<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑115/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CJ0115</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:487">EU:C:2016:487</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20160630">30.6.2016</DATE> – KAWŻA C‑115/15</P><P>NA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20160630">30 ta’ Ġunju 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Artikoli 20 u 21 TFUE</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2004/38/KE</KEYWORD><KEYWORD>Punt (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(2)</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 1612/68</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 12</KEYWORD><KEYWORD>Dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Żwieġ bejn ċittadin tal-Unjoni u ċittadin ta’ pajjiż terz</KEYWORD><KEYWORD>Atti ta’ vjolenza konjugali</KEYWORD><KEYWORD>Divorzju wara t-tluq taċ-ċittadin tal-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Żamma tad-dritt ta’ residenza taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz li għandu l-kustodja ta’ wliedhom, li huma ċittadini tal-Unjoni</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑115/15,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) [qorti tal-appell (l-Ingilterra u Wales) (taqsima ċivili), ir-Renju Unit], permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20150225">25 ta’ Frar 2015</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑<DATE ISO="20150306">6 ta’ Marzu 2015</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Secretary of State for the Home Department</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">NA,</HT></P></DEFENDANTS><PRESENCE><PRESENCE.INIT>fil-preżenza ta’:</PRESENCE.INIT><P><HT TYPE="BOLD">Aire Centre,</HT></P></PRESENCE></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn R. Silva de Lapuerta (Relatur), President tal-Awla, A. Arabadjiev, J.‑C. Bonichot, C. G. Fernlund, u S. Rodin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Wathelet,</P><P>Reġistratur: K. Malacek, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-<DATE ISO="20160218">18 ta’ Frar 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal NA, minn A. Gonzalez, solicitor, B. Asanovic, barrister, kif ukoll minn T. de la Mare, QC,</P></ITEM><ITEM><P>għal Aire Centre, minn T. Buley, barrister, u R. Drabble, QC, maħtura minn L. Barratt, solicitor,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Gvern tar-Renju Unit, minn V. Kaye u M. Holt, bħala aġenti, assistiti minn B. Kennelly u B. Lask, barristers,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Daniż, minn C. Thorning u M. S. Wolff, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Olandiż, minn M. Bulterman u C. Schillemans, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Kellerbauer u M. Wilderspin, kif ukoll minn E. Montaguti u C. Tufvesson, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tal-<DATE ISO="20160414">14 ta’ April 2016</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 20 u 21 TFUE, tal-punt (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46, kif ukoll ir-rettifiki <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="229" PAGE.FIRST="35" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, L 229, p. 35</REF.DOC.OJ>, u <REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="197" PAGE.FIRST="34" DATE.PUB="2005">ĠU 2005, L 197, p. 34</REF.DOC.OJ>), kif ukoll tal-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KKE) [(KEE)] Nru 1612/68, tal‑<DATE ISO="19681015">15 ta’ Ottubru 1968</DATE>, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn is-Secretary of State for the Home Department (ministru tal-Intern) u NA, ċittadina Pakistana, dwar id-dritt ta’ residenza tagħha fir-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Id-Direttiva 2004/38</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Skont il-premessa 15 tad-Direttiva 2004/38:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Il-membri tal-familja għandhom ikunu ġuridikament protetti fil-każ ta’ mewt taċ-ċittadin ta’ l-Unjoni, ta’ divorzju, ta’ annullament taż-żwieġ jew tat-tmiem ta’ l-unjoni reġistrata. Għandhom għalhekk jittieħdu miżuri li jiżguraw li f’ċirkostanzi bħal dawn, bir-rispett dovut għall-ħajja familjari u għad-dinjità umana, u f’ċerti kondizzjonijiet li jostakolaw abbuż, il-membri tal-familja li qed jgħixu diġà fit-territorju ta’ l-Istat Membru ospitanti jżommu d-dritt tagħhom ta’ residenza esklussivament fuq bażi personali<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva:</P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>ċittadin ta’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> tfisser kwalunkwe persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>membru tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="2019" ID="QE0005"/> tfisser:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ir-raġel jew martu;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Stat Membru ospitanti<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser l-Istat Membru li jmur fih ċittadin ta’ l-Unjoni sabiex jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu u residenza.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Benefiċjarji<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Din id-Direttiva għandha tapplika għaċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni li jiċċaqilqu jew li jgħixu fi Stat Membru għajr iċ-ċittadini ta’ l-istess Stat Membru, u għall-membri tal-familja tagħhom kif imfissra fil-punt 2 ta’ l-Artikolu 2 li jakkumpanjawhom jew li jingħaqdu magħhom.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) u (2) tal-istess direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Dritt ta’ residenza ta’ aktar minn tliet xhur<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>, jaqra kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Iċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni għandhom id-dritt ta’ residenza fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għal perjodu ta’ aktar minn tliet xhur jekk huma:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>ħaddiema jew nies li jaħdmu għal rashom fl-Istat Membru ospitanti; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>għandhom biżżejjed riżorsi għalihom u għall-membri tal-familja tagħhom biex ma jkunux ta’ piż fuq is-sistema ta’ l-għajnuna soċjali ta’ l-Istat Membru ospitanti matul il-perjodu tagħhom ta' residenza u għandhom assigurazzjoni ta’ mard komprensiva fl-Istat Membru ospitanti; jew,</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>miktuba f’istitut privat jew pubbliku, akkreditat jew finanzjat mill-Istat Membru ospitanti skond il-bażi tal-leġislazzjoni jew tal-prattika amministrattiva tiegħu, għall-iskop prinċipali li jiġi segwit kors ta’ studju, inkluż taħriġ professjonali; u</P></ITEM><ITEM><P>għandhom assigurazzjoni ta’ mard komprensiva fl-Istat Membru ospitanti u jassiguraw lill-awtorità nazzjonali rilevanti, permezz ta’ dikjarazzjoni jew b’mezzi oħrajn ekwivalenti li jagħżlu huma, li għandhom riżorsi suffiċjenti għalihom u għall-membri tal-familja tagħhom biex ma jkunux ta’ piż fuq is-sistema ta’ l-għajnuna soċjali ta’ l-Istat Membru ospitanti matul il-perjodu tagħhom ta’ residenza; jew</P></ITEM></LIST></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>membri tal-familja li qed jakkumpanjaw jew li se jingħaqdu ma’ ċittadin ta’ l-Unjoni li jissoddisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) jew (ċ).</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="007.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Id-dritt ta’ residenza previst fil-paragrafu 1 għandu jkun estiż għall-membri tal-familja li mhumiex ċittadini ta’ Stat Membru, li jakkumpanjaw jew li jingħaqdu maċ-ċittadin ta’ l-Unjoni fl-Istat Membru ospitanti, sakemm dan iċ-ċittadin ta’ l-Unjoni jissoddisfa l-kondizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 (a), (b) jew (ċ).<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2004/38, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Żamma tad-dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja f’każ ta’ mewt jew tluq miċ-ċittadin ta’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="012.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għat-tieni sottoparagrafu, il-mewt jew it-tluq taċ-ċittadin ta’ l-Unjoni mill-Istat Membru ospitanti m’għandux jolqot id-dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja tiegħu li m’għandhomx ċittadinanza ta’ Stat Membru.</ALINEA><ALINEA>Qabel jinkiseb id-dritt ta’ residenza permanenti, il-persuni kkonċernati għandhom jilħqu l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a), (b), (ċ) jew (d) ta’ l-Artikolu 7(1).</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju tat-tieni sottoparagrafu, il-mewt taċ-ċittadin ta’ l-Unjoni ma jwassalx it-telf tad-dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja tiegħu li m’għandhomx ċittadinanza ta’ Stat Membru u li kienu qed jgħixu fl-Istat Membru ospitanti bħala membri tal-familja għal ta’ l-inqas sena qabel il-mewt taċ-ċittadin ta’ l-Unjoni.</ALINEA><ALINEA>Qabel jinkiseb id-dritt ta’ residenza permanenti, id-dritt ta’ residenza tal-persuni kkonċernati għandu jibqa’ suġġett għall-ħtieġa li jkunu jistgħu juru li huma ħaddiema jew persuni li jaħdmu għal rashom jew li għandhom biżżejjed riżorsi għalihom u għall-membri tal-familja tagħhom biex ma jkunux ta’ piż fuq is-sistema ta’ għajnuna soċjali ta’ l-Istat Membru ospitanti matul il-perjodu ta’ residenza tagħhom, kif ukoll li għandhom assigurazzjoni ta’ mard komprensiva fl-Istat Membru ospitanti, jew li huma parti min-nukleu familjari, diġà kkostitwit fl-Istat Membru ospitanti, ta’ persuna li tissoddisfa dawn il-ħtiġiet. <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Riżorsi biżżejjed<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="2019" ID="QE0013"/> huma dawk indikati fl-Artikolu 8(4).</ALINEA><ALINEA>Dawn il-membri tal-familja għandhom iżommu d-dritt ta’ residenza esklussivament b’titlu personali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="012.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>It-tluq taċ-ċittadin ta’ l-Unjoni mill-Istat Membru ospitanti jew il-mewt tiegħu m’għandux iwassal għal telf tad-dritt ta’ residenza tat-tfal tiegħu jew tal-ġenitur li għandu l-kustodja preżenti tat-tfal, irrispettivament miċ-ċittadinanza, jekk it-tfal jgħixu fl-Istat Membru ospitanti u huma miktuba f’istituzzjoni edukattiv, għal skop ta’ studju, sat-tlestija ta’ l-istudji tagħhom.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Żamma tad-dritt ta’ residenza mill-membri ta’ familja f’każ ta’ divorzju, ta’ annullament ta’ żwieġ, jew ta’ tmiem ta’ unjoni reġistrata<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>Mingħajr preġudizzju għat-tieni sottoparagrafu, id-divorzju, l-annullament taż-żwieġ taċ-ċittadin ta’ l-Unjoni jew it-tmiem ta’ l-unjoni reġistrata, kif imfissra fil-punt 2(b) ta’ l-Artikolu 2 ma jfissirx telf tad-dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja taċ-ċittadin ta’ l-Unjoni li m’għandhomx ċittadinanza ta’ Stat Membru fejn:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>qabel il-bidu tal-proċeduri ta’ divorzju jew ta’ annullament jew it-tmiem ta’ l-unjoni reġistrata msemmija fil-punt 2(b) ta’ l-Artikolu 2, iż-żwieġ jew l-unjoni reġistrata damu minn ta’ l-inqas tliet snin, inkluż sena fl-Istat Membru ospitanti; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ir-raġel/mara jew is-sieħeb/sieħba li m’għandhomx iċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru u li għandhom il-kustodja tat-tfal taċ-ċittadin ta’ l-Unjoni skond ftehim bejn il-miżżewġin jew bejn is-sieħeb/sieħba kif imfissra fil-punt 2(b) ta’ l-Artikolu 2, jew b’deċiżjoni ġudizjarja; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>dan hu ġustifikat minn ċirkostanzi b’mod partikolari diffiċli, bħall-fatt li tkun vittma ta’ vjolenza domestika matul iż-żwieġ jew l-unjoni reġistrata; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>ir-raġel/mara jew is-sieħeb/sieħba li m’għandhomx iċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru u li għandhom id-dritt ta’ aċċess għal tifel/tifla minorenni skond ftehim bejn il-miżżewġin jew bejn is-sieħeb/sieħba kif imfissra fil-punt 2(b) ta’ l-Artikolu 2, jew b’deċiżjoni ġudizzjarja, b’kondizzjoni li l-Qorti ddeċidiet li dan l-aċċess għandu jkun fl-Istat Membru ospitanti, u għal tul ta’ żmien meqjus bħala neċessarju.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>Qabel jinkiseb id-dritt ta’ residenza permanenti, id-dritt ta’ residenza tal-persuni kkonċernati għandu jibqa’ s-suġġett tal-ħtieġa li huma jkunu jistgħu juru li huma ħaddiema jew li huma persuni li jaħdmu għal rashom jew li għandhom biżżejjed riżorsi għalihom u għall-membri tal-familja tagħhom biex ma jkunux ta’ piż fuq is-sistema ta’ għajnuna soċjali fl-Istat Membru ospitanti matul il-perjodu ta’ residenza tagħhom u li għandhom assigurazzjoni ta’ mard komprensiva fl-Istat Membru ospitanti, jew li huma membri min-nukleu familjari, diġà kkostitwit fl-Istat Membru ospitanti, ta’ persuna li tissoddisfa dawn il-ħtiġiet. <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Riżorsi biżżejjed<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> huma dawk indikati fl-Artikolu 8(4).</ALINEA><ALINEA>Dawn il-membri tal-familja għandhom iżommu d-dritt ta’ residenza esklussivament b’titlu personali.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 14(2) tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Żamma tad-dritt ta’ residenza<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>Ċittadini ta’ l-Unjoni u l-membri tal-familja tagħhom għandhom id-dritt ta’ residenza kif previst fl-Artikoli 7, 12 u 13 sakemm jaderixxu mal-kondizzjonijiet stabbiliti fihom.</ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 1612/68</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1612/68:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>It-tfal ta’ ċittadin ta’ Stat Membru li hu jew kien impjegata fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għandhom ikunu ammessi għall-korsijiet edukattivi ġenerali, ta’ apprendistat u ta’ taħriġ professjonali ta’ dak l-Istat taħt l-istess kondizzjonijiet bħal ċittadini ta’ dak l-Istat, jekk dawn it-tfal ikunu qegħdin jgħixu fit-territorju tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt nazzjonali</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva Nru 2004/38 ġie traspost fid-dritt nazzjonali bl-Artikolu 10 tal-Immigration (European Economic Area) Regulations 2006 [regolament tal-2006 dwar l-immigrazzjoni fiż-Żona Ekonomika Ewropea, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>regolament tal-2006<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>B’mod partikolari, skont l-Artikolu 10(5) tar-regolament tal-2006, biex iżżomm id-dritt ta’ residenza f’każ ta’ divorzju, il-persuna kkonċernata għandha tissodisfa ċerti kundizzjonijiet, inkluż li ma tibqax membru tal-familja jew ta’ persuna eliġibbli jew ta’ ċittadin taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) li jkollu dritt ta’ residenza permanenti, fid-data tad-divorzju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Skont ir-regolament tal-2006, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>persuna eliġibbli<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> tfisser ċittadin taż-ŻEE li huwa residenti fir-Renju Unit bħala persuna li qiegħda tfittex impjieg, persuna impjegata, persuna li taħdem għal rasha, persuna ekonomikament awtonoma jew student.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta wkoll li, fid-dritt nazzjonali, id-dritt idderivat ta’ residenza tal-ġenitur ta’ wild li jaqa’ taħt l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1612/68 jingħata permezz tal-Artikolu 15 A tar-regolament tal-2006 li essenzjalment jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015A.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>(1)</NO.PARAG><ALINEA>Persuna (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>P<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/>) li ma hijiex persuna eżenti u li tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafi (2), (3), (4), (4 A) jew (5) ta’ dan ir-regolament għandha d-dritt tirrisjedi fir-Renju Unit sakemm P tissodisfa l-kundizzjonijiet rilevanti.</ALINEA></PARAG><P>[...]</P><?PAGE NO="6"?><PARAG IDENTIFIER="015A.003"><NO.PARAG>(3)</NO.PARAG><ALINEA><P>P tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>P hija l-wild ta’ ċittadin taż-ŻEE (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>ġenitur li huwa ċittadin taż-ŻEE<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>P kienet residenti fir-Renju Unit meta l-ġenitur li huwa ċittadin taż-ŻEE kien residenti fir-Renju Unit bħala ħaddiem; u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>P qegħda tistudja fir-Renju Unit u kienet diġà qegħda tistudja meta l-ġenitur li huwa ċittadin taż-ŻEE kien jinsab fir-Renju Unit.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="015A.004"><NO.PARAG>(4)</NO.PARAG><ALINEA><P>P tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ dan il-paragrafu jekk:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>P għandha l-kustodja ta’ persuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 3 (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>persuna rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>); u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-persuna rilevanti ma tkunx tista’ tkompli tistudja fir-Renju Unit li kieku P kellha titlaq mill-pajjiż.</TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>NA hija ċittadina Pakistana li, f’Settembru 2003, iżżewġet lil KA, ċittadin Ġermaniż u, f’Marzu 2004, il-koppja marret tgħix fir-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Sussegwentement, ir-relazzjoni tal-miżżewġin marret għall-agħar. NA saret vittma ta’ diversi atti ta’ vjolenza domestika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>KA telaq mid-dar matrimonjali f’Ottubru 2006 u, f’Diċembru 2006, telaq għalkollox mir-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Meta kien jirrisjedi fir-Renju Unit, KA ħadem kemm bħala impjegat kif ukoll għal rasu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-miżżewġin kellhom żewġt ibniet, MA u IA. Dawn twieldu fir-Renju Unit fl-<DATE ISO="20051114">14 ta’ Novembru 2005</DATE> u fit-<DATE ISO="20070203">3 ta’ Frar 2007</DATE>, rispettivament, u għandhom ċittadinanza Ġermaniża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>KA allega li kien iddivorzja lil NA permezz ta’ <HT TYPE="ITALIC">talaq</HT> ippronunzjat f’Karachi (il-Pakistan) fit-<DATE ISO="20070313">13 ta’ Marzu 2007</DATE>. F’Settembru 2008, NA bdiet proċedura ta’ divorzju fir-Renju Unit. Id-divorzju sar definittiv fl-<DATE ISO="20090804">4 ta’ Awwissu 2009</DATE>. NA kisbet il-kustodja esklużiva taż-żewġt itfal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Minn Jannar 2009 u Settembru 2010 rispettivament, MA u IA rċevew edukazzjoni fir-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni adottata fil-kuntest tal-eżami ta’ talba mressqa minn NA sabiex tikseb permess ta’ residenza permanenti fir-Renju Unit, il-ministru tal-Intern, bħala l-awtorità kompetenti fi kwistjonijiet ta’ residenza, iddeċieda li NA ma kinitx tibbenefika minn dritt ta’ residenza fir-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Ir-rikors ippreżentat minn NA kontra din id-deċiżjoni ġie miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>NA ressqet talba quddiem l-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) [qorti superjuri (awla tal-immigrazzjoni u tal-ażil), ir-Renju Unit], li eżaminat it-tliet bażijiet legali mressqa minn NA insostenn tat-talba tagħha għal dritt ta’ residenza fir-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>L-ewwel nett, din il-qorti ddeċidiet li NA ma setgħetx titlob iż-żamma tad-dritt ta’ residenza tagħha fir-Renju Unit skont l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38, peress li, fid-data tad-divorzju, KA ma kienx jeżerċita iktar, f’dan l-Istat Membru, id-drittijiet tiegħu bbażati fuq it-Trattati, liema kundizzjoni toħroġ mill-imsemmija dispożizzjoni kif ukoll mis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19850213">13 ta’ Frar 1985</DATE>, <NAME.CASE>Diatta</NAME.CASE> (<NO.CASE>267/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:67">EU:C:1985:67</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Billi qieset li tali kundizzjoni ma hijiex, madankollu, prevista bħala bażi għaż-żamma tad-dritt ta’ residenza tiegħu skont l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38, NA appellat fuq dan il-punt minn dik id-deċiżjoni quddiem il-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) [qorti superjuri (awla tal-immigrazzjoni u tal-ażil)] iddeċidiet li NA kellha, madankollu, dritt ta’ residenza fir-Renju Unit fuq il-bażi tad-dritt tal-Unjoni, minn naħa, skont l-Artikolu 20 TFUE, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110308">8 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Ruiz Zambrano</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑34/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:124">EU:C:2011:124</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) u, min-naħa l-oħra, skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1612/68.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Il-ministru tal-Intern ppreżenta appell mis-sentenza tal-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) [qorti superjuri (awla tal-immigrazzjoni u tal-ażil)] fuq dan il-punt quddiem il-qorti tar-rinviju. Fil-fatt, filwaqt li rrikonoxxa l-eżistenza tad-drittijiet li għandhom MA u IA skont l-Artikoli 20 u 21 TFUE bħala ċittadini tal-Unjoni, abbażi tas-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131010">10 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Alokpa u Moudoulou</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑86/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:645">EU:C:2013:645</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-ministru tal-Intern isostni li jkun hemm ksur ta’ dawn id-drittijiet biss jekk MA u IA jħossuhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>fl-obbligu, fil-fatt, li jitilqu mit-territorju tal-Unjoni kkunsidrat fl-intier tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, liema kundizzjoni ma teżistix f’dan il-każ, peress li dawn it-tfal għandhom id-dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ta’ ċittadinanza tagħhom, jiġifieri r-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Fir-rigward tad-dritt ta’ residenza bbażat fuq l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1612/68, skont il-ministru tal-Intern, din id-dispożizzjoni teżiġi li l-ġenitur li huwa ċittadin tal-Unjoni għandu jkun fl-Istat Membru ospitanti fid-data li fiha l-wild ikun beda l-edukazzjoni tiegħu, liema kundizzjoni lanqas ma teżisti f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>It-tielet u l-aħħar nett, billi l-Upper Tribunal (Immigration and Asylum Chamber) [qorti superjuri (awla tal-immigrazzjoni u tal-ażil)] qieset li, minn naħa, ir-rifjut ta’ dritt ta’ residenza fir-Renju Unit lil NA kien iġiegħel lil uliedha, MA u IA, jitilqu minn dan l-Istat Membru magħha peress li hija kellha l-kustodja esklużiva tagħhom u, min-naħa l-oħra, miżura ta’ tneħħija ta’ dawn it-tfal tikser id-drittijiet tagħhom taħt l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE>, hija laqgħet l-appell ippreżentat minn NA abbażi ta’ din id-dispożizzjoni. Il-ministru tal-Intern ma ppreżentax appell minn din il-parti tad-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Court of Appeal (England &amp; Wales) (Civil Division) [qorti tal-appell (l-Ingilterra u Wales) (taqsima ċivili), ir-Renju Unit] iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>1)</NO.P><TXT>Għandu ċittadin ta’ [Stat] terz li huwa ex konjuġi ta’ ċittadin tal-Unjoni jkun kapaċi li juri li l-konjuġi preċedenti tiegħu kien jeżerċita drittijiet taħt it-Trattati fl-Istat Membru ospitanti fil-mument tad-divorzju tagħhom sabiex iżomm dritt ta’ residenza taħt l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Ċittadin tal-UE għandu dritt taħt il-liġi tal-UE li jirrisjedi fi Stat Membru ospitanti taħt l-Artikoli 20 u 21 TFUE f’ċirkustanzi fejn l-uniku Stat fi ħdan l-UE li fih iċ-ċittadin huwa intitolat jirrisjedi huwa l-Istat tan-nazzjonalità tiegħu, iżda fejn saret konstatazzjoni ta’ fatt minn qorti kompetenti li t-tneħħija taċ-ċittadin mill-Istat Membru ospitanti għall-Istat tan-nazzjonalità tiegħu tikser id-drittijiet tiegħu taħt l-Artikolu 8 tal-[Konvenzjoni għall-protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali] u taħt l-Artikolu 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="8"?><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Jekk iċ-ċittadin tal-Unjoni fid-domanda 2 iktar ’il fuq huwa wild, il-ġenitur li għandu l-kura [kustodja] esklużiva ta’ dan il-wild, għandu dritt idderivat ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti jekk il-wild ikollu jakkumpanja l-ġenitur meta sseħħ it-tneħħija tal-ġenitur mill-Istat Membru ospitanti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Wild għandu dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1612/68 (issa l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 492/2011/UE) jekk il-ġenitur tal-wild li jkun ċittadin tal-Unjoni, li kien impjegat fl-Istat Membru ospitanti, ma baqax jirrisjedi fl-Istat Membru ospitanti qabel ma l-wild beda jistudja f’dak l-Istat?<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju qegħda essenzjalment tistaqsi jekk il-punt (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38 għandux jiġi interpretat fis-sens li ċittadin ta’ pajjiż terz, li huwa ddivorzjat minn ċittadin tal-Unjoni li tiegħu kien vittma ta’ atti ta’ vjolenza domestika matul iż-żwieġ, jista’ jibbenefika miż-żamma tad-dritt ta’ residenza tiegħu fl-Istat Membru ospitanti, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, meta l-konjuġi ċittadin tal-Unjoni kien telaq minn dan l-Istat Membru qabel id-divorzju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Skont il-punt (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38, id-divorzju ma jwassalx għat-telf tad-dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja taċ-ċittadin tal-Unjoni li ma għandhomx iċ-ċittadinanza ta’ Stat Membru fejn <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>dan hu ġustifikat minn ċirkostanzi b’mod partikolari diffiċli, bħall-fatt li tkun vittma ta’ vjolenza domestika matul iż-żwieġ jew l-unjoni reġistrata<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Għandhom jiġu eżaminati liema huma l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni u, b’mod partikolari, jekk meta, bħal fil-kawża prinċipali, ċittadin ta’ Stat terz kien, matul iż-żwieġ tiegħu, vittma ta’ atti ta’ vjolenza domestika mwettqa minn ċittadin tal-Unjoni li minnu huwa ddivorzjat, dan tal-aħħar għandux jirrisjedi fl-Istat Membru ospitanti, skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2004/38, sad-data tad-divorzju, sabiex l-imsemmi ċittadin ikun jista’ jinvoka l-punt ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(2) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fir-rigward il-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li, meta l-konjuġi, ċittadin tal-Unjoni, jitlaq mill-Istat Membru ospitanti, sabiex jistabbilixxi ruħu fi Stat Membru ieħor jew fi Stat terz, qabel il-bidu tal-proċeduri ġudizzjarji ta’ divorzju, id-dritt ta’ residenza dderivat tal-konjuġi ċittadin ta’ Stat terz, abbażi tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 2004/38, jintemm meta l-konjuġi ċittadin tal-Unjoni jitlaq u, għalhekk, ma jistax jinżamm iktar abbażi tal-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(2) ta’ din id-direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150706">6 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Singh <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑218/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:476">EU:C:2015:476</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’tali ċirkustanzi, it-tluq tal-konjuġi li huwa ċittadin tal-Unjoni diġà wassal għat-telf tad-dritt ta’ residenza tal-konjuġi li huwa ċittadin ta’ Stat terz li jibqa’ fl-Istat Membru ospitanti. Issa, talba sussegwenti għal divorzju ma jistax ikollha l-effett li tnissel dan id-dritt mill-ġdid, peress li l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2004/38 jirreferi biss għaż-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>żamma<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> ta’ dritt ta’ residenza eżistenti (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Singh <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑218/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:476">EU:C:2015:476</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2004/38, iċ-ċittadin tal-Unjoni li jkun il-konjuġi ta’ ċittadin ta’ Stat terz għandu jirrisjedi fl-Istat Membru ospitanti sad-data li fiha jinbdew il-proċeduri ġudizzjarji ta’ divorzju, sabiex dan iċ-ċittadin ta’ Stat terz<?PAGE NO="9"?> ikun jista’ jinvoka ż-żamma tad-dritt ta’ residenza tiegħu f’dan l-Istat Membru, abbażi tal-Artikolu 13(2) ta’ din id-direttiva (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Singh <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑218/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:476">EU:C:2015:476</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Dawn il-kunsiderazzjonijiet japplikaw ukoll fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali, għall-interpretazzjoni tal-punt (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li din id-dispożizzjoni tagħmel parti mill-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38, b’mod li l-imsemmija dispożizzjoni ma għandhiex tingħata interpretazzjoni awtonoma, iżda għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(2) innifsu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, għad-determinazzjoni tal-portata ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni fl-istess ħin kliemha, il-kuntest tagħha u l-għanijiet tagħha (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131010">10 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Spedition Welter</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑306/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:650">EU:C:2013:650</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Qabel kollox, mill-kliem użat kemm fit-titolu, kif ukoll fil-kliem tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38, jirriżulta li ż-żamma tad-dritt ta’ residenza li minnu jibbenefikaw il-membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li ma għandhomx in-nazzjonalità ta’ Stat Membru abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, hija prevista b’mod partikolari f’każ ta’ divorzju u li, konsegwentement, meta l-kundizzjonijiet imsemmijin f’din id-dispożizzjoni jkunu ssodisfatti, tali divorzju ma jwassalx għat-telf ta’ tali dritt ta’ residenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Sussegwentement, fir-rigward tal-kuntest ta’ din id-dispożizzjoni, l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38 jikkostitwixxi deroga mill-prinċipju li mhux iċ-ċittadini kollha ta’ Stati terzi jisiltu drittijiet ta’ dħul u ta’ residenza fi Stat Membru mid-Direttiva 2004/38, iżda biss dawk li huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>membr[i] tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> fis-sens tal-Artikolu 2(2) ta’ din id-direttiva, ta’ ċittadin tal-Unjoni li jkun eżerċita d-dritt ta’ moviment liberu tiegħu billi jistabbilixxi ruħu fi Stat Membru li ma huwiex l-Istat Membru li għandu n-nazzjonalità tiegħu, liema prinċipju ġie stabbilit mill-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Singh <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑218/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:476">EU:C:2015:476</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Fil-fatt, l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38 ikopri l-każijiet eċċezzjonali fejn id-divorzju ma jwassalx għat-telf tad-dritt ta’ residenza taċ-ċittadini kkonċernati ta’ Stati terzi taħt id-Direttiva 2004/38, minkejja li wara d-divorzju tagħhom, l-imsemmija ċittadini ma jissodisfawx iktar il-kundizzjonijiet indikati fl-Artikolu 7(2) ta’ din id-direttiva u, b’mod partikolari, il-kundizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>membru tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> ta’ ċittadin tal-Unjoni, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(a) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għandu jingħad ukoll li l-Artikolu 12 tad-Direttiva 2004/38, li jkopri speċifikament iż-żamma tad-dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja fil-każ ta’ mewt jew ta’ tluq taċ-ċittadin tal-Unjoni, minn naħa, jipprevedi biss iż-żamma tad-dritt ta’ residenza tal-membri tal-familja tiegħu li ma għandhomx ċittadinanza ta’ Stat Membru f’każ ta’ mewt taċ-ċittadin tal-Unjoni, u mhux f’każ ta’ tluq tiegħu mill-Istat Membru ospitanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, għandu għalhekk jiġi kkonstatat li, meta ġiet adottata din id-direttiva, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma stabilixxiex protezzjoni speċifika f’każ ta’ tluq taċ-ċittadin tal-Unjoni mill-Istat Membru ospitanti, b’mod partikolari minħabba ċirkustanzi partikolarment diffiċli tal-membri tal-familja tiegħu li ma għandhomx ċittadinanza ta’ Stat Membru, li hija analoga għal dik prevista fil-punt (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fir-rigward tal-finalità tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38, din id-dispożizzjoni tissodisfa l-għan stabbilit fil-premessa 15 tal-imsemmija direttiva, li tingħata protezzjoni legali lill-membri tal-familja fil-każ ta’ divorzju, ta’ annullament taż-żwieġ jew ta’ tmiem is-sħubija<?PAGE NO="10"?> rreġistrata, billi jittieħdu miżuri f’dan ir-rigward sabiex jiġi żgurat li, f’tali ċirkustanzi, il-membri tal-familja li jirrisjedu diġà fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti jżommu d-dritt ta’ residenza tagħhom fuq bażi individwali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mix-xogħol preparatorju tad-Direttiva 2004/38 u, b’mod partikolari, mill-espożizzjoni tal-motivi tal-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri [COM/2001/0257 (finali)], jirriżulta li, skont id-dritt tal-Unjoni li kienet fis-seħħ qabel id-Direttiva 2004/38, il-konjuġi ddivorzjat setà jiġi mċaħħad mid-dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, din il-proposta għal direttiva tispeċifika li d-dispożizzjoni prevista, li saret l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38, għandha l-għan li toffri ċerta protezzjoni liċ-ċittadini ta’ Stati terzi li d-dritt ta’ residenza tagħhom huwa marbut mar-rabta familjali rrappreżentata miż-żwieġ u li, minħabba dan il-fatt, jistgħu jiġu rrikattati b’theddida ta’ divorzju, u li tali protezzjoni hija meħtieġa biss f’każ ta’ sentenza finali ta’ divorzju, filwaqt li f’każ ta’ separazzjoni <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT>, bl-ebda mod ma huwa affettwat id-dritt ta’ residenza tal-konjuġi ċittadin ta’ Stat terz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Minn dak li ntqal preċedentement jirriżulta mill-kliem, mill-kuntest u mill-għan tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38 li l-implementazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, inkluż id-dritt ibbażat fuq il-punt (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38, hija suġġetta għad-divorzju tal-partijiet ikkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta wkoll li interpretazzjoni tal-punt (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38 fis-sens li ċittadin ta’ Stat terz ikun iġġustifikat jinvoka d-dritt taħt din id-dispożizzjoni meta l-konjuġi tiegħu, li huwa ċittadin tal-Unjoni, kien residenti fl-Istat Membru ospitanti, skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2004/38, mhux sal-bidu tal-proċeduri ġudizzjarji ta’ divorzju, iżda, l-iktar tard, sad-data meta twettqu l-atti ta’ vjolenza domestika, tmur kontra l-interpretazzjoni letterali, sistemika u teleoloġika tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Għalhekk, meta, bħal fil-kawża prinċipali, ċittadin ta’ Stat terz kien vittma matul iż-żwieġ tiegħu ta’ atti ta’ vjolenza domestika mwettqa minn ċittadin tal-Unjoni li minnu huwa ddivorzjat, dan tal-aħħar għandu jkun residenti fl-Istat Membru ospitanti, skont l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2004/38, sad-data tal-bidu tal-proċeduri ġudizzjarji ta’ divorzju, sabiex l-imsemmi ċittadin ikun jista’ jinvoka l-punt (ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(2) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda għandha tkun li l-punt (ċ) tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38 għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin ta’ Stat terz, li huwa ddivorzjat minn ċittadin tal-Unjoni li tiegħu kien vittma ta’ atti ta’ vjolenza domestika matul iż-żwieġ, ma jistax jibbenefika miż-żamma tad-dritt ta’ residenza tiegħu fl-Istat Membru ospitanti, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, meta qabel il-bidu tal-proċeduri ġudizzjarji ta’ divorzju l-konjuġi li huwa ċittadin tal-Unjoni jkun telaq minn dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba</HT><HT TYPE="ITALIC">’ domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Permezz tar-raba’ domanda tagħha, li għandha tiġi eżaminata fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1612/68 għandux jiġi interpretat fis-sens li wild u l-ġenitur li huwa ċittadin ta’ Stat terz u li għandu l-kustodja esklużiva tiegħu jibbenefikaw minn dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-ġenitur l-ieħor huwa ċittadin tal-Unjoni u ħadem f’dan l-Istat Membru, iżda ma baqax jirrisjedi hemmhekk qabel ma l-wild beda l-edukazzjoni tiegħu f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1612/68, it-tfal ta’ ċittadin ta’ Stat Membru li huwa jew kien impjegat fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għandhom ikunu ammessi għall-korsijiet ta’ edukazzjoni ġenerali, ta’ taħriġ u ta’ formazzjoni professjonali taħt l-istess kundizzjonijiet bħaċ-ċittadini ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar, jekk dawn it-tfal ikunu residenti fit-territorju ta’ dan l-Istat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Id-dritt ta’ aċċess għall-edukazzjoni fl-Istat Membru ospitanti għat-tfal ta’ ħaddiema migranti, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, jiddependi mill-istabbiliment minn qabel tal-wild ikkonċernat fl-Istat Membru ospitanti, b’mod li l-ulied li stabbilixxew ruħhom fl-imsemmi Stat Membru fil-kwalità tagħhom ta’ membri tal-familja ta’ ħaddiem migrant, l-istess bħall-ulied ta’ ħaddiem migrant li ilhom jirrisjedu minn meta twieldu fl-Istat Membru li fih missierhom jew ommhom huma jew kienu impjegati, jistgħu jinvokaw tali dritt f’dan l-Istat Membru (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100223">23 ta’ Frar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Teixeira</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑480/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:83">EU:C:2010:83</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>L-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1612/68 huwa intiż b’mod partikolari biex jiżgura li t-tfal ta’ ħaddiem li huwa ċittadin ta’ Stat Membru jkunu jistgħu, anki jekk huwa ma jkunx għadu jeżerċita attività bħala impjegat fl-Istat Membru ospitanti, isegwu u, jekk ikun il-każ, jispiċċaw l‑edukazzjoni tagħhom f’dan l-Istat tal-aħħar (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100223">23 ta’ Frar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Teixeira</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑480/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:83">EU:C:2010:83</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0051">51</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fil-fatt, kif jirriżulta mill-kliem innifru tal‑imsemmi Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1612/68, dan id-dritt ma huwiex limitat għat-tfal tal‑ħaddiema migranti attivi, iżda japplika wkoll għat-tfal tal-ex ħaddiema migranti. Għaldaqstant, minn dan jirriżulta li d-dritt tat-tfal għall-ugwaljanza fit-trattament f’dak li jirrigwarda l-aċċess għall-edukazzjoni ma jiddependix mill-fatt li missierhom jew ommhom żammew il-kwalità ta’ ħaddiem migranti fl-Istat Membru ospitanti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100223">23 ta’ Frar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Teixeira</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑480/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:83">EU:C:2010:83</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-dritt li l-ulied igawdu taħt l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1612/68 ma huwiex suġġett għad-dritt ta’ residenza tal-ġenituri tagħhom fl-Istat Membru ospitanti, peress li din id-dispożizzjoni teżiġi biss li l-wild ikun għex mal-ġenituri tiegħu jew ma’ wieħed minnhom fi Stat Membru matul il-perijodu li fih mill-inqas wieħed mill-ġenituri tiegħu kien residenti f’dan l-Istat bħala ħaddiem (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100223">23 ta’ Frar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Ibrahim u Secretary of State for the Home Department</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑310/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:80">EU:C:2010:80</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-fatt li jiġi rrikonoxxut li l-ulied ta’ persuni li kienu ħaddiema migranti jistgħu jsegwu l-istudji tagħhom fl-Istat Membru ospitanti filwaqt li l-ġenituri tagħhom ma jkunux għadhom residenti hemmhekk huwa ekwivalenti għar-rikonoxximent, fir-rigward tagħhom, ta’ dritt ta’ residenza indipendenti minn dak mogħti lill-ġenituri tagħhom, u tali dritt huwa bbażat fuq l-imsemmi Artikolu 12 (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100223">23 ta’ Frar 2010</DATE>, <NAME.CASE>Ibrahim u Secretary of State for the Home Department</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑310/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:80">EU:C:2010:80</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Għalhekk, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, sabiex wild ikun jista’ jibbenefika mid-dritt previst minn din id-dispożizzjoni, l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1612/68 ma jeħtieġx li ġenitur, ex ħaddiem migrant, ikun għadu residenti fl-Istat Membru ospitanti fid-data li fiha l-wild ikun beda l-edukazzjoni jew l-istudji tiegħu, u lanqas li dan il-ġenitur jibqa’ preżenti fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru matul l-edukazzjoni jew l-istudji tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li KA, il-konjuġi tar-rikorrenti fil-kawża prinċipali, kien residenti fir-Renju Unit bħala ħaddiem impjegat kif ukoll għal rasu mid-data li fiha l-koppja waslet f’dan l-Istat Membru sad-data tat-tluq ta’ KA mir-Renju Unit, jiġifieri tul il-perijodu minn Marzu 2004 sa Diċembru 2006.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Jirriżulta wkoll mid-deċiżjoni tar-rinviju li MA u IA, it-tfal bniet tal-koppja, twieldu fir-Renju Unit u jirrisjedu f’dan l-Istat Membru sa mit-twelid tagħhom.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Għalhekk, bħala ulied ta’ ex ħaddiem migrant, li huma residenti minn twelidhom fl-Istat Membru li fih missierhom kien impjegat, MA u IA jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex jinvokaw l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1612/68.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Għaldaqstant, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-wild ta’ ex ħaddiem migrant, li huwa residenti sa minn twelidu fl-Istat Membru ospitanti, jibbenefika mid-dritt, minn naħa, li jibda jew li jkompli l-istudji tiegħu f’dan l-Istat Membru, abbażi tal-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1612/68 u, min-naħa l-oħra, konsegwentement, minn dritt ta’ residenza bbażat fuq l-istess dispożizzjoni. Il-fatt li l-ġenitur, ex ħaddiem migrant, huwa jew ma huwiex residenti iktar fl-imsemmi Stat Membru fid-data li fiha dan il-wild jibda l-edukazzjoni tiegħu ma għandu ebda effett f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-dritt ta’ aċċess għall-edukazzjoni jimplika dritt ta’ residenza tal-wild ta’ ħaddiem migrant jew ta’ ex ħaddiem migrant, meta dan il-wild jixtieq isegwi l-istudji tiegħu fl-Istat Membru ospitanti, kif ukoll dritt ta’ residenza korrispondenti favur il-ġenitur li jkollu effettivament il-kustodja ta’ dan il-wild (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130613">13 ta’ Ġunju 2013</DATE>, <NAME.CASE>Hadj Ahmed</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑45/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:390">EU:C:2013:390</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Fil-fatt, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn it-tfal igawdu, taħt l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1612/68, mid-dritt li jkomplu l-edukazzjoni tagħhom fl-Istat Membru ospitanti, filwaqt li l-ġenitur li għandu l-kustodja tagħhom jipperikola li jitlef id-dritt ta’ residenza tiegħu, il-fatt li dan il-ġenitur jiġi mċaħħad mill-possibbiltà li jibqa’ jirrisjedi f’dan l-Istat Membru ospitanti matul l-edukazzjoni tat-tfal tiegħu jista’ jwassal sabiex dawn it-tfal jiġu mċaħħda minn dritt li l-leġiżlatur tal-Unjoni rrikonoxxa fir-rigward tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20020917">17 ta’ Settembru 2002</DATE>, <NAME.CASE>Baumbast u R</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑413/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2002:493">EU:C:2002:493</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li NA kisbet il-kustodja esklużiva ta’ wliedha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Konsegwentement, bħala ġenitur li tiżgura effettivament il-kustodja ta’ MA u ta’ IA, NA tibbenefika wkoll mid-dritt ta’ residenza taħt l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1612/68.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għar-raba’ domanda għandha tkun li l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1612/68 għandu jiġi interpretat fis-sens li wild u l-ġenitur li huwa ċittadin ta’ Stat terz u li għandu l-kustodja esklużiva tiegħu jibbenefikaw minn dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-ġenitur l-ieħor huwa ċittadin tal-Unjoni u ħadem f’dan l-Istat Membru, iżda ma baqax jirrisjedi hemmhekk qabel ma l-wild beda l-edukazzjoni tiegħu f’dan l-Istat Membru.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni u t-tielet domandi</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni u t-tielet domandi tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikoli 20 u/jew 21 TFUE għandhomx jiġu interpretati fis-sens li jagħtu dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti kemm lil ċittadin tal-Unjoni li huwa minuri, li huwa residenti minn twelidu f’dan l-Istat Membru li ma huwiex ċittadin tiegħu, kif ukoll lill-ġenitur, ċittadin ta’ Stat terz, li għandu l-kustodja esklużiva tal-imsemmi minuri, meta l-partijiet interessati kkonċernati jibbenefikaw minn dritt ta’ residenza fl-imsemmi Stat Membru taħt id-dritt nazzjonali jew id-dritt internazzjonali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-Artikolu 20 TFUE jagħti lil kull persuna li għandha ċ-cittadinanza ta’ Stat Membru l-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni, li huwa intiż sabiex ikun l-istatus fundamentali taċ-ċittadini tal-Istati Membri (ara s-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20010920">20 ta’ Settembru 2001</DATE>, <NAME.CASE>Grzelczyk</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑184/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:458">EU:C:2001:458</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110308">8 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Ruiz Zambrano</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑34/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:124">EU:C:2011:124</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Fuq dan il-bażi, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-Artikolu 20 TFUE jipprekludi miżuri nazzjonali li għandhom l-effett li jċaħħdu liċ-ċittadini tal-Unjoni mit-tgawdija effettiva tas-sustanza tad-drittijiet mogħtija mill-istatus tagħhom bħala ċittadini tal-Unjoni (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110308">8 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Ruiz Zambrano</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑34/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:124">EU:C:2011:124</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Il-kriterju dwar iċ-ċaħda tas-sustanza tad-drittijiet mogħtija mill-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni għandu natura partikolari ħafna peress li jkopri sitwazzjonijiet li fihom, minkejja l-fatt li d-dritt sekondarju dwar id-dritt ta’ residenza ta’ ċittadini ta’ Stati terzi ma huwiex applikabbli, dritt ta’ residenza ma jistax, eċċezzjonalment, jiġi mċaħħad lil ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin ta’ Stat Membru, peress li altrimenti jkun hemm ksur tal-effett utli taċ-ċittadinanza tal-Unjoni li jgawdi minnha dan tal-aħħar, jekk, bħala konsegwenza ta’ tali rifjut, dan iċ-ċittadin ikun fil-fatt obbligat jitlaq mit-territorju tal-Unjoni fl-intier tiegħu, u b’hekk jiġi mċaħħad mit-tgawdija effettiva tas-sustanza tad-drittijiet mogħtija minn dan l-istatus (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111115">15 ta’ Novembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Dereci <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑256/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:734">EU:C:2011:734</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Fir-rigward tas-sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-ewwel nett jeħtieġ li jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li kemm ir-rikorrenti fil-kawża prinċipali kif ukoll it-tfal bniet tagħha jibbenefikaw minn dritt ta’ residenza fir-Renju Unit taħt l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1612/68, kif ġie kkonstatat fil-punt 68 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Madankollu, l-ewwel kundizzjoni meħtieġa għall-għoti ta’ dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti taħt l-Artikolu 20 TFUE, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110308">8 ta’ Marzu 2011</DATE>, <NAME.CASE>Ruiz Zambrano</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑34/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:124">EU:C:2011:124</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), jiġifieri li l-parti interessata ma tibbenefikax minn dritt ta’ residenza f’dan l-Istat Membru taħt id-dritt sekondarju tal-Unjoni, f’dan il-każ, ma hijiex issodisfatta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-Artikolu 21 TFUE, għandu jitfakkar li, skont din id-dispożizzjoni, id-dritt ta’ residenza fit-territorju tal-Istati Membri huwa mogħti lil kull ċittadin tal-Unjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>salvi l-limitazzjonijiet u l-kondizzjonijiet stabbiliti fit-Trattati u d-dispożizzjonijiet meħuda sabiex dan jitwettaq<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>B’mod partikolari, tali limitazzjonijiet u kundizzjonijiet huma dawk previsti fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2004/38 u, b’mod partikolari, dik li jkollhom biżżejjed riżorsi biex ma jkunux ta’ piż fuq is-sistema ta’ għajnuna soċjali tal-Istat Membru ospitanti matul il-perjodu tagħhom ta’ residenza, u assigurazzjoni tal-mard komprensiva, fis-sens tal-Artikolu 7(1)(b) ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ddeċidiet li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>għandhom<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> biżżejjed riżorsi, f’din id-dispożizzjoni, għandha tiġi interpretata fis-sens li huwa biżżejjed li ċ-ċittadini tal-Unjoni jiddisponu minn tali riżorsi, mingħajr ma tipprovdi l-iċken rekwiżit fir-rigward tas-sors tagħhom, peress li dawn tal-aħħar jistgħu jiġu pprovduti, b’mod partikolari, miċ-ċittadin ta’ Stat terz (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150716">16 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Singh <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C 218/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:476">EU:C:2015:476</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Konsegwentement, sakemm jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti minn din id-direttiva u, b’mod partikolari, l-Artikolu 7(1) tagħha, jew huma stess, jew permezz ta’ ommhom, liema fatt hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, bħala ċittadini Ġermaniżi, MA u IA jistgħu jibbenefikaw minn dritt ta’ residenza fir-Renju, taħt l-Artikolu 21 TFUE u d-Direttiva 2004/38.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, meta l-Artikolu 21 TFUE u d-Direttiva 2004/38 jagħtu dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti liċ-ċittadin minuri ta’ età żgħira ta’ Stat Membru ieħor li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1)(b) ta’ din id-direttiva, dawn l-istess dispożizzjonijiet jippermettu lill-ġenitur li għandu effettivament il-kustodja ta’ dan iċ-ċittadin li jirrisjedi miegħu fl-Istat Membru ospitanti (ara, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131010">10 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Alokpa u Moudoulou</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑86/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:645">EU:C:2013:645</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li r-rifjut li ġenitur, ċittadin ta’ Stat Membru jew ta’ Stat terz, li għandu effettivament il-kustodja ta’ ċittadin tal-Unjoni li huwa minuri, li lilu l-Artikolu 21 TFUE u d-Direttiva 2004/38 jagħtu dritt ta’ residenza, jitħalla jirrisjedi ma’ dan iċ-ċittadin fl-Istat Membru ospitanti jċaħħad minn kull effett utli d-dritt ta’ residenza ta’ dan tal-aħħar, peress li t-tgawdija tad-dritt ta’ residenza minn wild ta’ età żgħira timplika neċessarjament li dan il-wild ikollu d-dritt li jkun akkumpanjat mill-persuna li tiżgura effettivament il-kustodja tiegħu u, għalhekk, li din il-persuna tkun f’pożizzjoni li tirrisjedi miegħu fl-Istat Membru ospitanti matul din ir-residenza (ara, sentenzi tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041019">19 ta’ Ottubru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Zhu u Chen</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑200/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:639">EU:C:2004:639</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, kif ukoll tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131010">10 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Alokpa u Moudoulou</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑86/12</NO.CASE>,<NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:645">EU:C:2013:645</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni u għat-tielet domanda hija kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>L-Artikolu 20 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li la jagħti dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti lil ċittadin tal-Unjoni li huwa minuri, li huwa residenti minn twelidu f’dan l-Istat Membru li ma huwiex ċittadin tiegħu, u lanqas lill-ġenitur, ċittadin ta’ Stat terz, li għandu l-kustodja esklużiva tal-imsemmi minuri, meta dawn jibbenefikaw minn dritt ta’ residenza f’dan l-Istat Membru taħt dispożizzjoni tad-dritt idderivat tal-Unjoni.</P></ITEM><ITEM><P>L-Artikolu 21 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jagħti lill-imsemmi ċittadin tal-Unjoni li huwa minuri dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti, sakemm jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2004/38, liema fatt hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika. Jekk dan ikun il-każ, din l-istess dispożizzjoni tippermetti lill-ġenitur li għandu effettivament il-kustodja ta’ dan iċ-ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi miegħu fl-Istat Membru ospitanti.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-punt ċ) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad‑<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin ta’ Stat terz, li huwa ddivorzjat minn ċittadin tal-Unjoni li tiegħu kien vittma ta’ atti ta’ vjolenza domestika matul iż-żwieġ, ma jistax jibbenefika miż-żamma tad-dritt ta’ residenza tiegħu fl-Istat Membru ospitanti, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, meta qabel il-bidu tal-proċeduri ġudizzjarji ta’ divorzju l-konjuġi ċittadin tal-Unjoni jkun telaq minn dan l-Istat Membru.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal‑<DATE ISO="19681015">15 ta’ Ottubru 1968</DATE>, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità, għandu jiġi interpretat fis-sens li wild u l-ġenitur li huwa ċittadin ta’ Stat terz u li għandu l-kustodja esklużiva tiegħu jibbenefikaw minn dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti, abbażi ta’ din id-dispożizzjoni, f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-ġenitur l-ieħor huwa ċittadin tal-Unjoni u ħadem f’dan l-Istat Membru, iżda ma baqax jirrisjedi hemmhekk qabel ma l-wild beda l-edukazzjoni tiegħu f’dan l-Istat Membru.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="15"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 20 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li la jagħti dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti lil ċittadin tal-Unjoni li huwa minuri, li huwa residenti minn twelidu f’dan l-Istat Membru li ma huwiex ċittadin tiegħu, u lanqas lill-ġenitur, ċittadin ta’ Stat terz, li għandu l-kustodja esklużiva tal-imsemmi minuri, meta dawn jibbenefikaw minn dritt ta’ residenza f’dan l-Istat Membru taħt dispożizzjoni tad-dritt idderivat tal-Unjoni.</HT></TXT><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 21 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jagħti lill-imsemmi ċittadin tal-Unjoni li huwa minuri dritt ta’ residenza fl-Istat Membru ospitanti, sakemm jissodisfa l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2004/38, liema fatt hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika. Jekk dan ikun il-każ, din l-istess dispożizzjoni tippermetti lill-ġenitur li għandu effettivament il-kustodja ta’ dan iċ-ċittadin tal-Unjoni li jirrisjedi miegħu fl-Istat Membru ospitanti.</HT></P></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>