalkemm, f’ċerti każijiet, il-formazzjoni tal-kumplessi tal-metall-NTA jistgħu jbaxxu r-rata ta’ degradazzjoni (ECB, 2005)[14]. Qed tingħata aktar informazzjoni dwar l-effetti ambjentali tal-phosphonates, il-polycarboxylates, l-EDTA u l-NTA fit-taqsima 3 hawn taħt. 6. Polyvinylpyrrolidone (PVP): Il-PVP ma joħloqx riskju għas-saħħa umana u jidher li hemm qbil ġenerali li dan hu ta’ preokkupazzjoni ambjentali limitata. Madankollu, mixtieqa aktar dejta biex jintwera li l-PVP ma jippreżenta ebda risku ambjentali sinifikanti. 7. Aġent għall-bjudija florexxenti l-FWA-5: Il-konċentrazzjonijiet irrapportati tal-FWA-5 fl-ambjent huma aktar minn ordni ta’ kobor taħt il-Konċentrazzjoni Mbassra Mingħajr Effett (PNEC). Abbażi ta’ dan, l-FWA-5 mhux probabbli li jippreżenta riskju sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem jew lill-ambjent. Madankollu, għad hemm il-possibbiltà li l-prodotti ta’ degradazzjoni huma ta’ preokkupazzjoni potenzjali. 8. Regolaturi tar-ragħwa– b’mod partikolari l-paraffins (preżunti li huma C10-C16 n-paraffins) u polydimethyl siloxane (PDMS): Għal n-paraffins , mhux probabbli li ammonti sinifikanti se jilħqu l-ambjent minħabba taħlita ta’ bijodegradazzjoni rapida u ta’ trattament ta’ ilma mormi. Madankollu, id-dejta disponibbli dwar il-proprjetajiet bħat-tossiċità akkwatika u l-bijoakkumulazzjoni hi inċerta ħafna u dan jagħmilha diffiċli li jiġi konkluż b’fiduċja li ma hemm ebda riskji għall-ambjent. Għal PDMS , għalkemm meqjusa persistenti, din tiddegrada fl-ambjent – b’mod partikolari f’ħamrija niexfa, taflija. Barra minn hekk, jeżistu ftit preokkupazzjonijiet dwar ir-riskji assoċjati mal-piż molekulari ogħla tat-taħlita tal-PDMS użati fid-diterġenti. 9. Aġenti anti-redepożizzjoni– b’mod partikolari ċ-ċelluloża carboxymethyl (CMC): Hu improbabbli li l-użu tas-CMC fid-diterġenti jippreżenta riskju sinifikanti għas-saħħa umana jew għall-ambjent minħabba t-tossiċità baxxa tagħha. Madankollu, aktar dejta fuq livelli misjuba fl-ambjent se tkun meħtieġa biex din l-opinjoni tkun isssostanzjata b’mod xieraq. 10. Solventi – b’mod partikolari l-1-decanol u t-triethanolamine : Hu improbabbli li l-użutal-1-decanol fid-diterġenti jippreżenta riskji sinifikanti għas-saħħa tal-bniedem jew għall-ambjent minħabba l-bijodegradazzjoni rapida tiegħu. Meħtieġa aktar dejta biex tinkiseb konklużjoni definittiva dwar jekk it-triethanolamine hix probabbli li tkun ta’ preokkupazzjoni. B’mod ġenerali, l-analiżi li saret mill-RPA fuq ingredjenti organiċi mhux surfactant tad-diterġenti kkonkludiet li anki l-ingredjenti persistenti għandhom mnejn li mhumiex ta’ riskju għall-ambjent (jiġifieri r-relazzjoni bejn il-PEC/PNEC hi anqas minn wieħed) minħabba d-degradazzjoni ambjentali u/jew it-tossiċità ambjentali baxxa. Informazzjoni suffiċjenti dwar il-bijodegradabilità ta’ ingredjenti partikolari hi disponibbli u mhux meħtieġ aktar ittestjar. 2.2. Aspetti dwar il-bijodegradazzjoni u t-trattament tal-ilma maħmuġ ta’ ingredjenti mhux surfactant L-approċċ regolatorju adottat fl-UE għas-surfactants bħala ingredjenti organiċi ta’ diterġenti hu li għandhom ikunu bijodegradabbli b’mod erobiku. Sustanzi organiċi li huma bijodegradabbli f’kundizzjonijiet erobiċi probabbilment jisseparaw minn xulxin fl-impjanti tat-trattament ta’ ilma maħmuġ. Iż-żewġ parametri prinċipali fil-bijodegradazzjoni huma sa liema l-livell l-ingredjenti se jkunu bijodegradabbli b’mod definittiv u r-rata ta’ bijodegradazzjoni. Skont l-iskoperti tal-istudju li sar mill-RPA, il-fażi primarja u dik sekondarja tat-trattament tal-ilma maħmuġ probabbilment jirriżultaw fit-tneħħija sostanzjali ta’ ħafna mill-ingredjenti ta’ preokkupazzjoni potenzjali li tillimita t-tfigħ tagħhom fl-ambjent akkwatiku. Madankollu, l-EDTA ma jitneħħiex bit-trattament tal-ilma maħmuġ u t-TEA jista’ biss jitneħħa parzjalment. Barra minn hekk, hemm nuqqas ta’ dejta biex wieħed jikkummenta dwar jekk il-kuluri tad-diterġenti jitneħħewx bit-trattament tal-ilma maħmuġ. Għalkemm kien hemm nuqqas ta’ dejta ta’ monitoraġġ biex tkun ipprovduta konfermazzjoni, l-RPA qies li hu probabbli li l-PVP u s-CMC jitneħħew matul it-trattament tal-ilma maħmuġ minħabba l-assorbiment tat-tajn. 3. OPINJONIJIET TAL-KUMITAT XJENTIFIKU TAR-RISKJI GĦAS-SAĦĦA U L-AMBJENT (SCHER) 3.1. L-opinjoni tal-2007 tal-SCHER dwar ir-rapport tal-RPA li jikkonċerna l-ingredjenti organiċi mhux surfactant F’Diċembru 2006, il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Xjentifiku tas-Saħħa u tar-Riskji Ambjentali (SCHER) biex jivvaluta l-kwalità xjentifika ġenerali tar-rapport tal-RPA u biex jikkummenta dwar il-metodoloġija u s-suppożizzjonijiet użati. L-SCHER intalab jikkummenta jekk il-konklużjonijiet tal-RPA li jikkonċernaw l-ingredjenti riveduti mhux surfactant tad-diterġenti humiex validi u jaqblux mal-letteratura eżistenti. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lir-riżultati li jikkonċernaw ir-riskji tas-saħħa u tal-ambjent tal-ko-builders li ġejjin fil-formulazzjonijiet ta’ diterġenti, li għalihom l-analiżi mill-RPA indikat li teżisti jew preokkupazzjoni jew jeżistu ċerti inċertezzi: (i) il-melħ EDTA u EDTA tetrasodium (ii) l-aċidu nitrilotriacetic (NTA), (iii) il-Phosphonates, u (iv) il-Polycarboxylates. F’Ġunju 2007, wara li kkonsulta l-evidenza kollha disponibbli dwar l-ingredjenti organiċi mhux surfactant tad-deterġent, l-SCHER ippubblika opinjoni xjentifika[15] bl-isem ta’ “Ingredjenti Organiċi Mhux Surfactant u Diterġenti b’bażi ta’ Zeolite”. L-opinjoni kkunsidrat li l-parti l-kbira tas-suppożizzjonijiet użati fl-istudju tal-RPA kienu aċċettabbli u li l-kwalità ġenerali tar-rapport kienet tajba. L-SCHER qabel li l-istudju tal-RPA kkostitwixxa bażi fattwali li wieħed seta’ joqgħod fuqha li tikkonċerna l-ingredjenti organiċi mhux surfactant fil-formulazzjonijiet tad-diterġenti. Rigward il-proprjetajiet ta’ bijodegradazzjoni u r-riskji ambjentali sussegwenti ta’ kull waħda mill-erba’ kategoriji ta’ builders ta’ diterġenti msemmija hawn fuq, l-opinjoni tal-SCHER ikkonkludiet: 11. EDTA u tetrasodium EDTA: L-SCHER ikkonferma l-opinjoni xjentifika tal-SCTEE li saret qabel[16], li ma kien hemm ebda riskju mill-użu tal-EDTA fid-diterġenti tad-dar, filwaqt li għal ċerti applikazzjonijiet oħra (diterġenti industrijali, fabbriki tal-karti, produtturi tal-bords ta’ ċirkwit eċċ) tinħtieġ valutazzjoni aktar preċiża dwar l-esponiment biex jiġu esklużi riskji potenzjali. 12. Aċidu nitrilotriacetic (NTA u melħ): L-SCHER appoġġja l-konklużjoni tal-opinjoni tiegħu li saret qabel[17] li ma jeżistu ebda riskji ambjentali għall-produzzjoni u l-mudelli ta’ użu kollha. Barra minn hekk, l-SCHER enfasizza li mil-lat ta’ riskji tas-saħħa, għalkemm teżisti evidenza ċara ta’ karċinoġenità fil-firien u l-ġrieden, ma hemm disponibbli ebda dejta dwar karċinoġenità jew evidenza ta’ teratoġeniċità u ta’ mutaġeniċità. 13. Phosphonates: Abbażi tal-valutazzjonijiet preliminari u prinċipalment billi kkunsidra r-rapporti tal-RPA u tal-HERA, l-SCHER ikkonkluda li riskju potenzjali għall-phosphonates użati fi trabijiet kompatti b’bażi ta’ żeolite (“mingħajr fosfati”) ġie identifikat għall-kompartimenti akkwatiċi u għall-ħamrija (ħamrija agrikola). L-SCHER enfasizza li l-persistenza tal-phosphonates u l-inkonsistenzi rigward il-potenzjal ta’ bijoakkumulazzjoni jinħtiġilhom aktar valutazzjoni dwar l-ivvalenar fit-tul ta’ żmien u sekondarju. 14. Polycarboxylates: L-SCHER ikkonkluda li jista’ jeżisti riskju potenzjali, minħabba l-polycarboxylates użati fil-formulazzjonijiet ta’ diterġenti b’bażi ta’ zeolite, għall-organiżmi akkwatiċi billi l-validità tad-dejta għall-NOEC kronika ma ġietx ikkonfermata, filwaqt li jeżistu inċertezzi għall-organiżmi fil-ħamrija billi ma kienx hemm biżżejjed informazzjoni biex tiġi kkalkulata l-PNEC. 3.2. Opinjoni tal-2008 tal-SCHER dwar il-bijodegradazzjoni anerobika u l-polycarboxylates Informazzjoni xjentifika ġdida dwar il-polycarboxylates (inklużi l-homo- & copolymers) kienet disponibbli fl-2007 f’forma ta’ rapport immirat lejn l-istima ta’ riskju ppreparat mill-HERA. F’Marzu 2008, il-Kummissjoni awtorizzat lill-SCHER biex jagħti opinjoni xjentifika aġġornata u biex jikkummenta dwar jekk hu kienx jaqbel mal-konklużjoni prinċipali tar-rapport HERA dwar il-polycarboxylates fid-diterġenti[18], jiġifieri li l-użu tal-polycarboxylates fid-diterġenti ma joħloqx riskji għall-kompartimenti ambjentali bl-eċċezzjoni għall-kompartiment lokali tal-ħamrija għall-P-AA/MA (kopolimeru tal-akrilik u aċidi maleiċi jew il-melħ tas-sodju tiegħu). F’Novembru 2008, l-SCHER adotta opinjoni xjentifika[19] li indikat li l-bidliet fil-PNEC għall-organiżmi akkwatiċi li kienu proposti mill-HERA għall-P-AA/MA kellhom konsegwenzi għar-riżultati tal-istima tar-risku. Madankollu, l-SCHER ma setax jipprovdi tweġiba finali dwar ir-riskju ambjentali potenzjali (a) minħabba n-nuqqas ta’ informazzjoni dwar l-affidibilità tal-istudji kroniċi dwar il-ħut u (b) minħabba li l-informazzjoni dwar il-funzjonijiet tal-mikrobi fil-ħamrija hi essenzjali għall-istima tar-riskju ta’ dawn il-kimiċi. B’mod ġenerali, l-SCHER ikkonkluda li meħtieġa informazzjoni addizzjonali qabel ma jkun konkluż li dawn il-kimiċi huma ta’ preokkupazzjoni ambjentali baxxa. L-SCHER ma sabx informazzjoni addizzjonali oħra dwar il-phosphonates, għalhekk il-konklużjoni tal-opinjoni tiegħu tal-2007 dwar ir-riskji ambjentali potenzjali baqgħet l-istess. 4. KONSULTAZZJONI MAL-INVESTITURI EWLENIN L-iskoperti tal-istudji tal-RPA u tal-HERA kif ukoll il-valutazzjoni tagħhom mill-Kumitati Xjentifiċi ġew diskussi f’diversi laqgħat tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Awtoritajiet Kompetenti responsabbli mill-implimentazzjoni tar-Regolament dwar id-Diterġenti f’Ġunju 2007, Lulju 2008, u Frar 2009. Għal dawn il-laqgħat kienu preżenti r-rappreżentanti tal-Istati Membri, u diversi assoċjazzjonijiet tal-industrija bħal: Association Internationale de la Savonnerie, de la Détergence et des Produits d’Entretien (AISE), u l-Kunsill Ewropew għall-Industrija Kimika (CEFIC). B’mod ġenerali, l-Istati Membri qablu li r-rapport tal-RPA serva ta’ bażi utli b’mod partikolari biex jiġu riveduti r-riskji ambjentali tal-ingredjenti organiċi mhux surfactant tad-diterġenti u li għandha tkun ir-responsabbiltà tal-industrija li tiġbor aktar informazzjoni disponibbli dwar ċerti ingredjenti ta’ diterġenti bi preokkuppazzjoni potenzjali. Il-proġett HERA kien eżempju tajjeb ta’ azzjoni voluntarja ta’ din ix-xorta mill-industrija. Barra minn hekk, l-Istati Membri nnotaw li fil-futur qrib, l-industrija se tkun soġġetta għal responsabbiltà ta’ din ix-xorta skont il-proċedura ta’ reġistrazzjoni tar-Regolament REACH (KE) 1907/2006[20], fejn se jkollha tingħata informazzjoni ddettaljata dwar l-ingredjenti kimiċi użati fil-formulazzjonijiet tad-diterġenti. L-AISE kkontestat ċerti konklużjonijiet li saru mill-RPA dwar it-triethanolamine u l-aġenti komplessanti EDTA u NTA li dwarhom hemm Rapporti dwar l-Istima tar-Riskju (RARs) tal-UE b’informazzjoni aktar reċenti. L-AISE enfasizzat li l-informazzjoni u l-konklużjonijiet ta’ dawn l-RARs ma kinux rikonoxxuti b’mod konsistenti fir-rapport tal-RPA, u li minħabba f’hekk joħloq preokkupazzjonijiet bla bżonn. Finalment, l-AISE enfasizzat li s-settur Industrijali u Istituzzjonali (I&I) qed juża dawn il-materjali billi huma jipprovdu funzjonalitajiet tekniċi speċifiċi meħtieġa għall-kundizzjonijiet diffiċli ta’ tindif professjonali. L-EDTA ġiet inkluża wkoll fl-Anness III tad-Direttiva 2008/105/KE[21] u hi suġġetta għal reviżjoni għall-identifikazzjoni possibbli bħala sustanza prijoritarja jew bħala sustanza prijoritarja perikoluża fid-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Ilma. Il-Kummissjoni se tirrapporta dwar ir-riżultat tar-reviżjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sat-13 ta’ Jannar 2011. F’Jannar 2009, l-AISE ipprovdiet ċerta informazzjoni aġġornata dwar il-konsum tal-polycarboxylates fl-UE, li kienet ikkalkulata 80.000 fl-2007, li minnhom 10 % intużaw fis-settur tal-I&I. Iż-żieda osservata fil-konsum tal-polycarboxylates (imqabbla mal-valur ta’ ~ 50 000 t/s tar-rapport tal-2006 tal-RPA) konnessa mat-tendenza li qed tiżdied li jintużaw diterġenti għal ħasil tal-ħwejjeġ mingħar fosfati u r-reformulazzjoni tal-prodott assoċjat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni rċeviet mill-Kumpanija BASF (Jannar 2009) dejta dwar studji li saru reċentement rigward it-tossiċità fil-ħamrija tal-polycarboxylates. Skont il-BASF, din id-dejta turi li għall-P-AA/MA, il-PEC/PNEC għall-kompartimenti ambjentali kollha hi taħt 1, u turi li mhemm ebda riskju mill-P-AA/MA għall-organiżmi fil-ħamrija. Kien miftiehem li r-rapport tal-2007 tal-HERA dwar il-polycarboxylates kellu jkun aġġornat billi tiddaħħal din id-dejta l-ġdida u li r-rapport rivedut tal-HERA jintbagħat lill-SCHER f’April 2009 għal aktar valutazzjoni u għal opinjoni dwar jekk ġewx ikkjarifikati l-inċertezzi identifikati. 5. ĠABRA FIL-QOSOR U KONKLUŻJONIJIET Il-Kummissjoni ħadet numru ta’ passi biex tistabbilixxi l-bażi ta’ għerf meħtieġ biex issir reviżjoni tal -“bijodigradazzjoni tal-ingredjenti ewlenin, organiċi u mhux surfactant ta’ diterġenti” kif meħtieġ mill-Artikolu 16(2) tar-Regolament 648/2004. Meta r-Regolament dwar id-diterġenti kien adottat fl-2004, il-kriterju ta’ bijodegradabbiltà definittiva tqies li kien mod effettiv u proporzjonat li bih jiġi żgurat li s-surfactants tad-diterġenti ma joħolqux riskju għall-ambjent. Il-bijodegradabbiltà ntużat bħala sostituzzjoni għat-tossiċità ambjentali minħabba li f’dak il-mument kienet insuffiċjenti d-dejta diretta disponibbli dwar it-tossiċità ambjentali tas-surfactants. Madankollu, sadattant, u bi preparazzjoni għal REACH, ħafna mill-isforzi saru billi ġew immirati l-istimi ta’ riskji fuq l-ingredjenti tad-diterġenti. Għalhekk il-Kummissjoni setgħet tmur lilhinn milli hu meħtieġ fl-Artikolu 16(2) u kienet kapaċi tivvaluta mhux biss il-bijodegradabbiltà, iżda wkoll ir-riskju maħluq minn dawk is-sustanzi. Studju li sar għall-Kummissjoni fl-2006 irriveda l-bijodegradabbiltà u l-ekotossiċità tal-ingredjenti ewlenin organiċi mhux surfactant tal-ingredjenti. Is-sejbiet tal-istudju flimkien mal-opinjonijiet relatati tal-Kumitat Xjentifiku tal-Kummissjoni f’Ġunju 2007 u f’Novembru 2008 kienu diskussi mad-delegati mill-Istati Membri u mal-assoċjazzjonijiet industrijali f’għadd ta’ laqgħat tal-Grupp ta’ Ħidma tad-diterġenti tal-Kummissjoni. Ma ġie identifikat ebda riskju għall-ambjent għall-ebda ingredjent organiku mhux surfactant tad-diterġenti. Għalkemm ir-riskju ma setax jitwarrab b’mod definittiv ħlief għal ftit minn dawn is-sustanzi, billi l-informazzjoni dwarhom mhix sħiħa, l-ammont tad-dejta addizzjonali meħtieġa għal stima sħiħa tar-riskju hi attwalment relattivament żgħira. Għalhekk, ma jitqiesx adatt li tiġi proposta leġiżlazzjoni biex jiġi impost rekwiżit ta’ bijodegradabbiltà definittiva fuq l-ingredjenti organiċi mhux surfactant. Ħafna mill-ingredjenti organiċi mhux surfactant li għalihom id-dejta mhix sħiħa mhumiex bijodegradabbli b’mod definittiv, iżda mhuma la tossiċi għas-saħħa tal-bniedem lanqas għall-ambjent. L-applikazzjoni ta’ indikatur sostitut tar-riskju bħall-bijodegradabbiltà definittiva għall-ingredjenti organiċi mhux surfactant għalhekk tipprojbixxi għadd minnhom fejn hu magħruf li huma ma joħolqux riskju. Għalhekk ikun aktar proporzjonat, kif ukoll xjentifikament aħjar, li jitkomplew minflok l-istimi tar-riskji fuq il-ftit sustanzi li għad fadal. Għad hemm inċertezzi dwar id-destin ambjentali ta’: (a) il-polycarboxylates u l-phosphonates, it-tnejn li huma jintużaw b’ammont ta’ tunnellati konsiderevoli fil-formulazzjonijiet tad-diterġenti tad-dar u (b) l-EDTA u melħ tagħha (prinċipalment użati fid-diterġenti tal-I&I), it-triethanolamine, FWA-5 u l-paraffins li għalihom id-dejta eżistenti mhix suffiċjenti biex tiġi eskluża l-possibbiltà ta’ riskju ambjentali. Ir-rekwiżiti għall-informazzjoni tal-fajls ta’ reġistrazzjoni ta’ REACH jiżguraw li għall-parti l-kbira tas-sustanzi, dejta komprensiva dwar il-proprjetajiet ta’ perikolu u r-riskji possibbli għas-saħħa tal-bniedem jew l-ambjent se tiġi ppreżentata mill-Industrija lill-Aġenzija Ewropea għall-Prodotti Kimiċi (ECHA). Għas-sustanzi mmanifatturati jew importati fi kwantitajiet ta’ 1 000 tunnellata jew aktar fis-sena, ir-reġistrazzjoni jagħlqu f’Diċembru 2010 u r-rapporti dwar is-sikurezza tal-kimiċi bħala parti mill-fajls tar-reġistrazzjoni se jkollhom juru l-użu sikur matul iċ-ċiklu ta’ ħajjithom. Għalhekk, l-informazzjoni tar-reġistrazzjoni ta’ REACH għandha tkun suffiċjenti biex jiġi deċiż jekk ir-restrizzjonijiet għall-ingredjenti organiċi tad-diterġenti msemmija hawn fuq humiex meħtieġa għal raġunijiet ta’ riskju ambjentali, u jekk dan minnu, il-proċedura ta’ restrizzjoni ta’ REACH tkun l-aħjar strument biex jiġu imposti restrizzjonijiet bħal dawn. Rigward il-polycarboxylates, li għalihom skont REACH il-monomeri biss jinħtiġilhom li jkunu rreġistrati, prevista fil-ġejjieni qrib stima riveduta tar-riskju tal-HERA li għandha tikkjarifika l-inċertezzi li baqa’ fir-rigward ta’ riskji potenzali ambjentali. Ir-rapport rivedut se jiġi ppreżentat lill-SCHER f’April 2009. Barra minn hekk, l-EDTA se tkun ukoll riveduta mill-Kummissjoni sal-2011 bl-iskop ta’ identifikazzjoni possibbli bħala sustanza prijoritarja skont id-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Ilma. Konsegwentement, il-Kummissjoni mhix biħsiebha tipproponi leġiżlazzjoni dwar il-bijodegradabbiltà ta’ ingredjenti orġaniċi mhux surfactant. Il-kunċett tal-użu tal-bijodegradabbiltà bħala kriterju ta’ aċċettazzjoni għall-ingredjenti tad-diterġenti ma għadux validu fid-dawl tad-dejta komprensiva tal-istima tar-riskji dwar it-tossiċità ambjentali tas-sustanzi. 6. LISTA TAL-ABBREVJAZZJONIJIET AISE: Association Internationale de la Savonnerie, de la Détergence et des Produits d’Entretien CEFIC: Il-Kunsill Ewropew għall-Industrija Kimika CMC: Iċ-ċelluloża tal-carboxymethyl ECB: L-Uffiċċju Ewropew tal-Prodotti Kimiċi EDTA: L-ethylendiammine tetra acetate FWAs: L-aġenti għall-bjudija florexxenti HEDP 1: L-aċidu tal-hydroxy ethane diphosphonic HERA: L-Istima tar-Riskju għall-Bniedem u l-Ambjent (proġett kooperattiv tal-AISE-CEFIC) I&I: Industrijali u Istituzzjonali NOEC: Il-Konċentrazzjoni B’Ebda Effett Osservat NTA: L-aċidu nitrilotriacetic P(AA-MA): Il-kopolimeru tal-akrilik u aċidu maleiku PDMS: Il-polydimethyl siloxane PEC: Il-Konċentrazzjoni Ambjentali Mbassra PNEC: Il-Konċentrazzjoni Mbassra Mingħajr Effett PVP: Il-polyvinylpyrrolidone RAR: Ir-Rapport dwar l-Istima tar-Riskju REACH: Reġistrazzjoni, Valutazzjoni u Awtorizzazzjoni tal-Kimiċi RCR: Ir-relazzjonijiet bejn il-karatterizzazzjoni tar-riskju RPA: Analisti tar-Riskju u l-Politika SCHER: Il-Kumitat Xjentifiku tar-Riskji għas-Saħħa u l-Ambjent SCTEE: Il-Kumitat Xjentifiku tat-Tossiċità, l-Ekotossiċità u l-Ambjent TAED: Tetra acetyl ethylene diamine TEA: It-triethanolamine WFD: Id-Direttiva ta’ Qafas dwar l-Ilma [1] ĠU L 104, 8.4.2004, p. 1. [2] Ir-rapporti RPA huma disponibbli f’: http://ec.europa.eu/enterprise/chemicals/legislation/detergents/index_en.htm [3] http://www.heraproject.com/files/37-F-05-HERA_citricacid_version1_April05.pdf [4] http://www.heraproject.com/files/30-F-04-%20HERA%20Phosphonates%20Full%20web%20wd.pdf [5] http://www.baua.de/nn_8874/de/Chemikaliengesetz-Biozidverfahren/Dokumente/RAR__062.pdf [6] http://ecb.jrc.ec.europa.eu/documents/Existing-Chemicals/RISK_ASSESSMENT/SUMMARY/ntaENVsum307.pdf [7] http://www.heraproject.com/files/38-F-Hera_Bridging_document_28.10.05.pdf [8] http://www.heraproject.com/files/11-F-04-HERA%20FWA5%20Full%20web%20wd.pdf [9] Stima tar-Riskju Ambjentali tal-Polydimethylsiloxane użata fl-Applikazzjonijiet ta’ Diterġenti, rapport ippreparat miċ-Centre Européen des Silicones, bid-data tal-15 ta’ Marzu 2006 [10] http://www.heraproject.com/files/24-F-HERA%20Hydrotropes%20Sept%202005.pdf [11] http://ec.europa.eu/health/ph_risk/committees/sct/sct_opinions_en.htm [12] disponibbli f’: http://ec.europa.eu/enterprise/chemicals/legislation/detergents/index_en.htm [13] http://ecb.jrc.it/DOCUMENTS/Existing-Chemicals/RISK_ASSESSMENT/SUMMARY/edtasum061.pdf [14] http://ecb.jrc.ec.europa.eu/documents/ExistingChemicals/RISK_ASSESSMENT/SUMMARY/ntaENVsum307. [15] disponibbli f’: http://ec.europa.eu/health/ph_risk/committees/04_scher/docs/scher_o_057.pdf [16] disponibbli f’: http://ec.europa.eu/health/ph_risk/committees/sct/documents/out194_en.pdf [17] disponibbli f’: http://ec.europa.eu/health/ph_risk/committees/04_scher/docs/scher_o_001.pdf [18] disponibbli f’: http://www.heraproject.com/files/32-F-HERA_polycarboxylates_final_Sept07.pdf [19] disponibbli f’: http://ec.europa.eu/health/ph_risk/committees/04_scher/docs/scher_o_109.pdf [20] ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1 [21] Id-Direttiva 2008/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar standards ta’ kwalità ambjentali fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 348, 24.12.2008, p. 84).