|
29.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 283/13 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/1944
tat-28 ta' Ottubru 2015
li temenda d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għas-sajd pelaġiku fl-Ilmijiet tal-Punent tal-Grigal tal-Atlantiku
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 95 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/807/UE (2) tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għas-sajd pelaġiku fl-Ilmijiet tal-Punent tal-Grigal tal-Atlantiku. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jistabbilixxi obbligu ta' ħatt l-art għas-sajd pelaġiku sabiex jitnaqqsu l-livelli għolja preżenti ta' qabdiet mhux mixtieqa u biex, gradwalment, jiġi eliminat l-iskartar tal-ħut. Id-dettalji għall-implimentazzjoni tal-obbligu tal-ħatt l-art huma stabbiliti fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1393/2014 (4) li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd għal ħut pelaġiku fl-ilmijiet tal-Majjistral u fir-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1394/2014 (5) li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd pelaġiku f'ilmijiet tal-Lbiċ. Il-konformità mal-obbligu tal-ħatt l-art trid tiġi kkontrollata u spezzjonata. Għaldaqstant, l-ispeċijiet pelaġiċi żgħar imsemmija fl-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 għandhom jiġu inklużi f'dan il-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni sabiex l-Istati Membri kkonċernati jkunu jistgħu jwettqu l-attivitajiet konġunti ta' spezzjoni u ta' sorveljanza b'mod effiċjenti u effettiv. |
|
(3) |
Il-kavalli u l-aringi huma speċi migratorji li ssibhom f'ħafna nħawi. Sabiex jiġu armonizzati l-proċeduri ta' kontroll u ta' spezzjoni għas-sajd għall-kavalli u l-aringi fl-ibħra li jmissu mal-ilmijiet tal-Punent, ikun f'loku li fil-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni tiġi inkluża t-Taqsima IVa tal-ICES kif iddefinita fir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6). |
|
(4) |
Ikun f'loku wkoll li l-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni jibqa' jiġi implimentat sal-31 ta' Diċembru 2018 biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi matul l-introduzzjoni tal-obbligu ta' ħatt l-art. |
|
(5) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 (7), u b'mod partikulari t-Titolu IIIa tiegħu, jistabbilixxi miżuri għat-tnaqqis tar-rimi. Il-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għandu jiżgura l-konformità mal-projbizzjoni ta' selezzjoni kwalitattiva fejn jogħla l-prezz, mad-dispożizzjonijiet dwar l-ispustament tal-bastimenti biex imorru jistadu xi mkien ieħor u mal-projbizzjoni li l-ħut jitħalla jaħrab. |
|
(6) |
Skont id-Deċiżjonijiet ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/305/UE (8) u 2013/328/UE (9) li jistabbilixxu programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għall-Baħar Baltiku u għall-Baħar tat-Tramuntana, rispettivament, l-Istati Membri jinfurmaw lill-Kummissjoni fuq bażi annwali. Ir-rappurtar dwar il-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għas-sajd pelaġiku fl-Ilmijiet tal-Punent għandu jsir bl-istess mod, jiġifieri fuq bażi annwali. |
|
(7) |
Matul il-konsultazzjonijiet bejn l-Unjoni, in-Norveġja u l-Gżejjer Faroe dwar il-ġestjoni tal-kavalli għall-2015, il-punti ta' riferiment għall-ispezzjoni tal-ħatt l-art tal-aringi, tal-kavalli u tas-sawrell tnaqqsu b'mod konsiderevoli minħabba li minn issa 'l quddiem dawn se jkunu bbażati fuq il-valutazzjoni tar-riskju, u l-applikazzjoni tagħhom ġiet estiża għall-ħatt l-art tal-istokkafixx. Il-punti ta' riferiment fil-mira fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE għandhom, għalhekk, jiġu emendati skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
It-Titolu jinbidel b'dan li ġej: “Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/807/UE tad-19 ta' Diċembru 2012 li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għas-sajd pelaġiku fl-Ilmijiet tal-Punent tal-Grigal tal-Atlantiku u fil-Parti ta' Fuq tal-Baħar tat-Tramuntana” |
|
(2) |
L-Artikolu 1 jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 1 Suġġett Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni applikabbli għall-istokkijiet tal-kavalli, tal-aringi, tas-sawrell, tal-istokkafixx, tal-pixxitrumbetti, tal-inċova, tal-arġentini, tas-sardin u tal-laċċ ikħal fl-ilmijiet tal-UE tas-subżoni tal-ICES V, VI, VII, VIII u IX u fl-ilmijiet tal-UE tas-CECAF 34.1.11 (minn hawn 'il quddiem imsejħa ‘Ilmijiet tal-Punent’), kif ukoll għall-kavalli u għall-aringi fl-ilmijiet tal-UE tad-diviżjoni tal-ICES IVa (minn hawn 'il quddiem ‘il-Parti ta' Fuq tal-Baħar tat-Tramuntana’).” |
|
(3) |
Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 2 jinbidel b'dan li ġej: “2. Il-programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni japplika sal-31 ta' Diċembru 2018.” |
|
(4) |
Fl-Artikolu 3(2), il-punt (b) jinbidel b'dan li ġej:
|
|
(5) |
Fl-Artikolu 3(2), il-punt (c) jinbidel b'dan li ġej:
(*1) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22)." (*2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1);” " |
|
(6) |
Fl-Artikolu 12, jiżdied il-paragrafu li ġej: “3. Mill-2016 'il quddiem, l-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 fuq bażi annwali, u dan għandhom jagħmluh sal-31 ta' Jannar wara kull sena kalendarja.” |
|
(7) |
L-Anness II jinbidel bit-test fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Ottubru 2015.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
(2) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/807/UE tad-19 ta' Diċembru 2012 li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għas-sajd pelaġiku fl-Ilmijiet tal-Punent tal-Grigal tal-Atlantiku (ĠU L 350, 20.12.2012, p. 99).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
(4) Ir-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1393/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd għal ħut pelaġiku fl-ilmijiet tal-Majjistral (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 25).
(5) Ir-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 1394/2014 tal-20 ta' Ottubru 2014 li jistabbilixxi pjan tar-rimi għal ċertu sajd għal ħut pelaġiku fl-ilmijiet tal-Lbiċ (ĠU L 370, 30.12.2014, p. 31).
(6) Ir-Regolament (KE) Nru 218/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2009 dwar il-preżentazzjoni ta' statistiċi ta' qbid nominali mill-Istati Membri li jistadu fil-grigal tal-Atlantiku (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 70).
(7) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 tat-30 ta' Marzu 1998 dwar il-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd permezz ta' miżuri tekniċi għall-protezzjoni ta' żgħar ta' organiżmi tal-baħar (ĠU L 125, 27.4.1998, p. 1).
(8) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/305/UE tal-21 ta' Ġunju 2013 li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u ta' spezzjoni għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-merluzz, tal-aringi, tas-salamun u tal-laċċa kaħla fil-Baħar Baltiku (ĠU L 170, 22.6.2013, p. 66).
(9) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/328/UE tal-25 ta' Ġunju 2013 li tistabbilixxi programm speċifiku ta' kontroll u spezzjoni għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-merluzz, tal-barbun tat-tbajja' u tal-lingwata fil-Kattegat, fil-Baħar tat-Tramuntana, fi Skagerrak, fil-Kanal tal-Lvant, fl-ilmijiet fil-punent tal-Iskozja u fil-Baħar Irlandiż (ĠU L 175, 27.6.2013, p. 61).
ANNESS
L-Anness II tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2012/807/UE jinbidel b'dan li ġej:
“ANNESS II
PUNTI TA' RIFERIMENT FIL-MIRA
1. Il-livell ta' spezzjonijiet fuq il-baħar (inkluż is-sorveljanza mill-ajru, fejn applikabbli)
Fuq bażi annwali, għandhom jintlaħqu l-punti ta' riferiment fil-mira (1) li ġejjin għall-ispezzjonijiet fuq il-baħar ta' dawk il-bastimenti li jistadu għall-aringi, il-kavalli, is-sawrell, l-inċova u l-istokkafixx fiż-żona, u dan fil-każ li l-ispezzjonijiet fuq il-baħar ikunu rilevanti b'rabta mal-fażi fil-katina tas-sajd u fil-każ li jkunu jiffurmaw parti mill-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju:
|
Punti ta' riferiment kull sena (*1) |
Il-livell ta' riskju stmat għal bastimenti tas-sajd skont l-Artikolu 5(2) |
|
|
għoli |
għoli ħafna |
|
|
Tip ta' sajd Nru 1 Aringi, kavalli u sawrell |
Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' riskju ‘għoli’ li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat |
Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 7,5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' riskju ‘għoli ħafna’ li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat |
|
Tip ta' sajd Nru 2 Inċova |
Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 2,5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' riskju ‘għoli ħafna’ li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat |
Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' riskju ‘għoli ħafna’ li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat |
|
Tip ta' sajd Nru 3 Stokkafixx |
Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' riskju ‘għoli ħafna’ li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat |
Spezzjoni fuq il-baħar ta' mill-inqas 7,5 % tal-vjaġġi tas-sajd minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' riskju ‘għoli ħafna’ li għandhom fil-mira s-sajd ikkonċernat |
2. Il-livell ta' spezzjonijiet fuq l-art (inklużi l-kontrolli u l-ispezzjonijiet dokumentati fil-portijiet jew fil-punt tal-ewwel bejgħ)
Fuq bażi annwali, għandhom jintlaħqu l-punti ta' riferiment fil-mira (2) li ġejjin għall-ispezzjonijiet fuq l-art (inkluż il-kontrolli u l-ispezzjonijiet iddokumentati fil-portijiet jew fil-punt tal-ewwel bejgħ) ta' bastimenti tas-sajd u ta' operaturi oħra involuti fis-sajd tal-aringi, tal-kavalli, tas-sawrell, tal-inċova u tal-istokkafixx fiż-żona, fil-każ li l-ispezzjonijiet fuq l-art ikunu rilevanti b'rabta mal-fażi fil-katina tas-sajd/tal-kummerċjalizzazzjoni u fil-każ li jkunu jiffurmaw parti mill-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju.
|
Punti ta' riferiment kull sena (*2) |
Il-livell tar-riskju stmat għal bastimenti tas-sajd u/jew għal operaturi oħra (l-ewwel xerrej) |
|
|
għoli |
għoli ħafna |
|
|
Tip tas-sajd Nru 1 Aringi, kavalli u sawrell |
Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 7,5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' ‘riskju għoli’ |
Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 7,5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' riskju ‘għoli ħafna’ |
|
Tip tas-sajd Nru 2 Inċova |
Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 2,5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' ‘riskju għoli’ |
Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' riskju ‘għoli ħafna’ |
|
Tip tas-sajd Nru 3 Stokkafixx |
Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 7,5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' ‘riskju għoli’ |
Spezzjoni fil-port ta' mill-inqas 7,5 % tal-kwantitajiet totali li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'livell ta' riskju ‘għoli ħafna’ |
Spezzjonijiet li jsiru wara l-ħatt l-art jew wara t-trasbord għandhom jintużaw, b'mod partikolari, bħala mekkaniżmu ta' kontroverifika biex tiġi vverifikata l-affidabbiltà tal-informazzjoni rreġistrata u rrappurtata għall-qabdiet u għall-ħatt l-art.”
(1) Għall-bastimenti li jdumu inqas minn 24 siegħa fuq il-baħar f'kull vjaġġ tas-sajd, u skont l-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju, il-punti ta' riferiment fil-mira jistgħu jitnaqqsu bin-nofs.
(*1) espressi f'% tal-vjaġġi tas-sajd fiż-żona (meta jsir sajd bi rkaptu bil-malji tax-xbieki fejn l-ispeċi tkun waħda fil-mira) minn bastimenti tas-sajd b'riskju għoli jew għoli ħafna, abbażi ta' kull sena
(2) Għall-bastimenti li jħottu l-art inqas minn 10 tunnellati ma' kull ħatt, u skont l-istrateġija tal-ġestjoni tar-riskju, il-punti ta' riferiment fil-mira jistgħu jitnaqqsu bin-nofs.
(*2) espressi f'% tal-kwantitajiet li jinħattu l-art minn bastimenti tas-sajd b'riskju għoli/għoli ħafna, abbażi ta' kull sena